Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1984R(05)

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1984/2006 tal- 20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa ( ĠU L 387, 29.12.2006 , ħarġa speċjali bil-Malti L 314M tal-1 ta’ Diċembru 2007 )

JO L 322, 9.12.2009, pp. 41–48 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1984/corrigendum/2009-12-09/oj

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/41


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1984/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 387 tad-29 ta' Diċembru 2006 , ħarġa speċjali bil-Malti L 314M tal-1 ta’ Diċembru 2007 )

F’paġna 734, ir-Regolament (KE) Nru 1984/2006 għandu jaqra kif ġej:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1984/2006

tal-20 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2) japplika għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-perjodi tal-kwota tat-tariffa għall-importazzjoni li jibdew mill-1 ta' Jannar 2007. Dak ir-Regolament jistabbilixxi b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ tal-liċenzji. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenziji sal-aħħar ġurnata tal-perjodu tal-kwota tat-tariffa tal-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (3), mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet addizzjonali jew derogi stipulati f'dak ir-Regolament, bħar-regoli speċjali dwar l-approvazzjoni ta' importaturi li huma meħtieġa sabiex ikun żgurat li importaturi ġenwini biss japplikaw għal-liċenzji. Huwa meħtieġ li jkun hemm allinjament tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 mar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 fejn hu xieraq. Peress li r-Regolament (KE) Nru 1301/2006 japplika għal liċenzji għall-perjodi tal-kwota tat-tariffa tal-importazzjoni li jibdew mill-1 ta' Jannar 2007, għandu jsir provvediment għal dewmien fl-applikazzjoni għal kwoti tat-tariffa koperti mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li għalihom il-perjodu tal-importazzjoni jibda mill-1 ta' Lulju 2007.

(2)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-approvazzjoni ta' importaturi f'Ġunju 2006 hija valida mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 dwar l-approvazzjoni ma għandhomx japplikaw qabel l-1 ta' Lulju 2007.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1839/2006 tat-28 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Arġentina, konkluż mill-KE wara n-negozjati fil-qafas tal-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (4) jipprovdi għal kwantità addizzjonali ta' 537 tunnellata ta' trab tal-ħalib xkumat fil-kwota annwali tat-tariffa tal-importazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-kwantità tat-trab tal-ħalib xkumat fil-kwota Nru 09.4590 imsemmija fl-Anness I.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 tiġi aġġustata.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/909/KE tal-4 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tan-Norveġja dwar aġġustamenti fil-preferenzi kummerċjali għall-ġobon li saru fuq il-bażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (5) tipprovdi għat-tgħaqqid ta' żewġ kwoti tat-tariffa ħielsa mid-dazju annwali tal-ġobon li joriġina min-Norveġja mill-1 ta' Jannar 2007. Għalhekk, huwa xieraq li l-Anness I.H għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiġi adattat skont dan.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas-17 ta' Ottubru 2006 li jemenda Anness I għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (6) jipprovdi għal emendi mill-1 ta' Jannar 2007 għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 0406. L-Anness I.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Id-Deċiżjoni Nru 2/2006 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija tas-17 ta' Ottubru 2006 (7) tapprova pożizzjoni Komunitarja fil-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija dwar l-emenda għall-Protokolli 1 u 2 għad-Deċiżjoni 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija dwar is-sistema tal-kummerċ għall-prodotti agrikoli. L-emenda għad-Deċiżjoni 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni bejn il-KE u t-Turkija ġiet approvata mill-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija fid-Deċiżjoni Nru 2 tiegħu.

(7)

Għal ċerti prodotti agrikoli, fosthom il-ġobnijiet, li joriġinaw mit-Turkija, il-Protokoll 1 emendat jipprovdi għal kwoti Komunitarji ġodda tat-tariffi u għal tibdil fil-kwoti Komunitarji eżistenti tat-tariffi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta' April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ tariffa ta’ kwoti tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma' ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (8). Għalhekk, huwa xieraq li l-kwantità tal-kwota u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti fl-annessi rilevanti għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jiġu aġġustati.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u għall-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (9) għandu japplika għajr fejn huwa pprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament.”

