Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0041

2010/41/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, tat- 22 Jannar 2010 li tadotta lista ta' persuni oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2009/903/UE

ĠU L 20, 26/01/2010, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/41(1)/oj

26.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

meħuda bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni,

tat-22 Jannar 2010

li tadotta lista ta' persuni oħra li l-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2009/903/UE

(2010/41/UE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3), (4) u (7), it-tieni subparagrafu tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106 (a) tiegħu,

Billi:

(1)

Iċ-ċirkostanzi relatati mal-proċess ta' ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona wasslu biex il-Kummissjoni maħtura fit-22 ta' Novembru 2004 baqgħet fil-funzjoni wara l-31 ta' Ottubru 2009, sakemm jitwettaq il-proċess tal-ħatra tal-Kummissjoni l-ġdida, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif modifikati bit-Trattat ta' Lisbona.

(2)

Kummissjoni ġdida, li tikkonsisti minn ċittadin wieħed ta' kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandha tiġi maħtura għall-perijodu sal-31 ta' Ottubru 2014.

(3)

Il-Kunsill Ewropew innomina lis-Sur José Manuel DURÃO BARROSO bħala l-persuna proposta lill-Parlament Ewropew bħala President tal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew eleġġa l-kandidat hekk innominat.

(4)

Skont l-Artikolu 18(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa kompitu tal-Kunsill Ewropew, bil-qbil tal-President tal-Kummissjoni, li jaħtar ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni 2009/903/UE tal-4 ta' Diċembru 2009 (1), il-Kunsill adotta, bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, il-ista ta’ persuni oħra li huwa jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014.

(6)

Bi qbil komuni mal-President elett tal-Kummissjoni, id-Deċiżjoni 2009/903/UE għandha titħassar qabel ma l-lista li tinsab fiha tiġi sottomessa għal vot ta' approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u għandha tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Skont l-Artikolu 17(7), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-President, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Membri l-oħra tal-Kummissjoni ser ikunu soġġetti, bħala kulleġġ, għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bi qbil komuni mas-Sur José Manuel DURÃO BARROSO, il-President elett tal-Kummissjoni, il-Kunsill jipproponi li jinħatru Membri tal-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta' Ottubru 2014, il-persuni li ġejjin:

 

Is-Sur Joaquín ALMUNIA AMANN

 

Is-Sur László ANDOR

 

Is-Sur Michel BARNIER

 

Is-Sur Dacian CIOLOȘ

 

Is-Sur John DALLI

 

Is-Sinjura Maria DAMANAKI

 

Is-Sur Karel DE GUCHT

 

Is-Sur Štefan FÜLE

 

Is-Sinjura Máire GEOGHEGAN-QUINN

 

Is-Sinjura Kristalina GEORGIEVA

 

Is-Sur Johannes HAHN

 

Is-Sinjura Connie HEDEGAARD

 

Is-Sur Siim KALLAS

 

Is-Sinjura Neelie KROES

 

Is-Sur Janusz LEWANDOWSKI

 

Is-Sinjura Cecilia MALMSTRÖM

 

Is-Sur Günther H. OETTINGER

 

Is-Sur Andris PIEBALGS

 

Is-Sur Janez POTOČNIK

 

Is-Sinjura Viviane REDING

 

Is-Sur Olli REHN

 

Is-Sur Maroš ŠEFČOVIČ

 

Is-Sur Algirdas Gediminas ŠEMETA

 

Is-Sur Antonio TAJANI

 

Is-Sinjura Androulla VASSILIOU

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2009/903/KE hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi trasmessa lill-Parlament Ewropew.

Hija għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 321, 8.12.2009, p. 51.


Top