Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0908

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 908/2000 tat-2 ta'Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tas-sajd u l-akwakultura

ĠU L 105, 03/05/2000, p. 15–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/05/2007; Imħassar b' 32007R0498

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/908/oj

32000R0908



Official Journal L 105 , 03/05/2000 P. 0015 - 0017


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 908/2000

tat-2 ta'Mejju 2000

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tas-sajd u l-akwakultura

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tad-17 ta'Diċembru 1999 li jistabbilixxi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati dwar l-għajnuna strutturali tal-Komunità fis-settur tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) dwar dan,

Billi:

(1) L-Artikolu 15(1) tar- Regolament (KE) Nru 2792/1999 jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġenerali għall-għotja ta' għajnuna finanzjarja mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti taħt l-Artikolu 4 u, meta hu xieraq, rikonoxxuti speċifikament taħt l-Artikolu 7a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tas-sajd u l-akwakultura [2], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3318/94 [3].

(2) Sabiex jiġi żgurat li din l-għajnuna tingħata u tiġi ffinanzjata taħt l-istess kondizzjonijiet, iridu jiġu stipulati regoli dettaljati għall-ħidma tal-valur tal-prodott mibjugħ mill-organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' l-ispejjeż amministrattivi ta' dawn l-organizzazzjonijiet u din il-kalkulazzjoni trid tkun msejsa skond dokumenti supplementarji tal-kontabilità. Invista tad-diffikultà tal-kisba ta' dawn id-dokumenti f'ċertu kazijiet, madankollu, irid ikun hemm kull metodu ta' rata bażika bħala kull alternattiva.

(3) L-għajnuna għal liema organizzazzjoni ta' produtturi tista' tikkwalifika trid tkun limitata sa kull ammont totali massimu, peress li kull organizzazzjoni membru tista tikkwalifika għal għajnuna għat-twaqqif u għall-ħidma.

(4) Regoli dettaljati jridu jiġu stipulati li jiddeskrivu l-ispejjeż għall-implimentazzjoni ta' kull pjan ta' titjieb tal-kwalità ta' kull organizzazzjoni ta' produtturi.

(5) Regoli dettaljati jridu jiġu stabbiliti li jirregolaw ir-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Komunità mogħti għall-għajnuna mill-Istati Membri qabel l-1 ta' Jannar 2000 iżda għal liema r-rimborż ma kienx is-suġġett ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni qabel dik id-data.

(6) Il-miżuri pprovduti għal dan f'dan ir-Regolament huma komformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Amministrazzjoni tas-Sajd u ta' l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għotja ta' għajnuna l-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-sajd u fl-akwakultura taħt l-Artikolu 15(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999.

L-Artikolu 2

1. Il-membri li l-produzzjoni tagħhom tista' tiġi kkunsidrata għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 iridu jkunu:

(a) produtturi li kienu membri ta' l-organizzazzjoni meta din ġiet rikonoxxuta u li baqgħu membri matul is-sena li għaliha tapplika l-applikazzjoni għall-għajnuna;

(b) produtturi li ngħaqdu ma' l-organizzazzjoni wara li din ġiet rikonoxxuta u li ilhom membri għall-aħħar disa xhur tas-sena li għaliha tapplika l-applikazzjoni għall-għajnuna;

2. Kull assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tista' tingħata l-għajnuna taħt l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 ta' mhux aktar minn EUR 180000.

L-Artikolu 3

1. Għall-ħidma ta' l-għajnuna li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 15(1)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, il-valur tal-prodott mibjugħ mill-organizzazzjoni ta' produtturi jrid jitwaqqaf fuq bażi ta' kull rata bażika, għal kull sena, bil-multiplikazzjoni għal kull prodott kopert mill-organizzazzjonit ta':

(a) il-produzzjoni miżjuna tas-soltu, espressa f'100 kg nett, mibjugħa mill-membri matul it-tliet snin fuq il-kalendarju qabel iż-żmien li għalih tapplika l-applikazzjoni għall-għajnuna,

ma

(b) il-piz tal-prezz tal-produttur medju miksub minn dawk il-produtturi matul l-istess żmien, magħdud kull 100 kg nett.

2. Għall-ħidma tal-produzzjoni medja li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1(a), il-produzzjoni mibjugħa minn membri matul kull waħda mit-tliet snin imsemmija f'dak tiġi stabbilita:

(a) skond id-dokumenti kummerċjali u tal-kontabilità disponibbli ta' sostenn,

jew, fin-nuqqas ta' dawn,

(b) skond evalwazzjoni fuq kull rata bażika mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, skond parametri stabbiliti minn qabel li jiddependu mit-tipi ta' prodotti involuti.

