EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992R1766

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali

ĠU L 181, 01/07/1992, p. 21–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2004; Imħassar b' 32003R1784

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1992/1766/oj

31992R1766



Official Journal L 181 , 01/07/1992 P. 0021 - 0039
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0029
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 43 P. 0029


IR-REGOLAMENT tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92

tat-30 ta' Ġunju 1992

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni 1,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 2,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali 3,

Billi l-prezzijiet u l-garanziji rappreżentati mill-makkinarju introdott bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 t'Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni ta' suq taċ-ċereali komuni 4 jinkoraġġixxu t-tkabbir tal-produzzjoni taċ-ċereali b'rata li m'għadhiex konformi mal-kapaċità tas-suq sabiex jassorbiha; billi, sabiex ikunu evitati suċċessjoni ta' kriżijiet serji, il-politika kurrenti għandha tkun riformata radikalment; billi dan jimplika illi s-support provdut mill-organizzazjoni tas-suq għandu jkun riorjentat b'mod li ma jiddependix aktar biss fuq il-prezzijiet garantiti;

Billi l-orjentazzjoni l-ġdida tal-politika agrikola komuni għandha twassal għal ekwilibriju aħjar fis-suq u pożizzjoni ta' kompetittività fl-agrikoltura tal-Komunità; billi dan l-iskop jista' jintlaħaq billi jitnaqqas il-prezz mira għal livell li jirrapreżenta rata antiċipata fuq suq dinji stabbilit; billi, sabiex produtturi ma' jkunux inkoraġġiti li jagħżlu ħaxixa waħda partikolari, il-prezz ta' mira għandu jkun l-istess għaċ-ċereali prinċipali;

Billi t-telf fid-dħul li jirriżulta li jaqgħu l-prezzijiet huwa mnaqqas permezz tal-għajnuna diretta kull ettaru li ġie introdott permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1765/92 5;

Billi l-istruttura ta' prezzijiet garantiti għandha tippermetti l-ħelsien mill-prodotti żejda fil-Komunità; billi prezz ta' intervent għandu għalhekk jiġi stabbilit f'livell anqas u prezz bażiku f'livell ogħla mill-prezz ta' mira;

Billi l-istruttura l-ġdida tal-prezzijiet iggarantit twassal għall-eliminazzjoni tad-dispożizzjonijiet preżenti dwar prezzijiet derivati;

Billi l-iskema ta' għajnuna pprovduta fir-Regolament (KEE) Nru 1765/92 tieħu post dawk għall-qamħ u ċerti ċereali minuri; billi dawn l-għajnuniet għandhom għalhekk jitwaqqfu;

Billi l-aġenziji ta' intervent għandhom ikunu kapaċi, f'ċirkostanzi speċjali, illi jieħdu miżuri ta' intervent skond il-bżonn ta' dawk iċ-ċirkostanzi; billi, madankollu, sabiex l-uniformità li hemm bżonn f'sistemi ta' intervent tista' tinżamm, dawk iċ-ċirkostanzi speċjali għandhom ikunu eżaminati u l-miżuri xierqa stabbiliti f'livell tal-Komunità;

Billi l-prezzijiet ta' intervent u l-prezzijiet bażiċi għandhom, matul is-sena tas-suq, ikunu soġġetti għal numru ta' żidiet fix-xahar sabiex jieħdu akkont sa ċertu punt, l-ispejjez tal-ħażna u l-ispejjez ta' l-interessi għall-ħażna taċ-ċereali fil-Komunità u l-bżonn illi jiġi żgurat illi l-ħażna għad-dispożizzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti tas-suq;

Billi l-patata maħsuba għall-produzzjoni tal-lamtu hija f'kompetizzjoni diretta maċ-ċereali maħsuba għall-produzzjoni tal-lamtu; billi, minħabba l-miżuri ta' riforma li huma intenzjonati għaċ-ċereali u sabiex ikun żgurat trattament ugwali bejn il-linji ta' produzzjoni fil-kwistjoni, miżuri simili għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-patata maħsuba għall-produzzjoni tal-lamtu;

Billi l-ħolqien ta' suq taċ-ċereali wieħed fil-Komunità jinvolvi, apparti minn sistema ta' prezzijiet garantiti, l-introduzzjoni ta' sistema ta' kummerċ waħda mal-fruntieri esterni tal-Komunità; billi sistema ta' kummerċ inkluz dażji u l-għoti ta' flus lura fuq l-esporatazzjoni, flimkien ma' miżuri ta' intervent, iservu ukoll sabiex ikun stabbilit is-suq tal-Komunità, partikolarment billi jipprevjeni ċ-ċaqliq tal-prezzijiet fuq is-suq dinji milli jaffettwa il-prezzijiet li japplikaw fil-Komunità; billi, għalhekk, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex ikun impost dazju fuq l-importazzjoni minn pajjizi mhux membri u għall-ħlas ta' flus lura fuq esportazzjoni lejn dawn il-pajjizi, li t-tnejn ikunu iddisenjati sabiex ikopru d-differenza bejn prezzijiet li japplikaw barra u dawk li japplikaw ġewwa l-Komunità; billi, barra minn dan, rigward prodotti proċessati miċ-ċereali li għalihom japplika dan ir-Regolament, għandu ukoll jingħata kont tal-bżonn illi jkunu żgurati miżuri ta' protezzjoni fl-industrija ta' l-iproċessar ġewwa l-Komunità;

Billi, flimkien mas-sistema deskritta hawn fuq, u sa fejn hu possibli sabiex din taħdem tajjeb, għandhom ukoll isiru dispożizzjonijiet biex jirregolaw jew, meta s-sitwazzjoni fis-suq tirrikjedi, ikunu projbiti totalment jew parzjalment l-użu ta' l-"arranġamenti ta' proċessar lejn il-Komunità";

Billi l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f'pożizzjoni li jżommu għajnejhom fuq il-movimenti tas-suq sabiex ikunu jistgħu jeżaminaw it-tendenzi tas-suq u sabiex japplikaw il-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament kif ikun hemm bżonn; billi, għal dan il-għan, għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jinħarġu liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni akkompanjati b'dispożizzjonijiet li jiggarantixu s-sigurtà ta' operazzjonijiet li għalihom dawn il-liċenzi jkunu meħtieġa u mitluba;

Billi s-sistema ta' dazju tagħmilha possibili illi jitneħħew l-miżuri protettivi l-oħra kollha fil-fruntieri esterni tal-Komunita; billi, madankollu, il-prezz komuni u s-sistema ta' dazju jistgħu, b'ċirkostanzi eċċezzjonali jinsabu difettużi billi, f'każijiet bħal dawn, sabiex is-suq tal-Komunità ma' jitħalliex mingħajr difiża kontra d-disturbi, il-Komunità għandha tkun tista' tieħu l-miżuri kollha neċessarji mingħajr dewmien;

Billi, f'situazzjoni ta' prezzijiet għolja fis-suq dinji, għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jittieħdu miżuri xierqa sabiex ikunu ssalvagwardati l-provisti tal-Komunità u biex ikunu stabbiliti l-prezzijiet fis-swieq fil-Komunità;

Billi l-istabbiliment ta' suq wieħed ibbażat fuq sistema ta' prezz komuni ikun ipperikolat bl-għotja ta' ċertu għajnuniet; billi, għalhekk, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jippermettu l-eżami ta' l-għajnuniet mogħtija mill-Istati Membri u l-projbizzjoni ta' dawk li huma inkompatibbli mas-suq komuni għandhom jiġu applikati wkoll għaċ-ċereali;

Billi l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali għandha tinkludi l-prodotti ta' proċessar primarju li jinkludu ċereali jew ċerti prodotti li ma jkunx fihom ċereali iżda li jkunu jistgħu jinbidlu direttament fl-użu tagħhom ma' ċereali jew ma' prodotti miksuba miċ-ċereali;

Billi, sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, għandu jkun hemm proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġewwa l-Kumitat tat-Tmexxija;

Billi l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali għandha fl-istess ħin, tagħti kas kif xieraq, ta' l-iskopijiet elenkati fl-Artikolu 39 u 110 tat-Trattat;

Billi n-nefqa li jsofru l-Istati Membri b'riżultat ta' l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-Regolament taqa' fuq il-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 April 1970 dwar l-iffinanzjar ta' politika agrikola komuni 6;

