This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0072
Commission Implementing Regulation (EU) No 72/2014 of 27 January 2014 amending Implementing Regulation (EU) No 770/2013 as regards deductions from the 2013 Portuguese quota for redfish in NAFO area 3LN
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2014 tas- 27 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 770/2013 fir-rigward ta’ tnaqqis mill-kwota Portugiża għall-2013 għar-redfish fiż-żona 3LN tan-NAFO
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2014 tas- 27 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 770/2013 fir-rigward ta’ tnaqqis mill-kwota Portugiża għall-2013 għar-redfish fiż-żona 3LN tan-NAFO
ĠU L 23, 28.1.2014, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/31 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 72/2014
tas-27 ta’ Jannar 2014
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 770/2013 fir-rigward ta’ tnaqqis mill-kwota Portugiża għall-2013 għar-redfish fiż-żona 3LN tan-NAFO
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 770/2013 (2), l-industrija tas-sajd Portugiża sabet żball fiċ-ċifri ppubblikati ta’ qabdiet ta’ redfish għall-2012 fiż-żona 3LN tan-NAFO (Northwest Atlantic Fisheries Organization - L-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral). |
(2) |
L-awtoritajiet tas-sajd Portugiżi nnotaw li r-rapporti dwar il-qbid li fuqhom huma bbażati dawn iċ-ċifri dwar il-qbid għall-2012 ma kinux mibgħuta lill-Kummissjoni b’mod korrett. Dan ġie kkonfermat minn verifika indipendenti. |
(3) |
Abbażi tad-dejta kkoreġuta mibgħuta mill-Portugall fl-14 ta’ Novembru 2013, jidher li kien hemm sajd żejjed fir-rigward tal-kwota Portugiża għar-redfish fiż-żona 3LN tan-NAFO (RED/N3LN) b’ammont iżgħar minn dak ikkunsidrat għall-finijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 770/2013. |
(4) |
Għaldaqstant, it-tnaqqis mill-kwota Portugiża tar-redfish għall-2013 fiż-żona 3LN tan-NAFO għandha tkun ikkoreġuta fir-rigward taċ-ċifri dwar is-sajd żejjed li jikkonċerna l-kwota inkwistjoni. |
(5) |
Meta jiġi kkunsidrat li dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni qiegħed jemenda tnaqqis li diġà jitħaddem għall-kwota tar-redfish għall-2013 fiż-żona 3LN tan-NAFO, id-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw b’mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 770/2013. |
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 770/2013 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 770/2013 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madanakollu, għandu japplika mill-15 ta’ Awwissu 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 770/2013 tat-8 ta’ Awwissu 2013 għat-twettiq ta’ tnaqqis tal-kwoti tas-sajd disponibbli għal ċerti stokkijiet fl-2013 minħabba sajd żejjed fis-snin preċedenti (ĠU L 215, 10.8.2013, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 770/2012, f’paġna 12, il-linja ta’ hawn taħt
“PRT |
RED |
N3NL |
Redfish |
NAFO 3LN |
0 |
982,5 |
1 204,691 |
122,61 |
222,191 |
1,4 |
/ |
/ |
/ |
311,067 ” |
|
tinbidel b’li ġej:
“PT |
RED |
N3NL |
Redfish |
NAFO 3LN |
0 |
982,5 |
1 112,457 |
113,23 |
129,957 |
1,2 |
/ |
/ |
/ |
155,948 ” |
|