EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1254

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella

ĠU L 160, 26/06/1999, p. 21–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1254/oj

31999R1254



Official Journal L 160 , 26/06/1999 P. 0021 - 0047


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999

tas-17 ta’ Mejju 1999

dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri [5],

(1) Billi l-operat u l-iżvilupp tas-suq komuni tal-prodotti agrikoli għandhom ikunu akkumpanjati bl-istabbiliment ta’ strateġija agrikola komuni li tinkludi b’mod partikolari l-organizzazzjoni komuni għas-swieq agrikoli li tista’ tieħu diversi għamliet li jiddependu mill-prodott;

(2) Billi l-iskop ta’ l-istrateġija agrikola komuni huwa li jintlaħqu l-objettivi kif stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat; billi, fis-settur taċ-ċanga u l-vitella, sabiex jiġu stabbilizzati s-swieq u jiġu assigurati normi xierqa għal-livell tal-ħajja għal Komunità agrikola, disposizzjoni għandha ssir għal miżuri tas-suq intern li jinkludu, b’mod partikolari, ħlasijiet diretti lill-produtturi taċ-ċanga, għajnuna għal imħażen privati u skema ta’ mħażen pubbliċi;

(3) Billi, sabiex jiġi stabbilit bilanċ ġdid tal-konsum tal-laħam fil-Komunità għall-benefiċju tas-settur taċ-ċanga u sabiex tittejjeb il-kompetittività ta’ dawn il-prodotti fis-swieq internazzjonali, il-livell ta’ appoġġ għas-suq għandu jiġi mnaqqas bil-mod; billi, minħabba l-konsegwenzi għall-produtturi, il-livell ta’ għajnuna fuq id-dħul stabbilit fl-organizzazzjoni komuni tas-suq għandu jiġi adottat u għandu jingħata għamla ġdida; billi, għal dak l-iskop, huwa xieraq li tiġi stabbilita skema komprensiva ta’ pagamenti diretti lill-produtturi; billi l-ammonti ta’ dawn il-pagamenti għandhom jiġu żvilupati b’sistema parallela mat-tnaqqis bil-mod ta’ appoġġ għas-suq;

(4) Billi, minħabba l-varjeta ta’ intrapriżi ta’ l-irziezet għat-trobbija ta’ l-annimali, il-pagamenti diretti għandhom jinkludu premju speċjali għall-produtturi ta’ barrin u gniedes, premju għaż-żamma ta’ merħliet ta’ baqar li jreddgħu u premju għall-qatla li jkun disponibbli għat-tipi kollha ta’ bhejjem ta’ l-ifrat inklużi baqar għall-ħalib u għoggiela; billi l-għoti ta’ premju m’għandux ikun rifless f’żieda ġenerali tal-produzzjoni; billi, għal dak l-iskop, in-numru ta’ bhejjem ta’ l-ifrat rġiel u baqar li jreddgħu eliġibbli għal premju speċjali u l-premju għall-baqar li jreddgħu għandu jkun illimitat bl-applikazzjoni rispettivament ta’ limiti massimi kemm għal reġjuni u wkoll individwali u, fil-każ ta’ premju speċjali, limiti tan-numru ta’ rjus f’kull qasam li l-Istati Membri għandhom ikollhom is-setgħa li jimmodulaw fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tagħhom; billi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-premju għall-qatla, limiti massimi għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ figuri storiċi tal-produzzjoni;

(5) Billi l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni ta’ gniedes normalment ivarjaw minn dawk tal-produzzjoni tal-barrin; billi huwa għalhekk ġustifikat jekk il-premju speċjali għall-gniedes jiġi stabbilit f’livell differenti għal kull bhima milli għall-barrin; billi, madanakollu, il-premju speċjali għall-gniedes għandu jkun maqsum f’żewġ pagamenti skond l-età speċifika;

(6) Billi l-qatla ta’ numru kbir ta’ gniedes matul l-istaġun tal-qatla fl-Istati Membri fejn din it-tip ta’ produzzjoni hija b’mod partikolari importanti, tista’ tfixkel l-istabbiltà tas-suq u, b’mod partikolari, twassal għal tnaqqis fil-prezzijiet tas-suq; billi sabiex tiġi mħeġġa l-qatla ta’ gniedes mhux matul il-perjodu annwali meta dawn ma jkunux jirgħu fuq il-ħaxix, għandu jingħata premju addizzjonali, suġġett għal ċerti kondizzjonijiet, b’żieda mal-premju speċjali għal annimali maqtula barra mill-istaġun matul l-ewwel 23 gimgħa tas-sena;

(7) Billi, sabiex tingħata aktar flessibbiltà lill-produtturi, l-eliġibbiltà għall-premju ta’ baqar li jreddgħu għandu jkun estiż għall-għoġġiela li jilħqu l-istess rekwiżiti tat-trobbija bħall-baqar li jreddgħu; billi, b’danakollu, in-numru eliġibbli ta’ għoġġiela l-merħliet ta’ baqar li jreddgħu għandu jkun illimitat għar-relattività normali ta’ sostituzzjoni; billi l-Istati Membri fejn aktar minn 60 % ta’ l-annimali eliġibbli għal premju ta’ baqar li jreddgħu jinżammu f’żoni bil-muntanji, għandhom ikunu awtorizzati li jamministraw separatament limiti massimi ta’ premju nazzjonali fil-qofol ta’ din ir-relattività;

(8) Billi l-premju għal baqar li jreddgħu għandu bħala prinċipju jkun ristrett għal produtturi li ma jfornux ħalib lill-fabriki tal-ħalib permezz ta’ skema ta’ levy addizzjonali stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi levy addizzjonali għas-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [6]; billi, b’dana kollu, appoġġ għad-dħul jista’ wkoll ikun meħtieġ fil-każ ta’ azjendi li jkollhom kemm baqar għal ħalib u baqar li jreddgħu; billi premju għall-baqar li jreddgħu għandu għalhekk jingħata wkoll lill-azjendi żgħar jew medji li jkollhom imrieħel imħalta b’referenza individwali ta’ kwalità ta’ ħalib ta’ mhux aktar minn 120000 kilogramma; billi, minħabba l-varjetà ta’ strutturi ta’ produzzjoni fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom ikollhom is-setgħa li jibdlu jew iwarbu l-limitazzjonijiet kwantitattivi fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi;

(9) Billi, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ premju għal baqar li jreddgħu, huwa xieraq li jinżammu l-limiti massimi għall-produtturi; billi wħud mid-drittijiet għall-premju li jingħataw minn limiti massimi individwali ma kinux użati fil-passat; billi dawn id-drittijiet li m’għadhomx jintużaw jinkoraġġixxu l-produzzjoni u ż-żieda fl-ispiża, b’mod partikolari, bħala konsegwenza ta’ għoġġiela li jsiru eliġibbli kompletament għal premju ta’ baqar li jreddgħu; billi sabiex jiġi evitat dan l-effett, in-numru totali tad-drittijiet għal premju għal baqar li jreddgħu f’kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ pagamenti ta’ premju attwalment magħmula f’dak li għandu x’jaqsam ma’ snin ta’ referenza storika, żieda f’ċerti marġni għaż-żamma tar-riżerva nazzjonali; billi l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jassiguraw li l-ammonti massimi nazzonali tagħhom jiġu rispettati; billi, jekk meħtieġ, għandhom jaġġustaw il-limiti massimi individwali tal-produtturi tagħhom mingħajr kumpens skond ċerti kriterji ta’ oġġettività; billi dawn il-kriterji għandhom jassiguraw, b’mod partikolari, trattament ugwali lill-produtturi in kwestjoni u protezzjoni ta’ l-aspettattivi leġittimi;

(10) Billi l-livell tal-produzzjoni ta’ produttur jista’ jvarja minħabba bidliet fil-merħla jew fil-kapaċità tal-produzzjoni; billi huwa għalhekk rakkomandabbli li jkun hemm disposizzjoni għall-possibbiltà tat-trasferiment tad-drittijiet għal-premju minn baqar li jreddgħu, li jkunu ġew akkwistati f’dak li għandu x’jaqsam ma’ limiti massimi individwali, lejn produtturi oħra, skond ċerti kundizzjonijiet, jew flimkien mal-qasam jew mingħajr ma tinżamm ir-rabta bejn id-drittijiet tal-premju u l-art fejn il-merħliet jinżammu;

(11) Billi l-produtturi ġodda u l-produtturi eżistenti li l-limiti massimi tagħhom ma jkunux jaqblu, għal raġunijiet varji, maċ-ċirkostanzi mibdula fil-merħliet tagħhom ta’ baqar li jreddgħu m’għandhomx ikunu esklużi mid-dritt għall-premju; billi għaldaqstant għandha ssir disposizzjoni biex jiġu mħaddma riservi nazzjonali li għandhom jiġu maħżuna u amministrati b’mod konformi mal-kriterji tal-Komunità; billi, għall-istess raġuni, huwa xieraq li t-traferiment tad-drittijiet għal premju jkun suġġett għat-trasferiment ta’ l-impriża marbuta miegħu għal regoli li bihom parti mid-drittijiet tat-trasferiment ikunu miżmuma mingħajr pagament ta’ kumpens u allokat għar-riserva nazzjonali;

(12) Billi huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu rabta bejn iż-żoni sensittivi jew lokalitajiet u l-produzzjoni ta’ baqar li jreddgħu sabiex jassiguraw iż-żamma ta’ dik il-produzzjoni speċjalment f’żoni fejn ma jkunx hemm alternattiva oħra;

(13) Billi, minħabba t-tendenzi ta’ intesifikazzjoni lejn il-produzzjoni taċ-ċanga u l-vitella, il-premju għall-irziezet tat-trabbija ta’ l-annimali għandu jkun illimitat għall-possibbiltà ta’ l-għalf f’kull qasam f’dak li għandu x’jaqsam man-numru u l-ispeċi ta’ l-annimali mrobbija; billi, sabiex tiġi evitata tip ta’ produzzjoni intensiva, l-għoti ta’ dan il-premju għandu jkun suġġett għall-konformità mad-densità massima tal-merħliet fl-impriża; billi, madanakollu, il-qagħda ta’ produtturi żgħar għandha tiġi kkunsidrata;

(14) Billi, sabiex jissaħħu l-inċentivi biex tiġi estiża l-produzzjoni bl-għan li tittejjeb l-effettività tagħha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-objettivi ambjentali, ammont addizzjonali għandu jingħata lill-produtturi li jkunu konformi mal-ħtiġiet ta’ densità stretta u ġenwina tal-merħliet; billi, sabiex jiġi evitat tibdil kbir fil-livell globali ta’ l-għajnuna u sabiex ikun assigurat kontrol xieraq fuq l-ispiża, disposizzjoni għandha ssir għall-aġġustament ta’ l-ammont addizzjonali, jekk meħtieġ;

(15) Billi l-kondizzjonijiet għall-produzzjoni taċ-ċanga u l-qagħda tad-dħul tal-produtturi tvarja b’mod sinifikanti f’żoni differenti ta’ produzzjoni fil-Komunità; billi skema fuq firxa Komunitarja b’pagament ugwali għall-produtturi kollha tkun wisq riġida biex titratta kif xieraq id-differenzi strutturali u naturali tad-diversi rekwiżiti li jirriżultaw minnhom; billi, għalhekk, huwa xieraq li jsir provvediment għal qafas flessibli ta’ pagamenti addizzjonali mill-Komunità li għandhom jiġu stabbiliti u mgħammra mill-Istati Membri fil-qofol ta’ ammonti globali fissi u b’mod konformi ma’ ċerti kriterji komuni; billi l-ammonti globali għandhom ikunu allokati lill-Istati Membri fuq il-bażi tas-sehem tagħhom fil-produzzjoni taċ-ċanga fil-Komunità; billi l-kriterji komuni huma intenzjonati, inter alia, biex ma jħallux li pagamenti addizzjonali joħolqu effetti diskriminatorji u biex jittieħed akkont sħieħ ta’ l-impenji multilaterali tal-Komunità; billi, b’mod partikolari, huwa essenzjali li l-Istati Membri jkunu obbligati li jużaw il-poteri ta’ diskrezzjoni tagħhom esklussivament fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, biex jieħdu ħsieb bis-sħieħ tal-kunċett ta’ trattament ugwali u jevitaw xkiel fis-suq u għall-kompetizzjoni; billi huwa xieraq li jkun hemm disposizzjoni għal tipi ta’ pagamenti addizzjonali li jistgħu jseħħu; billi dawn it-tipi għandhom ikunu pagamenti għal kull ras għal ċerti kategoriji ta’ bhejjem ta’ l-ifrat u pagamenti biż-żoni;

(16) Billi, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pagamenti għal kull ras, ċerti limiti kwantitattivi huma meħtieġa ħalli jassiguraw livell xieraq ta’ kontroll tal-produzzjoni; billi, aktar minn hekk, il-kunċett ta’ l-applikazzjoni tal-ħtiġiet tad-densità tal-merħliet għandu jiġi segwit mill-Istati Membri;

(17) Billi l-pagament addizzjonali għaż-żoni għandom jingħataw biss għal mergħa permanenti li ma tibbenefikax minn miżuri oħra tal-Komunità dwar appoġġ tas-suq; billi l-pagamenti skond iż-żoni għandhom ikunu applikati fil-limiti ta’ żoni bażiċi reġjonali ta’ mergħat permanenti li għandu jkunu stabbiliti mill-Istati Membri skond l-informazzjoni ta’ referenza storika; billi l-ammont massimu ta’ pagamenti għaż-żoni li jistgħu jingħataw għal kull ettaru, inklużi pagamenti addizzjonali għal żoni skond l-organizzazzjoni komuni tas-suq għal ħalib u prodotti tal-ħalib, għandhom ikunu kumparabbli man-norma ta’ appoġġ għal kull ettaru permezz tas-sistema ta’ appoġġ għal produtturi ta’ ċerti tipi ta’ uċuħ tal-ħrit;

