This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31999R2461
Commission Regulation (EC) No 2461/1999 of 19 November 1999 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1251/1999 as regards the use of land set aside for the production of raw materials
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2461/1999 tad-19 ta' Novembru 1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 f'dak li jirrigward l-użu tal-art imwarrba għall-produzzjoni tal-materja prima.
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2461/1999 tad-19 ta' Novembru 1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 f'dak li jirrigward l-użu tal-art imwarrba għall-produzzjoni tal-materja prima.
ĠU L 299, 20/11/1999, p. 16–28
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Imħassar b' 32004R1973
Official Journal L 299 , 20/11/1999 P. 0016 - 0028
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2461/1999 tad-19 ta' Novembru 1999 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 f'dak li jirrigward l-użu tal-art imwarrba għall-produzzjoni tal-materja prima. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 li jistabbilixxi sistema ta' għajnuna għall-produtturi ta' xi wċuħ ta' raba' [1], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) Peress li r-Regolament (KE) Nru 1251/1999 ħa il-post tas-sistema ta' għajnuna għall-produtturi f'xi wċuħ ta' raba' stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92 [2], jinħtieġ li jiġi emendat, skond l-iskema l-ġdida u fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1586/97 tad-29 ta' Lulju 1997 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta' tħaddim għall-użu ta' l-art imwarrba biex tipprovdi materja prima għall-manifattura fil-Komunità ta' prodotti li ma humiex maħsubin l-aktar għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali [3]. Fl-okkażjoni ta' dawk l-emendi, u għal raġunijiet ta' kjarezza, dak ir-Regolament għandu jerġa' jkun miktub; (2) Mingħajr preġudizzju għall-pagament imsemmi fih, l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 jippermetti li l-art imwarrba tintuża għall-produzzjoni ta' materja prima maħsuba għall-manifattura fil-Komunità ta' prodotti mhux maħsubin għall-konsum dirett mill-bnedmin jew mill-annimali basta jiġu applikati kontrolli effettivi; (3) Dik il-materja prima u l-użu aħħari tagħhom għandhom jiġu definiti; il-materja prima u l-prodotti aħħarija li jistgħu jinkisbu minn materji ta' din ix-xorta għandhom ikunu llimitati biex jitħarsu swieq tradizzjonali mingħajr ma titnaqqas l-intenzjoni li tidentifika s-swieq ġodda għal materja prima ta' din ix-xorta; għandha ssir distinzjoni bejn dik il-materja prima li tista' tintuża għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali u dawk li ma jistgħux; it-tkabbir taz-zokkor tal-kannamieli, artiċokk jew għeruq taċ-ċikwejra f'art li twarrbet m'għandhiex titwarrab għal kollox; b'dana kollu, uċuħ ta' din ix-xorta ma jistgħux jikkwalifikaw għal ħlas tal-lokal minħabba r-riskju li jaffettwaw is-swieq taz-zokkor u ċ-ċereali; b'danakollu wieħed għandu joqgħod attent li jassigura li l-uċuħ ta' din ix-xorta jissodisfaw ir-regoli li jirregolaw l-użu ta' l-art imwarrba għall-produzzjoni ta' prodotti li ma humiex ta' l-ikel; biex tipprevjeni kull spekulazzjoni u biex tassigura li l-materja prima tkun ipproċessata fil-prodotti aħħarija maħsuba għandha tiġi ddepożitata garanzija anki jekk isir il-pagament. (4) Ir-rwol tal-partijiet ewlenin involuti fis-suq jenħtieġ li jkunu ddefiniti b'mod ċar; huwa essenzjali li issir distinzjoni espliċita bejn l-obbligazzjonijiet ta' l-applikant, li jintemmu meta l-kwantità kollha ta' materji prima maħsuda titwassal, u l-obbligazzjonijiet, inkluża l-kondizzjoni mitluba dwar garanzi, li jaqgħu fuq il-kolletturi, l-ewwel proċessuri u kull proċessur li jiġi wara, li jibdew fiż-żmien tat-twassil u jintemmu meta l-materja prima tkun ipproċessati fil-prodotti aħħarija li m'humiex maħsuba għall-ikel; l-ammont tal-garanzija ddepożitata għandu jkun għoli biżżejjed biex jipprevjeni kull riskju li l-materja prima tispiċċa għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali; għandha ssir referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta' Novembru 1992 li jistabbilixxi amminstrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll għal xi skemi ta' għajnuna mill-Komunità [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1036/1999 [5], u għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta' Lulju 1985 li jistabbilixxu regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' garanziji għall-uċuħ tal-biedja [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1932/1999 [7], u (KEE) Nru 3887/92 tat-23 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-amministrazzjoni integrata u tas-sistema ta' kontroll għal xi skemi ta' għajnuna mill-Komunità [8], kif l-aħħar emendat bir-regolament (KE) Nru 1678/98 [9], li jimponi regoli orizzontali fuq is-suġġett; disposizzjonijiet speċjali għandhom ikunu stabbiliti biex jinkludu uċuħ ta' kull sentejn minħabba t-tul taċ-ċiklu tal-produzzjoni; (5) Għandu jiġi stabbilit ukoll metodu biex jiġu assessjati dawk il-prodotti maħsuba mhux għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali u dawk maħsuba għal dan l-użu, biex jiġi stabbilit il-proporzjon bejn dawk iż-żewġ tipi ta' prodotti, u dak il-proporzjon ikun il-kriterju li jservi biex jidentifika l-użu aħħari ewlieni; (6) Fl-interess tal-verifika, il-materja prima mkabbra tenħtieġ li tkun koperta, b'obbligazzjoni, minn kuntratti bejn il-produttur tal-biedja (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "l-applikanti") u l-ewwel proċessur jew kollettur; bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(9) tar-Regolament (KEE) Nru 3508/92, kuntratti ta' din ix-xorta għandhom jitqiesu li jagħmlu parti integrali mill-applikazzjonijiet għall-għajnuna skond il-lokal; l-esperjenza wriet li, għall-iskopijiet ta' spezzjoni, qabel ma jsir xi ħlas, kuntratti ta' din ix-xorta għandhom jiġu ppreżentati mill-applikanti kif ukoll mill-kolletturi u l-ewwel proċessuri, lejn l-awtoritajiet kompetenti; dati differenti għall-preżentazzjoni jistgħu jkunu stabbiliti jiddependi fuq iż-żminijiet taż-żriegħ; f'ċirkostanzi speċifiċi, l-Istati Membri jistgħu jippermettu xi materja prima li tkun ipproċessata direttament mill-produtturi nfushom fuq l-art tagħhom; (7) Għandu jintwera ċar li l-prodotti intermedjarji jew il-prodotti anċillari miksuba mill-materja prima maħsuda jistgħu jintużaw permezz ta' l-iskema, fi kwantitajiet ekwivalenti għall-materja prima maħsuda. Meta kwantitajiet ekwivalenti bħal dawn jiġu minn Stat Membru apparti milli dak li fih tkun inħasdet il-materja prima, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bit-tranżazzjoni biex ikunu jistgħu jitwettqu l-verifiki xierqa; (8) Fl-interessi tal-verifika, l-applikanti għandhom ikunu meħtieġa li jiddikjaraw iż-żoni involuti, il-ġabra mistennija u l-kwantitajiet maħsuda. Il-ġbir muri fil-kuntratti magħmula bejn l-applikanti u l-kolletturi jew l-ewwel proċessuri, skond il-każ, għandhom ikunu għallanqas daqs il-ġbir imbassar. Fil-każ ta' materja prima li tista' tinxtara' f'intervent apparti milli dik permezz ta' din l-iskema u materja prima miksuba minn xi żerriegħa tar-rapa u żerriegħa tal-ġirasol (fjur tax-xemx), ġabra individwali rappreżentattiva jew, meta hu xieraq, ġabra lokali rappreżentattiva, għandha tkun iffissata. Il-lokalitajiet li fuq il-bażi tagħhom huwa kkalkulat il-ġbir lokali rappreżentattiv jistgħu, imma mhux