Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2012:264:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 264, 29 ta' Settembru 2012


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.264.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 264

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
29 ta' Settembru 2012


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 528/2012/UE tal-24 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea)

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 894/2012 tas-6 ta’ Awwissu 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

3

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 895/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 896/2012 tat-28 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2012

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/529/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2012 li taħtar membru Ġermaniż u u membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

12

 

 

2012/530/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPOL RD Congo/1/2012 tal-25 ta’ Settembru 2012 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni EUPOL RD Congo

13

 

 

2012/531/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EU BAM Rafah/3/2012 tal-25 ta’ Settembru 2012 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

14

 

 

2012/532/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2012 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrati rispettivi għall-Baħrejn u l-Libanu fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina (notifikata bid-dokument numru C(2012) 6732)  ( 1 )

15

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 528/2012/UE

tal-24 ta’ Settembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li ikkonsulta lill-Parlament Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE tad-29 ta’ Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1) timmodifika t-Trattat u b’mod partikolari l-Anness II tiegħu, billi tinkludi l-gżira ta’ Saint-Barthélemy fil-lista tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE (2) tistabbilixxi l-qafas legali għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) u għat-tisħiħ fir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn dawn tal-aħħar u l-Unjoni. L-Anness I A tad-Deċiżjoni 2001/822/KE jinkludi lista tal-PTEE koperti mill-assoċjazzjoni f’konformità mal-Artikolu 1(2) ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni 2001/822/KE tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2013. L-Anness I A ta’ dik id-Deċiżjoni għandu għaldaqstant jiġi emendat biex jieħu kont tal-bidla fl-istatus, fir-rigward tal-Unjoni, tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy, li saret territorju extra-Ewropew fl-1 ta’ Jannar 2012.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/718/UE ilha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012. Għaldaqstant, jaqbel li jkunu applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2012 il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2001/822/KE għall-gżira ta’ Saint-Barthélemy li huma favorevoli għall-PTEE u li ma jimponux fuqhom obbligi minbarra dawk relatati mal-finanzjament ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp. F’dan ir-rigward, Franza impenjat ruħha li ma titlobx l-intervent tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-gżira ta’ Saint-Barthélemy taħt l-ipprogrammar għall-perjodu 2007-2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 2001/822/KE huwa inserit l-inċiż hawn taħt bejn dak relatat ma’ “Saint Pierre u Miquelon” u dak relatat ma’ “Aruba”:

“—

Saint-Barthélemy,”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1 sa 9, l-Artikoli 34, 35 u 38, l-Artikolu 39(1) u (7), l-Artikolu 45(1), (2)(a) u (3), u l-Artikoli 57 u 58 tad-Deċiżjoni 2001/822/KE għandhom japplikaw għall-gżira ta’ Saint-Barthélemy mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)   ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4.

(2)   ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 894/2012

tas-6 ta’ Awwissu 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ prodotti tessili mal-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, id-detentur ikun jista’, għal perjodu ta’ 60 jum, ikompli joqgħod fuq tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomeklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fil-limitu ta’ żmien stupulat mill-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea relatati mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta’ prodotti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista’, għal perjodu ta’ 60 jum, jibqa’ joqgħod fuq tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fit-totalità tiegħu, u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott maħdum li jikkonsisti minn 10 strixxi rettangolari kull wieħed b’tul ta’ madwar 25 ċm u b’wisa’ ta’ madwar 2 ċm, ta’ filamenti sintetiċi mhux minsuġa (polietilen) solidifikati b’legatur. L-istrixxi huma marbutin ma’ xulxin mat-tul permezz ta’ punti ta’ perforazzjoni.

Il-parti prinċipali ta’ ġenb wieħed tal-istrixxi hija b’kulur wieħed. It-trufijiet u l-parti opposta tal-istrixxi bojod. Tarf wieħed ta’ kull strixxa għandu mekkaniżmu li jingħalaq li jikkonsisti minn intaljar fil-forma ta’ żigżag fuq in-naħa ta’ quddiem u, fuq in-naħa ta’ wara, saff ta’ kolla li huwa miksi b’karta li ma teħilx u li għandha titneħħa meta tingħalaq.

Fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ kull strixxa, ftit qabel is-sistema tal-għeluq imma fuq l-isfond abjad, hemm stampat bl-iswed numru sekwenzjali b’kejl ta’ 5 mm.

Wara s-separazzjoni minn xulxin mill-punti ta’ perforazzjoni, meta tingħalaq kull strixxa ssir brazzuletta reżistenti għat-tiċrit.

(Ara r-ritratt nru 663) (*1)

6307 90 98

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 7(b) u 8(a) sas-Sezzjoni XI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6307 , 6307 90  u 6307 90 98 .