Billi t-tnaqqis fil-prezzijiet komuni minn meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jista' jiddisturba s-suq intern; billi għandhom għalhekk isiru dispożizzjonijiet li jagħtu lill-Kummissjoni l-possibbilità li tieħu kull miżura xierqa sabiex jiġu evitati dawn id-disturbi;

Billi, minn meta ġew ikkonsolidati permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2727/75, numru ta' dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċereali ġew emendati numru ta' drabi; billi, minħabba n-numru tagħhom, il-kumplikazzjoni tagħhom u t-tixrid tagħhom madwar numru ta' Ġurnali Uffiċjali, huwa diffiċli illi tuża dawn it-testi u għalhekk in-nuqqas ta' kjarezza li għandha tkun fattur essenzjali ta' kull leġislazzjoni; billi dawn għandhom għalhekk jiġu riveduti,

ADOTTA DAN IL-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. L-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali għandha tkopri dawn il-prodotti:

Kodiċi NM Deskrizzjoni

(a) 0709 9060 0712 90 19 1001 90 91 1001 90 99 1002 00 00 1003 00 1004 00 1005 10 90 1005 90 00 1007 00 90 1008 Qamħ, frisk jew imkessaħ Qamħ imnixxef, sħiħ, imqatta', imfellel, miksur jew trab, imma mhux ippreparat iktar, ta' xort' oħra minn ibridu għaż-żrigħ Qamħ komuni u żerriegħa tal-meslin Spelt, qamħ komuni u meslin ta' xort' oħra milli għaż-żrigħ Segala Xgħir Ħafur Qamħirrum (qamħ) ta' xort' oħra minn ibridu Qamħirrum (qamħ) ta' xort' oħra minn żerriegħa Qamħ sorghum; ta' xort' oħra minn ibridu, għaż-żrigħ Buckwheat, millieġ u milju; ċereali oħrajn

(b) 1001 10 Qamħ durum

(ċ) 1101 00 00 1102 10 00 1103 11 1107 Qamħ jew dqiq tal-meslin Dqiq tas-segala Xgħir u dqiq tal-qamħ Xgħir, kemm jekk inkaljat u kemm jekk le

(d) Il-prodotti elenkati fl-Anness A

2. Dan ir-Regolament għandu japplika minkejja l-miżuri provduti permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1765/92 dwar l-assistenza lill-bdiewa li jaħartu l-art.

L-Artikolu 2

Is-sena tas-suq għall-prodotti kollha msemmija fl-Artikolu 1 għandha tibda fl-1 Lulju u tispiċċa fit-30 Ġunju tas-sena ta' wara.

IT-TITOLU 1

Sistema ta' prezzijiet u ta' intervent

L-Artikolu 3

1. Prezz ta' mira għaċ-ċereali kollha għandu jiġi ffissat għal:

- ECU 130 kull tunnellata għas-sena tas-suq 1993/94,

- ECU 120 kull tunnellata għas-sena tas-suq 1994/95, u

- ECU 110 kull tunnellata għas-sena tas-suq 1995/96 'l quddiem.

2. Prezz minimu għaċ-ċereali kollha għandu jiġi ffissat għal:

- ECU 175 kull tunnellata għas-sena tas-suq 1993/94,

- ECU 165 kull tunnellata għas-sena tas-suq 1994/95,

- ECU 155 kull tunnellata għas-sena tas-suq 1995/96 'l quddiem.

Il-prezz minimu għall-qamħirrum u sorghum validu matul Ġunju, japplika wkoll matul Lulju, Awissu u Settembru tas-sena tas-suq ta' wara.

3. Prezz ta' intervent għaċ-ċereali suġġett għall-intervent għandu jkun iffissat għal:

- ECU 117 kull tunnellata għas-sena tas-suq 1993/94,

- ECU 108 kull tunnellata għas-sena tas-suq 1994/95,

- ECU 100 kull tunnellata għas-sena tas-suq 1995/96 'l quddiem.

4. Il-prezzijiet għandhom ikunu iffissati għall-kwalità standard ta' kull ċereali.

Prezzijiet ta' intervent u dawk minimi għandhom ikunu soġġetti għal żieda fix-xahar, għat-tul kollu tas-sena ta' suq jew għal parti ta' l-istess sena u jistgħu jkopru perjodi differenti għaż-żewġ prezzijiet. kwalità standard ta' kull ċereali li għalih tkun disponibbli l-intervent u l-ammonti ta' żidiet fix-xahar u n-numru tagħhom, huma stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

Il-prezz ta' intervent għandu jirreferi għall-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa meta l-prodotti jkunu mibgħuta fil-maħżen qabel ma' jkunu mħatta. Għandhom ikunu validi għaċ-ċentri kollha ta' intervent fil-Komunità għal kull ċereali.

5. Il-prezzijiet iffissati f'dan ir-Regolament jistgħu jinbidlu minħabba żviluppi fil-produzzjoni u fis-swieq skond l-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

L-Artikolu 4

1. L-aġenziji ta' intervent innominati mill-Istati Membri għandhom jixtru b'mod komuni qamħ, qamħ durum, sikkrana, xgħir, qamħirrum u sorghum li jkun offrut lilhom u li jkunu maħsuda fil-Komunità, sakemm l-offerti jħarsu l-kondizzjonijiet imniżżla, partikolarment dawk dwar kwalità u kwantità.

2. Jista' jsir xiri lura biss f'dawn il-perjodi:

- mill-1 ta' Awissu sat-30 ta' April fil-każ ta' l-Italja, Spanja, Greċja u l-Portugall,

- mill-1 ta' Novembru sal-31 Mejju fil-każ ta' l-Istati Membri.

3. Jista' jsir xiri lura fuq bażi tal-prezz ta' intervent, jekk ikun neċessarju minħabba żieda fil-prezz jew tnaqqis fil-kwalità.

l-Artikolu 5

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3 u 4 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23, partikolarment rigward:

- l-istandard tal-kwalitàjiet li għalihom ikunu jirreferu l-prezzijiet minimi fil-każ ta' ċereali li għalihom intervent mhux disponibbli u għall-prodotti taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ),

- id-determinazzjoni taċ-ċentri ta' intervent,

- il-kondizzjonijiet minimi partikolarment dawk rigward il-kwalità u l-kwantità li hemm bżonn minn kull ċereali sabiex dan ikun eliġibbli għall-intervent,

- l-iskala taż-żieda u t-tnaqqis fil-prezz li tapplika għall-intervent,

- il-proċeduri u l-kondizzjonijiet sabiex l-aġenziji ta' intervent jixtru,

- il-proċeduri u l-kondizzjonijiet sabiex l-aġenziji ta' intervent jiddisponu,

- l-iffissar tal-prezzijiet minimi għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ), ħlief għall-estratt tax-xgħir imxarrab u lest għall-birra.

L-Artikolu 6

1. Meta s-sitwazzjoni fis-suq hekk tiddetta, tista' tittieħed deċiżjoni fuq miżuri ta' intervent speċjali.

Dawn il-miżuri ta' intervent jistgħu partikolarment jittieħdu jekk, ġewwa reġjun wieħed jew aktar fil-Komunità il-prezz tas-suq jaqa', jew ikun hemm theddida li ser jaqa', skond il-prezz ta' intervent.

2. In-natura u l-applikazzjoni tal-miżuri ta' intervent speċjali u l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-bejgħ jew għal xi mod ieħor kif teħles mill-prodotti soġġett għall-dawk il-miżuri għandha tiġi stabbilita skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 23.

L-Artikolu 7

1. Jistgħu jingħataw lura l-flus tal-produzzjoni tal-lamtu miksub mill-qamħirrum, il-qamħ jew il-patata u għal ċertu derivativi użati fil-manifattura ta' ċerti oġġetti.

Lista tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha titfassal skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3.

2. L-għoti tal-flus lura msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ffissata perjodikament.

3. L-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u għandha tiffissa l-ammont ta' l-għoti ta' flus lura msemmija skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

L-Artikolu 8

1. Prezz minimum għall-patata maħsub għall-fabbrikazzjoni tal-lamtu mill-patata għandu jkun ifissat għal:

- ECU 208 għas-sena tas-suq 1993/94,

- ECU 192 għas-sena tas-suq 1994/95, u

- ECU 176 għas-sena tas-suq 1995/96 'l quddiem.