necessarjament, ikunu ta' l-istess wisgħa tar-reġjuni msemmija fil-pjani ta' reġjonalizzazzjoni li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 1251/1999. Verifiki tal-materja prima ta' din ix-xorta jkunu aktar effettivi jekk il-kwantitajiet imwassla jkunu jaqblu ma' ġbir rappreżentattiv bħal dan. F'każijiet iġġustifikati bħal dawn, xi nuqqas jista' jkun imħolli; (9) Il-kwantitajiet kollha tal-materja prima maħsuda fiż-żoni koperti bil-kuntratti għandhom ikunu mwassla għand l-ewwel proċessuri jew kolletturi. Biex jassiguraw li tkun milħuqa din il-kondizzjoni, l-applikanti għandhom jagħmlu dikjarazzjoni lejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti. L-applikanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti jekk ma jkunux jistgħu jwasslu l-materja prima kollha jew xi parti minnha kif stipulat fil-kuntratt. ll-kuntratti għandhom ikunu emendati jew itterminati jekk ikun hemm xi ċirkostanzi speċjali li jaqgħu 'l barra mill-kondizzjonijiet normali tal-biedja. Il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom xi emenda tista' twassal għal tnaqqis fl-art koperta mill-kuntratt mingħajr ma jaffettwaw id-dritt ta' l-applikant għall-ħlas għandhom jiġu definiti b'mod ċar. (10) L-iskema tkun taqbel aktar mal-prattika kummerċjali jekk il-kolletturi jew l-ewwel proċessuri, skond ma jkun il-każ, jitħallew li jibdlu l-użu aħħari maħsub u li jidher fuq il-kuntratti, wara li l-applikanti ikun wassal l-materja prima koperta b'dan ir-Regolament, basta li l-iskema tkun ivverifikata b'mod effettiv; (11) Sabiex jissodisfaw il-Memorandum ta' Ftehim dwar iż-żrieragħ taż-żejt bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika fil-qafas tal-GATT, kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/355/KEE [10], għandha tiddaħħal sistema ta' monitoraġġ biex tassessja l-kwantitajiet, f'ekwivalenti ta' tqiq taż-żerriegħa tas-soja, ta' prodotti anċillari maħsuba għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali u miksuba miż-żerriegħa tal-kolza, żerriegħa tar-rapa, żerriegħa tal-ġirasol jew fażola tas-soja mkabbra fuq art imwarrba għal skopijiet oħra apparti milli għall-produzzjoni għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali; (12) Għandu jkun stabbilit limitu ċar ta' żmien għall-ipproċessar tal-materja prima fi prodotti eliġibbli aħħarija; (13) Ċerti operazzjonijiet tat-trasport fit-territorju tal-Komunità li jinvolvi materja prima u prodotti akkwistati minnhom għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli biex jiggarantixxu li jkun jista' jsir l-intraċċar u biex jassiguraw li d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu ġew applikati dwarhom. Kontrolli ta' din ix-xorta għandhom jagħmlu użu minn dikjarazzjonijiet u kopji ta' kontroll T5 li jinħarġu bi qbil mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [11], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1662/1999 [12]; (14) Għandhom ikunu stabbiliti miżuri ta' kontroll li jidhru għal kull wieħed mill-partijiet prinċipali involuti; billi l-kontrolli għandhom jiżdiedu kull meta jidhru nuqqasijiet ta' osservanza tar-regoli stabbliti f'dan ir-Regolament; (15) Jistgħu jiġu adottati regoli sempliċi rigward xi materja prima li ma tistax taħt ebda ċirkostanza tintużaw għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali; (16) l-applikazzjoni ta' din l-iskema għandha tieħu akkont tal-kondizzjonijiet speċjali li jeżiżtu f'ċerti Stati Membri, speċjalment f'dak li jirrigwarda kontrolli, saħħa pubblika, l-ambjent u disposizzjonijiet dwar il-liġi kriminali, mingħajr b'hekk ma jaċċennaw id-differenzi rigward il-manjiera fil-mod ta' kif dawn il-fatturi jkunu ttrattati fil-Komunità. Għal dak l-għan, xi proposta biex teskludi xi waħda mill-materja prima elenkati fl-Annessi I u II għandha, qabel ma tkun approvata, tkun iġġustifikata kif xieraq u nnotifikata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat; (17) Għandha ssir disposizzjoni li biha materja prima mkabbra fuq art imwarrba, u prodotti akkwistati minnhom, ġeneralment ma jikkwalifikawx għal xi għajnuna oħra tal-Komunità ffinanzjata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1257.1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar is-sostenn ta' żvilupp rurali mill Fond Ewropew ta' Tmexxija u Garanzija Agrikola (EAGGF) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [13], jew Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-iffinanzjar ta' l-istrateġija komuni agrikola [14]; (18) Bl-għan li jkun iddeterminat jekk l-obbjettivi tar-riforma ta' l-istrateġija komuni agrikola jkunux ġew milħuqa, din l-iskema għandha tkun evalwata fuq il-bażi ta' l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni attwali tagħha fl-Istati Membri; (19) Is-sistema li hemm provvediment dwarha fir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 għandha tapplika mis-sena tas-suq 2000/2001; billi, biex il-produtturi kkonċernati jkunu jistgħu jwettqu ż-żriegħ u jippreżentaw il-kuntratti u l-applikazzjonijiet tagħhom għall-pagamenti skond iż-żona għal dik is-sena tas-suq b'għarfien sħiħ ta', u b'konformità ma', ir-regoli għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti l-ġodda, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjetament mal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej; (20) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: KAPITOLU I Għan u definizzjonijiet Artikolu 1 1. Art imwarrba permezz tas-sistema ta' għajnuna għall-produtturi ta' xi wċuħ imkabbra f'art tajba għall-ħrit, kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1251/1999, tista' tintuża bi qbil ma' l-Artikolu 6(3) tiegħu għall-produzzjoni tal-materja prima elenkati fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament u intenzjonati għall-iskopijiet stabbiliti fl-Anness III. Art ta' din ix-xorta tista' tikkwalifika għall-pagament ta' għajnuna taż-żona (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-pagament") permezz ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, suġġett għall-kondizzjonijiet li jinstabu f'dan ir-Regolament. Id-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 [15] għandhom jirregolaw l-art imwarrba u użata għat-tkabbir tal-materja prima elenkati fl-Annessi I u II. B'danakollu, il-kultivazzjoni ta' materja prima bħal dawn għandhom ikunu meqjusa kompatibbli ma' dawk id-disposizzjonijiet. Apparti minn hekk, b'deroga mill-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament, iż-żoni konċernati m'hemmx għalfejn li jitħallew mhux maħduma mill-15 ta' Jannar, kemm il-darba l-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament ikunu sodisfatti. 2. L-ebda pagament rigward art imwarrba li fuqha jitkabbru l-pitravi taz-zokkor, l-artiċokk jew l-għeruq taċ-ċikwejra. B'danakollu, id-disposizzjonijiet kollha tal-Kapitolu II japplikaw għall-pitravi taz-zokkor, l-artiċokk u l-għeruq taċ-ċikwejra mkabbra fuq art imwarrba bl-istess mod bħalli kieku jkun sar il-pagament ta' din ix-xorta. Artikolu 2 Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament: (a) "applikant" ifisser kull persuna li tapplika għal pagament taż-żona; (b) "kollettur" ifisser kull persuna li tiffirma kuntratt kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 4 li tixtri f'isimha materja prima elenkati fl-Anness I u intenzjonata għall-użu fi prodotti elenkati fl-Anness III; (c) "l-ewwel proċessur" ifisser kull min juża materja prima li jintrabat biex jagħmel l-ewwel ipproċessar tagħhom bl-għan li jikseb wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Anness III. KAPITOLU II Materja prima li jinħtieġu li jkunu koperti b'kuntratt Sezzjoni 1 Użu ta' materja prima - Kuntratt u applikazzjoni għal pagament Artikolu 3 1. Il-materja prima elenkati fl-Anness I (minn issa 'l quddiem imsejħa "materja prima") jistgħu jkunu mkabbra fuq art imwarrba biss bil-kondizzjoni li jkunu intenzjonati primarjament għall-użu fil-manifattura tal-prodotti aħħarija elenkati fl-Anness III. Il-valur ekonomiku ta' prodotti li m'humiex ta' l-ikel miksuba bl-ipproċessar ta' materja prima ta' din ix-xorta kif iddeterminat bil-metodu ta' evalwazzjoni stabbilit fl-Artikolu 13(3) għandu jkun ogħla minn dak ta' prodotti oħra maħsuba għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali u miksuba bi proċessar bħal dan. 2. Materja prima mkabbra fuq art imwarrba għandhom ikunu koperti b'kuntratti kif hemm ipprovdut dwar dan fl-Artikolu 4. 