Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument JOL_2004_261_R_NS007
2004/575/EC: Council Decision of 29 April 2004 on the conclusion, on behalf of the European Community, of the Protocol to the Barcelona Convention for the Protection of the Mediterranean Sea against Pollution, concerning cooperation in preventing pollution from ships and, in cases of emergency, combating pollution of the Mediterranean Sea# Protocol concerning cooperation in preventing pollution from ships and, in cases of emergency, combating pollution of the Mediterranean Sea
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' Barċellona għall-Protezzjoni tal-baħar Mediterran kontra t-Tniġġis, dwar koperazzjoni għall-prevenzjoni tat-tniġġis minn vapuri u, f'każijiet ta' emerġenza, għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-Baħar Mediterran
Protokoll dwar koperazzjoni fil-prevenzjoni ta' tniġġiż minn bastimenti u, fil-każ ta' emerġenzi, l-ġlieda kontra t-tniġġiż tal-Baħar Mediterran
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' Barċellona għall-Protezzjoni tal-baħar Mediterran kontra t-Tniġġis, dwar koperazzjoni għall-prevenzjoni tat-tniġġis minn vapuri u, f'każijiet ta' emerġenza, għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-Baħar Mediterran
Protokoll dwar koperazzjoni fil-prevenzjoni ta' tniġġiż minn bastimenti u, fil-każ ta' emerġenzi, l-ġlieda kontra t-tniġġiż tal-Baħar Mediterran
JO L 261, 6.8.2004, p. 40–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Alte ediții speciale
(CS, ET, LV, LT, HU, PL, SK, SL)
editie speciala in limba malteza: capitol 11 volum 051 p. 269 - 275
Official Journal L 261 , 06/08/2004 P. 0040 - 0040
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' Barċellona għall-Protezzjoni tal-baħar Mediterran kontra t-Tniġġis, dwar koperazzjoni għall-prevenzjoni tat-tniġġis minn vapuri u, f'każijiet ta' emerġenza, għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-Baħar Mediterran (2004/575/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi: (1) Il-politika tal-Komunità Ewropea dwar l-ambjent tikkontribwixxi għall-ilħuq ta' l-għanijiet li jinkludu l-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib fil-kwalità ta' l-ambjent u tippromwovi miżuri fuq livell internazzjonali sabiex jindirizzaw problemi ambjentali reġjonali jew dinjija. (2) Il-Komunità Ewropa hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Baħar Mediterranju kontra t-Tniġġiż (Il-Konvenzjoni ta' Barċellona), approvata permezz tad-Deċiżjoni 77/585/KEE [2], u r-reviżjoni tagħha ta' l-1995, approvata bid-Deċiżjoni 1999/802/KE [3]. Il-Komunità hija wkoll Parti Kontraenti għall-erba' Protokolli tal-Konvenzjoni ta' Barċellona, inkluż il-Protokoll dwar il-koperazzjoni fil-ġlieda kontra t-tniġġis fil-Baħar Mediterran permezz ta' żejt u sustanzi li jikkawżaw ħsara f'każijiet ta' emerġenza approvata permezz tad-Deċiżjoni 81/420/KEE [4]. (3) Il-Kummissjoni ħadet sehem, f'isem il-Komunità, fin-negozjati dwar il-Protokoll dwar il-koperazzjoni għall-prevenzjoni tat-tniġġis minn vapuri, u f'każijiet ta' emerġenza, għall-ġlieda kontra t-tniġġis tal-Baħar Mediterran (il-Protokoll), fuq il-bażi ta' direttivi għan-negozjar mogħtija mill-Kunsill nhar il-25 ta' Jannar 2000. (4) Nhar il-25 ta' Jannar 2002, il-Komunità ffirmat il-Protokoll f'Malta. (5) Il-Protokoll jaġġorna l-istrumenti legali tal-Konvenzjoni ta' Barċellona, sabiex jinkludu l-koperazzjoni fuq il-prevenzjoni tat-tniġġis mill-bastimenti, sabiex jagħmel koperazzjoni aktar effettiva f'risposta għall-inċidenti ta' tniġġis u sabiex jippromwovi l-implimentazzjoni tar-regolamenti internazzjonali applikabbli. (6) Il-Protokoll, li ma jaffettwax id-dritt tal-Partijiet li jadottaw miżuri relevanti aktar stretti b'mod konformi mal-liġi internazzjonali, fih il-miżuri meħtieġa sabiex jevitaw li jkun hemm xi inkoerenza mal-leġislazzjoni tal-Komunità diġà fis-seħħ fl-oqsma koperti bil-Protokoll. (7) Il-Komunità għandha għalhekk tapprova l-Protokoll, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Protokoll tal-Konvenzjoni ta' Barċellona għall-Protezzjoni ta' l-Ibħra Mediterranji kontra t-Tniġġis dwar il-koperazzjoni fil-prevenzjoni tat-tniġġis minn bastimenti u, f'każijiet ta' emerġenza, fil-ġlieda kontra t-tniġġis tal-baħar Meditterran, minn hawn iżjed ‘il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Protokoll", huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) mogħtija s-setgħa, f'isem il-Komunità Ewropea, li tiddeposita f'idejn il-Gvern Spanjol, l-istrument ta' approvazzjoni tal-Protokoll, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 23 tal-Protokoll. Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it-29 ta' April 2004. Għall-Kunsill Il-President M. McDowell [1] Opinjoni mogħtija nhar l-10 ta' Frar 2004 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] ĠU L 240, tad-19.9.1977, p. 1. [3] ĠU L 322, ta' l-14.12.1999, p. 32. [4] ĠU L 162, tad-19.6.1981, p. 4. --------------------------------------------------