(18) Billi l-pagamenti diretti għandhom ikunu suġġetti għal konformità minn dawk li jżommu l-amminali in kwestjoni mar-regoli relevanti tal-Komunità dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ bhejjem ta’ l-ifrat; billi, sabiex jintlaħaq l-impatt ekonomiku mixtieq, il-pagamenti diretti għandhom jingħataw sa ċerti limiti ta’ żmien;

(19) Billi l-użu ta’ ċerti sustanzi fil-produzzjoni taċ-ċanga huwa projbit skond il-liġi tal-Komunità; billi għandhom jiġu applikati penalitajiet xierqa meta d-disposizzjonijiet relevanti ma jkunux rispettati;

(20) Billi skond l-arranġamenti ta’ appoġġ għall-prezzijiet u d-dħul stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-intervent pubbliku eżistenti fil-forma ta’ aġenziji ta’ intervent li jixtru ħażniet pubbliċi m’humiex aktar indispensabbli għall-bilanċ tas-suq imma aktarx li joħolqu spiża konsiderevoli; billi għalhekk, dan għandu jitneħħa bil-mod; billi, b’dana kollu sabiex isir kontribut lejn l-istabbilizzar tal-prezzijiet tas-suq fuq il-prezz bażiku li jirrappreżenta l-appoġġ mixtieq tas-suq tal-livell ta’ għajnuna għal ħażniet privati jeħtieg li jkun hemm disposizzjoni dwarha; billi, għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex tiddeċiedi dwar l-għoti ta’ għajnuna għal ħażniet privati meta l-prezz tas-suq jaqa’ taħt il-103 % tal-prezz bażiku; billi, aktar minn hekk, skema ta’ intervent bħala "xibka tas-sigurtà" għandha tkun stabbilita bl-iskop li toffri appoġġ lis-suq taċ-ċanga u l-vitella fl-Istati Membri jew reġjuni ta’ l-Istati Membri meta l-prezzijiet tas-suq jaqgħu taħt il-livell kritiku tal-prezz; billi disposizzjoni għandha ssir għal għajnuna lill-ħażniet privati u sabiex l-iskema ta’ intervent tiġi implimentata fuq il-bażi ta’ skala ta’ gradazzjoni li hija rikjesta mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 tat-28 ta’ April 1981 li jistabbilixxi l-iskala tal-Komunità għal klassifikazjoni ta’ karkassi ta’ bhejjem ta’ l-ifrat adulti [7]

(21) Billi l-ħolqien ta’ suq wieħed tal-Komunità għaċ-ċanga u l-vitella jinvolvi l-introduzzjoni ta’ sistema waħda ta’ negozju fuq il-fruntieri esterni tal-Komunità; billi sistema ta’ negozju tinvolvi dazji ta’ l-importazzjoni u r-rifużjoni ta’ flus għall-esportazzjoni, flimkien ma miżuri interni tas-suq, li għandhom, bħala prinċipju, jistabbilizzaw is-suq tal-Komunità; billi sistema ta’ negozju għandha tkun ibbażata fuq li l-intrapriżi li jaċċettaw id-Dikjarazzjoni ta’ l-Uragwaj tan-negozjati multilaterali tal-kummerċ;

(22) Billi, sabiex jiġi sorveljat il-volum ta’ kummerċ taċ-ċanga ma’ pajjiżi terzi, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni għal ċerti prodotti, li jinkludu il-preżentazzjoni ta’ garanzija bħala sigurtà li t-tranżazzjoni li għaliha jinħarġu dawk il-liċenzji fil-fatt isseħħ;

(23) Billi sabiex jiġu evitati jew miġġielda l-effetti ħżiena fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli, l-importazjoni ta’ wieħed jew aktar minn dawk il-prodotti għandhom ikunu suġġetti għal pagament ta’ dazju ta’ l-importazzjoni addizzjonali, jekk ċerti kondizzjonijiet jiġu sodisfatti;

(24) Billi huwa xieraq, taħt ċerti kondizzjonijiet, li jingħata lill-Kummissjoni l-poter li tiftaħ u tamministra tariffi ta’ kwoti li jirriżultaw minn ftehim interni li jkunu finalizzati b’mod konformi mat-Trattat jew ma’ xi atti oħra tal-Kunsill;

(25) Billi d-disposizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, ibbażati fuq id-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u fis-suq dinji, li jaqgħu taħt il-Ftehim dwar l-Agrikoltura ta’ l-ODK [8], għandhom iservu bħala salvagward tal-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-kummerċ internazzjonali taċ-ċanga u l-vitella; billi din ir-rifużjoni għandha tkun soġġetta għal-limiti fir-rigward tal-kwantità u l-valur;

(26) Billi l-konformità mal-limiti fir-rigward tal-valur għandha tiġi assigurata fil-waqt meta r-rifużjoni tkun stabbilita permezz ta’ sorveljanza tal-pagamenti skond ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija; billi s-sorveljanza tista’ tiġi faċilitata bl-istabbilizzar obbligatorju bil-quddiem tar-rifużjoni, waqt li jħalli l-possibbiltà, f’każi ta’ rifużjonijiet differenzjati, ta’ tibdil fid-destinazzjoni speċifikata fiż-żona ġeografika li għaliha rata singola ta’ rifużjoni tkun tapplika; billi, fil-każ ta’ tibdil fid-destinazzjoni, ir-rifużjoni applikabbli għad-destinazzjoni attwali għandha tiġi mħallsa, bil-limitu massimu ta’ l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni li tkun stabbilita bil-quddiem;

(27) Billi sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-limiti tal-kwantità hija meħtieġa l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ sorveljanza li tkun affidabbli u effettiva; billi, għal dak l-iskop, ir-rifużjoni għandha tkun soġġetta għal liċenzja ta’ l-esportazzjoni; billi r-rifużjoni għandha tingħata sal-limiti disponibbli, skond is-sitwazzjoni partikolari ta’ kull prodott in kwestjoni; billi l-eċċezzjonijiet għal dik ir-regola għandhom ikunu permissibbli biss fil-każijiet ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna ta’ l-ikel, li huma eżenti minn kull limitu; billi s-sorveljanza tal-kwantitajiet esportati bir-rifużjoni matul is-snin tas-suq kif hemm referenza għalihom fil-Ftehim dwar l-Agrikoltura ta’ l-ODK għandha ssir fuq il-bażi ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa għall kull sena tas-suq;

(28) Billi, b’żieda mas-sistema msemmija hawn fuq, u sal-limitu meħtieġ għat-twettieq xieraq tagħha, għandha tiddaħħal disposizzjoni biex tirregola jew, meta s-sitwazzjoni tas-suq hekk tkun teħtieġ, li tipprojbixxi l-użu ta’ arranġamenti ta’ proċessar interni;

(29) Billi sistema ta’ dazju doganali tagħmilha possibbli li telimina l-miżuri protettivi l-oħra kollha fuq il-fruntieri esterni tal-Komunità; billi, b’dana kollu, is-suq intern u l-mekkaniżmu tad-dazju jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ikunu difettużi; billi, f’każijiet bħal dawn, sabiex is-suq tal-Komunità ma jitħalliex mingħajr difiża kontra tfixkil li jista’ joriġina minn dawn, il-Komunità għandha tkun tista’ tieħu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr dewmien; billi dawk il-miżuri għandhom ikunu konformi ma’ l-obbligazjonijiet li jirriżultaw mill-ftehim ta’ l-ODK;

(30) Billi, sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni xierqa ta’ l-istrumenti stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun infurmata sewwa dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet fuq is-suq komuni għaċ-ċanga u l-vitella; billi, għalhekk, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ reġistrazzjoni tal-prezzijiet ta’ bhejjem ta’ l-ifrat u laħam ta’ dawn l-annimali;

(31) Billi huwa xieraq li jkun hemm disposizzjoni għal miżuri li għandhom jittieħdu meta jkun hemm żieda jew tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet li tfixkel jew thedded li tfixkel is-suq tal-Komunità; billi dawn il-miżuri jistgħu wkoll jinkludu xiri ta’ intervent ad hoc;

(32) Billi r-restrizzjonijiet dwar il-moviment ħieles li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ miżuri intenzjonati biex ma jħallux it-tixrid ta’ mard ta’ l-annimali jista’ joħloq diffikultajiet fuq is-suq ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri; billi għandhom jiddaħħlu disposizzjonijiet għall-introduzzjoni ta’ appoġġ eċċezzjonali għas-suq sabiex ikunu ta’ rimedju f’dawn is-sitwazzjonijiet;

(33) Billi l-istabbiliment ta’ suq wieħed ibbażat fuq il-prezzijiet komuni aktarx li huwa mhedded bl-għoti ta’ ċerti għajnuniet; billi, għalhekk, id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat li jippermettu li ssir stima ta’ l-għajnuniet mogħtija minn Stati Membri u mill-projbizzjonijiet ta’ dawk li huma inkumpatibbli mas-suq komuni għandhom japplikaw għall-organizzazzjoni tas-suq komuni għaċ-ċanga u l-vitella;

(34) Billi huwa meħtieġ li, hekk kif jiżviluppa s-suq komuni taċ-ċanga u l-vitella, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom iżommu lill xulxin fornuti bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(35) Billi, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, għandu jkun hemm disposizzjoni għal proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Amministrattiv;

(36) Billi l-ispiża minfuqa mill-Istati Membri bħala riżultat ta’ l-obbligi li joriġinaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun iffinanzjata mill-Komunità b’mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [9];

(37) Billi l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella għandha tqis b’mod approprjat, fl-istess waqt, l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat;

(38) Billi l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 [10] kien emendat diversi drabi; billi, minħabba n-numru tagħhom, il-kumplessità tagħhom u t-tixrid tagħhom fost diversi Ġurnali Uffiċjali, dawn it-testi huma diffiċili biex jintużaw u għahekk ibagħtu minn nuqqas ta’ ċarezza li għandha tkun karatteristika essenzjali għal-legislazzjoni kollha; billi, minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, għandhom jiġu kkonsolidati f’regolament ġdid, u r-Regolament (KEE) Nru 805/68 hawn fuq imsemmi għandu jiġi mħassar; billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 98/69 tas-16 ta’ Jannar 1969 jesiġi regoli ġenerali dwar id-disponiment minn aġenziji ta’ intervent ta’ ċanga u vitella ffriżata [11], (KEE) Nru 989/68 tal-15 ta’ Lulju 1968 li jesiġi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna għal ħażniet privati ta’ ċanga u vitella [12] u (KEE) Nru 1892/87 tat-2 ta’ Lulju 1987 dwar ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet tas-suq fis-settur taċ-ċanga u l-vitella [13], li l-bażi legali tagħhom kien ir-Regolament (KEE) Nru 805/68, huma mibdula b’arranġamenti ġodda ta’ dan ir-Regolament u għandhom għalhekk jiġu mħassra;

(39) Billi t-tibdil mill-arranġamenti fir-Regolament (KEE) Nru 805/68 lejn dawk ta’ dan ir-Regolament jistgħu joħolqu diffikultajiet li m’humiex meqjusa minn dan ir-Regolament; billi, sabiex tiġi meqjusa dik l-evantwalità, għandha tiddaħħal disposizzjoni mill-Kummissjoni li tadotta l-miżuri transitorji meħtieġa; billi l-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex issolvi problemi prattiċi speċifiċi,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella għandha tinkludi sistema ta’ suq intern u kummerċ ma’ pajjiżi terzi biex tkopri dawn il-prodotti:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |

0102 90 05 sa 0102 90 79 | Annimali ħajjin ta' l-ispeċi domestiċi tal-bhejjem ta' l-ifrat, minbarra annimali ta' razza pura għat-tagħmir |

0201 | Laħam tal-bhejjem ta' l-ifrat, frisk jew imkessaħ |

0202 | Laħam tal-bhejjem ta' l-ifrat, iffriżat |

02061095 | friska jew imkessħa |

02062991 | Falda tal-bergħud, ħoxna jew irqieqa, iffriżata |

021020 | Laħam tal-bhejjem ta' l-ifrat, |

02109041 | Falda tal-bergħud, ħoxna jew irqieqa, immellaħ, fl-ilma mielaħ, imnixxfa jew affumikata |

02109090 | Dqiq li jittiekel u laħam jew skart tal-laħam mitħun oħxon |

16025010 | Laħam ieħor preparat jew priżervat jew skart tal-laħam tal-bhejjem ta' l-ifrat, mhux imsajjar; Taħlit ta' laħam imsajjar jew skart u laħam jew skart mhux imsajjar |

16029061 | Laħam ieħor preparat jew priżervat li jkun fih laħam jew skart tal-bhejjem ta' l-ifratt, mhux imsajjar; Taħlit ta' laħam jew skart imsajjar u laħam jew skart mhux imsajjar |

0102 10 | Bhejjem ta' l-ifrat ħajjin ta' razza pura |

0206109102061099 | Skart li jittiekel tal-bhejjem ta' l-ifrat eskluża l-falda tal-bergħud ħoxna jew irqieqa, frisk jew imkessaħ, ħlief jekk għall-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi |

020621000206229002062999 | Skart li jittiekel tal-bhejjem ta' l-ifrat minbarra l-falda tal-bergħud ħoxna jew irqieqa, iffriżat, ħlief jekk għall-maniifattura ta' prodotti farmaċewtiċi |

02109049 | Skart tal-laħam li jittiekel tal-bhejjem ta' l-ifrat, immellaħ, fl-ilma mielaħ, imnixxef jew affumikat, minbarra l-falda tal-bergħud ħoxna jew irqieqa, |

ex15020090 | Xaħmijiet tal-bhejjem ta' l-ifrat, nejjin jew proċessati, kemm jekk ippressati jew jekk ikunu ġew estratti s-solventi u kemm jekk le |

1602 50 31 sa1602 50 80 | Laħam jew skart tal-laħam ieħor preparat jew priżervat, tal-bhejjem ta' l-ifrat, minbarra laħam jew skart tal-laħam mhux imsajjar u taħlit ta' laħam jew skart tal-laħam imsajjar u laħam jew skart mhux imsajjar |

16029069 | Laħam ieħor preparat jew priżervat li jkun fih laħam jew skart tal-laħam tal-bhejjem ta' l-ifrat ħlife jekk mhux imsajjar, u taħlit ta' laħam imsajar u laħam jew skart mhux imsajjar |

2. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) "bhejjem ta’ l-ifrat" għandhom ifissru annimali ħajjin ta’ speċi bovini domestiċi li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex010210, 01029005 sa 01029079;

(b) "bhejjem ta’ l-ifrat adulti" għandhom ifissru bhejjem ta’ l-ifrat li l-piż ħaj tagħhom ikun ta’ aktar minn 300 kilogramma.

