Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R2298

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2298/2001 tas-26 Novembru 2001 li jipprovdi r-regoli dettaljati għall-esportazzjoni tal-prodotti provduti bħala għajnuna ta' l-ikel

    ĠU L 308, 27/11/2001, p. 16–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2298/oj

    32001R2298



    Official Journal L 308 , 27/11/2001 P. 0016 - 0018


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2298/2001

    tas-26 Novembru 2001

    li jipprovdi r-regoli dettaljati għall-esportazzjoni tal-prodotti provduti bħala għajnuna ta' l-ikel

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 fuq l-organizzazzjoni tas-suq komuni taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(11) li joħorġu minnu, u d-dispożizzjonijiet li jikkorispondu mar-Regolamenti l-oħra fuq l-organizzazzjoni tas-suq komuni tal-prodotti agrikoli,

    Billi:

    (1) Għall-fini ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 tas-27 ta' Ġunju 1996 fuq il-politika ta' l-għajnuna ta' l-ikel u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-ikel u operazzjonijiet speċjali bħala appoġġ għas-sigurtà ta' l-ikel [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1726/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2519/97 [5] iniżżel regoli ġenerali għall-mobilitazzjoni tal-prodotti li għandhom ikunu provduti bħala għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità.

    (2) Ir-regoli tal-mobilitazzjoni ta' hawn fuq jinvolvu l-applikazzjoni tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fil-każ ta' mobilitazzjoni fil-Komunità. Iżda, hemm bżonn ikunu preskritti regoli speċjali li jirregolaw ċerti aspetti b'deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta' April 1999 li jniżżel regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjonijiet fuq prodotti agrikoli [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 90/2001 [7]. Biex ikunu garantiti l-kondizzjonijiet kompetittivi li japplikaw għat-twassil fid-data tat-tfigħ ta' l-offerti ma jinbidlux wara l-għoti tal-kuntratti bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' ċerta modi tekniċi li jistgħu jaġġustaw ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjonijiet bħala funzjoni tad-data ta' l-esportazzjoni, għandha ssir dispożizzjoni biex jitneħħew ċerti regoli li japplikaw għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli u li tagħti rifużjoni ta' l-esportazzjonijiet li hija l-istess għal dawk kollha li tefgħu l-offerti u tibqa' ma tinbidilx minkejja d-data proprja ta' l-esportazzjoni.

    (3) Biex jiggarantixxu li d-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq huma applikati sew, regoli ta' amministrazzjoni rigward il-liċenzji ta' l-esportazzjoni għandhom jitniżżlu li jidderogaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jniżżel regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati fissi bil-quddiem tal-prodotti agrikoli [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1095/2001 [9]. Għal dak l-iskop, il-garanzija tat-twassil mitfugħa minn dak li tefa' l-offerta b'suċċess għall-operazzjoni ta' l-għajnuna ta' l-ikel bħala assigurazzjoni li jwettaq l-obbligi tiegħu ta' provisti skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2519/97 għandha tkun kunsidrata biżżejjed ukoll biex tiggarantixxi r-rispett ta' l-obbligi li joħorġu minn dawk il-liċenzji.

    (4) Provisti mwettqa taħt ir-Regolament (KE) Nru 2519/97 għandhom ikunu kunsidrati bħala għajnuna ta' l-ikel skond it-tifsira ta' l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim ta' l-Agrikoltura fil-kuntest tas-Sensiela Urugwajana.

    (5) Rigward l-għajnuna nazzjonali ta' l-ikel, dan ir-Regolament japplika biss għall-għajnuna li hija skond il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 10(4) tal-Ftehim ta' l-Agrikoltura fil-kuntest tas-Sensiela Urugwajana. L-istess derogi tar-Regolamenti (KE) Nru 800/1999 u (KE) Nru 1291/2000 għandhom japplikaw għal dawk l-operazzjonijiet kif japplikaw għall-għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità.

    (6) Rifużjonijiet ta' l-esportazzjonijiet għall-għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità jitħallsu biss għall-kwantitajiet esportati b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 800/1999 u biss jekk jittieħdu b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 2519/97.

    (7) Rigward ir-rata tar-rifużjoni ta' l-għajnuna nazzjonali ta' l-ikel, ir-regola provduta fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta' Jannar 1999 li jniżżlu regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 rigward il-liċenzji ta' l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjonijiet fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1923/2001 [11], u fl-Artikolu 11(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta' Mejju 1995 li jniżżel regoli speċjali dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għaċ-ċereali u r-ross [12], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 409/2001 [13], li bih ir-rifużjoni applikabbli hija dik iffissata u ppubblikata qabel ma jintefgħu l-offerti, għandha tkun applikata.