3. L-applikanti għandhom iwasslu l-materja prima kollha maħsuda għand il-kollettur jew l-ewwel proċessur, li għandu jirċevihom u jassigura li kwantità ekwivalenti ta' materja prima bħal dik tkun użata fil-Komunità għall-manifattura ta' wieħed jew aktar mill-prodotti aħħarija elenkati fl-Anness III. Meta l-kollettur jew l-ewwel proċessur juża l-materja prima attwalment maħsuda biex jimmanifattura prodott intermedju jew prodott anċillarju, jista' juża kwantità ekwivalenti ta' dawn il-prodotti intermedjarji jew prodotti anċillarji biex jimmanifattura wieħed jew aktar mill-prodotti aħħarija li hemm referenza dwarhom fl-Anness III. Meta l-kollettur jew l-ewwel proċessur jagħmel użu minn din il-possibbiltà li hemm provvediment dwarha fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti li magħha tkun ġiet iddepożitata l-garanzija. Meta kwantità ekwivalenti bħal din tkun użata minn Stat Membru apparti minn dak li fih il-materja prima tkun inħasdet, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lil xulxin bid-dettalji ta' tranżazzjonijiet bħal dawn; 4. B'deroga mill-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-applikanti biex jipproċessaw f'gass-bijoloġiku taħt il-kodiċi NM 2711 29 00, fl-oqsma tagħhom, il-materja prima kollha maħsuda minn ċerti żoni mwarrba, bil-kondizzjoni li: (a) l-applikant jimpenja ruħu, permezz ta' dikjarazzjoni minflok il-kuntratt li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4, li jipproċessa direttament il-materja prima koperta bid-dikjarazzjoni; (b) l-Istat Membru kkonċernat jintroduċi kontrolli xierqa biex jassiguraw li l-materja prima tkun ipproċessata f'gass-bijoloġiku taħt il-kodiċi NM 2711 29 00. Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom fl-ewwel subparagrafu u xi emendi sussegwenti għalihom għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni sat-30 ta' Novembru qabel is-sena tal-ħsad preċedenti li għaliha japplikaw dawk il-miżuri. L-Artikoli 4 sa 21 japplikaw mutatis mutandis. Artikolu 4 1. Bħala sostenn għall-applikazzjonijiet tagħhom għall-pagament, l-applikanti għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti l-kuntratti li jkunu għamlu ma' kollettur jew ma' l-ewwel proċessur. 2. L-applikanti għandhom jassiguraw li dawn il-kuntratti jispeċifikaw is-segwenti: (a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet għall-kuntratt; (b) it-termini ta' żmien tal-kuntratt; (ċ) l-ispeċi tal-materja prima kkonċernata u ż-żona miżrugħa b'kull speċi; (d) it-tbassir tal-kwantitajiet ta' materja prima, klassifikati skond l-ispeċi, u xi kondizzjonijiet li jirregolaw il-konsenja tagħhom. Dawn il-kwantitajiet m'għandhomx ikunu anqas minn dawk ikkalkulati fuq il-bażi tal-ġbir imbassar kif meqjus mill-awtorità kompetenti li jkun rappreżentattiv tal-materja prima f'dak il-każ. Dawn il-ġabriet mistennija għandhom jieħdu akkont inter alia tal-medja tal-ġbir, jekk ikun hemm, stabbilita għar-reġjun ikkonċernat; (e) impenn li jwettqu l-obbligazzjonijiet permezz ta' l-Artikolu 3(3); (f) l-użu aħħari ewlieni intenzjonat għall-materja prima, b'kull użu aħħari jkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3(1) u 13(3). 3. L-applikanti għandhom jassiguraw li l-kuntratti jsiru f'waqthom biex jippermettu lill-kollettur jew lill-ewwel proċessur li jiddepożita kopja ma' l-awtorità kompetenti tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 13(1). 4. Meta l-kuntratti jkunu relatati maż-żerriegħa tar-rapa, maż-żerriegħa tal-kolza, maż-żerriegħa tal-ġirasol jew mal-fażola tas-soja koperti bil-kodiċi NM ex12050090, 1206 00 91, 1206 00 99 jew 1201 00 90, l-applikanti għandhom jassiguraw li, b'żieda ma' l-informazzjoni meħtieġa permezz tal-paragrafu 2, jispeċifikaw il-kwantità mistennija ta' prodotti anċillari intenzjonati għal użu apparti mill-konsum mill-bnedmin jew l-annimali. 5. Għal skopijiet ta' kontroll, l-Istati Membri jistgħu jenħtieġu li kull applikant biex jagħmel kuntratt wieħed ta' forniment għal kull materja prima. Artikolu 5 Kull sena, fl-applikazzjonijiet tagħhom ippreżentati għall-pagament lill-awtoritajiet kompetenti, l-applikanti għandhom jidentifikaw il-porzjon jew il-porzjonijiet mill-oqsma li fuqhom titkabbar il-materja prima. Id-dettalji segwenti għandhom ikunu pprovduti f'dak li jirrigwarda kull porzjon ta' qasam imwarrba u kull materja prima mkabbra fuqu. (a) l-ispeċi tal-materja prima u l-varjetajiet tagħha; (b) il-ġbir mistenni għal kull speċi u varjetà. Meta l-istess speċi jew varjetà tkun ukoll imkabbra fuq art li ma tkunx imwarrba fl-istess qasam, l-ispeċi jew varjetà u l-prodott imbassar għandhom jintwerew, flimkien mad-dettalji tal-porzjonijiet ta' l-oqsma kkonċernati, il-lokalità u l-identifikazzjoni tagħhom. Sezzjoni 2 Emendi u t-terminazzjoni ta' kuntratt - Obbligazzjonijiet ta' l-applikant Artikolu 6 Meta l-partijiet tal-kuntratt jemendaw jew itemmu dan ta' l-aħħar wara li l-applikant ikun għamel applikazzjoni għal pagament, l-applikant jista' jżomm din l-applikazzjoni għal pagament bil-kondizzjoni biss li, bl-għan li jħalli li jsiru l-ispezzjonijiet meħtieġa, jinforma lill-awtorità kompetenti relevanti b'dawn l-emendi jew tmiem, mhux aktar tard mid-data ta' l-għeluq stabbilita fl-Istat Membru kkonċernat għall-emenda ta' l-applikazzjoni. Artikolu 7 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, meta l-applikanti jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li, minħabba ċirkostanzi speċjali, ma jkunux jistgħu jfornu l-materja prima kollha jew parti minnha speċifikata fil-kuntratt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jiksbu evidenza suffiċjenti ta' dawn iċ-ċirkostanzi speċjali, jawtorizzaw dawk l-emendi għall-kuntratti li jidhru ġġustifikati, jew jistgħu jawtorizzaw it-tmiem tagħhom. Meta l-art koperta bil-kuntratti tkun imnaqqsa bħala riżultat ta' l-emendi li jsiru, jew meta l-kuntratti jintemmu, imbagħad, sabiex iżommu id-dritt għall-pagament, l-applikanti għandhom: (a) għal darb'oħra jwarrbu l-art f'dak il-każ b'kull mezz permissibbli mill-awtoritajiet kompetenti; (b) jibqgħu lura milli jbiegħu, ma jittrasferixxux jew ma jużawx materja prima mkabbra f'art imħassra mill-kuntratti. Artikolu 8 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, il-kolletturi jew l-ewwel proċessuri jistgħu jibdlu l-użu aħħari ewlieni intenzjonat għall-materja prima, kif hemm referenza dwaru fl-Artikolu 42(2)(f), la darba l-materja prima fil-kuntratt tkun ġiet ikkonsenjata għand il-kollettur jew l-ewwel proċessur u wara li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) u fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 13 (4) jkunu ġew imwettqa. Tibdiliet fl-użu aħħari għandu jsir b'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3(1) u 13(3). Il-kolletturi jew l-ewwel proċessuri għandhom jagħtu avviż bil-quddiem lill-awtoritajiet kompetenti bl-għan li jsiru l-kontrolli meħtieġa. Sezzjoni 3 Prodotti rappreżentattivi u kwantitajiet ikkonsenjati Artikolu 9 1. Kull sena qabel il-ħsad, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġabriet rappreżentattivi, li għandhom jinkisbu fil-prattika, għall-materja prima li tista' tiddaħħal fl-intervent apparti milli permezz ta' din l-iskema u għaż-żerriegħa tar-rapa jew żerriegħa tal-kolza koperti bil-kodiċi NM ex12050090, bl-eċċezzjoni ta' varjetajiet li jkollhom kontenut għoli ta' aċidu eruċiku, u żerriegħa tal-ġirasol koperti bil-kodiċi NM 12060091 jew 12060000. Dawk il-ġabriet rappreżentattivi għandhom ikunu stabbiliti: (a) għal kull qasam individwali kkonċernat; jew (b) fuq bażi lokali. 