Dawn il-prezzijiet japplikaw għall-kwantità ta' patata, mibgħuta l-fabbrika, li hemm bżonn sabiex tipproduċi tunnellata lamtu.

2. Sistema ta' pagamenti bħala kumpens hija stabbilita għall-produtturi tal-patata li tkun maħsuba għall-fabbrikazzjoni tal-lamtu. L-ammont ta' pagament japplika għall-kwantità ta' patata li hemm bżonn biex tiffabbrika tunnellata lamtu. Din għandha tiġi ffissata għal:

- ECU 40 għas-sena tas-suq 1993/94,

- ECU 56 għas-sena tas-suq 1994/95, u

- ECU 72 għas-sena tas-suq 1995/96 'l quddiem.

3. Il-prezz minimu u l-pagament bħala kumpens ikun iffissat skond il-kontentut ta' lamtu fil-patata.

4. Jekk is-sitwazzjoni fis-suq tal-lamtu mill-patata hekk tirrikjedi, il-Kunsill għandu jadotta miżuri xieraq skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati sabiex tapplika dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

IT-TITOLU II

L-Artikolu 9

1. Importazzjoni lejn il-Komunità, jew esportazzjoni 'l barra mill-istess, ta' kull prodott imsemmi fl-Artikolu 1 għandha tkun soġġetta għas-subizzjoni ta' liċenzja ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni li tinħareġ mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mil-post fejn hu stabbilit fil-Komunità. Fejn id-dazju jew l-għoti tal-flus lura huwa iffissat minn qabel, dan l-iffissar għandu jitniżżel fil-liċenzja li sservi bħala dokument ta' evidenza ta' dan l-iffissar minn qabel.

Il-liċenzja ta' importazzjoni jew esportazzjoni għandha tkun valida matul il-Komunità. Il-ħruġ ta' liċenzja bħal din ikun kondizzjonat fuq l-għotja ta' garanzija bħala sigurtà illi l-importazzjoni jew l-esportazzjoni sseħħ matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja; is-sigurtà tintilef kollha kemm hi jew parti minnha jekk it-transazzjoni ma tkunx effettwata, jew hija biss parzjalment effettwata matul dak il-perjodu.

2. Il-perjodu ta' validità tal-liċenzji u regoli dettaljati oħra għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

L-Artikolu 10

1. Dazju għall-kull prodott ugwali għall-prezz minimu mnaqqas bil-prezz cif price għandu jitħallas fuq importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1), (a), (b) u (ċ), ħlief għax-xgħir imxarrab u lest għall-birra.

Madankollu, l-imposta li japplika għas-sikkrana li biha jagħmlu l-ħobż għandha titħallas fuq l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1008 90 10.

2. Il-prezzijiet cif għandhom jiġu kkalkolati għal Rotterdam fuq il-bażi ta' l-opportunitajiet għax-xiri fuq is-suq dinji l-aktar favorevoli, stabbiliti għal kull prodott fuq il-bażi ta' stimi u prezzijiet ta' dak is-suq wara li jsir aġġustament għal kull differenza fil-kwalità meta titqabbel mal-istandard ta' kwalità li għaliha jkun iffissat il-prezz minimu.

Differenzi fil-kwalità għandhom jiġu espressi bħala koeffiċjenti ta' siwi wieħed.

3. Meta stimi b'xejn fis-suq dinji mhumiex fattur determinanti għall-prezz ta' offerta u fejn dan il-prezz huwa aktar baxx mill-prezzijiet fis-suq dinji, prezz speċjali cif ikkalkulat fuq il-bażi tal-prezz ta' offerta għandu jiġi sostitwit għall-prezz cif biss għall-importazzjoni fil-kwistjoni.

4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u partikolarment l-koeffiċjent ta' siwi wieħed, ir-regoli sabiex ikunu stabbiliti l-prezzijiet cif u l- marġini li bih l-fatturi varjanti użati biex tiġi kkalkolata l-imposta ma jkollhomx bżonn jinbiddlu l-imposti, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

5. Il-Kummissjoni għanha tiffissa l-imposti msemmija f'dan l-Artikolu.

L-Artikolu 11

1. Għandu jkun hemm dazju fuq l-importazzjoni tax-xgħir imxarrab u lest għall-birra jew il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(d), bl-eċċezzjoni ta' dawk li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0714 20 00, 0714 90 90, 2303 10 19, 2303 10 90, 2303 30 00, 2308 10 00 u 2308 90 30, li fihom żewġ partijiet:

A. Parti varjabbli li tista' tiġi ffissata u riveduta fuq bażi ta' l-ewwel rata:

(a) li tikkorrispondi, rigward prodotti iproċessati minn prodotti bażiċi msemmija fl-Artikolu 1(1)(a), għall-effett ta' l-imposti fuq dawn il-prodotti bażiċi fuq il-prezz ewlieni tagħhom;

(b) miżjuda, fejn xieraq, għall-prodotti ipproċessati li jkun fihom kemm prodotti bażiċi msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) u prodotti oħra, bl-ammont ta' l-effett ta' l-imposti jew dwana fuq dawn il-prodotti l-oħra fuq il-prezz ewlieni tagħhom;

(ċ) fiss, għal prodotti li ma jkunx fihom xi prodott bażiku minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a), b'refernza għall-kondizzjonijiet tas-suq għall-dawk il-prodotti tal-Artikolu 1 li huma f'kompetizzjoni magħhom;

B. Parti fissa maħsuba biex tipproteġi l-industrija ta' l-ipproċessar.

2. Meta offerti attwali ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(d) minn pajjizi mhux membri ma jaqblux mal-prezz li jirriżulta mill-prezz tal-prodotti bażiċi użati biex jiġu ffabrikati, bl-ispejjez, ammont iffissat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 tista' tiżdied ma' l-imposta ffissata skond il-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-imposti msemmija fil-paragrafu 1.

4. Regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 23.

l-Artikolu 12

1. L-imposta li għandha titħallas għandha tkun dik li tapplika fil-ġurnata ta' importazzjoni.

2. Madankollu, rigward l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) u (b), l-imposta li tkun tapplika fil-ġurnata li fiha tkun saret l-applikazzjoni għal liċenzja, aġġustat fuq bażi tal-prezz minimum li jkun japplika matul ix-xahar ta' importazzjoni, għandha tiġi applikata għall-importazzjoni li tkun ser tiġi effetwata matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja, jekk l-applikant hekk ikun talab meta applika għal-liċenzja. F'dan il-każ, premju, iffissat fl-istess ħin bħall-imposta, għandu jiżdied ma' l-imposta.

3. Deċizjoni tista' tittieħed, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23, sabiex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, fl-intier jew parti minnhom, għal kwalunkwe prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1)(ċ) u (d).

Jekk l-imposta fuq ix-xgħir imxarrab u lest għall-birra tkun iffissata minn qabel, l-imposta għandha tiġi aġġustata matul l-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq fuq bażi tal-prezz minimu li jkun japplika matul l-aħħar xahar tas-sena preċedenti.

4. L-iskala tal-premji għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni.

5. Meta eżami tas-sitwazzjoni tas-suq turi illi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iffissar minn qabel ta' l-imposta żdied, jew jista' jwassal għal diffikultajiet, deċizjoni tista' tittieħed, skond l-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 sabiex tkun sospiża l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet għall-perjodu strettament neċessarju.

F'każijiet ta' urġenza estrema, il-Kummissjoni tista', wara eżami tas-sitwazzjoni fuq bażi ta' l-informazzjoni kollha disponibbli lilha, tiddeċiedi illi tissospendi l-iffissar minn qabel għal massimu ta' tlitt ijiem tax-xogħol.

Applikazzjonijiet għal-liċenzji akkumpanjati b'applikazzjonijiet għal iffissar minn qabel li jkunu saru matul il-perjodu ta' sospensjoni għandhom ikunu rrifjutati.

6. Regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, u partikolarment dawk għall-iffissar minn qabel, għandhom jiġu applikati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 23.

L-Artikolu 13

1. Għall-finijiet neċessarji sabiex il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ikunu jistgħu jiġu esportati fl-istat imsemmi hemm jew fil-forma ta' prodotti msemmija fl-Anness B fuq il-bażi ta' kwotazzjonijiet jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fuq is-suq dinji, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità tista' tittaffa b'għotja lura ta' flus fuq l-esportazzjoni.