Il-karatteristiċi oġġettivi tal-oġġett huma li l-parti ewlenija ta’ kull strixxa hija ta’ kulur wieħed u n-numru sekwenzjali huwa stampat f’post insinifikanti u bilkemm huwa viżibbli ladarba tintlibes il-brazzuletta, u pjuttost żgħir u ma jagħtix fil-għajn. Minħabba dawk il-karatteristiċi l-identifikazzjoni tan-nies permezz tal-kulur tal-brazzuletti hija maħsuba bħala l-użu primarju, filwaqt li n-numru sekwenzjali stampat jissodisfa użu sekondarju. Minħabba li n-natura essenzjali u l-użu primarju tal-brazzuletti huma ddeterminati mill-kulur tagħhom u mhux min-numru stampat, il-klassifikazzjoni taħt il-Kapitolu 49 hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-HS għall-Kapitolu 49, Ġenerali, l-ewwel paragrafu).

L-oġġett huwa magħmul minn tessut mhux minsuġ, tal-intestatura 5603 . Madankollu, ladarba l-brazzuletti huma magħmulin fl-istat mitmum, lesti għall-użu wara li jiġu sempliċiment separati minn xulxin mill-punti ta’ perforazzjoni, huma oġġetti tessili “manifatturati” fis-sens tan-Nota 7(b) għat-Taqsima XI. Skont in-Nota 8(a) għat-Taqsima XI il-Kapitolu 56 ma japplikax għal prodotti manifatturati. Għalhekk il-klassifikazzjoni skont il-Kapitolu 56 hija eskluża.

Ma hemmx intestaturi speċifiċi fit-Taqsima XI li jkopru dan it-tip ta’ oġġett tessili manifatturat.

B’hekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala “oġġett ieħor tessili manifatturat” skont il-kodiċi NM 6307 90 98 .

Image 1

663


(*1)  Ir-ritratt huwa għal skopijiet ta’ informazzjoni biss.


29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 895/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MK

53,3

XS

50,7

ZZ

52,0

0707 00 05

MK

20,6

TR

126,8

ZZ

73,7

0709 93 10

TR

116,1

ZZ

116,1

0805 50 10

AR

91,2

CL

100,2

TR

79,4

UY

67,8

ZA

92,7

ZZ

86,3

0806 10 10

MK

32,3

TR

126,5

ZZ

79,4

0808 10 80

BR

89,7

CL

180,3

NZ

138,2

US

145,3

ZA

110,0

ZZ

132,7

0808 30 90

AR

193,5

CN

71,8

TR

111,7

ZZ

125,7

0809 30

TR

138,9

ZZ

138,9

0809 40 05

IL

60,4

ZZ

60,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 896/2012

tat-28 ta’ Settembru 2012

li jistabbilixxi d-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-konsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari l-prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni CIF għall-prodotti kkonċernati.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 19 00 , 1001 11 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni, għaż-żrigħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta' kwalità għolja għajr dak għaż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 , id-dazju għall-importazzjoni huwa kkalkulat fuq il-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF ta’ kull jum iddeterminat skont il-metodu speċifikat fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji għall-importazzjoni għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Ottubru 2012, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji għall-importazzjoni ġodda.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Ottubru 2012, id-dazji għall-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5.


ANNESS I

Dazji għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2012

Kodiċi NM

Isem tal-merkanzija

Dazju għall-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 19 00

1001 11 00

QAMĦ durum ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

ex 1001 91 20

QAMĦ komuni, għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 99 00

QAMĦ komuni ta’ kwalità għolja, għajr dak għaż-żriegħ

0,00

1002 10 00

1002 90 00

SEGALA

0,00

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żriegħ, għajr l-ibridi

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM, għajr dak għaż-żriegħ (2)

0,00

1007 10 90

1007 90 00

SORGU tal-qamħ, għajr ibridi għaż-żriegħ

0,00


(1)  L-importatur jista’ jibbenefika, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, minn tnaqqis fid-dazji ta’:

3 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt ikun fil-Baħar Mediterran (’l hinn mill-Istrett ta’ Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċeani Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta’ Suez,

2 EUR/t, jekk il-port tal-ħatt jinsab fid-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit jew fuq il-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika, jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu rrispettati.


