Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0573

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/573 tas-7 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/538 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

ST/6939/2022/INIT

ĠU L 109, 8.4.2022, p. 66–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/573/oj

8.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 109/66


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/573

tas-7 ta’ April 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/538 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ April 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/538 (1) b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva.

(2)

Fid-9 ta’ Frar 2022, l-OPCW, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/538, talbet estensjoni ta’ tnax-il xahar sat-30 ta’ April 2023 tal-perijodu ta’ implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. L-estensjoni mitluba ser tippermetti lill-OPCW ittaffi l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet speċifiċi tal-proġett.

(3)

It-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/538 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sat-30 ta’ April 2023.

(4)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/538 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/538, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fit-30 ta’ April 2023.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DENORMANDIE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/538 tal-1 ta’ April 2019 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda (ĠU L 93, 2.4.2019, p. 3).


Top