2. L-għotja lura ta' flus għandha tkun l-istess għall-Komunità kollha. Tista' tkun varjata skond l-użu jew id-destinazzjoni.

L-għotja lura ta' flus għandha tingħata ma' l-applikazzjoni.

L-għoti lura ta' flus għandu jiġi ffissat f'intervalli regolari skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 23,

Fejn neċessarju l-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, taltera l-għotja ta' flus lura matul il-prejodu ta' l-intervent.

3. L-ammont ta' l-għoti ta' flus lura applikabbli għall-esportazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u tal-prodotti msemmija fl-Anness B għandha tkun dik li tkun tapplika fid-data ta' esportazzjoni.

4. Madankollu, fil-każ ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) u (b), l-għoti ta' flus lura li tkun tapplika fil-ġurnata li fiha tkun saret l-applikazzjoni għal liċenzja, aġġustat fuq bażi tal-prezz minimu li jkun japplika matul ix-xahar ta' esportazzjoni, għandu jiġi applikat għall-esportazzjoni li tkun ser tiġi effetwata matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja, jekk l-applikant hekk ikun talab meta applika għal-liċenzja.

Ammont korrettiv jista' jiġi ffissat. Dan japplika għall-għoti ta' flus lura iffissati minn qabel. L-ammont korrettiv għandu jkun iffissat fl-istess żmien bħala għoti lura skond l-istess proċedura; madankollu, fejn neċessarju l-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, temenda l-ammonti korrettivi fil-perjodu ta' intervent.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel u t-tieni subparagrafi jistgħu jiġu applikati, fl-intier jew parti minnu, għal kwalunkwe mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ) u (d) u għal kwalunkwe mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li huma esportati fil-forma ta' prodotti speċifikati fl-Anness B.

Jekk ikun sar l-iffissar minn qabel ta' l-għotja tal-flus lura għax-xgħir imxarrab u lest għall-birra, l-għotja tal-flus lura għall-esportazzjoni, matul l-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq, għax-xgħir mxarrab u lest għall-birra maħżun fl-aħħar tas-sena tas-suq preċedenti jew magħmul mix-xgħir maħżun dak iż-żmien, għandha tkun aġġustata fuq bażi tal-prezz minimu li jkun japplika fl-aħħar xahar tas-sena tas-suq preċedenti.

5. Sa fejn hu neċessarju sabiex tagħti kas tal-fatturi partikolari tal-produzzjoni ta' ċertu xarbiet bl-ispirtu miksuba miċ-ċereali, il-kriterji biex jingħataw l-goħti ta' flus lura fuq l-esportazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-proċeduri ta' superviżjoni jistgħu jiġu adattati għal din is-sitwazzjoni partikolari. Il-Kummissjoni, hija u taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 għandha tipprovdi r-regoli dettaljati li hemm bżonn għall din l-adozzjoni.

6. Regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 23. L-Anness B għandu jiġi emendat skond l-istess proċedura.

7. Meta eżami tas-sitwazzjoni tas-suq juri illi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-iffissar minn qabel ta' l-għotja ta' flus lura fuq l-esportazzjoni waslu, jew jistgħu iwasslu għal diffikultajiet, deċizjoni tista' tittieħed, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 sabiex tkun sospiża l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet għall-perjodu strettament neċessarju.

F'każijiet ta' urġenza estrema, l-Kummissjoni tista', wara eżami tas-sitwazzjoni fuq bażi ta' l-informazzjoni kollha disponibbli lilha, tiddeċiedi illi tissospendi l-iffissar minn qabel għal massimu ta' tlett ijiem tax-xogħol.

Applikazzjonijiet għal-liċenzji akkumpanjati b'applikazzjonijiet għal iffissar minn qabel li jkunu saru matul il-perjodu ta' sospensjoni għandhom ikunu rrifjutata.

L-Artikolu 14

1. Sa fejn hu neċessarju għall-ħidma kif imiss ta' l-organizzazzjoni tas-suq komuni fiċ-ċereali, l-użu ta' arranġamenti ta' proċessar lejn il-Komunità jista' jkun projbit fl-intier jew parti minnu:

- rigward prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li huma maħsuba għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ) u (d),

- u, f'każijiet speċjali, rigward prodotti msemmija fl-Artikolu 1 li huma maħsuba għall-fabbrikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness B.

2. Regoli adottati skond dan l-artikolu għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

L-Artikolu 15

1. Ir-regola ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament.

2. Ħlief jekk ikun provdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew fejn ikun deċiz mill-Kummissjoni li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23, li jkun hemm deroga minn dan ir-Regolament, dan li ġej ikun projbit fin-negozju ma' pajjizi mhux membri.

- l-iffissar ta' dazju jew spiża li jkollha effett ekwivalenti,

- l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti,

L-Artikolu 16

1. Meta l-istima jew il-prezz tas-suq dinji għall-wieħed jew aktar mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jilħaq il-livell tal-prezzijiet tal-Komunità, u fejn is-sitwazzjoni tkun tidher li x'aktarx ser tkompli u ser tiddeterjora, u b'hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba s-suq tal-Komunità, jistgħu jittieħdu miżuri xierqa.

2. Regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

L-Artikolu 17

1. Jekk, minħabba importazzjoni jew esportazzjoni, is-suq fil-Komunità għall-wieħed jew aktar mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tesperjenza, jew tkun mhedda b'disturbi serji li jistgħu jipperikolaw l-għanijiet msemmija fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri xierqa jistgħu jiġu applikati fin-negozju ma' pajjizi mhux membri sakemm dawn id-disturbi jew it-theddida ta' disturbi tieqaf.

2. Jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 isseħħ, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha, tiddeċiedi fuq il-miżuri neċessarji; dawn il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u għandhom jiġu applikati immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tiddeċiedi fuq din it-talba fi żmien tlett ijiem minn meta tkun irċeviet din it-talba.

3. Miżuri li tkun ħadet deċiżjoni fuqhom il-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tliet ġranet tax-xogħol mid-data li fiha ġew ikkomunikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Jista', meta jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżuri fil-kwistjoni.

4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 23.

IT-TITOLU III

Dispożizzjonijiet Ġenerali

L-Artikolu 18

L-oġġetti msemmija fl-Artikolu 1 li huma fabbrikati jew miksuba minn prodotti li għalihom ma japplikawx l-Artikolu 9(2) u 10 (1) tat-Trattat m'għandhomx ikunu ammessi għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità.

L-Artikolu 19

Ħlief għal kif inhu provdut f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 92 sa 94 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta', u negozju fil-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

L-Artikolu 20

L-Artikolu 40(4) tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet rilevanti għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 40 għandhom, sa fejn jikkonċerna s-sezzjoni ta' garanzija tal-Fond Ewropew ta' Garanzija u Gwida Agrikola, japplikaw fid-dipendenti Franċizi li jinsabu barra Franza fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.

L-Artikolu 21

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jukkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni neċessarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u sabiex ikunu osservati l-obbligi internazzjonali rigward iċ-ċereali. Regoli għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' din l-informazzajoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23.

L-Artikolu 22

1. Kumitat tat-Tmexxija taċ-ċereali (minn hawn'il quddiem imsejjaħ "Kumitat") għandu jkun imwaqqaf, u jikkonsisti minn rapprezentanti ta' l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Fil-Kumitat, il-voti ta' l-Istati Membri għandhom ikollhom l-istess valur skond l-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota.

L-Artikolu 23

1. Fejn għandha tiġi osservata l-proċedura msemmija f'dan l-Artikolu, il-President għandu jirreferi l-każ lill-Kumitat, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta' rappreżentant ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-perjodu li jkun ġie stipulat mill-President skond l-urġenza tal-kaz. Opinjoni għandha tingħata b'maġġoranza ta' 54 vot.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li japplikaw immedjatament. Madankollu, jekk il-miżuri mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom minnufih jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F'dak il-każ il-Kummissjoni tista' tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun adottat għal mhux aktar minn xahar mid-data ta' din il-komunikazzjoni.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza ikkwalifikata, jista' jieħu deċizjoni differenti fi żmien xahar.

L-Artikolu 24

Il-Kumitat jista' jikkunsidra kull mistoqsija oħra li tkun riferuta lilu mill-President fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta' raprezentant ta' Stat Membru.