2. Fil-każ imsemmi fil-punt 1, l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-lokalitajiet biex jintużaw għall-kalkolazzjoni tal-ġabriet rappreżentattivi, li jistgħu, imma mhux necessarjament, jikkorrispondu mar-reġjuni elenkati fil-pjani ta' reġjonalizzazzjoni mħejji bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1251/1999. Kull sena qabel il-ħsad, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti kkonċernati b'dawk il-ġabriet rappreżentattivi, u dan jagħmluh billi: (a) l-aktar tard fil-31 ta' Lulju fil-każ ta' materja prima li tista' tinxtara b'intervent apparti minn dik permezz ta' din l-iskema u żerriegħa tar-rapa li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu; u (b) l-aktar tard fil-31 ta' Awwissu fil-każ ta' żerriegħa tal-ġirasol li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1. Artikolu 10 1. L-applikanti għandhom jiddikjaraw il-kwantità totali ta' materja prima maħsuda skond l-ispeċi lill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jikkonfermaw il-kwantitajiet ta' materja prima ikkonsenjata u l-partitjiet li lilhom tkun saret il-konsenja. 2. Fil-kaz ta' materja prima li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 9, il-kwantitajiet attwali li għandhom ikunu kkonsenjati mill-applikanti lill-kolletturi jew lill-ewwel proċessuri għandhom għallanqas ikunu jaqblu mal-ġabra individwali rappreżentattiva jew, skond ma jkun il-każ, il-ġabra lokali rappreżentattiva għall-porzjon mill-oqsma kkonċernati stabbiliti mill-Istati Membri permezz ta' dak l-Artikolu. B'danakollu, fil-każi ġġustifikati kif jixraq, l-Istati Membri jistgħu, bħala eċċezzjoni, jippermettu nuqqas ta' 10 % fil-ġabra. Apparti minn hekk, meta jkunu awtorizzaw l-emenda jew it-tmiem tal-kuntratti bi qbil ma' l-Artikolu 7, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta jidher iġġustifikat li jsir dan, inaqqsu l-kwantitajiet li l-applikanti jkunu meħtieġa li jikkonsenjaw bi qbil ma' l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Artikolu 11 Meta l-applikanti ma jikkonsenjawx il-kwantità meħtieġa ta' xi materja prima partikolari skond dan ir-Regolament, huma għandhom ikunu meqjusa, għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3887/92, li jkunu naqqsu milli jwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom permezz ta' l-iskema ta' art imwarrba għal skopijiet li m'humiex ta' l-ikel fir-rigward żona kkalkulata bil-moltiplikazzjoni tal-medda ta' l-art imwarrba u użata minnhom għall-produzzjoni ta' materja prima bi qbil mal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament bil-persentaġġ tan-nuqqas fit-kunsenja ta' dik il-materja prima. Sezzjoni 4 Kondizzjonijiet ta' pagament Artikolu 12 1. Il-pagament jista' jsir lill-applikanti fir-rigward ta' art imwarrba bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1251/1999 qabel ma l-materja prima tkun ipproċessata. B'danakollu, dawn il-pagamenti għandhom isiru biss meta l-kwantitajiet meħtieġa ta' materja prima permezz ta' dan ir-Regolament ikunu ġew ikkonsenjati għand il-kollettur jew għand l-ewwel proċessur u meta: (a) id-dikjarazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 10 tkun saret; (b) kopja tal-kuntratt tkun ġiet iddepożitata ma' l-awtorità kompetenti tal-kollettur jew ta' l-ewwel proċessur, il-kondizzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 13(2) jkunu twettqu, u l-informazzjoni speċifikata fl-ewwel subparagrafu ta' bl-Artikolu 13(4) tkun intbagħtet jew mill-kollettur jew mill-ewwel proċessur; (c) l-awtorità kompetenti tkun irċeviet prova li l-garanzija sħiħa li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 15(2) tkun ġiet ippreżentata; (d) l-awtorità kompetenti responsabbli għall-pagament tkun ivverifikat li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 jkunu ġew milħuqa għal kull applikazzjoni. 2. Fil-każ ta' uċuħ biennali, meta l-materja prima tkun maħsuda, u għalhekk ikkonsenjata, biss ma' tul it-tieni sena tal-koltivazzjoni, il-pagament għandu jsir f'kull waħda mis-sentejn wara t-tmiem tal-kuntratt skond ma hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 4, bil-kondizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li: (a) l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 13(4), u fil-punt (d) tiegħu, ikunu mwettqa mill-ewwel sena tal-koltivazzjoni; u (b) l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1, ikunu twettqu, u li l-informazzjoni li hemm refrenza dwarha fl-ewwel subprargrafu ta' l-Artikolu 13(4) tkun ikkomunikata, fit-tieni sena tal-koltivazzjoni B'danakollu, il-pagament għandu jsir biss fir-rigward ta' l-ewwel sena tal-koltivazzjoni jekk l-awtoritajiet kompetenti jirċievu prova li 50 % tal-garanzija kif hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 15(2) tkun ġiet iddepożitata. Sezzjoni 5 Kuntratt u obbligazzjonijiet tal-kollettur jew ta' l-ewwel proċessur Artikolu 13 1. Il-kolletturi jew l-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw kopji tal-kuntratti ma' l-awtoritajiet kompetenti: (a) fir-rigward tal-materja prima li għandha tkun miżrugħa bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Diċembru, sal-31 ta' Jannar tas-sena ta' wara; jew (b) fir-rigward tal-materja prima li għandha tinżergħa bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju, sad-data ta' l-għeluq biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet għall-pagament għas-sena f'dak il-każ fl-Istat Membru kkonċernat. Meta l-applikanti u l-kolletturi jew l-ewwel proċessuri jemendaw jew itemmu l-kuntratti qabel id-data li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 6 ta' sena partikulari, il-kolletturi jew l-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw ma' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom kopja tal-kuntratt emendat jew mitmum, mhux aktar tard minn dik id-data. 2. L-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom jivverifikaw li l-kuntratti ppreżentati jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1). Meta dawk il-kondizzjonijiet ma jkunux milħuqa, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-applikanti għandhom ikunu nnotifikati. Bl-għan li jkun ffaċilitati dawk il-verifiki, il-kolletturi jew l-ewwel proċessuri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina ta' l-ipproċessar f'dak il-każ, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-prezzijiet u koeffiċjenti tekniċi ta' l-ipproċessar li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet ta' prodotti aħħarija li jistgħu jinkisbu. Il-koeffiċjenti jkunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 21(1). 