    (8) L-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet orizzontali rigward ir-rata tar-rifużjoni applikabbli għall-azzjonijiet nazzjonali ta' l-għajnuna ta' l-ikel tfisser li d-dispożizzjonijiet settorali eżistenti għandhom jitħassru.

    (9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/98 tat-30 ta' Jannar 1998 li jniżżel regoli dettaljati għall-esportazzjoni tal-prodotti provduti mill-għajnuna tal-Komunità ta' l-ikel [14] għandu jinbidel sabiex isiru l-bidliet li hemm bżonn u għall-iskopijiet ta' ċlarezza u effiċjenza amministrattiva.

    (10) Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati Amministrattivi konċernati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' eċċezzjoni adottati mill-Kummissjoni għal operazzjonijiet speċjali, dan ir-Regolament ma japplikax għall-esportazzjoni tal-prodotti koperti mir-regolamenti fuq l-organizzazzjoni tas-suq komuni mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 fejn il-prodotti huma pprovduti bħala għajnuna tal-Komunità ta' l-ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 1292/96 u mobilizzat fil-Komunità skond ir-regoli ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 2519/97.

    Għandu japplika mutatis mutandis fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu ta' qabel huma provduti bħala għajnuna nazzjonali ta' l-ikel implimentat mill-Istati Membri, iżda suġġetti għal miżuri nazzjonali speċifiċi fuq l-organizzazzjoni u l-assenjament ta' dawn l-operazzjonijiet.

    L-Artikolu 2

    1. B'mod ta' deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, ir-rifużjoni ta' l-esportazzjonijiet li għandha titħallas tkun dik applikabbli fid-data speċifikata fl-istrument legali li jniżżel il-kondizzjonijiet speċjali li taħthom l-operazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità ta' l-ikel għandha titwettaq (minn issa 'l quddiem msemmija bħala "l-avviż ta' l-offerta").

    Fil-każ ta' l-għajnuna nazzjonali ta' l-ikel msemmija fl-Artikolu 1, ir-rata applikabbli ta' rifużjoni tkun dik li tapplika fid-data meta l-Istat Membru jiftaħ l-istedina għall-offerti għall-provista fil-kwistjoni.

    2. Fil-każ ta' provista ta' xogħlijiet ta' qabel jew ta' trasport b'xejn u ħielsa fil-port tat-trasport bil-vapur, il-limitu ta' żmien li matulu l-prodotti jridu jitilqu mit-territorju tad-dwana tal-Komunità, imniżżla fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, ma jgħoddux.

    3. Bħala deroga mid-dispożizzjonijiet li jniżżlu aġġustament mill-ġdid ta' l-ammonti fissi bil-quddiem, ir-rifużjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx suġġetta għal xi aġġustament jew korrezzjoni.

    L-Artikolu 3

    1. L-eliġibilità għar-rifużjoni tkun bil-kondizzjoni li tkun preżentata l-liċenzja ta' l-esportazzjoni, li tinkludi r-rifużjoni fissa bil-quddiem msemmija fl-Artikolu 2(1), li tkun applikata biex titwettaq l-operazzjoni kkonċernata ta' l-għajnuna ta' l-ikel. Il-liċenzja tkun valida biss għall-esportazzjoni li għandha titwettaq f'dan il-kuntest.

    Bħala deroga mill-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-perjodu ta' validità tal-liċenzja jista' jkun estiż mill-awtorità kompetenti fuq talba bil-miktub u ġustifikata ta' dak li tefa' l-offerta b'suċċess (minn issa 'l quddiem imsemmi bħala "dak li qed jipprovdi").

    Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni tkun valida biss għall-kwantità indikata fil-kaxxa numru 17 tal-liċenzja u li għaliha l-applikant ġie dikjarat dak li qed jipprovdi. Il-kaxxa numru 19 tal-liċenzja jkun fiha l-figura "0".

    2. L-applikazzjonijiet għall-liċenzji jkunu akkumpanjati bl-evidenza li l-applikant huwa dak li qed jipprovdi l-għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità. Din l-evidenza tkun provduta b'kopja tal-komunikazzjoni mibgħuta lilu mill-Kummissjoni fejn tinfurmah li huwa dak li se jipprovdi l-għajnuna ta' l-ikel fil-kwistjoni u, jekk mitlub mill-aġenzija tal-ħruġ, kopja ta' l-avviż ta' l-offerti.

    Il-liċenzji jinħarġu biss jekk evidenza hija provduta li l-garanzija tat-twassil msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2519/97 saret. Li ssir il-garanzija titqies li saret il-garanzija tal-liċenzja. Il-kelma "eżentata" tiddaħħal għalhekk fil-kaxxa numru 11 tal-liċenzja.