L-Artikolu 25

Dan ir-Regolament għandu japplika b'mod li jieħu kont, fl-istess ħin, ta' l-għanijiet imsemmja fl-Artikolu 39 u 110 tat-Trattat.

L-Artikolu 26

1. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2727/75 huwa hawn imħassar b'effett mis-sena tas-suq 1993/94.

Referenzi għar-Regolament imħassar permezz tal-paragrafu 1 għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Tabella hija pprovduta fl-Anness Ċ sabiex ikun hemm tqabbil tal-kwotazzjonijiet u tar-refernzi għall-Artikoli ta' dak ir-Regolament ma' dawk ta' dan ir-Regolament.

2. Ir-Regolamenti li ġejjin huma hawnhekk mħassra:

- b'effett mis-sena tas-suq 1992/93:

- Ir-Regolamenti (KEE) Nru 729/89 u (KEE) Nru 1346/90,

- b'effett mill-bidu tas-sena tas-suq 1993/94:

- Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2743/75, (KEE) Nru 2744/75, (KEE) Nru 2745/75, (KEE) Nru 2746/75, (KEE) Nru 2747/75 rigward ċ-ċereali, (KEE) Nru 2748/75, (KEE) Nru 1145/76, (KEE) Nru 3103/76, (KEE) Nru 1188/81, (KEE) Nru 1008/86, (KEE) No 1009/86 rigward ċ-ċereali, (KEE) Nru 1581/86, (KEE) Nru 1582/86, (KEE) Nru 2226/88 u (KEE) Nru 1835/89.

3. Sabiex tkun faċilitata t-transizzjoni mill-arranġamenti preżenti rigward l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali li tirriżulta minn dan ir-Regolament, jew sabiex tkun iffaċilitata t-transizzjoni minn sena tas-suq għall-oħra matul s-snin tas-suq 1993/94, 1994/95 u 1995/96, il-Kummissjoni, hija u taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23 tista' tadotta kull miżura transitorja li hija tħoss xierqa.

L-Artikolu 27

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata meta jiġi ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mis-sena tas-suq 1993/94 bl-eċċezjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 26(2), l-ewwel punt u (3) li japplikaw mill-1 ta' Lulju 1992

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-30 ta' Ġunju 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

Arlindo MARQUES CUNHA

L-ANNESS A

(L-Artikolu 1, (d))

Kodiċi NM Deskrizzjoni

0714 Manjoka, ararut, salep, artiċoks, patata ħelwa u għeruq simili u ħxejjex tal-basal b'livell għoli ta' lamtu jew inulina, friski jew niexfa, sew jekk mqattgħa flieli sew jekk le fil-forma granulata; il-qoxra tas-sago:

ex 1102 Dqiq taċ-ċereali apparti minn tal-qamħ jew il-meslin:

1102 20 - Dqiq tal-qamħirrum (qamħ)

1102 90 - Oħrajn:

1102 90 10 - - Dqiq tax-xgħir

1102 90 30 - - Dqiq tal-ħafur

1102 90 90 - Oħrajn

ex 1103 Ħafur taċ-ċereali, żerriegħa u granuli ħlief għal ħafur u dqiq tal-qamħ (subintestatura 1103 11), ħafur u dqiq tar-ross (subintestatura 1103 14 00) u granuli tar-ross (subintestatura 1103 29 50)

ex 1104 Qamħ taċ-ċereali maħdum mod ieħor (per eżempju, imfesdaq, irrumblat, imqiegħed strat strat, mqiegħed fi flieli jew fi bramel), ħlief ross ta' l-intestatura Nru 1006 u ross mqiegħed start start tas-subintestatura 1104 19 91; żerriegħa taċ-ċereali, sħiħa, irrumblata, mqiegħda strat strat jew mitħuna

1106 20 Dqiq u dqiq tas-sago, għeruq jew basal ta' l-intestatura Nru 0714

ex 1108 Lamtu; inulina:

- Lamtu:

1108 11 00 - - Lamtu tal-qamħ

1108 12 00 - - Lamtu tal-qamħirrum (qamħ)

1108 13 00 - - Lamtu tal-patata

1108 14 00 - - Lamtu tal-manjoka (cassava)

ex 1108 19 - - Lamtu ieħor

1108 19 90 - - - Oħrajn

1109 00 00 Lamtu tal-qamħ, sew jekk niexef sew jekk le

1702 Zokkor ieħor, inkluż il-lattosju pur mill-kimika, il-maltosju, il-glukosju u l-fruttosju, f'forma solida; ġulepp taz-zokkor li fihom ma jkunx miżjud materjal biex jagħti togħma jew kulur; għasel artifiċjali sew jekk imħallat ma' l-għasel sew jekk le, imħallat ma' għasel naturali; karamella:

ex 1702 30 - glukosju u xiropp tal-glukosju, li ma jikkontjenix il-fruttosju jew li jikkontjeni fl-istat niexef inqas minn 20 % skond il-piż tal-fruttosju:

- - - Oħrajn: - - - Oħrajn

1702 30 91 - - - - Fil-forma ta' trab abjad bħal kristall, sew jekk mgezzez sew jekk le

1702 30 99 - - - - Oħrajn

ex 1702 40 - Glukosju u xiropp tal-glukosju li jikkontjeni, fil-forma niexfa, għallinqas 20 % iżda anqas minn 50 % skond il-piż tal-fruttosju, iżda eżkluz l-isoglukosju tas-subintestatura 1702 40 10

Kodiċi NM Deskrizzjoni

ex 1702 90 - Oħrajn, inkluż zokkor maqlub:

1702 90 50 - - Maltodextrine u xiropp tal-maltodextrine:

- - Karamella:

- - - Oħrajn:

1702 90 75 - - - - Fil-forma ta' trab, sew jekk imgezzez jew le

1702 90 79 - - - - Oħrajn

2106 Preparati ta' l-ikel mhux imsemmija jew inklużi mkien ieħor:

ex 2106 90 - Oħrajn:

- - Xiropp mogħti t-togħma jew il-kulur:

- - - Oħrajn:

2106 90 55 - - - - Xiropp tal-glukosju u xiropp tal-maltodextrine

ex 2302 Nuħħala, smid jew residwi oħrajn sew jekk fil-forma granulari sew jekk le, ġejjien mill-għarbiel, mit-tħin jew xogħol ieħor fuq iċ-ċereali

ex 2303 Residwi tal-manifattura tal-lamtu u residwi simili, polpa tal-pitrava, bagasse u skart ieħor miz-zokkor immanifatturat, ix-xogħol tad-distillazjoni tal-qtar u l-fdal, sew jekk fil-forma ta' granuli u sew jekk le:

2303 10 - Residwi tal-lamtu immanufatturat u residwi simili

2303 30 00 - Id-distillazzjoni u l-proċess biex issir il-birra mill-qtar li jifdal u mir-residwi

2308 Materjal mill-ħxejjex u skart tal-ħxejjex, residwi mill-ħxejjex u prodotti minnhom, sew jekk fil-forma ta' granuli u sew jekk le, ta' tip użat fl-ikel ta' l-annimali, li mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor:

2308 10 00 - Frott tal-balluta u qastan kbir

ex 2308 90 - Oħrajn:

2308 90 30 - - Is-sugu tat-tuffieħ jew il-fdal tal-frott li jibqa' wara li dan jingħasar, ħlief l-għeneb

2309 Preparati tat-tip użati fl-ikel ta' l-annimali:

ex 2309 10 - Ikel tal-klieb u l-qtates, li jinbiegħ bl-imnut:

2309 10 11 2309 10 13 2309 10 31 2309 10 33 2309 10 51 2309 10 53 - - li jkun fih lamtu, glukosju, xiropp tal-glukosju, maltodextrine jew xiropp tal-maltodextrine li jaqa' taħt is-subintestaturi 1702 30 51 sa 1702 30 99, 1702 40 90, 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti tal-ħalib (1) ħlief preparati u prodotti ta' l-ikel li jkun fihom bl-użin 50 % jew aktar ta' prodotti tal-ħalib

ex 2309 90 2309 90 31 2309 90 33 2309 90 41 2309 90 43 2309 90 51 2309 90 53 - Oħrajn: - - Oħrajn li jkun fihom lamtu, zokkor li jsir mill-għeneb u gulepp taz-zokkor li jsir mill-għeneb, maltodextrine jew gulepp tal-maltodextrine li jaqa' taħt is-subtitoli 1702 30 51 sa 1702 30 99, 1702 40 90, 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti tal-ħalib (1) ħlief preparati u prodotti ta' l-ikel li jkun fihom bl-użin 50 % jew aktar ta' prodotti tal-ħalib

(1) Għall-iskopijiet ta' din is-subintestatura "prodotti tal-ħalib" tfisser prodotti li jaqgħu fl-intestatura Nru 0401 sa 0406 kif ukoll is-subintestaturi 1702 10 u 2106 90 51.