2.

is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Anness I jistipula l-kwoti tat-tariffi, id-dazji li għandhom jiġu applikati, il-kwantitajiet massimi li għandhom jiġu importati kull sena, il-perjodi tal-kwoti tat-tariffi tal-importazzjoni u t-tqassim tagħhom f'żewġ partijiet indaqs għal perjodi ta' sitt xhur.”;

3.

l-Artikolu 8 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għandha tingħata l-approvazzjoni lill-applikanti li, qabel l-1 ta' April ta' kull sena, jippreżentaw talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti u li fih huma rreġistrati għall-finijiet ta' VAT, akkumpanjata minn prova li fis-sentejn kalendarji ta' qabel u matulhom it-tnejn huma impurtaw fi jew esportaw mill-Komunità mill-inqas 25 tunnellata ta' prodotti tal-ħalib koperti mill-Kapitolu 04 tan-Nomenklatura Maqgħuda.”;

4.

l-Artikolu 12 għandu jitħassar;

5.

l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel kif ġej:

“Madankollu, fil-każ tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 5(c) sa (f) u (h), l-applikazzjonijiet għandhom jirrelataw mill-anqas ma' 10 tunnellati u mhux għal aktar mill-kwantità disponibbli għal kull perjodu.”

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

6.

l-Artikolu 15 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Fil-ħames jum tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodu għat-tfigħ tal-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet mitfugħa għal kull wieħed mill-prodotti konċernati. In-notifiki għandhom jinkludu l-kwantitajiet li għalihom saru l-applikazzjonijiet skont kull numru tal-kwota u kodiċi tan-NM. In-notifiki għandhom isiru fuq formoli separati għal kull kwota.”;

7.

l-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-ħames jum tax-xogħol wara l-jum tan-notifika kif provdut fl-Artikolu 15.”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jitħassar;

(c)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi sal-aħħar jum ta' kull perjodu ta' sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 14(1).”;

8.

l-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (d) għandu jinbidel kif ġej:

“(d)

fil-kaxxa 20, waħda mill-annotazzjonijiet imniżżla fl-Anness XV;”

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

9.

fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

10.

fl-Artikolu 25(2), ir-raba' subparagrafu għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Il-korp kompetenti li joħroġ il-liċenzji tal-importazzjoni għandu jżomm l-oriġinali ta' kull IMA 1 ippreżentata.”;

11.

fl-Artikolu 28, il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

12.

fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   Kopja taċ-ċertifikat tal-IMA 1, awtentikata kif xieraq, għandha tiġi ppreżentata, flimkien mal-liċenzja tal-importazzjoni rilevanti u l-prodotti li jirrelataw għaliha, lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istat Membru li qed jimporta fil-mument li tinxteħet id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(1), għandha tiġi ppreżentata waqt li tkun għada valida, ħlief fil-każijiet ta' forza maġġuri.”;

13.

L-Anness I.A għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

14.

L-Anness I.D għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament;

15.

L-Anness I.H għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament;

16.

L-Anness II.B għandu jinbidel bit-test stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament;

17.

L-Annessi VI u VII għandhom jitħassru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Madankollu, l-Artikolu 1(1), 1(2), 1(4) u 1(9) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2007 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi msemmija fil-partijiet A, F u H tal-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001.