    3. Fid-dokument użat għall-applikazzjoni tar-rifużjoni riferut fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 u, minbarra l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, fil-kaxxa numru 20 ta' l-applikazzjoni għall-liċenzji u l-liċenzja nnifisha ta' l-esportazzjoni, waħda mill-entrati li ġejjin tkun inkluża:

    - Ayuda alimentaria comunitaria — Acción no …/.. o Ayuda alimentaria nacional

    - Fællesskabets fødevarehjælp — Aktion nr. …/.. eller National fødevarehjælp

    - Gemeinschaftliche Nahrungsmittelhilfe — Maßnahme Nr. …/.. oder Nationale Nahrungsmittelhilfe

    - Κοινοτική επισιτιστική βοήθεια — Δράση αριθ. …/.. ή Εθνική επισιτιστική βοήθεια

    - Community food aid — Action No …/.. or National food aid

    - Aide alimentaire communautaire — Action no …/.. ou Aide alimentaire nationale

    - Aiuto alimentare comunitario — Azione n. …/.. o Aiuto alimentare nazionale

    - Communautaire voedselhulp — Actie nr. …/.. of Nationale voedselhulp

    - Ajuda alimentar comunitária — Acção n.o …/.. ou Ajuda alimentar nacional

    - Yhteisön elintarvikeapu — Toimi nro …/.. tai Kansallinen elintarvikeapu

    - Livsmedelsbistånd från gemenskapen — Aktion nr …/.. eller Nationellt livsmedelsbistånd.

    In-numru ta' l-azzjoni li għandu jkun indikat huwa dak speċifikat fl-avviż tat-tfigħ ta' l-offerti. Barra minn hekk, il-pajjiż ta' destinazzjoni jkun indikat fil-kaxxa numru 7 kemm ta' l-applikazzjoni għall-liċenzja u l-liċenzja.

    L-Artikolu 4

    1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2, il-ħlas tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni dwar l-għajnuna tal-Komunità ta' l-ikel issir skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 u, b'deroga mill-Artikolu 16 ta' dak ir-Regolament, mal-preżentazzjoni ta' kopja taċ-ċertifikat tal-pussess jew ċertifikat tal-wasla riferut fl-Artikolu 17(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2519/97, attestat bħala kopja vera mill-uffiċċju tal-Kummissjoni fejn jintbagħtu l-offerti skond l-avviż ta' l-offerti.

    Il-ħlas tar-rifużjoni riferut fl-Artikolu 2(1) isir rigward il-kwantità netta aċċettata li tidher fuq iċ-ċertifikat tal-pussess jew tal-wasla.

    2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ma japplikax fejn ir-rifużjoni mitluba hija għola mir-rifużjoni dovuta għall-esportazzjoni rilevanti bħala riżultat taċ-ċirkostanzi jew ġrajjiet barra l-kontroll ta' dak li qed jipprovdi li jiġru wara li titlesta l-operazzjoni tal-provista skond l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 13(7), l-Artikolu 14(11) jew l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 2519/97.

    Fejn il-pajjiż ta' destinazzjoni jitbiddel mill-benefiċjarju ta' l-għajnuna, it-tnaqqis riferut fit-tieni indent ta' l-Artikolu 18(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ma japplikax.

    L-Artikolu 5

    L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 u l-Artikolu 11(a) tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 huma issa mħassra.

    L-Artikolu 6

    Ir-Regolament (KE) Nru 259/98 huwa issa mħassar. Iżda, ikompli jgħodd għall-provvisti ta' l-għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità li għalihom avviż ta' l-offerta kien ippublikat qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    L-Artikolu 7

    Dan ir-Regolament jibda jseħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Jgħodd għall-provisti ta' l-għajnuna ta' l-ikel tal-Komunità li għalihom avviż ta' l-offerta kien ippublikat fid-data jew wara tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot kollu kemm hu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 2001.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.

    [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 1.

    [3] ĠU L 166, tal-5.7.1996, p. 1.

    [4] ĠU L 234, ta' l-1.9.2001, p. 10.

    [5] ĠU L 346, tas-17.12.1997, p. 23.

    [6] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

    [7] ĠU L 14, tat-18.1.2001, p. 22.

    [8] ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1.

    [9] ĠU L 150, tas-6.6.2001, p. 25.

    [10] ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8.

    [11] ĠU L 261, tad-29.9.2001, p. 53.

    [12] ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, p. 2.

    [13] ĠU L 60, ta' l-1.3.2001, p. 27.

    [14] ĠU L 25, tal-31.1.1998, p. 39.

    --------------------------------------------------

    Top