3. Bl-għan li ssir sorvelljazzjoni dwar il-konformità ma' l-Artikolu 3(1), l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2, iqabblu s-somma tal-valuri tal-prodotti kollha li m'humiex għall-ikel mas-somma tal-valuri tal-prodotti l-oħra kollha maħsuba għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali u miksuba mill-istess operazzjoni ta' l-ipproċessar. Kull figura għandha tkun egwali għall-kwantità relevanti mmoltiplikata bil-medja tal-prezzijiet ex-fabbrika kif irrekordjati waqt s-sena tas-suq preċedenti. Meta dawn il-prezzijiet ma jkunux disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-prezzijiet relevanti, partikolarment fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2. 4. Il-kolletturi jew l-ewwel proċessuri li jkunu akkwistaw il-materja prima mingħand l-applikanti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bil-kwantitajiet ta' materja prima li jkunu rċevew, jispeċifikaw l-ispeċi, l-isem u l-indirizz tal-parti fil-kuntratt li tkun ikkonsenjat il-materja prima, il-post tal-konsenja u r-referenza tal-kuntratt, fil-limitu taż-żmien li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri li jippermetti li l-pagamenti jsiru fiż-żmien speċifikat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999. Fi żmien 40 jum ta' xogħol mid-data li fiha tkun saret il-konsenja tal-materja prima lejn l-ewwel proċessuri, il-kolletturi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-ismijiet u l-indirizzi ta' dawl l-ewwel proċessuri. Fi żmien 40 jum ta' xogħol tal-wasla għand l-ewwel proċessuri, dawn ta' l-aħħar għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-ismijiet u l-indirizzi tal-kolletturi li jkunu għamlulhom il-konsenja tal-materja prima, il-kwantitajiet u t-tip tagħhom u d-dati tal-konsenja. Meta l-konsenja tal-materja prima lejn l-ewwel proċessuri ma jsirx direttament mill-kolletturi, dawn ta' l-aħħar għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet involuti fil-konsenja flimkien ma' l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-ewwel proċessuri. Dik l-informazzjoni għandha tingħata fi żmien 40 jum ta' xogħol mill-wasla tal-materja prima għand l-ewwel proċessuri. Fi żmien 40 jum ta' xogħol mit-tranżazzjoni, il-partijiet kollha nvoluti fil-konsenja għandhom, wieħed wara l-ieħor, jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom bl-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja tal-materja prima u l-kwantitajiet mibjugħa lilhom. Meta l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux l-istess, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-ewwel proċessuri u l-awtoritajiet kompetenti tal-partijiet l-oħra involuti fil-konsenja tal-materja prima kif hemm referenza dwarhom fit-tielet subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-kolletturi bil-kwantitajiet forniti lill-ewwel proċessuri. Meta l-Istati Membri tal-kolletturi jew ta' l-ewwel proċessuri ma jkunux l-istess bħall-Istati Membri li fihom tkun tkabbret il-materja prima, allura, fi żmien 40 jum ta' xogħol minn meta taslilhom l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel u fit-tielet subparagrafi, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinformaw lill-awtoritajiet ta' l-applikanti bil-kwantitajiet totali tal-materja prima kkonsenjata. Sezzjoni 6 Ekwivalenti ta' tqiq tas-soja għall-prodotti sekondarji olejaġinużi Artikolu 14 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, malajr kemm jista' jkun possibbli u mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju tas-sena li fiha għandha tkun maħsuda l-materja prima, l-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali tal-prodotti sekondarji intenzjonati għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali u li jirriżultaw mill-kuntratti skond ma hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 4, li jkopru ż-żerriegħa tar-rapa, ż-żerriegħa tal-kolza, ż-żerriegħa tal-ġirasol u l-ful tas-soja li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex12050090, 12060091, 12060099 u 12010090. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkalkulaw il-kwantità fuq il-bażi tar-relattivitajiet segwenti: (a) 100 kg ta' żerriegħa tar-rapa koperta bil-kodiċi NM 12050090 għandha titqies bħala ekwivalenti għal 56 kg ta' prodotti sekondarji; (b) 100 kg ta' żerriegħa tal-ġirasol koperta bil-kodiċi NM 12060091 jew 12060009 għandha titqies bħala ekwivalenti għal 56 kg ta' prodotti sekondarji; (c) 100 kg ta' ful tas-soja kopert bil-kodiċi NM 12010090 għandha titqies bħala ekwivalenti għal 78 kg ta' prodotti sekondarji; Il-kwantitajiet ta' prodotti sekondarji mistennija li jiġu prodotti, skond kif hemm referenza dwar dan fl-Artikolu 4(4), għandhom jitnaqqsu mill-kwantità mbassra tal-prodotti sekondarji kollha kkalkulati bi qbil mat-tieni subparagrafu. 2. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija permezz tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-kwantità totali mbassra ta' prodotti sekondarji għall-konsum mill-bnedmin jew mill-annimali, espressa f'termini ekwivalenti ta' tqiq tal-ful tas-soja. Sezzjoni 7 Garanziji Artikolu 15 1. Il-kolletturi jew l-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw garanzija sħiħa kif hemm provvediment dwar dan fil-paragrafu 2 ma' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom sad-data ta' l-għeluq għall-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-pagament għas-sena f'dak il-każ fl-Istat Membru kkonċernat. 2. Il-garanziji li għandhom jiġu depożitati għal kull materja prima għandhom jiġu kkalkulati billi tkun immoltiplikata s-somma taż-żoni kollha mwarrba permezz ta' din l-iskema, koperti b'kuntratt iffirmat mill-kollettur jew mill-ewwel proċessur ikkonċernat u użati għal produzzjoni ta' dik il-materja prima, bir rata ta' EUR 250 għal kull ettaru. 3. Meta l-kuntratti jiġu emendati jew mitmuma bi qbil ma' l-Artikolu 6 u ma' l-Artikolu 7, il-garanziji depożitati għandhom ikunu aġġustati kif meħtieġ. 4. Persentaġġ tal-garanzija li jikkorrispondi mal-kwantità ta' materja prima pproċessata fil-prodott aħħari li ma jkunx għall-ikel għandha tkun rilaxxata bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tal-kollettur jew l-ewwel proċessur ikollha f'idejha prova li dik il-kwantità ta' materja prima tkun ġiet ipproċessata b'konformità mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(f), akkont jittieħed, meta meħtieġ, ta' xi tibdil permezz ta' l-Artikolu 8. 5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4: (a) meta l-garanzija tkun ġiet iddepożitata mill-kollettur, din għandha tkun rilaxxata la darba l-materja prima f' dak il-każ tkun ikkonsenjata għand l-ewwel proċessur, (b) meta l-garanzija tkun ġiet iddepożitata minn proċessur, għandha tkun rilaxxata la darba l-materja prima jew l-prodotti intermedjarji koperti bil-kuntratt ikunu kkonsenjati lejn proċessur ieħor, basta li l-awtorità kompetenti tal-parti li tbiegħ jew li titrasferixxi l-prodotti f'dak il-każ jkollha prova li l-parti li tixtri jew tieħu f'idejha l-prodotti, tkun iddepożitat garanzija ekwivalenti ma' l-awtorità kompetenti tagħha. Artikolu 16 1. l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li fihom isir l-ipproċessar għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jassiguraw li proċessuri stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu l-assikurazzjonijiet kollha f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-obbligazzjonijiet involuti. 2. L-ipproċessar ewlieni ta' kwantitajiet ta' materja prima fi prodotti aħħarija kif speċifikat fil-kuntratt għandhom jikkostitwixxu l-ħtieġa ewlenija fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85. Il-materja prima għandha tkun ipproċessati fil-prodotti aħħarija wieħed jew aktar elenkati fl-Anness III sal-31 ta' Lulju tat-tieni sena wara dik tal-ħsad mill-applikant. 