IT-TITOLU I

IS-SUQ INTERN

Artikolu 2

Sabiex tiġi mħeġġa azzjoni minn organizzazzjonijiet tal-kummerċ u tal-kummerċ konġunt b’tali mod li jiġi ffaċilitat l-aġġustament tal-provvista għall-ħtiġiet tas-suq, il-miżuri tal-Komunità li ġejjin għandhom jittieħdu fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1:

(a) miżuri li jtejbu t-tnissil tar-razza;

(b) miżuri li jinkoraġġixxu l-organizzazzjoni aħjar tal-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq;

(ċ) miżuri biex itejbu l-kwalità;

(d) miżuri li jippermettu l-istabbiliment ta’ tbassir kemm fil-futur qarib u dak imbiegħed dwar il-bażi tal-mezzi tal-produzzjoni użati;

(e) miżuri li jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni tat-tendenzi tal-prezz tas-suq.

Regoli ġenerali li jikkonċernaw dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kunsill b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 (2) tat-Trattat.

IL-KAPITOLU 1

PAGAMENTI DIRETTI

Artikolu 3

Għall-iskopijiet ta’ dan il-kapitolu:

(a) produttur għandu jfisser bidwi individwali, sew jekk persuna fiżika jew ġuridika jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, irrispettivament mill-istatus legali kif mogħti mil-liġi nazzjonali lil dak il-grupp jew lill-membri tiegħu, li l-impriża tagħhom tkun tinstab fit-territorju tal-Komunità u li jkunu nvoluti fit-trobbija ta’ bhejjem ta’ l-ifrat,

(b) impriża għandha tfisser l-unitajiet kollha tal-produzzjoni amministrati mill-produttur u li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed,

(c) reġjun għandu jfisser Stat Membru jew reġjun fl-Istat Membru, fuq l-għażla ta’ l-Istat Membru involut,

(d) barri għandu jfisser bhima ta’ l-ifrat raġel li ma jkunx ikkastrat,

(e) gendus għandu jfisser bhima ta’ l-ifrat raġel ikkastrat,

(f) baqra li tredda’ għandha tfisser baqra li tappartjeni għar-razzez tal-laħam jew imwielda minn tagħmir ma’ razza tal-laħam, u li tappartjeni għal merħla intenzjonata għat-trobbija ta’ għoġġiela għall-produzzjoni tal-laħam,

(g) għoġġla għanda tfisser bhima ta’ l-ifrat bovina mara mill-età ta’ tmien xhur li ma tkunx għadha welldet.

IT-TAQSIMA 1

Premju

Sotto-taqsima

Premju speċjali

Artikolu 4

1. Dan għandu jingħata fil-forma ta’ premju annwali kull sena kalendarja u għal kull impriża fil-limiti massimi reġjonali għal mhux aktar minn 90 bhima ta’ kull grupp ta’ età li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.

2. Il-premju speċjali għandu jingħata mhux aktar minn:

(a) darba matul il-ħajja ta’ kull barri mill-età ta’ disa’ xhur, jew

(b) darbtejn fil-ħajja ta’ kull gendus:

- l-ewwel darba fl-età ta’ disa’ xhur,

- it-tieni darba wara li jkun laħaq l-età ta’ 21 xhar.

3. Biex jikkwalifikaw għall-premju speċjali:

(a) kull bhima koperta minn applikazzjoni għandha tinżamm mill-produttur għas-simna għal perjodu li għandu jiġi stabbilit,

(b) kull bhima għandha tkun koperta sal-qatla jew sa meta sseħħ l-esportazzjoni b’passaport tal-bhejjem li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 tal-21 ta’ April 1997 li jistabbilixxi sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ bhejjem ta’ l-ifrat u dwar it-tikkettjar taċ-ċanga jew prodotti taċ-ċanga [14] li jkun fih l-informazzjoni kollha relevanti dwar l-istatus tal-premju jew, jekk ma jkunx disponibbli, dokument amministrattiv ekwivalenti.

4. Meta f’xi reġjun partikulari n-numru totali ta’ barrin mill età ta’ disa’ xhur u ta’ għoġġiela mill-età ta’ disa’ xhur sa l-età ta’ 20 xahar, li għalihom tkun saret applikazzjoni u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ premju speċjali, ikun jeċċedi l-massimu reġjonali li hemm referenza għalih fl-Anness I, in-numru ta’ l-annimali kollha eliġibbli taħt il-paragrafu 2 (a) u (b) għal kull produttur għal kull sena in kwestjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat.

"massimu reġjonali" għandu jfisser in-numru ta’ bhejjem intitolati għal benefiċċju, f’reġjun u għal kull sena kalendarja, għall-premju speċjali.

5. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 4, l-Istati Membri jistgħu:

- fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, li huma jistgħu jistabbilixxu, ibiddlu jew iwarrbu l-limitu ta’ l-intestatura ta’ 90 bhima kull qasam u grupp ta’ età u,

- meta jeżerċitaw dan il-poter, jiddeċiedu li japplikaw il-paragrafu 4 b’tali mod hekk li jilħaq il-livell ta’ tnaqqis meħtieġ biex ikun konformi ma’ l-applikazzjoni ta’ massimu reġjonali, mingħajr ma jkunu applikati dawn it-tnaqqis għal produtturi żgħar li, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dik is-sena partikolari, ma jkunux issottomettew applikazzjoni għal premju speċjali għal aktar minn numru minimu ta’ annimali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat.

6. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-premju speċjali fiż-żmien tal-qatla.

Il-premju għandu jitħallas jew jingħata lura lill-produtturi.

Ir-Renju Unit huwa awtorizzat li japplika għall-Irlanda ta’ Fuq sistema ta’ għoti ta’ premju speċjali li tkun differenti minn dik applikata għall-kumplament tat-territorju tiegħu.

7. L-ammont ta’ premju għandu jkun stabbilit bħala:

(a) għal kull barri eliġibbli:

- 160 EUR għas-sena kalendarja 2000,

- 185 EUR għas-sena kalendarja 2001,

- 210 EUR għas-sena kalendarja 2002 u għas-snin kalendarji sussegwenti;

(b) għall kull gendus eliġibbli u kategorija ta’ età:

- 122 EUR għas-sena kalendarja 2000,

- 136 EUR għas-sena kalendarja 2001,

- 150 EUR għas-sena kalendarja 2002 u għas-snin kalendarji sussegwenti.

8. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Sotto-taqsima 2

Premju ta’ barra mill-istaġun

Artikolu 5

1. Meta, fi Stat Membru, in-numru ta’ gniedes:

(a) maqtula f’sena partikulari jeċċedi s-60 % tat-total annwali ta’ qtil ta’ bhejjem ta’ l-ifrat rġiel, u

(b) maqtula matul il-perjodu mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Novembru f’sena partikolari jeċċedi l-35 % tat-total annwali ta’ gniedes maqtula,

il-produtturi jistgħu jikkwalifikaw, ma’ l-applikazzjoni, għal premju addizzjonali mal-premju speċjali (premju ta’ barra mill-istaġun). Madanakollu, jekk iż-żewġ rati li jagħtu bidu u li hemm referenza għalihom hawn fuq jintlaħqu fl-Irlanda ta’ Fuq, il-premju għandu japplika għall-Irlanda u għall-Irlanda ta’ Fuq.

Sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu fir-Renju Unit, l-Irlanda ta’ Fuq għandha titqies bħala entità separata.

2. L-ammont ta’ dan il-premju għandu jiġi stabbilit bħala:

- EUR 72,45 għal kull bhima maqtula matul l-ewwel 15-il gimgħa ta’ kull sena partikolari,

- EUR 54,34 għal kull bhima maqtula matul is-16 u s-17-il gimgħa ta’ kull sena partikolari,

- EUR 36,23 għal kull bhima maqtula matul it-18 u l-21 gimgħa ta’ kull sena partikolari, u

- EUR 18,11 għal kull bhima maqtula matul it-22 u t-23 gimgħa ta’ kull sena partikolari.

3. Meta r-rata li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1(b) ma tintlaħaqx, wara li tiġi meqjusa s-sentenza ta’ qabel ta’ l-aħħar tal-paragrafu 1, l-Istati Membri li l-produtturi tagħhom kienu rċevew qabel il-premju ta’ l-istaġun jistgħu jiddeċiedu li jagħtu dan il-premju bir-rata ta’ 60 % ta’ l-ammonti stabbiliti fil-paragrafu 2.

F’dak il-każ, l-Istat Membru involut:

(a) jista’ jiddeċiedi li jagħti dan il-premju għall-ewwel żewġ jew tliet perjodi f’dak il-każ biss,

(b) għandu jagħmel ċert li l-miżura tkun finanzjarjament newtrali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istess sena tal-budget billi jnaqqas kif xieraq:

- l-ammont tat-tieni kategorija ta’ età tal-premju speċjali applikabbli għal gniedes mogħtija f’dak l-Istat Membru, u/jew

- pagamenti addizzjonali li għandhom isiru taħt it-taqsima 2,

u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżura ta’ tnaqqis applikata.

Għall-iskop ta’ l-applikazzjoni ta’ din il-miżura, l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom jitqiesu bħala entità waħda għall-kalkolu tar-rata li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 (a) u għalhekk sabiex jikkwalifikaw għal dak il-premju.

4. Sabiex jiġi stabbilit jekk il-perċentwali li hemm referenza għalihom f’dan l-Artikolu jkunux ġew maqbuża, għandhom jiġu meqjusa l-qatliet imwettqa matul it-tieni sena ta’ qabel dik li fiha l-annimali li jikkwalifikaw għall-premju jkunu ġew maqtula.

5. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Is-sotto taqsima 3

Premju għal baqar li jreddgħu

Artikolu 6

1. Produttur li jrabbi baqar li jreddgħu fl-impriża tiegħu jista’ jikkwalifika, ma’ l-applikazzjoni, għal premju ta’ manteniment ta’ baqar li jreddgħu (premju tal-baqar li jreddgħu). Dan għandu jingħata fil-forma ta’ premju annwali għal kull sena kalendarja u għal kull produttur fil-limiti massimi individwali.

2. Il-premju tal-baqar li jreddgħu għandu jingħata lil kull produttur:

(a) li ma jfornix ħalib jew prodotti tal-ħalib mir-razzett tiegħu għal 12-il xahar mill-jum meta tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni.

Il-forniment ta’ ħalib jew prodotti tal-ħalib direttament mill-impriża lill-konsumatur m’għandux, b’dana kollu, itellef l-għoti tal-premju,

(b) li jforni ħalib jew prodotti tal-ħalib li l-kwantità totali individwali ta’ referenza skond ma hemm referenza dwarha fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 m’għandux jeċċedi l-120000 kilogramma. B’dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, li jistabbilixxu huma, li jbidlu jew jirrinunzjaw dan il-limitu kwantitattiv,

kemm-il darba huwa jżomm, għal mill-anqas sitt xhur konsekuttivi mill-jum li fih l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata n-numru ta’ baqar li jreddgħu mill-anqas ugwali għal 80 % u ta’ l-għoġġiela mhux aktar minn 20 % tan-numru li għalih ikun intalab il-premju.

Sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ annimali eliġibbli taħt il-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel sottoparagarafu, kemm jekk il-baqar ikunu jappartjenu għal merħliet li jreddgħu u kemm jekk ikunu jappartjenu għal merħliet tal-ħalib, għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tar-referenza individwali tal-benefiċċjarju kif imfissra fl-Artikolu 16 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib jew prodotti tal-ħalib [15] u tal-medja tal-produzzjoni tal-ħalib.

3. L-intitolament għall-premju tal-produtturi għandu jkun illimitat bl-applikazzjoni ta’ limitu massimu għal kull individwu kif mfisser fl-Artikolu 7.

4. Għal kull bhima eliġibbli, l-ammont ta’ premju għandu jkun stabbilit bħala:

- 163 EUR għas-sena kalendarja 2000,

- 182 EUR għas-sena kalendarja 2001,

- 200 EUR għas-sena kalendarja 2002 u għas-snin kalendarji sussegwenti.

5. L-Istati Membri jistgħu jagħtu premju nazzjonali addizzjonali għall-baqar li jreddgħu, sa massimu ta’ 50 EUR għal kull bhima, kemm-il darba ma tinħoloq l-ebda diskriminazzjoni bejn bdiewa tal-merħliet fl-Istat Membru kkonċernat.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ impriżi li jinsabu f’reġjun kif imfisser fl-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [16], l-ewwel 24,15 EUR għal kull bhima ta’ dan il-premju addizzjonali għandu jiġi ffinanzjat mit-taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG).