L-Artikolu 1(3) għandu japplika fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal liċenzji mitfugħa mill-1 ta' Lulju 2007 'l quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, l-20 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS I

“I.A

KWOTI TAT-TARIFFI MHUX SPEĊIFIKATI SKONT IL-PAJJIŻ TAL-ORIĠINI

Numru tal-Kwota

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (10)

Pajjiż tal-Oriġini

Kwota Annwali

(f'tunnellati)

Kwota ta' kull Sitt Xhur

(f'tunnellati)

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett)

09.4590

0402 10 19

Trab tal-ħalib xkumat

Il-pajjiżi terzi kollha

68 537

34 268,5

47,50

09.4599

0405 10 11

0405 10 19

0405 10 30

Butir u xaħmijiet oħra u żjut li ġejjin mill-ħalib

Il-pajjiżi terzi kollha

11 360

5 680

94,80

0405 10 50

0405 10 90

0405 90 10  (*1)

0405 90 90  (*1)

F'ekwivalenti ta' butir

09.4591

ex 0406 10 20

ex 0406 10 80

Ġobon tal-pizza, friżat, imqatta' biċċiet kull waħda ma tiżinx aktar minn gramma (10), f'kontenituri b'kontenut nett ta' 5 kg jew aktar, b'kontenut ta' ilma, skont il-piż, ta' 52 % jew aktar, u b'kontenut ta' xaħam bil-piż tas-sustanza niexfa ta' 38 % jew aktar

Il-pajjiżi terzi kollha

5 360

2 680

13,00

09.4592

ex 0406 30 10

Emmentaler ipproċessat

Il-pajjiżi terzi kollha

18 438

9 219

71,90

04069013

Emmentaler

85,80

09.4593

ex 0406 30 10

Gruyère ipproċessat

Il-pajjiżi terzi kollha

5 413

2 706,5

71,90

0406 90 15

Gruyère, Sbrinz

85,80

09.4594

04069001

Ġobon għall-ipproċessar (11)

Il-pajjiżi terzi kollha

20 007

10 003,5

83,50

09.4595

0406 90 21

Cheddar

Il-pajjiżi terzi kollha

15 005

7 502,5

21,00

09.4596

ex 0406 10 20

Ġobon frisk (mhux misjur jew ikkurat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta għajr il-ġobon tal-pizza tan-numru tal-kwota 09.4591

Il-pajjiżi terzi kollha

19 525

9 762,5

92,60

ex 0406 10 80

106,40

0406 20 90

Ġobon ieħor maħkuk jew fi trab

94,10

0406 30 31

Ġobon ieħor ipproċessat

69,00

04063039

71,90

0406 30 90

102,90

0406 40 10

0406 40 50

0406 40 90

Ġobon bil-vina blu u ġobon ieħor li fih il-vini li huma prodotti minn Penicillium roqueforti

70,40

0406 90 17

Bergkäse u Appenzell

85,80

0406 90 18

Fromage Fribourgeois, Vacherin Mont d'Or u Tête de Moine

75,50

0406 90 23

Edam

0406 90 25

Tilsit

0406 90 27

Butterkäse

0406 90 29

Kashkaval

0406 90 32

Feta

0406 90 35

Kefalo-Tyri

0406 90 37

Finlandia

0406 90 39

Jarlsberg

0406 90 50

Ġobon mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu

ex 0406 90 63

Pecorino

94,10

0406 90 69

Other

0406 90 73

Provolone

75,50

ex 0406 90 75

Caciocavallo

ex 0406 90 76

Danbo, Fontal, Fynbo, Havarti, Maribo, Samsø

0406 90 78

Gouda

ex 0406 90 79

Esrom, Italico, Kernhem, Saint-Paulin

ex 0406 90 81

Cheshire, Wensleydale, Lancashire, Double Gloucester, Blarney, Colby, Monterey

0406 90 82

Camembert

0406 90 84

Brie

0406 90 86

Li jaqbeż l-47 % iżda ma jaqbiżx it-52 %

0406 90 87

Li jaqbeż it-52 % iżda ma jaqbiżx it-62 %

0406 90 88

Li jaqbeż it-62 % iżda ma jaqbiżx it-72 %

0406 90 93

Li jabqeż it-72 %

92,60

0406 90 99

Ieħor

106,40

ANNESS II

“I.D

KWOTI TAT-TARIFFI TAĦT IL-PROTOKOLL TAD-DEĊIŻJONI Nru 1/98 TAL-KUNSILL TAL-ASSOĊJAZZJONI BEJN IL-KE U T-TURKIJA

Numru tal-kwota

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni (12)