3. L-obbligazzjonijiet segwenti, li jaqgħu fuq il-kolletturi u l-proċessuri, għandhom jikkostitwixxu ħtiġiet subordinati fil-qofol ta' dak li jfisser l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85: (a) l-obbligazzjoni li jaċċettaw il-materja prima kollha kkonsenjata mill-applikanti bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(3); (b) l-obbligazzjoni li jiddepożitaw kopji ta' kuntratti bi qbil ma' l-Artikolu 13(1); (c) l-obbligazzjoni li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa bi qbil ma' l-ewwel, mat-tieni u mat-tielet subparagrafi ta' l-Artikolu 13(4); (d) l-obbligazzjoni li jiddepożitaw garanzija bi qbil ma' l-Artikolu 15(1); Sezzjoni 8 Dokumenti għall-bejgħ, trasferiment, jew konsenja fi Stat Membru ieħor, jew esportazzjoni Artikolu 17 Meta l-kolletturi jew l-ewwel proċessuri jbiegħu jew jittrasferixxu materja prima jew prodotti intermedji u/jew prodotti anċillari jew prodotti sekondarji koperti b'kuntratti kif hemm ipprovdut dwar dan fl-Artikolu 4 lejn il-proċessuri stabbiliti fi Stati Membri oħra, il-prodotti għandhom ikunu akkumpanjati bil-kopji ta' kontroll T5 maħruġa bi qbil mar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Wieħed mis-segwenti għandu jkun miktub taħt l-intestatura "Oħrajn" fil-kaxxa 104 tal-kopji ta' kontroll T5: - Producto destinado a su transformación o entrega de acuerdo con lo establecido en el artículo 4 del Reglamento (CE) no 2461/1999 de la Comisión - Skal anvendes til forarbejdning eller levering i overensstemmelse med artikel 4 i Kommissionens forordning (EF) nr. 2461/1999 - Zur Verarbeitung oder Lieferung gemäß Artikel 4 der Verordnung (EG) Nr. 2461/1999 der Kommission zu verwenden - Πρέπει να χρησιμοποιηθεί για μεταποίηση ή παράδοση σύμφωνα με το άρθρο 4 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 2461/1999 της Επιτροπής - To be used for processing or delivery in accordance with Article 4 of Commission Regulation (EC) No 2461/1999 - À utiliser pour transformation ou livraison conformément aux dispositions de l'article 4 du règlement (CE) no 2461/1999 de la Commission - Da consegnare o trasformare conformemente all'articolo 4 del regolamento (CE) n. 2461/1999 della Commissione - Te gebruiken voor verwerking of aflevering overeenkomstig artikel 4 van Verordening (EG) nr. 2461/1999 van de Commissie - A utilizar para transformação ou entrega em conformidade com o artigo 4.o do Regulamento (CE) n.o 2461/1999 da Comissão - Käytetään jalostamiseen tai toimittamiseen komission asetuksen (EY) N:o 2461/1999 mukaisesti - Används till bearbetning eller leverans i enlighet med kommissionens förordning (EG) nr 2461/1999. Id-disposizzjonijiet ta' l-ewwel u tat-tieni paragrafi għandhom japplikaw għall-bejgħ sussegwenti kollu lejn il-proċessuri fi Stati Membri oħra sa l-istadju tal-manifattura tal-prodott aħħari muri fil-kuntratt. Fil-każ ta' prodotti anċillari jew prodotti sekondarji, għandhom japplikaw biss meta l-prodotti jkunu jattiraw rifondi ta' l-esportazzjoni jekk kienu miksuba minn materja prima mkabbra apparti milli permezz ta' din l-iskema. Artikolu 18 1. Meta kolletturi jikkonsenjaw il-materja prima kollha jew parti minnhom li huma jkunu rċevew, lill-ewwel proċessuri li m'humiex stabbiliti fl-istess Stat Membru, għandhom jimlew kopja ta' kontroll T %, u jimlew dan li ġej taħt "Oħrajn" fil-kaxxa 104: (a) il-kwantitajiet ikkonsenjati direttament lill-ewwel proċessuri; (b) l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-ewwel proċessuri; (c) l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet l-oħra involuti fiċ-ċiklu tal-konsenja, anki jekk dawk il-partijiet ikunu jinsabu fl-Istat Membru ta' fejn ikun sar l-ewwel proċessar; (d) il-kwantitajiet ikkonsenjati minn kull parti involuta. 2. Il-partijiet kollha involuti fil-konsenja kif hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 (c) li ma jkunux stabbiliti fl-istess Stat Membru bħal ta' l-ewwel proċessur għandhom jimlew kopja ta' kontroll T5, u jimlew, taħt l-intestatura "Oħrajn" fil-kaxxa 104, l-ismijiet u l-indirizzi tal-kollettur u l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) u (b) ta' dak il-paragrafu. Artikolu 19 Meta wieħed jew aktar mill-prodotti aħħarija, prodotti intermedji, prodotti anċillari jew prodotti sekondarji koperti bil-kuntratti bħal ma hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 4 jkunu intenzjonati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, kopja ta' kontroll T5 għandha tkun imħejjija mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih dawk il-prodotti jkunu miksuba biex tkopri t-trasport tagħhom fil-Komunità. Waħda mir-rimarki segwenti għandha tinkiteb taħt "Oħrajn" fil-kaxxa 104 tal-kopji ta' kontroll T5: - Este producto no podrá acogerse a ninguna de las medidas previstas en el apartado 2 del artículo 1 del Reglamento (CE) no 1258/1999 del Consejo - De finansieringsforanstaltninger, der er omhandlet i artikel 1, stk. 2, i Rådets forordning (EF) nr. 1258/1999 kan ikke anvendes på dette produkt - Dieses Erzeugnis kommt für keine Finanzierungen gemäß Artikel 1 Absatz 2 der Verordnung (EG) Nr. 1258/1999 des Rates in Betracht - Το προϊόν αυτό δεν μπορεί να επωφεληθεί από τα μέτρα που προβλέπονται στο άρθρο 1 παράγραφος 2 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1258/1999 του Συμβουλίου - This product shall not qualify for any benefit pursuant to Article 1(2) of Council Regulation (EC) No 1258/1999 - Ce produit ne peut pas bénéficier des financements prévus à l'article 1er paragraphe 2 du règlement (CE) no 1258/1999 du Conseil - Questo prodotto non può beneficiare delle misure di cui all'articolo 1, paragrafo 2 del regolamento (CE) n. 1258/1999 del Consiglio - Dit product komt niet in aanmerking voor financieringen als bedoeld in artikel 1, lid 2, van Verordening (EG) nr. 1258/1999 van de Raad - O presente produto não pode beneficiar de medidas ao abrigo do n.o 2 do artigo 1.o do Regulamento (CE) n.o 1258/1999 do Conselho - Tähän tuotteeseen ei sovelleta neuvoston asetuksen (EY) N:o 1258/1999 1 artiklan 2 kohdan mukaisia toimenpiteitä - De åtgärder som avses i artikel 1.2. i rådets förordning (EG) nr 1258/1999 kan inte användas för denna produkt. Id-disposizzjonijiet ta' l-ewwel u t-tieni paragrafi japplikaw biss meta prodotti aħħarija elenkati fl-Anness III u l-prodotti intermedji, il-prodotti anċillari jew il-prodotti sekondarji koperti bil-kuntratti kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 4 kienu jiġbdu rifondi ta' l-esportazzjoni li kieku kienu miksuba minn materja prima mkabbra apparti milli permezz ta' din l-iskema. Sezzjoni 9 Kontrolli Artikolu 20 L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekords li għandhom iżommu l-kolletturi u l-proċessuri. Fil-każ tal-kolletturi, dawn ir-rekords għandu jkollhom il-kitbiet segwenti: (a) il-kwantitajiet tal-materja prima kollha mixtrija u mibjugħa għall-ipproċessar permezz ta' din l-iskema; (b) l-ismijiet u l-indirizzi ta' xerrejja/proċessuri sussegwenti; Fil-każ ta' proċessuri, dawn ir-rekords għandhom jinkludu, ma' tul intervalli regolari li għandhom ikunu ddeterminati mill-awtorità kompetenti, il-kitbiet segwenti: (a) il-kwantitajiet tal-materja prima kollha mixtrija għall-ipproċessar; (b) il-kwantitajiet ta' materja prima pproċessati u l-kwantitajiet u tipi ta' prodotti aħħarija, prodotti anċillari u prodotti sekondarji miksuba minnhom; (c) il-ħela waqt l-ipproċessar; (d) il-kwantitajiet