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ azjendi li jinsabu matul it-territorju ta’ Stat Membru jekk fl-Istat Membru in kwestjoni l-popolazzjoni tal-bhejjem ta’ l-ifrat ikollha proporzjon għoli ta’ baqar li jreddgħu, li jirrappreżenta mill-anqas 30 % tan-numru totali ta’ baqar, u jekk mill-anqas 30 % tal-bhejjem ta’ l-ifrat irġiel maqtula jkunu jappartjenu għall-klassijiet ta’ konformità S u E, it-taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG għandha tiffinanzja l-premju addizzjonali totali. Kull eċċess ta’ dawn il-perċentwali huwa stabbilit fuq il-bażi tal-medja tas-sentejn ta’ qabel dik li għaliha l-premju jkun ingħata.

6. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu meqjusa biss dawk l-għoġġiela li jappartjenu għal razza tal-laħam jew li huma mwielda minn taħlita ta’ razza tal-laħam u li jappartjenu għal merħla intenzjonata għat-trobbija ta’ għoġġiela għall-produzzjoni tal-laħam.

7. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u, b’mod partikolari, regoli li għandhom x’jaqsmu mad-definizzjoni tal-kunċett ta’ baqra li tredda’ li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 3, u l-medja tal-produzzjoni tal-ħalib għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Artikolu 7

1. Fl-1 ta’ Jannar 2000, il-limitu massimu individwali għal kull produttur għandu jkun daqs in-numru tad-drittijiet għall-premju ta’ baqar li jreddgħu (drittijiet ta’ premju) li huwa jkollu fil-31 ta’ Diċembru 1999 b’mod konformi mar-regoli relevanti tal-Komunità u, fejn xieraq, aġġustati skond il-paragrafu 3.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jagħmlu ċert li, mill-1 ta’ Jannar 2000, is-somma ta’ drittijiet ta’ premju fit-territorju tagħhom ma teċċedix il-limiti massimi nazzjonali kif stabbiliti fl-Anness II u li r-riservi nazzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 9 jistgħu jiġu stabbiliti.

3. Meta l-aġġustament li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 jkun jeħtieġ tnaqqis ta’ limiti massimi individwali li jkunu miżmuma mill-produtturi, dan għandu jitwettaq mingħajr ħlas ta’ kumpens u jkun deċiż fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, inklużi, b’mod partikolari:

- ir-rata li biha l-produtturi jkunu użaw il-limiti massimi individwali tagħhom matul it-tliet snin ta’ referenza qabel is-sena 2000,

- l-implimentazzjoni ta’ investiment ta’ programm ta’ estensifikazzjoni fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella,

- ċirkostanzi naturali partikolari jew l-applikazzjoni ta’ penali, li jirriżultaw minn nuqqas ta’ pagament jew tnaqqis ta’ pagament tal-premju għal mill-anqas sena waħda ta’ referenza,

- ċirkostanzi eċċezzjonali addizzjonali li jkollhom l-effett li l-ħlasijiet magħmula mill-anqas għal sena waħda ta’ referenza ma jkunux jikkorrispondu għas-sitwazzjoni attwali kif stabbilita matul is-snin ta’ qabel.

4. Id-drittijiet għall-premju li jkunu ġew irtirati skond il-miżura stabbilita fil-paragrafu 2 għandhom jitneħħew.

5. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Artikolu 8

1. Meta produttur ibiegħ jew b’xi mod ieħor jittrasferixxi l-impriża tiegħu, huwa jista’ jittrasferixxi d-drittijiet kollha tal-premju għall-baqar li jreddgħu lill-persuna li tkun akkwistat l-impriża tiegħu.

Fil-każ ta’ trasferiment tad-drittijiet tal-premju mingħajr it-trasferiment ta’ l-impriża, parti mid-drittijiet trasferiti, li m’għandhomx jeċċedu l-15 % għandhom imorru lura mingħajr ħlas ta’ kumpens lejn ir-riservi nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn l-impriża tkun tinstab għal distribuzzjoni mill-ġdid mingħajr ebda ħlas.

2. L-Istati Membri:

(a) għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa bies ma jħallux li d-drittijiet tal-premju jiġu trasferiti ’l barra minn żoni sensittivi jew reġjuni fejn il-produzzjoni taċ-ċanga u tal-vitella tkun b’mod partikolari importanti għall-ekonomija lokali;

(b) jistgħu jistabbilixxu jew li t-trasferiment ta’ drittijiet mingħajr it-trasferiment ta’ l-impriża jitwettqu direttament bejn il-produtturi jew li din isseħħ permezz ta’ l-intermedjarju tar-riserva nazzjonali.

3. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, qabel data li trid tiġi stabbilita, trasferimenti temporanji ta’ parti mid-drittijiet tal-premju li ma jkunux maħsuba biex jintużaw mill-produttur li jkun fil-pussess tagħhom.

4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Dawn ir-regoli dettaljati jistgħu jirrigwardaw b’mod partikolari:

- disposizzjonijiet li jawtorizzaw lill-Istati Membri biex isolvu problemi li għandhom x’jaqsmu mat-trasferiment ta’ drittijiet ta’ premju minn produtturi li ma jkunux is-sidien ta’ l-art okkupata mill-impriżi tagħhom, u,

- regoli speċifiċi li għandhom x’jaqsmu man-numru minimu li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ trasferiment parzjali.

Artikolu 9

1. Kull Stat Membru għandu jżomm riserva nazzjonali ta’ drittijiet ta’ premju ta’ baqar li jreddgħu.

2. Kull drittijiet ta’ premju rtirati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 8 (1) jew ta’ disposizzjonijiet oħra tal-Komunità għandhom jiżdiedu mar-riserva nazzjonali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 (4).

3. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riserva nazzjonali tagħhom sabiex jallokaw, fil-limiti ta’ dawk ir-riservi, id-drittijiet ta’ premju b’mod partikolari għall-produtturi ġodda, il-bdiewa żgħażagħ u l-produtturi oħrajn ta’ prijorità.

4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43. Dawn ir-regoli għandhom jikkonċernaw b’mod partikolari:

- il-miżuri applikabbli meta, fi Stat Membru, ir-riserva nazzjonali ma tkunx użata,

- il-miżuri marbuta mad-drittijiet ta’ premju li ma jkunux intużaw u li jkunu ntbagħtu lura lir-riserva nazzjonali.

Artikolu 10

1. Bħala deroga mill-Artikolu 6 (3), Stati Membri fejn aktar minn 60 % tal-baqar li jreddgħu u l-għoġġiela jkunu jinżammu f’żoni tal-muntanji fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1990 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [17], jistgħu jiddeċiedu li jamministraw l-għoti ta’ premju ta’ baqar li jreddgħu lill-għoġġiela separatament minn baqar li jreddgħu fil-limiti ta’ limitu massimu nazzjonali separat li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru in kwestjoni.

Dan il-limitu massimu nazzjonali separat m’għandux jeċċedi l-20 % tal-limitu massimu nazzjonali ta’ l-Istat Membru in kwestjoni kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dak il-limitu massimu nazzjonali għandu jiġi mnaqqas b’ammont daqs il-limitu massimu nazzjonali separat.

Meta fi Stat Membru li jeżerċita l-poter taħt il-paragrafu 1 in-numru totali ta’ għoġġiela, li dwarhom tkun saret applikazzjoni, u li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ premju tal-baqar li jreddgħu, jeċċedi l-limitu massimu nazzjonali separat, in-numru ta’ għoġġiela eliġibbli għal kull produttur għas-sena f’dak il-każ għandu jiġi mnaqqas b’mod proporzjonat.

2. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu meqjusa biss dawk l-għoġġiela li jappartjenu għal razza tal-laħam jew li huma mwielda minn taħlita ma’ razza tal-laħam.

3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Sotto taqsima 4

Premju tal -qatla

Artikolu 11

1. Produttur li jżomm bhejjem ta’ l-ifrat fl-impriża tiegħu jista’ jikkwalifika, ma’ l-applikazzjoni, għal premju tal-qatla. Dan għandu jingħata mal-qatla ta’ annimali eliġibbli jew ma’ l-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi u fil-limiti massimi nazzjonali li għandhom jiġu stabbiliti.

Dawn li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-premju tal-qatla:

(a) barrin, gniedes, baqar u għoġġiela mill-età ta’ tmien xhur,

(b) għoġġiela ta’ aktar minn xahar u anqas minn seba’ xhur u li l-piż tal-karkassa tagħhom huwa inqas minn 160 kilogramma,

sakemm ikunu nżammu mill-produttur għal perjodu li jrid jiġi stabbilit.

2. L-ammont ta’ premju għandu jiġi stabbilit bħala:

(a) għal kull bhima eliġibbli kif speċifikat taħt il-paragrafu 1 (a):

- 27 EUR għas-sena kalendarja 2000,

- 53 EUR għas-sena kalendarja 2001,

- 80 EUR għas-sena kalendarja 2002 u għas-snin kalendarji sussegwenti;

(b) għal kull bhima eliġibbli kif speċifikat permezz tal-paragrafu 1 (b):

- 17 EUR għas-sena kalendarja 2000,

- 33 EUR għas-sena kalendarja 2001,

- 50 EUR għas-sena kalendarja 2002 u għas-snin kalendarji sussegwenti.

3. Il-limiti massimi nazzjonali li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti għal kull Stat Membru u separatament għaż-żewġ gruppi ta’ bhejjem kif speċifikat f’(a) u (b). Kull limitu massimu għandu jkun daqs in-numru ta’ bhejjem ta’ kull wieħed minn dawn iż-żewġ gruppi li fl-1995 ġew maqtula fl-Istat Membru in kwestjoni li miegħu għandhom jiżdiedu dawk il-bhejjem esportati lejn pajjiżi terzi, skond l-informazzjoni ta’ l-Eurostat jew xi informazzjoni statistika uffiċjali oħra li tkun ippubblikata għal dik is-sena u li tkun aċċettata mill-Kummissjoni.

4. Meta fi Stat Membru partikolari t-total tan-numru ta’ bhejjem, li għalihom tkun saret applikazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ wieħed miż-żewġ gruppi speċifikati f’(a) jew (b) tal-paragrafu 1, u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ premju tal-qatla, jkun jeċċedi l-limitu massimu nazzjonali stabbilit għal dak il-grupp, in-numru tal-bhejjem kollha eliġibbli taħt dak il-grupp għal kull produttur għas-sena in kwestjoni għandu jiġi mnaqqas b’mod proporzjonat.

5. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Sotto taqsima 5

Id-densità tal-merħliet

Artikolu 12

1. In-numru totali ta’ annimali li jikkwalifikaw għal premju speċjali u għall-premju għal baqar li jreddgħu għandu jkun illimitat bl-applikazzjoni ta’ densità ta’ merħliet fl-impriża taż-żewġ unitjiet tal-merħliet (LU) għal kull ettaru u għal kull sena kalendarja. Id-densità tal-merħliet għandha tkun espressa f’LU għal kull unità ta’ żona tal-mergħa tal-qasam użat għall-annimali li jkun hemm fiha. Madanakollu, produttur għandu jkun eżenti mill-applikazzjoni tad-densità ta’ merħliet jekk in-numru ta’ annimali miżmuma fl-impriża tiegħu u li jridu jiġu meqjusa għall-kalkolu tad-densità tal-merħliet ma tkunx ta’ aktar minn 15 LU.

2. Sabiex tiġi kkalkulata d-densità tal-merħliet fuq l-impriża, għandhom jiġu meqjusa:

a) il-bhejjem ta’ l-ifrat irġiel, il-baqar li jreddgħu u l-għoġġiela, in-nagħaġ u/jew il-mogħoż li għalihom ikunu ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għall-premji, kif ukoll il-baqar tal-ħalib meħtieġa biex jipproduċu t-total tal-kwantità ta’ referenza ta’ ħalib allokata lill-produttur. In-numru ta’ annimali għandu jinqeleb għal LU b’referenza għat-tabella ta’ konverżjoni fl-Anness III,

b) l-arja tal-mergħa, jiġifieri l-arja ta’ l-impriża disponibbli matul is-sena kalendarja għat-trobbija ta’ bhejjem ta’ l-ifrat u nagħaġ u/jew mogħoż.

- bini, boskijiet, għadajjar, mogħdijiet,

- żoni użati għall-uċuħ oħra li huma eliġibbli għal għajnuna tal-Komunità jew għal uċuħ permanenti jew uċuħ ta’ l-ortikoltura, ħlief mergħat permanenti li għalihom jingħataw ħlasijiet taż-żona permezz ta’ l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999,

- żoni li jikkwalifikaw għal sistema ta’ appoġġ stabbilita għal produtturi ta’ ċertu uċuħ tal-ħrit, użati għall-iskema ta’ għajnuna għal għalf niexef jew suġġetti għal skemi ta’ twarrib nazzonali jew tal-Komunità.

Żoni tal-mergħat għandhom jinkludu żoni ta’ użu konġunt li jkunu suġġetti għal kultivazzjoni mħallta.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43. Dawn ir-regoli għandhom, b’mod partikolari, jirrigwardaw dawk:

- li għandhom x’jaqsmu ma’ żoni b’użu konġunt u żoni li jkunu suġġetti għal kultivazzjoni mħallta,

- li jgħinu sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ħażina tad-densità tal-merħliet.

Sotto-sezzjoni 6

Ħlas ta’ estentifikazzjoni

Artikolu 13

1. Il-produtturi li jirċievu premju speċjali u/jew il-premju tal-baqar li jreddgħu jistgħu jikkwalifikaw għal pagament ta’ estensifikazzjoni.