L-ANNESS B

Il-kodiċi NM Id-Deskrizzjoni

ex 0403 Xorrox, ħalib maqgħud u krema, yoghurt, kephir u ħalib ieħor iffermentat jew aċidifikat, sew jekk ikkonċentrat sew jekk le jew li fih zokkor miżjud jew xi materja oħra li tagħti l-ħlewwa jew it-togħma bħal li kieku fih miżjud il-frott jew il-kawkaw:

ex 0403 10 - Yoghurt:

- - Mogħti t-togħma jew li fih miżjud il-frott jew il-kawkaw:

- - -Fi trab, granuli jew forom solidi oħrajn, li jkun fih bl-użin xaħam tal-ħalib:

0403 10 51 - - - - Li ma jeċċedix, 1,5 %

0403 10 53 - - - -Jeċċedi 1,5 % iżda ma' jeċċedix 27 %

0403 10 59 - - - - Jeċċedi 27 %

- - - Oħrajn, li jkollhom kontenut tax-xaħam tal-ħalib skond il-piż:

0403 10 91 - - - - Li ma jeċċedix 3 %

0403 10 93 - - - -Jeċċedi 3 % iżda ma' jeċċedix 6 %

0403 10 99 - - - - Jeċċedi 6 %

ex 0403 90 - Oħrajn:

- - Mogħti t-togħma jew li fih miżjud il-frott jew il-kawkaw:

- - -Fi trab, granuli jew forom solidi oħrajn, ta' kontenut tax-xaħam tal-ħalib skond il-piż:

0403 90 71 - - - - Li ma jeċċedix, 1,5 %

0403 90 73 - - - -Jeċċedi 1,5 %, iżda ma jeċċedix 27 %

0403 90 79 - - - - Jeċċedi 27 %

- - - Oħrajn, ta' kontenut tax-xaħam tal-ħalib skond il-piż:

0403 90 91 - - - - Li ma jeċċedix 3 %

0403 90 93 - - - -Jeċċedi 3 % iżda ma' jeċċedix 6 %

0403 90 99 - - - - Jeċċedi 6 %

ex 0710 Ħxejjex (mhux imsajra jew imsajra fil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżati:

0710 40 00 - Qamħ ħelu

0711 Ħxejjex preservati qabel (per eżempju, b'gas sulphur dioxide, fis-salmura, fl-ilma tal-kubrit jew f'soluzzjonijiet preservattivi oħra), iżda mhux tajba għall-konsum immedjat f'dak l-istat:

ex 0711 90 - Ħxejjex oħra, taħlit ta' ħxejjex:

- - Ħxejjex:

0711 90 30 - - - Qamħ ħelu

ex 1302 Meraq jew estratt tal-ħxejjex; sustanzi li jagħqdu, pectinates u pectates; agar-agar u sustanzi oħra bħal gomma li jkollhom iż-żrieragħ u li jagħqdu, sew jekk immodifikati u sew jekk le, li jitnisslu mill-prodotti tal-ħxejjex:

- Sustanzi bħal gomma li jkollhom iż-żrieragħ, sew jekk immodifikati jew le, li jitnisslu mill-prodotti tal-ħxejjex:

1302 31 00 - - Agar-agar

Kodiċi NM Id-Deskrizzjoni

1302 32 - - Muċillaġni u sustanzi li jgħaqqdu, sew jekk immodifikati u sew jekk le, li jitnisslu mill-ħarrub, żerriegħa tal-ħarrub jew żerriegħa tal-guar

1302 39 00 - Oħrajn

ex 1518 00 Żjut u xaħam ta' l-annimali jew tal-ħxejjex u frazzjonijiet tagħhom, mgħollija, mibdula, mnixxfa, trattati bil-kubrit, imneffħa, ippolimerizzati bis-sħana fil-vakwu jew b'gas inert jew immodifikati b'modi kimiku ieħor, esklużi dawk ta' l-intetstaura Nru 1516; taħlit li ma' jittikilx jew preparati ta' xaħam u żejt ta'l-annimali jew tal-ħxejjex jew ta' frazzjonijiet ta' xaħam u żejt differneti taħt dan il-kapitolu, li mhumiex speċifikati jew inklużi mkien ieħor:

1518 00 10 - Linoxyn

ex 1520 Il-Gliċerol, sew jekk pura sew jekk le; ilmijiet tal-gliċerol u lissija tal-gliċerol:

1520 90 00 - Oħrajn, inkluż gliċerol sintetiku

1702 Zokkor ieħor, inkluż zokkor tal-ħalib pur mill-kimika, zokkor li jagħluh mil-lamtu, zokkor li jsir mill-għeneb u zokkor li jagħmlu mill-kannamieli, f'forma solida; ġulepp taz-zokkor li fihom ma jkunx miżjud materjal biex jagħti toma jew kulur; għasel artifiċjali sew jekk mħallat ma' l-għasel pur kif ukoll jekk le; karamella:

ex 1702 30 - Glukosju u xiropp tal-glukosju, li ma jikkontjenix fruttosju jew li jikkontjeni fil-forma niexfa inqas minn 20 % skond il-piż tal-fruttosju

- - - Oħrajn:

- - - li jkunu jinsabu fil-forma niexfa, 99 % jew aktar skond il-piż tal-glukosju

1702 30 51 - - - - fil-forma ta' trab abjad bħal kristall, sew jekk imgezzez jew le

1702 30 59 - - - - Oħrajn

ex 1702 90 - Oħrajn, inkluż zokkor maqlub

1702 90 10 - - Zokkor li jagħmluh mil-lamtu pur mill-kimika

ex 1704 Prodotti tal-ħelu magħmula miz-zokkor (inkluż iċ-ċikkulata bajda), li ma jkunx fihom kawkaw, eskluz l-estratt tas-sugu li jkun fih aktar minn 10 % bl-użin f'sukrożju iżda li ma jkunx fih miżjud sustanzi oħra tas-subintestatura 1704 90 10

1806 Ċikkulata u preparati oħra ta' l-ikel li fihom il-kawkaw

1901 Estratt tax-xgħir imxarrab u lest għall-birra; preparati ta' l-ikel mid-dqiq, jew estratt tad-dqiq, lamtu jew tax-xgħir mxarrab u lest għall-birra, li ma jkunx fih trab tal-kawkaw jew li fih trab tal-kawkaw fi proporzjon ta' użin li jkun anqas minn 50 %, imkien ieħor speċifikat jew inkluż; preparati ta' l-ikel ta' l-oġġetti msemmija fit-titoli Nru 0401 sa 0404, li ma jkunx fihom trab tal-kawkaw jew li fih trab tal-kawkaw fi proporzjon ta' użin li jkun anqas minn 10 %, imkien ieħor speċifikat jew inkluż

ex 1902 Għaġin, sew jekk msajjar jew le jew mimli (b'laħam jew sustanzi oħra) jew preparati mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, tarja, lażanja, njokki, ravjul, kannelloni; couscous, sew jekk preparat jew le:

- Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew preparat b'xi mod ieħor:

1902 11 00 - - li jkun jinsab fihom il-bajd

1902 19 - Oħrajn

Kodiċi NM Deskrizzjoni

ex 1902 20 - Għaġin mimli sew jekk imsajjar jew le jew preparat b'xi mod ieħor:

- - - Oħrajn:

1902 20 91 - - - Msajjar

1902 20 99 - - - Oħrajn

1902 30 - Għaġin ieħor

ex 1902 40 - Couscous:

1902 40 90 - Oħrajn

1903 00 00 ManjokA u sostituti tagħha ipreparati mil-lamtu, mqiegħda stratt stratt, magħmula grauli, mitħun jew f'forom oħra simili

1904 Ikel ipreparat miksub bin-nefħa jew bix-xiwi taċ-ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, stratti tal-qamħ); ċereali, ħlief qamħirrum (qamħ), li jinsab ħabba ħabba, imsajjar minn qabel jew ipreparat mod ieħor