ANNESS II

Informazzjoni għall-kalkolu tad-dazji stipulati fl-Anness I

14.9.2012-27.9.2012

(1)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

(EUR/t)

 

Qamħ komuni (1)

Qamħirrum

Qamħ durum kwalità għolja

Qamħ durum, ta’ kwalità medja (2)

Qamħ durum ta’ kwalità baxxa (3)

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

280,48

226,05

Prezz FOB l-Istati Uniti tal-Amerika

258,85

248,85

228,85

Primjum tal-Golf

18,26

Primjum tal-Għadajjar il-Kbar

18,00

(2)

Il-kwantitajiet medji għall-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku — Rotterdam:

13,39  EUR/t

Spejjeż għat-trasport: L-Għaddajjar il-Kbar — Rotterdam:

49,02  EUR/t


(1)  Primjum pożittiva ta' EUR 14/t inkorporat (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(2)  Skont ta' EUR 10/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).

(3)  Skont ta' EUR 30/t (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


DEĊIŻJONIJIET

29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

li taħtar membru Ġermaniż u u membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/529/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Werner JOSTMEIER sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Dietmar BROCKES sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Markus TÖNS, Mitglied des Landtags des Landes Nordrhein-Westfalen

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Stefan ENGSTFELD, Mitglied des Landtags des Landes Nordrhein-Westfalen.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL RD CONGO/1/2012

tal-25 ta’ Settembru 2012

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni EUPOL RD Congo

(2012/530/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/576/PESK tat-23 ta’ Settembru 2010 dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/576/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (“KPS”) huwa awtorizzat, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u t-tmexxija strateġika tal-EUPOL RD Congo. Din l-awtorizzazzjoni tinkludi b’mod partikolari s-setgħa biex jaħtar Kap tal-Missjoni, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (“ir-Rappreżentant Għoli”).

(2)

Fit-8 ta’ Ottubru 2010, wara proposta mir-Rappreżentat Għoli, il-KPS, skont id-Deċiżjoni EUPOL RD CONGO/1/2010 (2), ħatar lill-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR bħala Kap tal-Missjoni EUPOL RD Congo b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2010.

(3)

Fit-16 ta’ Settembru 2011, wara proposta mir-Rappreżentant Għoli, il-KPS, skont id-Deċiżjoni EUPOL RD CONGO/1/2011 (3), estenda l-mandat tal-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR bħala Kap tal-Missjoni EUPOL RD Congo sat-30 ta’ Settembru 2012.

(4)

Fl-24 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/514/PESK (4) li testendi d-dewmien ta’ EUPOL RD Congo sat-30 ta’ Settembru 2013.

(5)

Fit-12 ta’ Settembru 2012, ir-Rappreżentant Għoli pproponiet l-estensjoni tal-mandat tal-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR bħala Kap tal-Missjoni EUPOL RD Congo sat-30 ta’ Settembru 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tal-Kap Supretendent Jean-Paul RIKIR bħala Kap tal-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u l-interfaċċja tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Settembru 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)   ĠU L 254, 29.9.2010, p. 33.

(2)   ĠU L 266, 9.10.2010, p. 60.

(3)   ĠU L 245, 22.9.2011, p. 21.

(4)   ĠU L 257, 25.9.2012, p. 16.


29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EU BAM RAFAH/3/2012

tal-25 ta’ Settembru 2012

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

(2012/531/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EU BAM Rafah, inkluż b’mod partikolari d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà pproponiet il-ħatra tal-Kurunell Francesco BRUZZESE DEL POZZO bħala Kap tal-Missjoni EU BAM Rafah, għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kurunell Francesco BRUZZESE DEL POZZO huwa b’dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2012 sat-30 ta’ Ġunju 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2012.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)   ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.


29.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Settembru 2012

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrati rispettivi għall-Baħrejn u l-Libanu fil-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 6732)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/532/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), u l-frażi introduttorja tal-Artikolu 19 u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi kundizzjonijiet applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’, fost l-oħrajn, semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

Id-Direttiva 2009/156/KE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ekwidi ħajjin fl-Unjoni. Tistipula li l-importazzjonijiet tal-ekwidi fl-Unjoni huma awtorizzati biss minn pajjiżi terzi li ilhom ħielsa mill-glanders għal perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ equidae ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (3) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom fejn japplika t-taqsim ta’ pajjiżi f’reġjuni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-equidae u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, u tindika l-kundizzjonijiet l-oħra li japplikaw għal tali importazzjonijiet. Il-Baħrejn u l-Brażil huma attwalment inklużi f’dik il-lista, stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(4)

F’April 2010, il-Kummissjoni rċeviet rapport dwar xi każijiet ikkonfermati tal-glanders fil-partijiet tat-Tramuntana tal-Baħrejn. Fid-dawl ta’ dak ir-rapport, kif ukoll tal-iżviluppi tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali f’dak il-pajjiż terz, id-Deċiżjoni 2004/211/KE, kif emendata permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/512/UE (4), jistipula r-reġjonalizzazzjoni tal-Baħrejn. Barra minn hekk, dan jistipula li huma permessi biss l-importazzjonijiet u d-dħul temporanju fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati mir-reġjun BH-1 ta’ dak il-pajjiż terz, kif deskritt fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(5)