2. Il-pagament ta’ estensifikazzjoni għandu jkun ta’ 100 EUR għal kull premju speċjali u għal kull premju ta’ baqar li jreddgħu mogħti, kemm-il darba f’dak li għandu x’jaqsam mas-sena kalendarja in kwestjoni d-densità tal-merħliet fl-impriża in kwestjoni tkun anqas minn jew daqs 1,4 LU kull ettaru.

B’dana kollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu l-pagament ta’ estensifikazzjoni kif ġej:

(a) f’dak li għandu x’jaqsam mas-snin kalendarji 2000 u 2001, f’ammont ta’ EUR 33 għal densità ta’ merħliet ta’ 1,6 LU kull ettaru jew aktar u anqas minn jew daqs 2,0 LU kull ettaru, u bl-ammont ta’ EUR 66 għal densità ta’ merħliet ta’ anqas minn 1,6 LU kull ettaru;

(b) f’dak li għandu x’jaqsam mas-sena kalendarja 2002 u s-snin sussegwenti, l-ammont ta’ 40 EUR għal densità ta’ merħliet ta’ 1.4 LU għal kull ettaru jew aktar u anqas minn jew daqs 1.8 LU għal kull ettaru, u bl-ammont ta’ EUR 80 għal densità ta’ merħliet ta’ anqas minn 1.4 LU għal kull ettaru.

3. Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 2:

(a) b’deroga mill-Artikolu 12 (2) (a), id-densità tal-merħliet ta’ l-impriżi għandha tiġi kkalkulata billi jiġu meqjusa l-bhejjem ta’ l-ifrat irġiel, il-baqar u l-għoġġiela li jkunu jinsabu hemm matul is-sena kalendarja in kwestjoni, kif ukoll ta’ nagħaġ u/jew mogħoż li għalihom ikunu ġew preżentati applikazzjonijiet għall-premju għall-istess sena kalendarja. In-numru ta’ annimali għandu jiġi maqlub għal LU b’referenza għat-tabella ta’ konverżjoni fl-Anness III.

(b) mingħajr preġudizju għat-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 12 (2) (b), iż-żoni użati għall-produzzjoni ta’ wċuħ tal-ħrit kif imfissra fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 li jistabbilixxi sistema ta’ appoġġ għal produtturi ta’ ċerti wċuħ tal-ħrit [18] m’għandhomx jitqiesu bħala "żoni ta’ mergħat";

(c) Id-definizjoni għandha tinkludi mill-anqas il-kriterji li l-art bil-ħaxix frisk għandha tkun art bil-ħaxix li, skond l-użanza lokali tar-raba’ tkun meqjusa li hija ddedikata għall-mergħa ta’ bhejjem ta’ l-ifrat u/jew nagħaġ. B’dana kollu, din m’għandhiex teskludi l-użu mħallat ta’ art b’ħaxix frisk matul l-istess sena (mergħat, silla, u ħżin tal-ħaxix).

4. Mingħajr preġudizju għar-rekwiżiti ta’ densità ta’ merħliet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-produtturi fi Stati Membri fejn aktar minn 50 % tal-produzzjoni tal-ħalib iseħħ f’żoni bil-muntanji fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u li l-azjendi tagħhom ikunu jinsabu f’dawk iż-żoni, jistgħu jirċievu pagamenti ta’ estensifikazzjoni kif stabbiliti fil-paragrafu 2 għal baqar tal-ħalib li jkunu miżmuma hemm.

5. B’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43 il-Kummissjoni għandha:

- tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu,

- jekk meħtieġ, tirranġa l-ammonti stabbiliti fil-paragrafu 2 billi jiġi meqjus, b’mod partikolari, in-numru ta’ annimali li jikkwalifikaw għal pagament tas-sena kalendarja preċedenti.

It-taqsima 2

Pagamenti addizzjonali

Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali, jagħmlu pagamenti addizzjonali lill-produtturi fit-territorju tagħhom li jilħqu t-total ta’ l-ammonti globali stabbiliti fl-Anness IV. Dawn il-pagamenti għandhom isiru skond kriterji oġġettivi inklużi, b’mod partikolari, l-istrutturi u l-kondizzjonijiet relevanti tal-produzzjoni, u b’tali mod hekk li jiżguraw trattament ugwali bejn il-produtturi u biex jevitaw tfixkil fis-suq u tal-kompetittività. Barra minn hekk, dawn il-pagamenti m’għandhomx ikunu marbuta ma’ ċaqlieq fil-prezzijiet tas-suq.

2. Il-pagamenti addizzjonali jistgħu jsiru fil-forma ta’ pagamenti għal kull ras (l-Artikolu 150 u/jew pagamenti skond l-arja (l-Artikolu 17).

Artikolu 15

1. Pagamenti għal kull ras jistgħu jingħataw għal:

(a) bhejjem ta’ l-ifrat rġiel,

(b) baqar li jreddgħu,

(ċ) baqar tal-ħalib,

(d) għoġġiela.

2. Pagamenti għal kull ras jistgħu jingħataw bħala ammonti supplementari għal kull unità ta’ premju tal-qatla kif stabbilit fl-Artikolu 11, ħlief għall-għoġġiela. Fil-każijiet l-oħra, l-għoti ta’ pagamenti għal kull ras għandu jkun suġġett għall:

(a) il-kondizzjonijiet speċjali kif stabbiliti fl-Artikolu 16,

(b) l-ħtiġiet speċifiċi ta’ densità ta’ merħliet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3. Il-ħtiġiet speċifiċi tad-densità ta’ merħliet għandhom jiġu stabbiliti:

- fuq il-bażi ta’ żoni ta’ mergħat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12 (2) (b), bl-eċċezzjoni ta’ żoni li dwarhom pagamenti skond l-arja jingħataw b’mod konformi ma’ l-Artikolu 17,

- wara li jiġu meqjusa, b’mod partikolari, l-impatt ambjentali tat-tip tal-produzzjoni in kwestjoni, is-sensittività ambjentali ta’ l-art użata għat-tkabbir tal-merħliet u l-miżuri li jkunu ġew implimentati bl-għan li tiġi stabbilizzata jew imtejba s-sitwazzjoni ambjentali ta’ din l-art.

Artikolu 16

1. Pagamenti għal kull ras għal bhejjem ta’ l-ifrat irġiel jistgħu jingħataw kull sena kalendarja għal mhux aktar minn numru ta’ annimali f’kull Stat Membru:

- ugwali għal-limitu massimu reġjonali ta’ l-Istat Membru involut kif stabbilit fl-Anness I jew

- ugwali għan-numru ta’ bhejjem ta’ l-ifrat irġiel li għalihom kien ingħata premju fl-1997, jew

- ugwali għall-medja ta’ numru ta’ bhejjem ta’ l-ifrat rġiel maqtula matul is-snin 1997, 1998 u 1999 li joriġinaw mill-istatistika Eurostat għal dawk is-snin jew xi informazzjoni statistika uffiċjali oħra li tkun ippubblikata għal dawk is-snin li tkun aċċettata mill-Kummissjoni.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu disposizzjoni għal limitu ta’ rjus ta’ bhejjem ta’ l-ifrat irġiel f’kull qasam li għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru fuq bażi nazzjonali jew reġjonali.

Il-bhejjem ta’ l-ifrat irġiel biss mill-età ta' tmien xhur għandhom ikunu eliġibbli. Jekk il-pagamenti għal kull ras isiru fil-ħin tal-qatla, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jbiddlu din il-kondizzjoni b’piż minimu tal-karkassa ta’ mill-anqas 180 kilogramma.

2. Il-pagamenti għal kull ras għal baqar li jreddgħu u għoġġiela li jikkwalifikaw għal premju tal-baqar li jreddgħu skond l-Artikolu 6 (4) u l-Artikolu 10 jistgħu jingħataw biss bħala ammont supplimentari għal kull unità ta’ premju ta’ baqar li jreddgħu kif stabbilit fl-Artikolu 6 (4).

3. Il-pagamenti għal kull ras għall-baqar tal-ħalib jistgħu jingħataw biss bħala ammont għal kull tunnellata ta’ kwantità ta’ referenza eliġibbli għal premju disponibbli fl-impriża li għandu jiġi stabbilit b’mod konformi ma’ l-Artikolu 16 (3) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

L-Artikolu 15 (2) (b) m’għandux japplika.

4. Pagamenti għall kull ras għal għoġġiela apparti minn dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 jistgħu jingħataw għall kull Stat Membru u għal kull sena kalendarja għal mhux aktar minn numru ta’ għoġġiela ugwali għall-medja tan-numru ta’ għoġġiela maqtula matul is-snin 1997, 1998 u 1999 li joriġinaw minn statistika ta’ l-Eurostat għal dawk is-snin jew minn xi informazzjoni uffiċjali statistika oħra li tkun ippubblikata għal dawk is-snin u li tkun aċċettabbli għall-Kummissjoni.

Artikolu 17

1. Pagamenti skond l-arja għandhom jingħataw għal kull ettaru ta’ mergħat permanenti:

(a) li tkun disponibbli għal produttur matul is-sena kalendarja in kwestjoni,

(b) li ma tkunx użata sabiex tikkonforma mal-ħtiġiet ta’ densità ta’ merħliet speċifiċi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 15 (3), u

(c) li dwarhom l-ebda pagamenti permezz tas-sistema ta’ appoġġ stabbilita għal produtturi ta’ ċerti wċuħ tal-ħrit, skond is-sistema ta’ għajnuna ta’ għalf niexef u skond l-iskemi ta’ għajnuna mill-Komunità għal uċuħ oħra permanenti jew ortikulturali li jkunu mitluba għall-istess sena.

2. L-arja tal-mergħa permanenti f’reġjun li għalih jistgħu jingħataw pagamenti skond l-arja m’għandhomx jeċċedu l-bażi ta’ art reġjonali relevanti.

Il-bażi ta’ arji reġjonali għandhom ikun stabbiliti mill-Istati Membri bħala medja tan-numru ta’ ettari għal mergħat permanenti disponibbli għat-trobbija ta’ bhejjem ta’ l-ifrat matul is-snin 1995, 1996 u 1997.

3. Il-pagament massimu li jista’ jingħata skond l-arja għal kull ettaru, inklużi l-pagamenti skond l-arja taħt l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 m’għandux jeċċedi:

- 210 EUR għas-sena kalendarja 2000,

- 280 EUR għas-sena kalendarja 2001,

- 350 EUR għas-sena kalendarja 2002 u għas-snin kalendarji sussegwenti.

Artikolu 18

Qabel l-1 ta’ Jannar 2000, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dettaljata dwar l-arranġamenti nazzjonali tagħhom li jikkonċernaw l-għoti ta’ pagamenti addizzjonali. Kull tibdiliet għal dawn l-arranġamenti għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara l-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 19

Qabel l-1 t’April 2004, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta’ din it-taqsima.

Qabel l-1 ta’ Jannar 2005, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din it-taqsima u teżamina d-distribuzzjoni tal-fondi tal-Komunità bejn l-Istati Membri skond kif huwa stabbilit fl-Anness IV, billi jiġi meqjus, b’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ l-ishma ta’ l-Istati Membri fil-produzzjoni taċ-ċanga fil-Komunità. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa lill-Kunsill.

Artikolu 20

Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ din it-taqsima għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura kif stabbilita fl-Artikolu 43.

IT-TAQSIMA 3

Disposizzjonijiet komuni

Artikolu 21

Biex tikkwalifika għal pagamenti diretti skond dan il-kapitolu, kull bhima għandha tiġi identifikata u reġistrata b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 820/97.

Artikolu 22

1. Pagamenti diretti skond dan il-kapitolu, ħlief għall-premju ta’ barra mill-istaġun, għandhom jitħallsu mat-twettiq ta’ l-ispezzjoni imma mhux aktar tard mis-16 ta’ Ottubru tas-sena kalendarja li dwarha tkun saret l-applikazzjoni għalihom

2. Ħlief f’każijiet eċċezzjonali li jkunu ġustifikati kif xieraq:

- pagamenti diretti skond dan il-kapitolu għandhom isiru sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena kalendarja f’dak li għandu x’jaqsam mal-pagament li għalih tkun saret l-applikazzjoni,

- il-premju ta’ barra mill-istaġun għandu jitħallas malli l-ispezzjoni tkun twettqet u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru tas-sena Kalendarja li dwara tkun saret l-applikazzjoni.

Artikolu 23

1. Meta l-fdalijiet ta’ sustanzi projbiti taħt id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE [19], jew fdalijiet ta’ sustanzi li jkunu awtorizzati taħt l-att hawn fuq imsemmi imma li jkunu użati b’mod illegali, jinstabu li jkunu jeżistu skond id-disposizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 96/23/KE [20], f’bhima li tappartjeni lill-merħla ta’ bhejjem ta’ l-ifrat ta’ produttur, jew meta sustanza jew prodott li ma jkunux awtorizzati, jew sustanza jew prodott awtorizzati permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE imma li jkunu miżmuma illegalment fl-impriża tal-produttur fi kwalunkwe għamla, il-produttur għandu jkun eskluż, għas-sena kalendarja li fiha ssir is-sejba, milli jirċievi l-ammonti stabbiliti f’din it-taqsima.

Fil-każ ta’ ksur repetut, it-tul tal-perjodu ta’ l-esklużjoni jista’, skond is-serjetà tal-ksur, jiġi mtawwal għal ħames snin mis-sena li fiha r-repetizzjoni ta’ l-offiża tkun instabet.

2. Fil-każ ta’ xkiel min-naħa tal-proprjetarju jew mid-detentur tal-bhejjem meta jkunu qegħdin jitwettqu l-ispezzjonijiet u meta l-kampjuni jkunu qegħdin jittieħdu li jkunu meħtieġa għall-applikazzjoni tal-pjan nazzjonali ta’ sorveljanza ta’ fdalijiet jew meta l-investigazzjonijiet jew il-verifiki stabbiliti permezz tad-Direttiva 96/23/KE jkunu qegħdin jitwettqu, il-penalitajiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw.

3. Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Artikolu 24

L-ammonti ta’ pagamenti diretti stabbiliti fit-taqsimiet 1 u 2 jistgħu jinbidlu fid-dawl ta’ żviluppi fil-produzzjoni, il-produttività u s-swieq, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 (2) tat-Trattat.

Artikolu 25

L-ispiża involuta fl-għoti tal-pagamenti diretti stabbiliti f’dan il-Kapitolu għandhom jitqiesu bħala miżuri ta’ intervent fil-qofol ta’ dak li jfisser l-Artikolu 2 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

IL-KAPITOLU 2

ĦAŻNIET PRIVATI U PUBBLIĊI

Artikolu 26

1. Sa mill-1 ta’ Lulju 2002, l-għoti ta’ għajnuna għall-ħażna tista’ tkun deċiża, meta l-medja tal-prezz tas-suq reġistrat fil-Komunità, fuq il-bażi ta’ l-iskala tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ bhejjem ta’ l-ifrat adulti li hemm disposizzjoni dwarhom fir-Regolament (KEE) Nru 1208/81 (minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-iskala tal-Komunità"), tkun, jew aktarx li tibqa’, inqas minn 103 % tal-prezz bażiku.

2. Il-prezz bażiku għall-karkassi ta’ bhejjem ta’ l-ifrat rġiel tal-grad R3 fl-iskala tal-Komunità għandu jkun stabbilit bħala 2224 EUR/t.

3. L-għajnuna ta’ ħażna privata mogħtija għal laħam frisk jew imkessaħ ta’ bhejjem ta’ l-ifrat adulti ppreżentati fil-forma ta’ karkassi, nofs karkassi, kwarti ta’ karkassi kumpensati, il-kwarti ta’ quddiem jew il-kwarti ta’ wara, klassifikati b’mod konformi ma’ l-iskala tal-Komunità.

4. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 37 (2) tat-Trattat, jista’:

- jibdel il-prezz bażiku billi jqis, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġi stabbilit il-prezz f’livell li jikkontribwixxu lejn l-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tas-suq mingħajr, b’dana kollu, ma jwassal għall-iffurmar ta’ żieda strutturali fil-Komunità,

- jemenda l-lista ta’ prodotti fil-paragrafu 3 li jistgħu jkunu suġġetti għal għajnuna ta ħażna privata.

5. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati u l-għoti ta’ għajnuniet għal ħażna privata għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Artikolu 27

1. Mill-1 ta’ Lulju 2002, l-intervent pubbliku għandu jkun miftuħ jekk, għal perjodu ta’ żewġ gimgħat konsekuttivi, il-medja tal-prezz tas-suq fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru rreġistrat fuq il-bażi ta’ l-iskala tal-Komunità stabbilita fir-Regolament (KEE) Nru 1208/81 jaqa’ aktar baxxa minn 1560 EUR/t; f’dak il-każ, kategorija waħda jew aktar, kwalità jew gruppi ta’ kwalitajiet, li għandhom jiġu stabbiliti, ta’ laħam frisk jew imkessaħ li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 02011000 u 02012020 li joriġinaw mill-Komunità jistgħu jinxtraw minn aġenziji ta’ intervent.

2. Għax-xiri skond il-paragrafu 1, offerti eliġibbli biss li jkunu daqs jew anqas mill-medja tal-prezz tas-suq kif irreġistrat fi Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru u miżjud b’ammont li għandu jkun stabbilit fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi jistgħu jiġu aċċettati.

3. Il-prezzijiet tax-xiri u l-kwantitajiet aċċettati għall-intervent għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċeduri ta’ offerti u jistgħu, f’ċirkostanzi speċjali, ikunu ffissati għal kull Stat Membru u kull reġjun ta’ Stat Membru fuq il-bażi tal-medja reġistrata tal-prezzijiet tas-suq. Il-proċeduri ta’ l-offerti għandhom jassiguraw aċċess ugwali għall-persuni kollha involuti. Dawn għandhom jinfetħu fuq il-bażi ta’ speċifikazzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti billi wieħed iqis l-istrutturi kummerċjali, fejn meħtieġ.

4. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43:

- il-prodotti, kategoriji, kwalitajiet jew gruppi ta’ kwalità eliġibbli għall intervent għandhom jiġu stabbiliti,

- il-prezzijiet ta’ xiri u l-kwantitajiet aċċettati għall-intervent għandhom jiġu stabbiliti,

- l-ammont ta’ żieda li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 għandu jiġi stabbilit,

- ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati,

- kull disposizzjonijiet tranżitorji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti għandhom jiġu adottati.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar:

- il-ftuħ tax-xiri meta matul żewġ ġimgħat konsekuttivi l-kondizzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 tintlaħaq,

- l-għeluq tax-xiri meta matul ta’ mill-anqas gimgħa il-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ma jkunux sodisfatti aktar.

Artikolu 28

1. It-trasferiment tal-prodotti mixtrija mill-aġenziji ta’ intervent b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 27 u 47 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KEE) Nru 805/68 għandu jseħħ b’tali mod li jiġi evitat kull tfixkil tas-suq u b’tali mod li jiġi assigurat aċċess ugwali għall-oġġetti u t-trattament ugwali tax-xerrejja.

2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet tal-bejgħ, kondizzjonijiet għall-ħelsien mill-ħażna u, fejn xieraq, l-ipproċessar ta’ prodotti mixtrijja mill-aġenziji ta’ intervent, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

IT-TITOLU II

KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 29

1. L-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 (1) (a) għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.

L-importazzjoni fil-Komunità ta’ xi prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 (1) (b) u l-esportazzjoni mill-Komunità ta’ prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 (1) (a) u (b) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni jew ta’ l-esportazzjoni.

Il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Istat Membru lil kull applikant, irrispettivament mill-post ta’ l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 32 u 33.

Dawn il-liċenzji għandhom jinħarġu soġġetti għal preżentazzjoni ta’ garanzija li tiggarantixxi li l-prodotti jkunu importati jew esportati matul it-termini tal-validità tal-liċenzja; ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, il-garanzija għandha tkun miċħuda għal kollox jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew esportazzjoni ma tkunx imwettqa, jew tkun imwettqa biss parzjalment, matul dak il-perjodu.

2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43. Dawn ir-regoli jistgħu jirrigwardaw, b’mod partikolari:

(a) it-termini tal-validità tal-liċenzji,

(b) il-listi tal-prodotti li għalihom huma meħtieġa l-liċenzji ta’ l-importazzjoni jew ta’ l-esportazzjoni skond il-paragrafu 1 tat-tieni sottoparagrafu.

Artikolu 30

Sakemm dan ir-Regolament ma jistabbilixxix mod ieħor, ir-rati ta’ dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

Artikolu 31

1. Sabiex jiġu evitati jew kumpensati l-effetti negattivi fuq is-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw mill-importazzjoni ta’ ċerti prodotti elenkati fl-Artikolu 1, importazzjoni ta’ xi wieħed jew aktar minn dawk il-prodotti bir-rata tad-dazju stabbilita fl-Artikolu 30 għandhom ikunu suġġetti għal pagament ta’ dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konklużi b’mod konformi ma’ l-Artikolu 300 tat-Trattat fil-qafas tad-Dikjarazzjoni ta’ l-Urugwaj tan-negozjati multilaterali tal-kummerċ kienu ġew imwettqa sakemm l-importazzjoni aktarx li ma jfixklux is-suq tal-Komunità, jew meta l-effetti ma jkunux proporzjonati ma’ l-objettiv intenzjonat.

2. Il-prezzijiet li jagħtu bidu u li meta jkunu aktar baxxi minn dazju addizzjonali jistgħu jiġu imposti għandhom ikunu dawk li jkunu ġew mgħoddija lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi li jagħtu bidu u li jridu jinqabżu sabiex jiġi impost id-dazju ta’ l-importazzjoni addizzjonali għandhom jiġu stabbiliti b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ l-importazzjoni fil-Komunità fit-tliet snin preċedenti tas-sena li fiha l-effetti negattivi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 joriġinaw jew aktarx li joriġinaw.

3. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni li għandhom jiġu meqjusa għall-impożizzjoni tad-dazju ta’ l-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet c.i.f ta’ l-importazzjoni tal-konsenja li tkun qiegħda tiġi meqjusa.

Il-prezzijiet c.i.f ta’ l-importazzjoni għandhom jiġu vverifikati għal dak l-għan kontra l-prezzijiet rappreżentattivi tal-prodott fis-suq dinji jew fis-suq ta’ l-importazzjoni fil-Komunità għal dak il-prodott.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw b’mod partikolari:

(a) il-prodotti li għalihom id-dazji addizzjonali ta’ l-importazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti skond it-termini ta’ l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterji l-oħra meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 b’mod konformi ma’ l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 32

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim iffinalizzat b’mod konformi ma’ l-Artikolu 300 tat-Trattat jew minn xi att ieħor tal-Kunsill, għandhom ikunu miftuħa u amministrati mill-Kummissjoni b’mod konformi mar-regoli dettaljati adottati permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-kwota ta’ l-importazzjoni ta’ 50000 tunnellata ta’ laħam tal-friża li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 02022030, 020230 u 02062991 u intenzjonati għall-iproċessar, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jesiġi li l-kwota kollha jew parti minnha għandha tkopri l-kwantitajiet ekwivalenti ta’ laħam ta’ kwalità, b’rata ta’ kambju ta’ 4,375.

2. Il-kwoti għandhom ikunu amministratati bl-applikazzjoni ta’ wieħed minn dawn il-metodi li ġejjin jew b’xi taħlita minnhom:

- metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġiku tal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta’ "min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel"),

- metodu ta’ distribuzzjoni fil-proporzjon ta’ kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet kienu ppreżentati (permez tal-metodu ta’ "eżaminazzjoni simultaneja"),

- metodu bbażat billi jittieħed akkont tan-normi tradizzjonali tal-kummerċ (permezz tal-metodu ta’ “ importaturi tradizzjonali/wasliet ġodda”).

Metodi oħra xierqa jistgħu jiġu adottati.

Dawn għandhom jevitaw kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi involuti.

3. Il-metodu ta’ amministrazzjoni adottat għandu, fejn xieraq, jagħti importanza xierqa lill-ħtiġiet tal-provvista tas-suq tal-Komunità u l-ħtieġa li jkun imħares l-bilanċ ta’ dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment juża l-metodi li setgħu kienu ġew applikati fil-passat għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim iffinalizzati bħala parti mid-Dikjarazzjoni ta’ l-Urugwaj tan-negozjati tal-kummerċ.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għal kwoti annwali, jekk meħtieġ, imqassmin kif jixraq matul is-sena, u għandhom jistabbilixxu l-metodu amministrattiv li għandu jintuża u, fejn xieraq, għandhom jinkludu:

(a) garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott, u

(b) l-għarfien tad-dokument użat għall-verifika tal-garanziji li hemm referenza għalihom f’(a), u

(c) il-kondizzjoni li biha l-liċenzji ta’ l-importazzjoni jinħarġu u t-terminu tal-validità tagħhom.

Artikolu 33

1. Sal-limitu meħtieġ biex tiffaċilita l-prodotti li hemm imniżżla fl-Artikoli 1 biex jiġu esportati fuq il-bażi ta’ kwoti jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq dinji u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim iffinalizzati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

2. Il-metodu li għandu jiġi adottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b’rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-aktar xieraq għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni tas-suq f’dak il-każ, li jippermetti l-aktar użu effiċjenti possibbli tar-riżorsi disponibbli, waqt li jiġu meqjusa l-effiċjenza u l-istruttura ta’ l-esportazzjoni tal-Komunità mingħajr, b’dana kollu, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi kbar u żgħar;

(b) joħloq l-anqas piż amministrattiv għall-operaturi, waqt li jiġu meqjusa l-ħtiġiet amministrattivi;

(c) jevita kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi involuti.

3. Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha.

Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, meta l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġiet speċifiċi ta’ ċerti swieq jagħmlu dan meħtieġ.

Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura kif stabbilita fl-Artikolu 43. Ir-rifużjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti, b’mod partikolari:

(a) f’intervalli regolari;

(b) b’żieda mal-kwantitajiet limitati, bi stedina għall-offerti għal prodotti li dwarhom dik il-proċedura tkun tidher l-aktar xierqa.

Ħlief meta jkunu stabbiliti b’offerti, il-lista tal-prodotti li għalihom tingħata rifużjoni fuq l-esportazzjoni u l-ammont ta’ dik ir-rifużjoni għandhom jiġu stabbiliti ta’ mill-anqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista’, b’dana kollu, jibqa’ fl-istess livell għal aktar minn tliet xhur u jista’, fejn meħtieġ, jiġi aġġustat matul il-perjodu ta’ intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta’ xi Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess.

4. Dawn li ġejjin għandhom jiġu meqjusa sabiex jiġu stabbiliti r-rifużjonijiet:

(a) il-qagħda eżistenti u t-tendenza futura f’dak li għandu x’jaqsam ma’:

- prezzijiet u disponibbiltà ta’ prodotti fis-settur taċ-ċanga u l-vitella fis-suq Komuni,

- il-prezzijiet tal-prodotti fis-settur taċ-ċanga u l-vitella fis-suq dinji,

(b) l-għanijiet ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, li għandhom jassiguraw bilanċ u l-iżvilipp naturali tal-prezzijiet u l-kummerċ f’dan is-suq;

(c) il-limiti li jirriżultaw minn ftehim iffinalizzati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 300 tat-Trattat;

(d) il-ħtieġa li jiġi evitat kull tfixkil fis-suq tal-Komunità;

(e) l-aspett ekonomiku ta’ l-esportazzjoni proposta.