Pajjiż tal-oriġini

Kwota annwali mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru

(f'tunnellati)

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett)

09.4101

0406 90 29

Ġobon Kashkaval

It-Turkija

2 300

0

ex 0406 90 32

Feta magħmula mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

0406 90 50

Ġobon ieħor magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

ex 0406 90 86

ex 0406 90 87

ex 0406 90 88

Tulum Peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'imballaġġ individwali ta' inqas minn 10 kg tal-plastik jew ta' tip ieħor.

ANNESS III

“I.H

KWOTI TAT-TARIFFA SKONT L-ANNESS I GĦALL-FTEHIM MAR-RENJU TAN-NORVEĠJA

Numru tal-Kwota

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (13)

Dazju tad-dwana

Kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju

kwantitajiet f'tunnellati

annwali

kull sitt xhur

09.4179

0406 10

Ġobnijiet friski

eżenzjoni

4 000

2 000

ex 0406 90 23

Edam Norveġiż

0406 90 39

Jarlsberg

ex 0406 90 78

Gouda Norveġiż

0406 90 86

0406 90 87

0406 90 88

Ġobnijiet oħra

ANNESS IV

“II.B

ARRANĠAMENTI PREFERENZJALI GĦALL-IMPORTAZZJONI - IT-TURKIJA

Numru tas-serje

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Pajjiż tal-oriġini

Dazju tal-importazzjoni

(EUR/100 kg piż nett mingħajr indikazzjoni ulterjuri)

1

0406 90 29

Kashkaval

It-Turkija

67,19

2

ex 0406 90 32

Feta magħmula mill-ħalib tan-nagħaġ jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

It-Turkija

67,19

ex 0406 90 50

Ġobon ieħor magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu f’kontenituri bis-salmura, jew fi fliexken magħmula mill-ġlud tan-nagħaġ jew tal-mogħoż

3

ex 0406 90 86

ex 0406 90 87

ex 0406 90 88

Tulum Peyniri, magħmul mill-ħalib tan-nagħġa jew tal-buflu, f'imballaġġ individwali ta' inqas minn 10 kg tal-plastik jew ta' tip ieħor.

It-Turkija

67,19 ”


(1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)   ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 926/2006 (ĠU L 170, 23.6.2006, p. 8).

(4)   ĠU L 355, 15.12.2006, p. 1.

(5)   ĠU L 346, 9.12.2006, p. 30.

(6)   ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1.

(7)   ĠU L 367, 22.12.2006, p. 68.

(8)   ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1712/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 7).

(9)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(*1)  1 kg prodott = 1,22 kg butir

(10)  Irrispettivament mir-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala li għandu biss valur indikattiv, peress li l-applikabbiltà tal-arranġamenti preferenzjali hija determinata fil-kuntest ta' dan l-Anness mill-ambitu tal-kodiċi tan-NM. Fejn huma indikati kodiċi tan-NM ex, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija determinata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

(11)  Il-ġobnijiet imsemmija huma kkunsidrati bħala pproċessati meta jkunu ġew ipproċessati fi prodotti li jaqgħu fis-sottotitolu 0406 30 tan-Nomenklatura Magħquda. Japplikaw l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.”

(12)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-produtti għandu jkun ikkunsidrat bħala li għandu biss valur indikattiv, bl-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali tkun determinata, għall-finijiet ta' dan l-Anness, minn dak li hu kopert mill-kodiċi tan-NM. Fejn huma indikati kodiċi tan-NM ex, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija determinata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.”

(13)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodott għandu jiġi kkunsidrat bħala li għandu biss valur indikattiv, l-arranġamenti preferenzjali huma determinati, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, minn dak li hu kopert mill-kodiċi tan-NM.”


Top