This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1018
Commission Regulation (EC) No 1018/2008 of 17 October 2008 on the issue of licences for the import of garlic in the subperiod 1 December 2008 to 28 February 2009
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1018/2008 tas- 17 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu ta’ l- 1 ta' Diċembru 2008 sad- 28 ta' Frar 2009
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1018/2008 tas- 17 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu ta’ l- 1 ta' Diċembru 2008 sad- 28 ta' Frar 2009
ĠU L 277, 18.10.2008, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 277/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1018/2008
tas-17 ta’ Ottubru 2008
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Diċembru 2008 sad-28 ta' Frar 2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Ottubru 2008, skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, l'Arġentina u l-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina u l-Arġentina. |
(3) |
Għaldaqstant, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2007, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar mill-15 ta’ Ottubru 2008 jistgħu jkunu sodisfatti skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Ottubru 2008 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2008 għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.
ANNESS
Oriġini |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
||
L-Arġentina |
||||
|
09.4104 |
55,244277 % |
||
|
09.4099 |
1,102834 % |
||
Iċ-Ċina |
||||
|
09.4105 |
19,875085 % |
||
|
09.4100 |
0,476907 % |
||
Pajjiżi terzi oħra |
||||
|
09.4106 |
100 % |
||
|
09.4102 |
11,295785 % |