Għandhom jiġu meqjusa wkoll b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġi stabbilit bilanċ bejn l-użu ta’ prodotti bażiċi tal-Komunità fil-manifattura ta’ oġġetti pproċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-użu ta’ prodotti minn dawk il-pajjiżi mdaħħla għal arranġamenti ta’ proċessar intern.

5. Meta l-prezzijiet fil-Komunità li huma elenkati fil-paragrafu 1 jkunu qegħdin jiġu stabbiliti dawn li ġejjin għandhom jiġu meqjusa:

- il-prezzijiet attwali fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità,

- il-prezzijiet attwali fl-esportazzjoni.

Meta l-prezzijiet tal-kummerċ internazzjonali mniżżla fil-paragrafu 1 jkunu qegħdin jiġu stabbiliti, għandhom jiġu meqjusa:

- il-prezzijiet attwali fis-swieq ta’ pajjiżi terzi,

- il-prezzijiet l-aktar favorevoli f’pajjiżi terzi tad-destinazzjoni għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi,

- il-prezzijiet tal-produttur irreġistrati f’pajjiżi terzi li jesportaw, wara li jiġu meqjusa, fejn xieraq, is-sussidji mogħtija minn dawk il-pajjiżi,

- il-prezzijiet offruti liberi fuq il-fruntiera.

6. Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss ma’ l-applikazzjoni u mal-preżentazzjoni tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni relevanti.

7. Ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni ta’ prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 għandha tkun dik applikabbli fil-jum ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja u, fil-każ ta’ rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew

(b) għad-destinazzjoni attwali jekk din tiddiferixxi mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja. F’dak il-każ, l-ammont pagabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikat fuq il-liċenzja.

Miżuri xierqa għandhom jittieħdu sabiex ma jkunx hemm abbuż mill-flessibbiltà stabbilita minn dan il-paragrafu.

8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jiġu rinunzjati fil-każ ta’ prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li fuqhom jitħallsu rifużjonijiet permezz ta’ operazzjonijiet ta’ għajnuna għall-ikel, b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

9. Ir-rifużjoni għandha titħallas malli jkun hemm prova li:

- il-prodotti huma ta’ oriġini Komunitarja,

- il-prodotti ġew esportati mill-Komunità, u

- fil-każ ta’ rifużjoni differenzjata l-prodotti jkunu laħqu waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja jew f’xi destinazzjoni oħra li dwarha r-rifużjoni tkun ġiet stabbilita, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 (b). Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal din ir-regola b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43, sakemm jiġu stabbiliti kundizjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

Barra minn hekk, il-ħlas ta’ rifużjoni għall-esportazzjoni ta’ annimali ħajjin għandu jkun suġġett għall-konformità mad-disposizzjoni stabbilita fil-leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-ħarsien ta’ l-annimali, b’mod partikolari, il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport.

10. Mingħajr preġudizju għall-paragrafu 9 l-ewwel inċiż, fin-nuqqas ta’ deroga mogħtija b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43, l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni m’għandha tingħata għal prodotti li jkunu importati minn pajjiżi terzi u esporati mill-ġdid lejn pajjiżi terzi.

11. Il-ħarsien tal-limiti tal-volum li jirriżultaw minn ftehim iffinalizzat b’mod konformi ma’ l-Artikolu 300 tat-Trattat għandha tkun assigurata fuq il-bażi tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa għal perjodi ta’ referenza stabbiliti hemmhekk u li huma applikabbli għal prodotti kkonċernati. F’dak li għandu x’jaqsam mal-konformità ma’ obbligi li joriġinaw fil-qafas tad-Dikjarazzjoni ta’ l-Urugwaj tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali, it-tmiem ta’ perjodu ta’ referenza m’għandux jaffetwa l-validità tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni.

12. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi disposizzjonijiet dwar it-tqassim mill-ġdid ta’ kwantijiet tajbin għall-esportazzjoni li ma jkunux ġew allokati jew utilizzati, għandhom jiġu adottati mill-Komunità b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-paragrafu 9, l-aħħar sottoparagrafu, ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni jistgħu wkoll jinkludu kondizzjonijiet dwar, b’mod partikolari, l-importazzjoni minn pajjiżi terzi.

Artikolu 34

1. Sa fejn ikun meħtieġ għat-tħaddim xieraq ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’, f’każijiet speċjali, jipprojbixxi għal kollox jew parzjalment l-użu ta’ arranġamenti ta’ l-ipproċessar intern jew estern f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2. B’dana kollu, bħala deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala’ b’urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun imfixkel jew aktarx li jkun imfixkel bl-arranġamenti ta’ proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfa b’dawn il-miżuri, li għandhom ikunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u għandhom ikunu immedjatament applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn xi Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien gimgħa mill-wasla ta’ din it-talba.

3. Miżuri li jkunu deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn xi Stat Membru fi żmien gimgħa mill-jum li fih tkun waslet in-notifika dwarhom. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jikkonferma, jemenda jew iħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun meqjusa bħala li ġiet imħassra.

Artikolu 35

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u għar-regoli dettaljati dwar l-applikabbiltà tagħhom għandhom ikunu applikabbli għall-klassifikazzjoni ta’ prodotti koperti b’dan ir-Regolament; in-nomeniklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Ħlief kif provdut mod ieħor f’dan ir-Regolament jew fid-disposizzjonijiet adottati bis-saħħa tiegħu, dan li ġej għandu jkun ipprojbit fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi:

- l-imponiment ta’ xi piż li jkollu l-effett ekwivalenti ta’ dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti.

Artikolu 36

1. Jekk, minħabba l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f’xi prodott wieħed jew aktar imniżżla fl-Artikolu 1 ikun affetwat minn, jew ikun mhedded bi, tfixkil serju li aktarx iqiegħed f’periklu t-twettieq ta’ l-objettivi kif stabbiliti fl-Artikolu 33 tat-Trattat, miżuri xierqa jistgħu jiġu applikati fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi sa kemm dak it-tfixkil jew theddid ikun waqaf.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu u għandu jfisser iċ-ċirkostanzi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri protettivi.

2. Jekk tqum is-sitwazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istat Membru għandu jiġi mgħarraf dwar dawk il-miżuri, li għandhom ikunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn xi Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwarha fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-wasla ta’ din it-talba.

3. Il-miżuri li jkunu deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn xi Stat Membru fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-jum li fih tkun waslet in-notifika dwarhom. It may, acting by a qualified majority, amend or repeal the measure in question within one month following the day on which it was referred to the Council.<}0{<Huwa jista’, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri f’dak il-każ fi żmien xahar wara l-jum li fih dan kien ġie riferut lejn il-Kunsill.

4. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat wara li jiġu meqjusa l-obbligi li joriġinaw minn ftehim iffinalizzati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 300 (2) tat-Trattat.

IT-TITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 37

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw il-prezzijiet ta’ bhejjem ta’ l-ifrat u tal-laħam ta’ bhejjem ta’ l-ifrat fuq il-bażi tar-regoli li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Artikolu 38

1. Meta tkun irreġistrata żieda sostanzjali jew tnaqqis fil-prezzijiet fis-suq tal-Komunità u din is-sitwazzjoni aktarx li tkun sejra tkompli, b’tali mod li tfixkel jew thedded li tfixkel is-suq, il-miżuri meħtieġa jistgħu jittieħdu.

2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Artikolu 39

Sabiex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni ħielsa li tista’ tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ miżuri għall-ġlieda kontra t-tixrid ta’ mard fl-annimali, miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq affettwat b’dawk ir-restrizzjonijiet jistgħu jittieħdu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43. Dawk il-miżuri jistgħu jittieħdu biss sakemm, u għal tul, li jkunu strettament meħtieġa għall-appoġġ tas-suq.

Artikolu 40

Ħlief jekk dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

Artikolu 41

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin l-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-informazzjoni li trid tiġi komunikata għandha tiġi stabbilita b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43. Ir-regoli għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ dik l-informazzjoni għandhom ukoll jiġu adottati b’mod konformi ma’ l-istess proċedura.

Artikolu 42

Kumitat ta’ Amministrazzjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat") għandu jiġi stabbilit, magħmul minn rappreżentanti ta’ Stati Membri u mmexxi minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 43

1. Meta l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu tkun sejra tintuża, il-President għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

2. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien limitat li l-president jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205 (2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ jaddotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom jingħataw importanza partikolari skond kif imniżżel f’dak l-Artikolu Il-President m’għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw minnufih.

(b) B’dana kollu, jekk il-miżuri ma jkunux jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom jiġu mgħarrfa lill-Kummissjoni tal-Kunsill mingħajr dewmien. F’dak il-każ:

- il-Kummissjoni tista’ tiddiferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hi tkun iddeċidiet għal perjodu ta’ mhux aktar minn xahar wieħed mid-data ta’ din il-komunikazzjoni,

- il-Kunsill, li jaġixxi skond maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fil-limiti taż-żmien kif imsemmi fl-inċiż preċedenti.

Artikolu 44

Il-Kumitat jista’ jikkunsidra kull kwistjoni oħra li tkun riferuta lilu mill-President tiegħu jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

Artikolu 45

Ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u d-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tiegħu għandhom ikunu applikabbli għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1.

Artikolu 46

Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b’tali mod li jiġu meqjusa b’mod xieraq, fl-istess ħin, l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat.

TITOLU IV:

DISPOSIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 47

1. Sat-30 ta’ Ġunju 2002, il-prodotti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2 b’konnessjoni ma’ l-Artikolu 26 (1), jistgħu jinxtraw minn aġenziji ta’ l-intervent b’mod konformi mad-disposizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, sabiex jipprevjenu jew inaqqsu t-tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet.

2. Meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jintlaħqu, xiri minn aġenziji ta’ intervent f’xi wieħed jew aktar Stati Membri jew f’reġjun ta’ Stat Membru ta’ kategorija waħda jew iżjed, kwalitajiet jew gruppi ta’ kwalità, li għandhom jiġu stabbiliti, ta’ laħam frisk jew imkessaħ li jidħol taħt il-kodiċi NM 02011000 u 02012020 sa 02012050 li joriġina fil-Komunità jista’ jkun organizzat skond il-proċedura ta’ offerti bl-iskop li jassigura appoġġ raġonevoli tas-suq, wara li jitqiesu l-iżviluppi staġjonali f’dak li għandu x’jaqsam mal-qatliet.

Dan ix-xiri m’għandux ikopri aktar minn 350000 tunnellata kull sena u għall-Komunità kollha.

Il-Kunsill jista’ jemenda din il-kwantità, billi jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

3. Għall-kull kwalità jew grupp ta’ kwalità li jista’ jinxtara, il-proċeduri ta’ l-offerti jistgħu jinfteħu skond kif stabbilit fil-paragrafu 8 kull meta, fi Stat Membru jew f’reġjun ta’ Stat Membru, dawn iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin ikunu t-tnejn imwettqa għal perjodu konsekuttiv ta’ żewġ ġimgħat:

- il-medja tal-prezz tas-suq fil-Komunità rreġistrat fuq il-bażi ta’ skala ta’ gradi fil-Komunità għal karkassi ta’ bhejjem ta’ l-ifrat adulti tkun anqas minn 84 % tal-prezz ta’ intervent,

- il-prezz medju tas-suq irreġistrat fuq il-bażi ta’ l-iskala msemmija fl-Istat jew Stati Membri jew reġjuni fi Stat Membru tkun anqas minn 80 % tal-prezz ta’ l-intervent.

Il-prezz ta’ l-intervent għandu jkun stabbilit bħala:

- 3475 EUR għal kull tunnellata għal perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2000,

- 3242 EUR għal kull tunnellata għal perjodu mill-1 ta’ Lulju 2000 sat-30 ta’ Ġunju 2001,

- 3013 EUR għal kull tunnellata għal perjodu mill-1 ta’ Lulju 2001 sat-30 ta’ Ġunju 2002,

4. L-arranġamenti għall-offerti għal kwalità waħda jew aktar jew gruppi ta’ kwalità għandhom ikunu sospiżi f’xi waħda minn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet:

- meta, għal żewġ ġimgħat konsekuttivi, iż-żewġ kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3 ma jkunux aktar milħuqa t-tnejn li huma fl-istess waqt,

- meta l-intervent ta’ xiri ma jkunx aktar xieraq minħabba l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2.

5. L-intervent għandu jinfetaħ ukoll jekk, għal perjodu ta’ żewġ ġimgħat konsekuttivi, il-medja tal-prezz tas-suq fil-Komunità ta’ bhejjem irġiel żgħar mhux kastrati ta’ età ta’ anqas minn sentejn jew bhejjem irġiel kastrati, irreġistrati fuq il-bażi ta’ l-iskala ta’ gradi tal-Komunità għal karkassi ta’ bhejjem ta’ l-ifrat adulti, jaqa’ taħt it-78 % tal-prezz ta’ l-intevent, u jekk fi Stat Membru jew f’reġjuni ta’ Stat Membru, il-medja tal-prezz tas-suq għall-bhejjem irġiel żgħar mhux kastrati ta’ anqas minn sentejn jew bhejjem adulti kastrati, irreġistrati fuq il-bażi ta’ l-iskali ta’ gradi tal-Komunità għal karkassi ta’ bhejjem ta’ l-ifrat adulti, taqa’ taħt is-60 % tal-prezz ta’ l-intervent; f’dan il-każ, ix-xiri għandu jseħħ għall-kategoriji involuti fl-Istati Membri jew reġjuni fi Stat Membru meta l-livell tal-prezz ikun taħt dak il-limitu.

