EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1471R(02)

1471/2004/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1471/2004 tat- 18 ta’ Awwissu 2004 li jemenda l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar l-importazzjoni ta’ prodotti taċ-ċerv mill-Kanada u l-Istati Uniti ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 71M, 17.3.2009, p. 58–59 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1471/corrigendum/2009-03-17/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/58


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1471/2004 tat-18 ta’ Awwissu 2004 li jemenda l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar l-importazzjoni ta’ prodotti taċ-ċerv mill-Kanada u l-Istati Uniti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1471/2004 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1471/2004

tat-18 ta’ Awwissu 2004

li jemenda l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar l-importazzjoni ta’ prodotti taċ-ċerv mill-Kanada u l-Istati Uniti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jwaqqaf ir-regoli għall-ħarsien, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (1), u l-aktar l-ewwel paragrafu ta’ l-Artiklu 23 miġjub fih,

Billi:

(1)

Il-Marda tal-Chronic Wasting ġiet irrappurtata fi ċriev u elk li jitrabbew fl-irziezet u salvaġġi fil-Kanada u fl-Istati Uniti. S’issa, ma kienu kkonfermati l-ebda każijiet ta’ din il-marda fl-Ewropa.

(2)

Fl-opinjoni tiegħu tas-6-7 ta’ Marzu 2003, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv irrakkomanda li jkun imsaħħaħ il-ħarsien tas-saħħa ta’ l-annimali u dik pubblika fil-Komunità minħabba r-riskju li ġej mill-Marda Chronic Wasting fiċ-ċriev fil-Kanada u l-Istati Uniti.

(3)

Minħabba li l-Kanada u l-Istati Uniti mhumiex imniżżla fil-lista ta’ pajjiżi terzi li huma approvati biex jesportaw annimali li jixtarru mhux domestiċi lejn il-Komunità, kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE li tfassal il-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet fuq is-saħħa ta’ l-annimali u dik pubblika kif ukoll fuq iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (2), l-esportazzjoni ta’ ċriev ħajjin minn dawn il-pajjiżi lejn il-Komunità hija diġà pprojbita.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, li tistabbilixxi l-kriterji tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkontrollaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ annimali, semen, bajd u embrijoni li mhumiex suġġetti għall-kriterji tas-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEE (3), tisħaq li s-semen, il-bajd u l-embrijoni biss ta’ ċerti speċi msemmija jistgħu jkunu impurtati fil-Komunità. L-ispeċi taċ-ċriev mhumiex inklużi. Għalhekk, l-importazzjoni tas-semen, l-embrijoni u l-bajd taċ-ċriev fil-Komunità hija diġà pprojbita.

(5)

Għandhom jiddaħħlu miżuri biex jitnaqqas ir-riskju li jista’ jkun hemm għas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ dik pubblika minħabba l-importazzjoni ta’ laħam frisk, prodotti tal-laħam u preparazzjonijiet tal-laħam taċ-ċriev li jitrabbew fl-irziezet u slavaġ.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri li hemm f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artiklu 1

L-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 qed ikun emendat fi qbil ma’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artiklu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jkun jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

Fil-parti D ta’ l-Anness XI, il-punt 4 li ġej għandu jiżdied:

“4.

(a)

Meta l-laħam ta’ l-annimali tal-kaċċa li jitrabbew fl-irziezet definit bid-Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE (4), il-preparazzjonijiet tal-laħam definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE (5), u l-prodotti tal-laħam definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE (6), li jkunu ġejjin miċ-ċriev li jitrabbew fl-irziezet, ikunu impurtati fil-Komunità mill-Kanada jew l-Istati Uniti, iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom ikunu appoġġjati b’dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-produzzjoni, b’din il-kitba li ġejja:

‘Dan il-prodott fih jew ġej esklussivament mil-laħam, barra l-ġewwieni u s-sinsla tad-dahar, ta’ ċriev li ġew eżaminati għall-Marda Chronic Wasting b’metodi ta’ istopatoloġija, immunoistokimika jew ta’ dijanjosi oħra li huma magħrufa mill-awtorità kompetenti, u dawn il-metodi ma taw l-ebda riżultat pożittiv ta’ mard. Dan il-laħam mhuwiex ġej minn annimali ta’ merħliet li fihom kienet ikkonfermata l-marda Chronic Wasting jew fejn dwarha hemm suspett uffiċjali.’

(b)

Meta l-laħam ta’ l-annimali tal-kaċċa kif definit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE (7), il-preparazzjonijiet tal-laħam definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE, u l-prodotti tal-laħam definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE, li jkunu ġejjin minn ċriev salvaġġi, jiġu impurtati fil-Komunità mill-Kanada jew l-Istati Uniti, iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun appoġġjat b’dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-produzzjoni, b’din il-kitba li ġejja:

‘Dan il-prodott fih jew ġej esklussivament mil-laħam, barra l-ġewwieni u s-sinsla tad-dahar, ta’ ċriev li ġew eżaminati għall-Marda Chronic Wasting b’metodi ta’ istopatoloġija, immunoistokimika jew ta’ dijanjosi oħra li huma magħrufa mill-awtorità kompetenti, u dawn il-metodi ma taw l-ebda riżultat pożittiv ta’ mard. Dan il-laħam mhuwiex ġej minn reġjun fejn il-marda Chronic Wasting ġiet ikkonfermata fl-aħħar tliet snin jew fejn dwarha hemm suspett uffiċjali.’”


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 876/2004 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 52).

(2)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/554/KE (ĠU L 248, 9.7.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320).

(4)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 41.

(5)  ĠU L 368, 31.12.1994, p. 10.

(6)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 85.

(7)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 35.


Top