1905 Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnar, sew jekk ikun fihom il-kawkaw jew le; ostji għat-tqarbin, siġilli vojta ta' tip tajba għall-użu farmaċewtiku, ostja tas-siġill, karta magħmula mir-ross u prodotti simili

2001 Ħxejjex, frott, lewż u partijiet oħrajn tal-pjanti li jittieklu, ippreparati jew preservati bil-ħall jew b'aċidu qares:

ex 2001 90 - Oħrajn:

2001 90 30 - - Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

2001 90 40 - - Yams, patata ħelwa u pratijiet oħra simili tal-pjanti li jittieklu li jkun fihom bl-użin 5 % jew aktar ta' lamtu

2004 Ħxejjex oħra ippreparati jew ipreservati b'mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu qares, ifriżati:

ex 2004 10 - Patata:

- - - Oħrajn:

2004 10 91 - - - Fil-forma ta' dqiq jew stratt stratt

ex 2004 90 - Ħxejjex oħra u taħlit ta' ħxejjex:

2004 90 10 - - Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

ex 2005 Ħxejjex oħra ippreparati jew ipreservati b'mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu qares, mhux iffriżati:

2005 20 - Patata:

2005 20 10 - - Fil-forma ta' dqiq jew strat strat

2005 80 00 - Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

ex 2008 Frott, lewż u partijiet oħra tal-pjanti li jittieklu, ippreparati jew ippreservati b'modi oħra, sew jekk ikun fihom iz-zokkor jew xi materja oħra li tagħti l-ħlewwa jew xi spirtu miżjuda jew le, li ma hux speċifikat u inkluż imkien ieħor:

- Lewż, lewż mitħun u żerriegħa oħra, sew jekk imħallta flimkien jew le:

ex 2008 11 - - Lewż mitħun:

2008 11 10 - - - Butir magħmul mill-karawett

2008 91 00 - - qlub tal-palma

Kodiċi NM Deskrizzjoni

ex 2008 99 - - - Oħrajn:

- - - Li ma jkunx fihom spirti:

- - - Li ma jkunx fihom zokkor miżjud:

2008 99 85 - - Qamħirrum (qamħ) ħlief il-qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

2008 99 91 - - - - - Yams, patata ħelwa u prtijiet oħra simili tal-pjanti li jittieklu, li jkun fihom bl-użin 5 % jew aktar ta' lamtu

ex 2101 Estratti, essenza u konċentrati, tal-kafè, te jew preparati tal-maté b'bażi ta' dawn il-prodotti jew b'bażi tal- kafè, jew maté; Ċikwejra mixwija u sostituti oħra tal-kafé mixwija u estratti, essenzi u ikkonċentrati, tagħhom:

2101 10 - Estratti, essenzi u ikkonċentrati tal- kafè u preparati b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew ikkonċentrati jew b'bażi tal- kafè

2101 20 - Estratti, essenzi u ikkonċentrati tat-té jew maté, u preparati b'bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew ikkonċentrati jew b'bażi tat-té jew maté

ex 2101 30 - Ċikwejra mixwija u sostituti oħra tal-kafè, u estratti, essenzi u ikkonċentrati tagħhom:

- - Ċikwejra mixwija u sostituti oħra tal-kafè:

2101 30 19 - - - Oħra (ħlief ċikwejra mixwija)

- - Estratti, essenzi u ikkonċentrati taċ-ċikwejra mixwija u sostituti oħra tal-kafè mixwi:

2101 30 99 - - - Oħra (ħlief ċikwejra mixwija)

2102 Ħmira (attiva jew inattiva); mikro-organismi oħra b'ċellola waħda, mejta (Iżda ma' tinkludix tilqim tat-titolu Nru 3002); trab tal-ħami ippreparat:

ex 2102 10 - Ħmira attiva

- Ħmira tal-furnar

2102 10 31 - - - Niexfa

2102 10 39 - - - Oħrajn

ex 2102 20 - Ħmira inattiva; mikro-organismi b'ċellola waħda oħrajn, mejta:

- - Ħmira inattiva:

2102 20 11 - - - F'forma ta' tavlozza, kubu jew forma simili, jew f'pakketii immedjati ta' kontenut nett li jeċċedi 1 kg

2102 20 19 - - - Oħrajn

ex 2103 Zlazi u preparati tagħhom; taħlita ta' kunservi u taħlita ta' ħwawar:

2103 10 00 - Zalza tas-soya

2103 20 00 - Zalza pikkanti tat-tadam u zlazi oħra tat-tadam

2103 90 - Oħrajn

Kodiċi NM Deskrizzjoni

ex 2104 Sopop u brodi u preparati tagħhom; preparati ta' l-ikel tal-kompost omoġenizzat:

2104 10 00 - Sopop u brodi u preparati tagħhom

2105 00 Ġelat u silġ ieħor li jittiekel, sew jekk ikun fih il-kawkaw jew le

ex 2106 Preparati ta' l-ikel mhux imsemmija jew inklużi mkien ieħor:

2106 10 - Konċentrati tal-proteini u sustanzi tal-proteini minsuġa:

ex 2106 90 - Oħrajn:

2106 90 10 - - fondue tal-ġobon

- - Ġulepp taz-zokkor mogħti t-togħma jew il-kulur:

2106 90 91 - - - li ma jkunx fihom xaħam tal-ħalib, proteini tal-ħalib sukrożju, isoglukożju, zokkor li jsir mill-għeneb u lamtu jew li jkun fihom anqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 2,5 % proteini tal-ħalib, 5 % sukrożju jew isoglukożju, 5 % zokkor li jsir mill-għeneb jew lamtu

2106 90 99 - - - Oħrajn

2202 Ilma, inkluż ilma minerali u ilma li fih l-arja, li jkun fih iz-zokkor miżjud jew xi materja oħra li tagħti togħma ħelwa jew togħma, u xarbiet oħra mhux alkoħoliċi, Iżda mhux inkluż sugu tal-frott jew ħxejjex tat-titolu Nru 2009

2203 00 Birra magħmula mix-xgħir imxarrab u lest għall-birra

2205 Vermouth u nbid ieħor ta' l-għeneb frsik mogħti t-togħma b'sustanzi tal-pjanti jew aromatiċi

ex 2208 Ethyl alkoħol li għadu mhux matur b'volum ta' saħħa ta' anqas minn 80 % vol; spirti, likur u xorb ieħor ta' spirti; preparati ta' alkoħol kompost ta' tip użat għall-manifattura tax-xorb:

2208 20 - Spirti miksuba permezz tad-distillazzjoni ta' l-inbid ta' l-għeneb jew tal-fdal ta' l-għeneb

ex 2208 30 - Wiski

- - Ħlief Bourbon f'reċipjent li jesa':

2208 30 91 - - - 2 litri jew anqas

2208 30 99 - - - Aktar minn 2 litri

2208 50 - Gin u Geneva

ex 2208 90 - Oħrajn:

- - Vodka b'volum ta' saħħa alkoħolika ta' 45,4 % vol jew anqas u spirti ta' l-għajnbaqra, lanġasa jew ċirasa (eskluż il-likur), f'reċipjenti li jesgħu:

- - - 2 litri jew anqas:

2208 90 31 - - - - Vodka

2208 90 33 - - - - Spirti tal-għajnbaqra, lanġasa jew ċirasa (eskluż il-likur)

2208 90 39 - - - Aktar minn 2 litri - - Xorb ta' spirtu ieħor

Kodiċi NM Deskrizzjoni

2208 90 51 2208 90 53 2208 90 55 2208 90 59 2208 90 71 2208 90 73 2208 90 79

ex 2520 Gypsum; anhydrite; plasters (li jikkonsistu f'calcined gypsum jew calcium sulphate) sew jekk mogħtija l-kulur, bi kwantità żgħira jew mingħajrha ta' aċċeleraturi jew ritardaturi:

2520 20 - Plasters

ex 2839 Prodotti siliċi; alkali kummerċjali prodotti siliċi tal-metal:

2839 90 - Oħrajn

Kapitolu 29 Kimiċi organiċi

Kapitolu 30 Prodotti farmaċewtiċi

ex 3307 Prodotti ta' qabel tneħħi l-leħja, preparazzjonijiet biex tneħħi l-leħja jew ta' wara li tneħħi l-leħja, deodoranti personali, preparati għall-banju, prodotti li jneħħu x-xagħar tal-ġisem u preparati oħrajn ta' fwieħa, kosmetiċi jew tal-banju, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien ieħor; prodotti preparati biex ifewħu l-kmamar, sew jekk ikun fihom il-fwieħa jew le jew li jkun fihom disinfettanti:

- Preparati biex ifewħu l-kmamar, inklużi preparati li fihom r-riħa użati matul riti reliġjużi:

3307 49 00 - - Ħlief Agarbatti' u preparati oħra li jkun fihom ir-riħa li jaħdmu bil-ħruq

3307 90 00 - Oħrajn

ex 3401 Sapun; prodotti organiċi b'wiċċ attiv u preparati għall-użu bħala sapun, fil-forma ta' blokok, biċċiet, biċċiet mogħtija l-forma, sew jekk ikun fihom is-sapun jew le; karta, fuljetti tat-tajjar, ġild ta' l-annimali u prodotti mhux minsuġa, imħallta, jew miksija bis-sapun jew bid-deterġenti:

Sapun; prodotti organiċi b'wiċċ attiv u preparati, fil-forma ta' blokok, biċċiet, biċċiet mogħtija l-forma, u karta, fuljetti tat-tajjar, ġild ta' l-annimali u prodotti mhux minsuġa, imħallta, jew miksija bis-sapun jew bid-deterġenti:

3401 19 00 - Oħrajn

3402 prodotti organiċi b'wiċċ attiv (ħlief sapun); preparazzjionijiet ta' wiċċ attiv, preparati għall-ħasil (inkluż preparati tal-ħasil awżiljarji u preparati għat-tindif, sew jekk ikun fihom sapun jew le, ħlief dawk tat-titolu Nru 3401:

ex 3403 Preparati li jagħtu ż-żejt (inkluż preparati biex biex jinqasam iż-żejt, biex jinħallu l-viti ta' l-skorfina jew l-iskorfini, preparati ta' kontra s-sadid u kontra t-tgerrim u preparati biex jinħallu l-forom, ibbażati fuq preparati li jagħtu ż-żejt) u preparati ta' tip użati fit-trattament taż-żejt jew t-trattament ta' grass tal-materjal tat-tessuti, ġilda gilda tal-fur jew materjali oħra, ida esklużi l-preparati li jkun fihom bħala materjali bażiċi 70 % jew aktar bl-użin ta' żjut tal-pitrolju jew żjut miksuba minn materjali li fihom il-qatran;

- li jkun fihom żjut tal-pitrolju jew żjut miksuba minn minerali li jkun fihom il-qatran;

3403 11 00 - - Preparati għat-trattament tal-materjal tat-tessuti, ġilda u ġilda tal-fur jew materjali oħra

3403 19 - - - Oħrajn:

Kodiċi NM Deskrizzjoni

ex 3403 19 10 - - - li jkun fihom 70 % jew aktar fl-użin ta' żjut mill-pitrolju jew żjut miksuba minn minerali li jkun fihom il-qatran iżda mhux bħala l-inġredjent bażiku

ex 3405 Lostru u kremi, għaż-żraben, għamara, paviment, ix-xogħol tal-karozzi, ħġieġ jew metal, għaġna jew trab li jqaxxar u arranġamenti simili (sew jekk fil-forma tal-karta jew le, fuljetti tat-tajjar, ġild, materjal mhux minsuġ, plastik biċ-ċelel żgħar jew gomma biċ-ċelel żgħar, imħallta jew miksija b'dawn il-preparati), eskluż ix-xama' msemmija fit-titolu Nru 3404

3407 00 00 Pasta għall-immudellar, inkluż dik għad-divertiment tat-tfal; fi preparati magħrufa bħala dental wax' jew bħala dental impression compounds', li jkunu f'settijiet, f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut jew fi platti, forom tan-nagħla taż-żiemel, stikek jew forom simili; preparati oħrajn għall-użu mid-dentisti, b'bażi ta' tikħil (ta' calcined gypsum jew calcium sulphate)

Kapitolu 35 Sustanzi Albuminojali; lamtu immodifikat; kolla, enżemi, eskluża l-intestatura Nru 3501

Kapitolu 38 Prodotti kimiċi mixxellanji

Kapitolu 39 Plastik u oġġetti minnu

4813 Karta tas-sigaretti, sew jekk maqtugħa skond id-daqs jew fil-forma ta' ktejjeb jew tubi jew le:

ex 4813 90 - Oħrajn:

4813 90 90 - - Oħrajn

ex 4818 Karta iġenika, mkatar, karta għat-tindif, xugamani, tvalji, srievet, srievet għat-trabi, tampons, lożor u oġġetti tad-dar simili, oġġetti sanitarji jew ta' l-sptar, oġġetti ta' l-lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, tal-polpa tal-karta, karta, fuljetti tat-tajjar biċ-ċelel żgħar jew folji tal-fibra magħmula mill-ħjut tal-weraq:

4818 10 - Karta iġenika

ex 4823 Karta oħra, kartuna tal-karta, wadding taċ-ċellulosa, u għanqbut tal-fibri taċ-ċellulosa, maqtugħa f'daqs u għamla; L-artikoli oħra ta' polpa tal-karta, karta u kartuna tal-karti, wadding taċ-ċellulosa, u għanqbut tal-fibri taċ-ċellulosa:

- Karta bil-gomma jew bil-kolla, fi strippi jew rollijiet:

4823 11 - - li jeħlu waħidhom

4823 19 00 - Oħrajn

4823 20 00 - Karta tal-filtru jew kartuna tal-karta

- Karta oħra jew kartuna tal-karta, ta' tip użat għall-kitba, l-istampar jew użu ieħor ta' grafika:

4823 51 - - stampata, imbuzzata jew bit-toqob

4823 59 - - - Oħrajn:

ex 4823 90 - Oħrajn:

- - - Oħrajn:

- - - Oħrajn:

- - - - Maqtugħa skond id-daqs jew il-forma:

4823 90 51 - - - - - Karta condenser

- - - - Oħrajn

4823 90 71 - - - - - - Karta bil-gomma jew li teħel

4823 90 79 - - - - - - Oħrajn

L-ANNESS Ċ

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regolament Nru. 2727/75 Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1 L-Artikolu 1

L-Artikolu 2 L-Artikolu 2

L-Artikolu 3 L-Artikolu 3

L-Artikolu 4 L-Artikolu -

L-Artikolu 4(b) L-Artikolu -

L-Artikolu 5 L-Artikolu 5

L-Artikolu 6 L-Artikolu 3

L-Artikolu 7 L-Artikolu 4

L-Artikolu 8 L-Artikolu 6

L-Artikolu 9 L-Artikolu 26

L-Artikolu 10 L-Artikolu -

L-Artikolu 10(a) L-Artikolu -

L-Artikolu 10(b) L-Artikolu -

L-Artikolu 11(a) L-Artikolu -

L-Artikolu 11(b) L-Artikolu -

L-Artikolu 12 L-Artikolu 9

L-Artikolu 13 L-Artikolu 10

L-Artikolu 14 L-Artikolu 11

L-Artikolu 15 L-Artikolu 12

L-Artikolu 16 L-Artikolu 13

L-Artikolu 17 L-Artikolu 14

L-Artikolu 18 L-Artikolu 15

L-Artikolu 19 L-Artikolu 16

L-Artikolu 20 L-Artikolu 17

L-Artikolu 21 L-Artikolu 18

L-Artikolu 22 L-Artikolu 19

L-Artikolu 23 L-Artikolu -

L-Artikolu 23(a) L-Artikolu 20

L-Artikolu 24 L-Artikolu 21

L-Artikolu 25 L-Artikolu 22

L-Artikolu 26 L-Artikolu 23

L-Artikolu 27 L-Artikolu 24

L-Artikolu 28 L-Artikolu -

L-Artikolu 29 L-Artikolu 25

L-Artikolu 30 L-Artikolu 26

L-ANNESS A L-ANNESS A

L-ANNESS B L-ANNESS B

L-ANNESS Ċ L-ANNESS Ċ

1 ĠU C 303, tat-22.11.1991, p. 10

2 ĠU C 125, tat-18.5.1992

3 ĠU C 98, tal-21.4.1992, p. 15.

4 ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 1. kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 1738/92 (ĠU L 180, ta' l-1.7.1992, p. 1).

5 Ara paġna 12 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali

6 ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13. kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2048/88 (ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 1).

Top