meqruda u r-raġunijiet għal din il-qerda; (e) il-kwantitajiet u t-tipi ta' prodotti mibjugħa u ttrasferiti mill-proċessur u l-prezzijiet miksuba; (f) l-ismijiet u l-indirizzi ta' xerrejja/proċessuri sussegwenti; Artikolu 21 1. L-awtoritajiet kompetenti tal-kolletturi u dawk ta' l-Istati Membri li fihom isir l-ipproċessar għandhom jagħmlu kontrolli li jinkludu verifiki fiżiċi u spezzjonijiet ta' dokumenti kummerċjali, bl-għan li jivverifikaw, fil-każ tal-kolletturi, il-konsistenza bejn ix-xiri ta' materja prima u l-konsenji korrispondenti, u, fil-każ tal-proċessuri, bejn il-konsenji rispettivament tal-materja prima u l-prodotti maħduma, prodotti anċillari u prodotti sekondarji. Għall-iskop ta' dawn il-kontrolli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw ruħhom partikolarment fuq il-koeffiċjenti tekniċi ta' l-ipproċessar għall-materja prima kkonċernata. Meta dawn il-koeffiċjenti għall-prodotti esportati jkunu jinstabu fil-leġislazzjoni tal-Komunità, dawn għandhom ikunu applikati. Meta ma jkunux minn dawn imma koeffiċjenti oħra jkunu jinstabu fil-leġislazzjoni tal-Komunità, dawn għandhom ikunu applikati. Fil-każi l-oħra kollha, l-ispezzjoni għandha tiddependi prinċipalment fuq il-koeffiċjenti li ġeneralment huma aċċettati mill-industrija ta' l-ipproċessar. Il-kontrolli għandhom ifittxu wkoll li jistabbilixxu l-użu aħħari tajjeb mill-materja prima, prodotti anċillari u prodotti sekondarji, u li l-Artikoli 3(1) u 13(3) jkun hemm konformità magħhom. Il-kontrolli għandhom ikopru għallanqas 10 % tat-transazzjonijiet u operazzjonijiet ta' l-ipproċessar li jsiru fl-Istat Membru kkonċernat u għandhom ikunu ddeterminati mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta' l-analiżi tar-riskju u billi jittieħed akkont ta' kemm il-kuntratti ppreżentati jkunu rappreżentattivi. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżidu l-kontrolli kif hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni immedjatament, meta: (a) jkunu jidhru rregolaritajiet f'mill-anqas 3 % tal-kontrolli li hemm referenza dwar dan fil-paragrafu 1; (b) jkun hemm devjazzjoni mill-operat preċedenti tal-proċessuri; (c) jkun hemm operazzjonijiet ta' l-ipproċessar meta: (i) l-kwantitajiet jew il-valuri tal-prodotti aħħarija, il-prodotti anċillari jew il-prodotti sekondarji, ma jkunx hemm proporzjon fir-rigward tal-koeffiċjenti li hemm referenza dwarhom fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta' paragrafu 1; jew meta (ii) jkun hemm nuqqas ta' relattività għall-kriterji għad-determinazzjoni tal-valur ekonomiku tal-prodotti elenkati fl-Artikoli 3(1) u 13(3). KAPITOLU III Materja prima li m'hemmx bżonn li tkun koperta b'kuntratti Artikolu 22 Il-materja prima elenkati fl-Anness II (minn issa 'l quddiem imsejħa "materja prima") jistgħu jitkabbru fuq art imwarrba, bil-kondizzjoni li jkunu intenzjonati għall-użu fil-manifattura tal-prodotti aħħarija elenkati fl-Anness III. M'hemmx għalfejn li jkunu koperti b'kuntratt Artikolu 23 1. Biex jikkwalifikaw għall-pagament, l-applikanti li jixtiequ jużaw art imwarrba għat-tkabbir ta' materja prima għandhom jippreżentaw impenn bil-miktub flimkien ma' l-applikazzjonijiet tagħhom għall-pagament lejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tagħhom, fis-sens li l-materja prima kkonċernata jkunu jintużaw jew jinbigħu biss għall-iskopijiet bi qbil ma' l-Anness III. 2. Kull sena l-applikanti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fl-applikazzjonijiet tagħhom għall-pagament, tal-porzjonijiet ta' l-oqsma ta' l-art imwarrba bi qbil ma' dan il-Kapitolu, l-uċuħ imkabbra fuq dawn il-porzjonijiet ta' l-oqsma, kemm idum iċ-ċiklu ta' l-uċuħ u l-frekwenza mistennija tal-ħsad. KAPITOLU IV Disposizzjonijiet ġenerali Sezzjoni 1 Tħallija barra mill-iskema u l-projbizzjoni ta' għajnuna fuq oħra Artikolu 24 L-Istati Membri jistgħu jeskludu kwalunkwe mill-materja prima elenkati fl-Annessi I jew II mill-iskema stabbilita b'dan ir-Regolament meta dawn il-materji joħolqu diffikultajiet f'termini ta' kontrolli, saħħa pubblika, l-ambjent jew fil-liġi kriminali. F'dawn il-każi l-Istat Membru kkonċernati għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-materja(i) prima li jkollu l-intenzjoni li jeskludi u għandu jipprovdi r-raġunijiet għal dan. Artikolu 25 Il-materja prima elenkati fl-Anness I u mkabbra fuq art imwarrba u prodotti intermedji, prodotti aħħarija, prodotti anċillari u prodotti sekondarji mnissla minnhom, materja prima elenkati fl-Anness II u mkabbra fuq art imwarrba u prodotti mnissla minnhom u art użata biex tipproduċi dawn il-materja prima m'għandhomx ikunu eliġibbli għal: (a) xi finanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Ewropew ta' Tmexxija Agrikola u Garanzija bis-saħħa ta' l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999; (b) Għajnuna mill-Komunità kif hemm provvediment dwar dan fir-Regolament (KE) Nru 1258/1999, bl-eċċezzjoni ta' għajnuna ta' sostenn mogħtija fir-rigward ta' l-ispejjes għat-tħawwil ta' speċi li jikbru malajr kif hemm provvediment dwar dan fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 31(3) tiegħu. Sezzjoni 2 Evalwazzjoni u miżuri nazzjonali miżjuda Artikolu 26 Fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta' kull sena tas-suq, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tagħmel evalutazzjoni ta' l-iskema introdotta b'dan ir-Regolament. Meta l-Kapitolu II jkun ikkonċernat, din l-informazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni segwenti: (a) iż-żoni li jikkorrispondu għal kull speċi ta' materja prima, il-ġabriet mistennija kif hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 4(2)(d) u l-ġabriet rappreżentattivi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 9; (b) il-kwantitajiet ta' kull speċi ta' materja prima li ma nbigħux mill-kolletturi; (c) il-kwantitajiet ta' kull tip ta' prodott aħħari, prodott sekondarju u prodott anċillari miksub, bid-dettalji tal-materja prima li ntużat. Meta l-Kapitolu III jkun ikkonċernat, l-informazzjoni għandha tinkludi l-uċuħ taż-żona mwarrba għal kull speċi mkabbar. Artikolu 27 1. L-Istati Membri għandhom jappuntaw l-awtoritajiet kompetenti kif hemm referenza dwarhom f'dan ir-Regolament. 2. L-Istati Membri jistgħu jadottaw xi miżura addizzjonali meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bihom. Sezzjoni 3 Disposizzjonijiet ta' l-aħħar Artikolu 28 Ir-Regolament (KEE) Nru 1586/97 huwa b'dan imħassar b'effett mill-1 ta' Lulju 2000. Għandu jibqa' japplika għall-kuntratti rigward l-1999/2000 u s-snin tas-suq preċedenti. Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 29 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika għall-kuntratti u l-applikazzjonijiet għall-pagamenti ppreżentati fir-rigward tas-sena 2000/2001 u s-snin tas-suq sussegwenti. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul f'Brussel, 19 ta' Novembru 1999. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 1. [2] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, pġ. 12. [3] ĠU L 215, tas-7.8.1997, pġ. 3. [4] ĠU L 355, tal-5.12.1992, pġ. 1. [5] ĠU L 127, tal-21.5.1999, pġ. 4. [6] ĠU L 205, tat-3.8.1985, pġ. 5. [7] ĠU L 240, ta' l-10.9.1999, pġ. 11. [8] ĠU L 391, tal-31.12.1992, pġ. 36. [9] ĠU L 212, tat-30.7.1998, pġ. 23. [10] ĠU L 147, tat-18.6.1993, pġ. 25. [11] ĠU L 253, tal-11.10.1993, pġ. 1. [12] ĠU L 197, tad-29.7.1999, pġ. 25. [13] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 80. [14] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 103. [15] ĠU L 280, tat-30.10.1999, pġ. 43. -------------------------------------------------- ANNESS I MATERJA PRIMA LI HEMM REFERENZA DWARHA FIL-KAPITOLU II Kodiċi CN | Deskrizzjoni qasira | 06029059 | Pjanti oħra ta' barra (e.