3. Sabiex jiġi kkalkulat il-prezz medju msemmi fil-paragrafu 1(b), il-prezz medju miksub minn produtturi għal kull waħda mit-tliet snin imsemmija fuq irid jiġi stabbilit mis-servizzi kompetenti ta' l-Istati Membri:

(a) skond id-dokumenti supplementarji kummerċjali u tal-kontabilità disponibbli,

jew, fin-nuqqas ta' dawn,

(b) bil-kalkolu tal-prezz medju annwali għal kull prodott fis-suq prinċipali fis-settur ta' attività ta' l-organizzazzjoni ta' produttur involut

L-Artikolu 4

1. L-ispejjeż amministrattivi fis-sens ta' l-Artikolu 15(1)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 huma l-ispejjeż verament imħallsin mill-organizzazzjoni ta' produtturi fit-twaqqif tagħha u fix-xogħol tagħha, li jaqgħu taħt l-intestaturi li ġejjin:

(a) spejjeż ta' xogħol preparatorju tat-twaqqif ta' l-organizzazzjoni u l-kitba jew l-emenda ta' l-att ta' kostituzzjoni tagħha u l-istatuti tagħha;

(b) spejjeż ta' verifiki ta' adempjament mar-regoli li għalihom hemm refereza fl-Artikolu 4(1) ta' Regolament (KEE) Nru 3759/92;

(ċ) spejjeż ta' persunal (pagi u salarji, spejjeż ta' stħarriġ, spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż tal-missjoni) u kontijiet għal servizzi u pariri tekniċi;

(d) spejjeż ta' korrispondenza u telekomunikazzjonijiet;

(e) spejjeż ta' tagħmir ta' l-uffiċċju u d-deprezzament jew spejjeż tal-kiri ta' dan it-tagħmir;

(f) spejjeż tat-trasport disponibbli għall-impjegati ta' l-organizzazzjoni;

(g) il-kera jew, fil-każ ta' xiri, l-imgħax attwali mħallas u spejjeż oħra minħabba l-okkupazzjoni tal-fond użat għall-ħidma amministrattiva ta' l-organizzazzjoni ta' produtturi;

(g) spejjeż tas-sigurtà tat-trasport għall-impjegati u tal-bini amministrattivi u ta' ġo fihom.

2. L-organizzazzjoni ta' produttur għandha l-għażla li tqassam dawn l-ispejjeż fis-snin meta tingħata l-għajnuna.

3. L-ammont ta' spejjeż amministrattivi deskritti fil-paragrafu 1 irid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' dokumenti supplementarji kummerċjali u tal-kontabilità.

L-Artikolu 5

1. L-ispejjeż li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 huma l-ispejjeż atwalment imħallsa mill-organizzazzjoni ta' produtturi għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' titjieb tal-kwalità approvat taħt l-Artikolu 7a tar-Regolament (KEE) Nru 3759/92, li jaqgħu taħt l-intestaturi li ġejjin:

(a) spejjeż ta' studji preliminari, it-tfassil u l-emendi tal-pjan;

(b) spejjeż li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 4(1)(ċ), (d) u (e) ta' dan ir-Regolament;

(ċ) spejjeż ta' miżuri għall-avviż lill-membri dwar metodi ta' teknika u kapaċitajiet għat-titjieb tal-kwalità;

(d) spejjeż għat-twaqqif u ta' l-implimentazzjoni ta' kull sistema għall-verifika ta' adempjament mal-miżuri addottati mill-organizzazzjoni għall-applikazzjoni tal-pjan ta' titjieb tal-kwalità.

2. L-organizzazzjoni ta' produtturi għandha l-għażla li tqassam dawn l-ispejjeż fis-snin meta tingħata l-għajnuna.

3. L-ammont ta' spejjeż amministrattivi kif deskritti fil-paragrafu 1 irid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' dokumenti supplimentarji kummerċjali u tal-kontabilità, li juru b'mod ċar li l-ispejjeż huma għall-implimentazzjoni tal-pjan.

L-Artikolu 6

Dawn li ġejjin jitħassu b'effet mill-1 ta' Jannar 2000:

- ir-Regolamenti (KEE) Nru 1452/83 [4], (KEE) Nru 671/84 [5], u (KE) Nru 2374/96 [6],

- it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 1 u l-Artikoli 6 u 7 ta' Regolament (KE) Nru 2636/95 [7].

Madankollu, id-dispożizzjonijiet imħassra jibqgħu japplikaw lill-għajnuna li l-Istati Membri ddeċidew li jagħtu qabel l-1 ta' Jannar 2000 imsejsa fuq l-Artikoli 7 u 7b ta' Regolament (KEE) Nru 3759/92.

Fil-każ ta' l-għajnuna li għaliha saret referenza fit-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, meta kull applikazzjoni għall-ħlas tal-kontribut tal-Komunità ma kinitx soġġetta għal deċiżjoni tal-Kummissjoni qabel l-1 ta' Jannar 2000, ir-rimborz jsir fil-kuntest ta' l-ipprogrammar tal-Fondi Sturtturali għall-Istati Membri involuti għaż-żmien 2000 sa' 2006.

L-Artikolu 7

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Japplika mill-1 ta'Jannar 2000.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Mejju 2000

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10.

[2] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1.

[3] ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 15.

[4] ĠU L 149, tas-7.6.1983, p. 5.

[5] ĠU L 73, tas-16.3.1984, p. 28.

[6] ĠU L 325, ta' l-14.12.1996, p. 1.

[7] ĠU L 271, ta' l-14.11.1995, p. 8.

--------------------------------------------------

Top