EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0281

Kawża T-281/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Novembru 2008 — Ecoblue vs UASI — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (Ecoblue) ( Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Ecoblue — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE — Raġuni relattiv għal rifjut — Probabbiltà ta' konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

ĠU C 6, 10.1.2009, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/27


Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Novembru 2008 — Ecoblue vs UASI — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria (Ecoblue)

(Kawża T-281/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Ecoblue - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUE - Raġuni relattiv għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

(2009/C 6/54)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ecoblue AG (Munich-Bogenhausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Osterrieth u T. Schmitz, avukati)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' April 2007 (Każ R 844/2006-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA u ecoblue AG.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

ecoblue AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


Top