This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0848
Council Decision (EU) 2019/848 of 17 May 2019 on the conclusion on behalf of the European Union of the International Agreement on Olive Oil and Table Olives, 2015
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/848 tas-17 ta' Mejju 2019 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/848 tas-17 ta' Mejju 2019 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
ST/6781/2019/INIT
ĠU L 139, 27.5.2019, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/848/oj
27.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 139/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/848
tas-17 ta' Mejju 2019
dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u mal-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fid-19 ta' Novembru 2013, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati f'isem l-Unjoni għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali ġdid dwar iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda. |
(2) |
It-test tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żejt tal-Mejda, 2015 (il-“Ftehim”) ġie adottat fid-9 ta' Ottubru 2015 mir-rappreżentanti ta' 24 Stat Membru tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) u ta' żewġ organizzazzjonijiet intergovernattivi waqt il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozjar ta' Ftehim Suċċessur tal-Ftehim Internazzjonali tal-2005 dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda. |
(3) |
B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1892 (1), il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fit-28 ta' Novembru 2016 fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
(4) |
Il-Ftehim daħal fis-seħħ b'mod proviżorju fl-1 ta' Jannar 2017, skont l-Artikolu 31(2) tiegħu. |
(5) |
Il-Kunsill tal-Membri huwa l-korp li jieħu d-deċiżjonijiet tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ u jeżerċita s-setgħat kollha u jwettaq il-funzjonijiet kollha li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata biex tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kunsill tal-Membri. |
(6) |
Skont l-Artikolu 19(2) tal-Ftehim, il-Kunsill tal-Membri jista' jemenda d-denominazzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żjut taż-żebbuġa, taż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u taż-żebbuġ tal-mejda mogħtija fl-Annessi B u C għall-Ftehim, u b'hekk jemenda l-Ftehim. |
(7) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta' tali emendi għall-Ftehim mill-Kunsill tal-Membri u biex jiġi evitat ir-riskju li l-Unjoni ma jkollhiex pożizzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata biex tapprova tali emendi proposti f'isem l-Unjoni, taħt kondizzjonijiet proċedurali u sostantivi speċifiċi. |
(8) |
Sabiex tiżgura li l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-emendi proposti għall-Annessi B u C għall-Ftehim tkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissottometti dawk l-emendi proposti biżżejjed minn qabel lill-Kunsill. |
(9) |
Il-konformità tal-emendi proposti ppreżentati mill-Kummissjoni lill-Kunsill għandha tiġi evalwata mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-gvernijiet tal-Istati Membri (“Coreper”). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tapprova dawk l-emendi proposti dment li għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw minoranza li timblokka tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) ma joġġezzjonawx għalihom fil-Coreper. |
(10) |
Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar lill-persuna jew persuni awtorizzati li jiddepożitaw, f'isem l-Unjoni, l-istrument tal-approvazzjoni previst fl-Artikolu 28(4) tal-Ftehim (3).
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kunsill tal-Membri.
Artikolu 4
Jekk il-Kunsill tal-Membri jiġi interpellat jadotta emendi għad-denominazzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żjut taż-żebbuġa, taż-żjut mir-residwi taż-żebbuġ u taż-żebbuġ tal-mejda mogħtija fl-Annessi B u C għall-Ftehim, skont l-Artikolu 19(2) tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tapprova l-emendi proposti f'isem l-Unjoni, taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni f'isem l-Unjoni:
|
(2) |
Qabel ma l-Kummissjoni tapprova tali emendi proposti f'isem l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tissottomettihom lill-Kunsill biżżejjed minn qabel u mill-inqas 15-il ġurnata tax-xogħol qabel is-sessjoni fejn il-Kunsill tal-Membri jiġi interpellat biex jadotta dawk l-emendi proposti. Il-konformità tal-emendi proposti mal-kriterji stipulati fil-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu għandha tiġi evalwata mill-Coreper. Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendi proposti f'isem l-Unjoni dment li għadd ta' Stati Membri li jirrappreżentaw minoranza li timblokka tal-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 16(4) tat-TUE ma joġġezzjonawx għalihom. Jekk ikun hemm tali minoranza li timblokka, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-emendi proposti f'isem l-Unjoni. |
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
E.O. TEODOROVICI
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1892 tal-10 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (ĠU L 293, 28.10.2016, p. 2).
(2) It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 293, 28.10.2016, p. 4, flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
(4) Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).