EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006FA0041

Kawża F-41/06: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni kontra inċidenti u mard relatati max-xogħol — Invalidità — Irtirar minħabba invalidità — Motivazzjoni — Annullament)

ĠU C 6, 10.1.2009, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/44


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' Novembru 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-41/06) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni kontra inċidenti u mard relatati max-xogħol - Invalidità - Irtirar minħabba invalidità - Motivazzjoni - Annullament)

(2009/C 6/88)

Lingwa tal-kawża:It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) [rappreżentant: L. Garofalo, avukat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat]

Suġġett

Min naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ġġiegħel lir-rikorrent jirtira minħabba invalidità, kif ukoll ta' sensiela ta' atti oħra konnessi ma' din id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta' Mejju 2005, li ġġiegħel lil L. Marcuccio jirtira minħabba invalidità, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata tħallas lil L. Marcuccio s-somma ta' EUR 3 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, żewġ terzi tal-ispejjeż ta' L. Marcuccio.

5)

L. Marcuccio għandu jbati terz tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 131, 3.6.2006, p. 54.


Top