This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1113
Commission Regulation (EU) No 1113/2010 of 1 December 2010 fixing the coefficients applicable to cereals exported in the form of Scotch whisky for the period 2010/2011
Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 1113/2010 tal- 1 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' Scotch whisky għall-perjodu 2010/2011
Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 1113/2010 tal- 1 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' Scotch whisky għall-perjodu 2010/2011
ĠU L 316, 02/12/2010, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2011
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32009R1035 |
2.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (UE) Nru 1113/2010
tal-1 ta' Diċembru 2010
li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' Scotch whisky għall-perjodu 2010/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 tal-10 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 dwar l-iffissar u l-għoti ta' rifużjonijiet aġġustati fir-rigward ta' ċereali esportati fil-forma ta' ċertu xorb spirituż [alkoħoliku] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jipprovdi illi l-kwantitajiet taċ-ċereali eliġibbli għar-rifużjoni għandhom ikunu l-kwantitajiet ta' ċereali mqiegħda taħt il-kontroll u ddistillati, piżati b’koeffiċjent li jiġi ffissat kull sena għal kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati. Dan il-koeffiċjent jesprimi r-relazzjoni bejn il-kwantitajiet totali esportati u l-kwantitajiet totali mqiegħda fis-suq tal-ispirtu tax-xorb ikkonċernat, abbażi tax-xejra osservata f’dawn il-kwantitajiet matul l-għadd ta' snin li jikkorrispondi għall-perjodu medju taż-żmien tal-maturazzjoni ta' dan ix-xorb alkoħoliku. |
(2) |
Abbażi tat-tagħrif fornut mir-Renju Unit u li jirrigwarda l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2009, il-perjodu medju tal-maturazzjoni fl-2009 kien ta' seba’ snin għall-iScotch whisky. |
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011. |
(4) |
L-Artikolu 10 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeskludi l-għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni lejn Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja. Barra minn hekk, l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ma’ ċerti pajjiżi terzi li jabolixxu r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni. Għalhekk jeħtieġ li, b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, dan jitqies fil-kalkolu tal-koeffiċjent għall-perjodu 2010/2011. |
(5) |
L-effetti tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2009 tat-30 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti applikabbli għaċ-ċereali esportati fil-forma ta' Scotch whisky għall-perjodu 2009/2010 (3) ġew eżawriti minħabba li dan ir-Regolament jirrigwarda l-koeffiċjenti applikabbli għas-sena 2009/2010. Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu jiġi rrevokat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011, il-koeffiċjenti stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006, applikabbli għaċ-ċereali utilizzati fir-Renju Unit għall-produzzjoni tal-iScotch whisky, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1035/2009 għandu jiġi rrevokat.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2010 sat-30 ta' Settembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33.
(3) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 3.
ANNESS
Il-koeffiċjenti applikabbli fir-Renju Unit
Perjodu ta' applikazzjoni |
Koeffiċjent applikabbli |
|
għax-xgħir ipproċessat f’malt utilizzat fil-produzzjoni tal-malt whisky |
għaċ-ċereali użati fil-produzzjoni tal-grain whisky |
|
Mill-1 ta' Ottubru 2010 sat- 30 ta' Settembru 2011 |
0,300 |
0,255 |