Għal dan ix-xiri, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, l-offerti kollha għandhom ikunu aċċettati.

Il-kwantitajiet mixtrija bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jiġu meqjusa għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ xiri li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2.

6. Dawk l-offerti biss li jkunu daqs jew anqas mill-medja tal-prezz tas-suq kif irreġistrat fi Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru u miżjud b’ammont li għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi jistgħu jiġu aċċettati permezz tas-sistemi ta’ xiri li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 2 u 5.

7. Għal kull kwalità jew grupp ta’ kwalità eliġibbli għall-intervent, il-prezzijiet ta’ xiri għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċeduri ta’ offerti u jistgħu, f’ċirkostanzi speċjali, jiġu stabbiliti għal kull Stat Membru jew kull reġjun ta’ Stat Membru fuq il-bażi tal-medja reġistrata tal-prezzijiet tas-suq. Il-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti għandhom jassiguraw aċċess ugwali għall-persuni kollha involuti. Għandhom jinfetħu fuq il-bażi ta’ speċifikazzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti billi jiġu meqjusa l-istrutturi kummerċjali, fejn meħtieġ.

8. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43:

- il-kategoriji, il-kwalitajiet jew il-gruppi ta’ kwalità ta’ prodotti eliġibbli għall-intervent għandhom jiġu stabbiliti,

- il-ftuħ jew il-ftuħ mill-ġdid tal-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti u s-sospensjoni tagħhom fil-każ li hemm referenza għalih fl-aħħar inċiż tal-paragrafu 4 għandu jiġi deċiż,

- il-prezzijiet ta’ xiri u l-kwantitajiet aċċettati għall-intervent għandhom jiġu stabbiliti,

- l-ammont ta’ żieda li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 6 għandu jiġi stabbilit,

- il-proċeduri li jimplimentaw dan l-Artikolu, u b’mod partikolari dawk imfassla biex iżommu l-prezzijiet milli jaqaw l-isfel, għandhom jiġu adottati,

- kull disposizzjonijiet tranżitorji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti għandhom jiġu adottati.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar:

- l-intervent tal-ftuħ kif imsemmi fil-paragrafu 5 u s-sospensjoni tiegħu meta kondizzjoni waħda jew aktar stabbilita f’dak il-paragrafu ma tkunx tapplika aktar,

- is-sospensjoni tax-xiri kif imsemmi fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 4.

Artikolu 48

1. Sat-30 ta’ Ġinju 2002, l-għoti ta’ għajnuniet għall-ħażna privata tal-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 26 (3) jistgħu jiġu deċiżi.

2. Ir-regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna għall-ħażna privata għandhom jiġu adottati u l-għoti ta’ għajnuniet għall-ħażna privata għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43.

Artikolu 49

1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 805/68, (KEE) Nru 989/68, (KEE) Nru 98/69 u (KEE) Nru 1892/87 qegħdin jiġu mħassra.

2. Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 805/68 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 50

Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43:

- il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi faċilitata t-tranżizzjoni mill-arranġamenti stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 805/68 lejn dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament,

- il-miżuri meħtieġa biex jiġu riżolti problemi prattiċi speċifiċi. Dawn il-miżuri, jekk ikunu ġustifikati kif xieraq, jistgħu jidderogaw minn ċerti partijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 51

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2000, ħlief għall-Artikolu 18 li għandu japplika mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 17 ta’ Mejju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

K.-H. Funke

[1] ĠU C 170, 4.6.1998, p. 13.

[2] L-opinjoni mgħotija fis-6 ta’ Mejju 1999 (li għandha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 407, 28.12.1998, p. 196.

[4] ĠU C 93, 6.4.1999, p. 1.

[5] ĠU C 401, 22.12.1998, p. 3.

[6] ĠU L 405, 31.12.1992, p. 1.Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) 1256/1999 (Ara l-paġna 73 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[7] ĠU L 123, 7.5.1981, p. 3.Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1026/91 (ĠU L. 106, 26.4.1991, p. 2).

[8] ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

[9] Ara l-paġna 103 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[10] ĠU L 148, 28.6.1968, p. 24.Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1633/98 (ĠU L. 210, 28.7.1998, p. 17).

[11] ĠU L 14, 21.1.1969, p. 2.

[12] ĠU L 169, 18.7.1968, p. 10. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 428/77 (ĠU L. 61, 5.3.1977, p. 17).

[13] ĠU L 182, 3.7.1987, p. 29.

[14] ĠU L 117, 7.5.1997, p. 1.

[15] Ara l-paġna 48 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[16] ĠU L 160, 26.6.1999, p. 1.

[17] Ara l-paġna 80 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[18] Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[19] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar il-projbizzjoni ta’ l-użu fit-trobbija ta’ l-annimali ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ta’ ormomi jew tirostatiċi u ta’ agnosti, u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

[20] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 t’April 1996 dwar miżuri għas-sorveljanza ta’ ċerti sustanzi u fdalijiet tagħhom f’annimali ħajjin u fi prodotti ta’ l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

--------------------------------------------------

ANNESS I

PREMJU SPEĊJALI

Limiti massimi reġjonali għall-Istati Membri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 (4)

Il-Belġju | 235149 |

Id-Danimarka | 277110 |

Il-Ġermanja | 1782700 |

Il-Greċja | 143134 |

Spanja | 713999 |

Franza | 1754732 |

L-Irlanda | 1077458 |

L-Italja | 598746 |

Il-Lussemburgu | 18962 |

L-Olanda | 157932 |

L-Awstria | 423400 |

Il-Portugall | 175075 |

Il-Finlandja | 250000 |

L-Iżvezja | 250000 |

Ir-Renju Unit | 1419811 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

PREMJU GĦALL-BAQAR LI JREDDGĦU

Limiti massimi nazzjonali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7 (2) applikabbli mill-1 ta' Jannar 2000

Il-Belġju | 394253 |

Id-Danimarka | 112932 |

Il-Ġermanja | 639535 |

Il-Greċja | 138005 |

Spanja | 1441539 |

Franza | 3779866 |

L-Irlanda | 1102620 |

L-Italja | 621611 |

Il-Lussemburgu | 18537 |

L-Olanda | 63236 |

L-Awstria | 325000 |

Il-Portugall | 277539 |

Il-Finlandja | 55000 |

L-Iżvezja | 155000 |

Ir-Renju Unit | 1699511 |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Tabella ta' konverżjoni ta' l-unità ta' bhejjem (LU), li hemm referenza għaliha fl-Artikoli 12 u 13

Bhejjem ta' l-ifrat irġiel u għoġġiela ta' aktar minn 24 xahar, baqar li jreddgħu, baqar tal-ħalib | 1,0 LU |

Bhejjem ta' l-ifrat irġiel u għoġġiela minn sitt xhur sa 24 xahar | 0,6 LU |

Nagħaġ | 0,15 LU |

Mogħoż | 0,15 LU |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

ĦLASIJIET ADDIZZJONALI

Ammonti globali li hemm referenza għalihom f'Artikoli 14

(mfissra bħala miljuni ta' euro) |

| 2000 | 2001 | 2002 u snin sussegwenti |

Il-Belġju | 13,1 | 26,3 | 39,4 |

Id-Danimarka | 3,9 | 7,9 | 11,8 |

Il-Ġermanja | 29,5 | 58,9 | 88,4 |

Il-Greċja | 1,3 | 2,5 | 3,8 |

Spanja | 11,0 | 22,1 | 33,1 |

Franza | 31,1 | 62,3 | 93,4 |

L-Irlanda | 10,5 | 20,9 | 31,4 |

L-Italja | 21,9 | 43,7 | 65,6 |

Il-Lussemburgu | 1,1 | 2,3 | 3,4 |

L-Olanda | 8,4 | 16,9 | 25,3 |

L-Awstria | 4,0 | 8,0 | 12,0 |

Il-Portugall | 2,1 | 4,1 | 6,2 |

Il-Finlandja | 2,1 | 4,1 | 6,2 |

L-Iżvezja | 3,1 | 6,1 | 9,2 |

Ir-Renju Unit | 21,3 | 42,5 | 63,8 |

--------------------------------------------------

ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KEE) Nru 805/68 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 4 | – |

L-Artikolu 4a l-ewwel u t-tieni inċiż | L-Artikolu 3(a) u (b) |

L-Artikolu 4b(1) | L-Artikolu 4(1) |

L-Artikolu 4b(2) l-ewwel sottoparagrafu | L-Artikolu 4(2) |

L-Artikolu 4b(2) it-tieni sottoparagrafu | L-Artikolu 4(3)(a) |

L-Artikolu 4b(3) punt (a) tat-tielet sottoparagrafu | L-Artikolu 3(c) |

L-Artikolu 4b(3a) | – |

L-Artikolu 4b(4) | – |

L-Artikolu 4b(5) | L-Artikolu 4(6) |

L-Artikolu 4b(7a) | – |

L-Artikolu 4b(8) | L-Artikolu 4(8) |

L-Artikolu 4c(1) it-tieni sottoparagrafu | L-Artikolu 5(4) |

L-Artikolu 4c(1) it-tielet sottoparagrafu | L-Artikolu 5(1) it-tieni sottoparagrafu |

L-Artikolu 4c(2) it-tieni sottoparagrafu | L-Artikolu 5(2) |

L-Artikolu 4c(2) it-tielet sottoparagrafu | L-Artikolu 5(4) |

L-Artikolu 4c(3) it-tielet sottoparagrafu | L-Artikolu 5(3) it-tielet sottoparagrafu |

L-Artikolu 4c(4) | L-Artikolu 5(5) |

L-Artikolu 4d(1) l-ewwel sentenza | L-Artikolu 6(1) l-ewwel sentenza |

L-Artikolu 4d(1a) | – |

L-Artikolu 4d(2) l-ewwel sentenza | L-Artikolu 6(3) |

L-Artikolu 4d(3a) | – |

L-Artikolu 4d(5) | L-Artikolu 6(2)(a) |

L-Artikolu 4d(6) l-ewwel sottoparagrafu | L-Artikolu 6(2)(b) l-ewwel sentenza |

L-Artikolu 4d(6) it-tieni sar-raba' sottoparagrfu | – |

L-Artikolu 4d(6) il-ħames sottoparagrafu | L-Artikolu 6(2) it-tieni sottoparagrafu |

L-Artikolu 4d(8) it-tieni inċiż | L-Artikolu 6(7) |

L-Artikolu 4e(1) l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sottoparagrafu | L-Artikolu 8(1) l-ewwel sottoparagrafu |

L-Artikolu 4e(1) it-tieni sentenza ta' l-ewwel sottoparagrafu | L-Artikolu 8(4) it-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu |

L-Artikolu 4e(1) it-tieni sottoparagrafu | L-Artikolu 8(1) it-tieni sottoparagrafu |

L-Artikolu 4e(2) | L-Artikolu 8(2) |

L-Artikolu 4e(3) | L-Artikolu 8(3) |

L-Artikolu 4e(4) | – |

L-Artikolu 4e(5) | L-Artikolu 8(4) l-ewwel sottoparagrafu u l-ewwel inċiż tat-tieni sottoparagrafu |

L-Artikolu 4f(4) l-ewwel u t-tieni inċiżi tat-tieni sottoparagrafu | L-Artikolu 9(4) l-ewwel u t-tieni sottoparagrafi |

L-Artikolu 4g(3) | L-Artikolu 12(2) |

L-Artikolu 4g(4a) | – |

L-Artikolu 4g(5) | L-Artikolu 12(3) |

L-Artikolu 4i | – |

L-Artikolu 4j(1) to (3) | L-Artikolu 23(1) to (3) |

L-Artikolu 4k | – |

L-Artikolu 4l | L-Artikolu 25 |

L-Artikolu 5 | – |

L-Artikolu 6(1) | L-Artikolu 47(2) |

L-Artikolu 6(2) | L-Artikolu 47(3) |

L-Artikolu 6(3) | L-Artikolu 47(4) |

L-Artikolu 6(4) | L-Artikolu 47(5) |

L-Artikolu 6(5) | L-Artikolu 47(6) |

L-Artikolu 6(6) | L-Artikolu 47(7) |

L-Artikolu 6(7) | L-Artikolu 47(8) |

L-Artikolu 6a | – |

L-Artikolu 7 | – |

L-Artikolu 8 | L-Artikolu 48 |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 29 |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 30 |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 31 |

L-Artikolu 12(1) it-tieni sottoparagrafu | L-Artikolu 32(1) it-tieni sottoparagrafu |

L-Artikolu 12(2) sa (4) | L-Artikolu 32(2) sa (4) |

L-Artikolu 13(1) sa (3) | L-Artikolu 33(1) sa (3) |

L-Artikolu 13(4) l-ewwel u t-tieni sottoparagrafi | L-Artikolu 33(4) l-ewwel u t-tieni sottoparagrafi |

L-Artikolu 13(5) sa (12) | L-Artikolu 33(5) sa (12) |

L-Artikolu 14 | L-Artikolu 34 |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 35 |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 36 |

L-Artikolu 22 | – |

L-Artikolu 22a(1) | L-Artikolu 38(1) |

L-Artikolu 22a(2) | – |

L-Artikolu 22a(3) | L-Artikolu 38(2) |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 39 |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 40 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 41 |

L-Artikolu 26(1) | L-Artikolu 42 |

L-Artikolu 26(2) | – |

L-Artikolu 27 | L-Artikolu 43 |

L-Artikolu 28 | L-Artikolu 44 |

L-Artikolu 29 | – |

L-Artikolu 30 | L-Artikolu 45 |

L-Artikolu 30a | – |

L-Artikolu 31 | L-Artikolu 46 |

L-Artikolu 32 | – |

L-Artikolu 33 | – |

L-Anness | – |

L-Anness II | – |

--------------------------------------------------

Top