ż. Kenaf Hibiscus CannabinusL. u Cheopodium) bl-eċċezzjoni ta' Euphorbia lathyris; Sylibum marianumu Isatis tinctoria | 07019010 | Patata | ex07131090 | Piżelli (Pisum arvenseL.), apparti minn dawk għaż-żrigħ | 07135000 | Ful apparti minn dawk għaż-żrigħ | ex071490 | Artiċokk (basta li dawn ma jgħaddux mill-proċess magħruf bħala idrolisi kif definit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82 (), jew fl-istat naturali tagħhom jew bħala prodott intermedjarju bħal ma hija l-insulina, jew bħala prodott sekondarju bħal ma hu l-oligo fructose, jew bħala xi prodott assoċċjat) | 08103010 | Passulina | ex08109085 | Frott ta' l-ispeċi Aronia Arbutifolia, ziju tal-baħar (rhamnus) u sebuqa | 090420 | Frott tal-ġenju Capsicumjew tal-ġenju Pimenta, imqadded jew misħuq jew mitħun | 0909 | Żerriegħa tal-ħlewwa (aniċi), badjan, busbies, kosbor, kemmun jew ħlewwa; kukku ta' l-għargħar | 09105000 | Karì | 09109910 | Żrieragħ tal-fenugrik (tip ta' silla) | ex09109991 | Ħwawar, apparti minn taħlitiet | ex09109999 | Ħwawar, apparti minn taħlitiet | 10019099 | Qamħ tat-dqiq tal-Ġermanja, qamħ komuni u meslin apparti milli għaż-żrigħ | ex10020000 | Xgħir apparti milli żerriegħa | 10030090 | Barli apparti milli żerriegħa | 10040000 | Ħafur apparti milli żerriegħa | 10059000 | Qamħirrum (corn) apparti milli żerriegħa | 10070090 | Qamħ tal-millieġ, apparti milli ibridi għaż-żrigħ | ex10081000 | Qamħ tal-ġenzjana apparti milli żerriegħa | ex10082000 | Milliet apparti milli żerriegħa | ex10089010 | Tritikal apparti milli żerriegħa | ex10089090 | Ċereali oħra apparti milli żerriegħa | 12010090 | Fażola tas-sojja apparti milli għaż-żrigħ | 12022000 | Karawett mingħajr qoxra | ex12040090 | Kittien apparti milli għaż-żrigħ imma ddestinat għal użu apparti milli għat-tessuti | ex12050090 | Żrieragħ tar-Rapa u tal-kolza apparti milli għaż-żrigħ (dawk it-tipi biss li hemm referenza dwarhom fl-Artikoli 4(1) u 4(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2316/1999 () | 12060091 | Żerriegħa tal-ġirasol (fjur tax-xemx) apparti milli għaż-żrigħ | 12060099 | | 12073090 | Żerriegħa taż-żejt tal-kastru apparti milli għaż-żrigħ | 12074090 | Żerriegħa tal-ġunġliel apparti milli għaż-żrigħ | 12075090 | Żerriegħa tal-mustarda apparti milli għaż-żrigħ | 12076090 | Żerriegħa ta' l-għosfor apparti milli għaż-żrigħ | ex12079991 | Żerriegħa tal-qanneb apparti milli għaż-żrigħ u msemmija fl-Anness B tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1164/89 (), iddestinata għal użu apparti milli għat-tessuti | 12079999 | Żrieragħ oħrajn taż-żjut u frott oleaġeniku apparti milli għaż-żrigħ | ex120929 | Lupini morri | ex1211 | Pjanti u partijiet tal-pjanti (inklużi żrieragħ u frott), tat-tip użat primarjament fil-perfurmerija, fil-farmaċija u bħala insettiċidi, funġiċidi jew skopijiet simili, apparti milli l-ispika, spika ta' l-Imnarja u salvja | 121291 | Pitravi taz-zokkor (basta li z-zokkor, bħal ma huwa ddefinit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82, ma jkunx ipproduċut minnhom, la bħala prodott intermedjarju, prodott sekondarju jew prodott assimilat) | 12129910 | Għeruq taċ-ċikwejra (basta li dawn ma jgħaddux mill-proċess magħruf bħala idrolisi kif definit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82 (), jew fl-istat naturali tagħhom jew bħala prodott intermedjarju bħal ma hija l-inulina, jew bħala prodott sekondarju bħal ma hu l-oligo fructose, jew bħala xi prodott assoċċjat) | 1214 | Rapa svediża, pitravi bħala għalf ta' l-annimali (mangold jew mangel-wurzel), għeruq użati bħala għalf, nifel/xnien ta' barra (alfalfa), silla, pjanta qernija (ħuxlief), felful (kaboċċi) għall-għalf, lupini, ġilbiena u prodotti oħra simili għall-għalf | Kapitolu 14 | Trizzar veġitali, materjali għat-trapuntar u l-mili, jew dawk użati fl-ixkupi jew l-ixkupilji, prodotti veġitali li m'humiex x'imkien ieħor speċifikati jew inklużi (e.g. qaraboċċ (Sorghum vulgarevar. technicum)) | -------------------------------------------------- ANNESS II MATERJA PRIMA LI HEMM REFERENZA DWARHA FIL-KAPITOLU III Kodiċi CN | Deskrizzjoni qasira tal-prodotti | ex06029041 | Siġar tal-foresti b'rotazjoni qasira b'ċiklu ta' ħsad ta' 10 snin jew anqas | ex06029049 | Siġar, siġar żgħar u arbuxelli, li jipproduċu materjal tal-pjanti koperti mill-kodiċi NM 1211 u mill-Kapitolu 14 tan-Nomenklatura Mgħaquda, esklużi dawk kollha li jistgħu jkunu użati għal kunsum mil-bnedmin jew mill-annimali | ex06029051 | Pjanti ta' barra multiannwali (e.g. Miscanthus sinensis) apparti minn dawk li jistgħu jintużaw għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali, partikolarment dawk li jipproduċu materjal tal-pjanti koperti bil-kodoċi NM 1211, apparti milli l-ispika, spika ta' l-Imnarja u salvja, u mill-Kapitolu 14 tan-Nomeniklatura Mgħaquda | ex06029059 | Euphorbia lathyris, Sylibum marianumu Isatis tinctoria | 12119095 | Digitalis lanata, Secale cornutumu Hypericum perforatum, eskluż il-materjal tal-pjanti li jistgħu jintużaw għall-konsum mill-bniedem u mill-annimali | -------------------------------------------------- ANNESS III Prodotti aħħarija li jistgħu jkunu mmanifatturati minn materja prima elenkati fl-Annessi I u II: - il-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-Kapitoli 25 sa 99 tan-Nomenklatura Magħquda, - il-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-Kapitolu 15 tan-Nomenklatura Magħquda u maħsuba għal użu ieħor apparti milli għal konsum mill-bnedmin jew mill-annimali. - prodotti koperti mill-kodiċi NM 22072000 u intenzjonati għall-użu dirett f'karburanti għall-karozzi jew għall-ipproċessar għall-użu f'karburanti għall-karozzi. - materjal għall-ippakkjar kopert fil-kodiċi NM ex190410 u ex19059090, bil-kondizzjoni li tkun inkisbet prova li l-prodotti jkunu intużaw għall-iskopijiet li m'humiex ta' l-ikel bi qbil ma' l-Artikolu 15(4) ta' dan ir-Regolament. - żerriegħa tal-faqqiegħ koperti bil-kodiċi NM 06029110, - lakk, gomma naturali, reżini, reżini tal-gomma u balsami koperti bil-kodiċi NM 1301, - linfi u estratti tal-loppju koperti bil-kodiċi NM 13021100, - linfi u estratti tal-piretrum jew l-għeruq ta' pjanti li jkun fihom ir-rotenone koperti bil-kodiċi NM 13021400, - muċillaġni u sustanzi li jgħaqqdu oħrajn koperti bil-kodiċi NM 13023900, - il-prodotti tal-biedja kollha elenkati fl-Anness I u prodotti mnissla minnhom bi proċess intermedju u użati bħala karburanti għall-produzzjoni ta' l-enerġija, - il-prodotti kollha elenkati fl-Anness II u prodotti mnissla minnhom u maħsuba għall-skopijiet ta' enerġija, - il-prodotti kollha li hemm referenza dwarhom fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 87/1999 [2], bil-kondizzjoni li ma jkunux inkisbu minn ċereali jew patata kkultivata fuq art imwarrba u li ma jkunx fihom prodotti mnissla minn ċereali jew patata kkultivati fuq art imwarrba, - il-prodotti kollha li hemm referenza dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1010/86 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1148/98 [4], bil-kondizzjoni li ma jkunux inkisbu mill-pitravi taz-zokkor ikkultivat fuq art imwarrba u li ma jkunx fihom prodotti mnissla minn pitravi taz-zokkor ikkultivati fuq art imwarrba. [1] GU L 159, ta' l-1.7.1993, pg. 112. [2] GU L 9, tal-5.1.1999, pg. 8. [3] GU L 94, tad-9.4.1986, pg. 9. [4] GU L 159, tat-3.6.1998, pg. 38. --------------------------------------------------