Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0450

    Kawża T-450/08: Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Ottubru 2008 — Coverpla vs UASI- Heinz-Glas (Trade marks jew Disinni)

    ĠU C 6, 10.1.2009, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.1.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 6/34


    Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ottubru 2008 — Coverpla vs UASI- Heinz-Glas (Trade marks jew Disinni)

    (Kawża T-450/08)

    (2009/C 6/69)

    Lingwa tar-rikors: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Coverpla (Nice, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u M. Chaminade, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti(jiet) oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Heinz-Glas GmbH (Kleintettau, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tas-7 ta' Lulju 2008, każ R 1411/2007-3, safejn din ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti u kkunsidrat il-mudell Komunitarju “Tour” Nru 29178-0002 bħala invalidu.

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark jew disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark jew disinn Komunitarju Nru 29178-0002 għal “fliexken”

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Heinz-Glas GmbH

    Trade mark jew disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Flixkun mhux irreġistrat imsemmi “Empire” bin-numru ta' riferenza F 3990

    Deċ iżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark jew disinn Komunitarju

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tar-rikors

    Motivi invokati: It-trade mark jew disinn Komunitarju għandu tabilħaqq il-karattru ġdid meħtieġ; id-dokumenti ppreżentati minn Heinz-Glas GmbH sabiex tippprova li hija kienet ħarġet fil-pubbliku mudell ta' flixkun identiku li kien preċedenti għat-trade mark jew disinn Komunitarju m'għandhomx saħħa probatorja.


    Top