Fit-30 ta’ April 2012, il-Baħrejn ta lill-Kummissjoni rapport finali dwar l-eradikazzjoni tal-glanders fil-parti tat-Tramuntana ta’ dak il-pajjiż terz, li ma kienx inkluż fir-reġjun bh-1, kif deskritt fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, u ppreżenta wkoll garanziji xierqa li ebda każ ta’ glanders ma ġie reġistrat f”dik il-parti ta’ dak il-pajjiż terz fi żmien perjodu ta’ sitt xhur qabel il-komunikazzjoni tar-rapport lill-Kummissjoni.

(6)

Barra minn hekk, il-Baħrejn ppreżenta informazzjoni li turi li kien hemm titjib sostanzjali biex tkun żgurata superviżjoni veterinarja uffiċjali tas-sitwazzjoni tas-saħħa ekwina f’dak il-pajjiż terz kollu. Il-Baħrejn intrabat ukoll li jkompli s-sorveljanza għall-glanders fit-territorju tiegħu.

(7)

Fid-dawl tal-informazzjoni u l-garanziji mressqa mill-Baħrejn, huwa xieraq li jiġi awtorizzat id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni taż-żwiemel reġistrati għat-tiġrija, il-kompetizzjoni u l-avvenimenti kulturali wara l-esportazzjoni temporanja mir-reġjun bh-1 ta’ dak il-pajjiż terz, kif ukoll l-importazzjonijiet u d-dħul temporanju fl-Unjoni ta’ żwiemel reġistrati miż-żoni tal-Baħrejn barra mir-reġjun BH-1. L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandu għalhekk jiġi emendat.

(8)

Barra minn hekk, il-glanders jinstab f’partijiet mit-territorju tal-Brażil u, bħala konsegwenza, l-importazzjoni ta’ ekwidi, u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, huma awtorizzati biss mir-reġjun BR-1 tat-territorju ta’ dak il-pajjiż terz, kif deskritt fil-kolonna 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. Bħalissal-istati ta’ Minas Gerais u Rio de Janeiro huma elenkati f’dak ir-reġjun.

(9)

Fit-22 ta’ Mejju 2012, il-Brażil innotifika lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bil-konferma ta’ każ ta’ glanders f’żiemel f’Minas Gerais. Il-Brażil għaldaqstant waqqaf il-ħruġ taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali skont id-Direttiva 2009/156/KE għall-grupp kollu kemm hu tal-istati federali inkluż fir-reġjun BR-1. Barra minn hekk, fis-16 ta’ Lulju 2012, il-Brażil innotifika lill-Kummissjoni b’każ ieħor ta’ glanders misjub fl-istat ta’ Rio de Janeiro.

(10)

Billi l-istati ta’ Minas Gerais u Rio de Janeiro ma għadhomx ħielsa mill-glanders, u l-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil ipprovdew garanziji rigward l-assenza tal-marda fl-istati federali l-oħra inklużi fir-reġjun BR-1 ta’ dak il-pajjiż terz, l-entrata għal dak ir-reġjun fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata sabiex jitħassru ż-żewġ stati kkonċernati mid-deskrizzjoni ta’ dak ir-reġjun.

(11)

Minkejja dan, fid-dawl tal-informazzjoni u l-garanziji mogħtija mill-Brażil, huwa possibbli li għal perjodu ta’ żmien jiġi permess minn parti tat-territorju tal-Istat ta’ Rio de Janeiro d-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati wara esportazzjoni temporanja skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta’ Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, il-kompetizzjoni u l-okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (5).

(12)

Id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata għall-Baħrejn tinbidel b’dan li ġej:

“BH

Il-Baħrejn

Bh-0

Il-pajjiż kollu

E

—”

Bh-1

Parti tan-Nofsinhar (il-parti tal-gżira ewlenija tal-Baħrejn deskritta fil-kaxxa 4)

E

X

X

X

 

BH-2

Fil-parti tat-Tramuntana (il-parti tal-pajjiż barra ż-żoni deskritti fil-Kaxxa 4)

E

X

X

 

 

(2)

l-entrata għall-Brażil tinbidel b’dan li ġej:

“BR

Il-Brażil

BR-0

Il-pajjiż kollu

D

BR-1

L-Istati ta’

Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo, Mato Grosso do Sul, Goiás, Distrito Federal, Espírito Santo, Rondônia, Mato Grosso

D

X

X

X

X

X

X

X

X

X

 

BR-2

Sociedade hípica Brasileira, l-ajruport internazzjonali Antonio Carlos Jobim – galeão u l-awtostradi bejn iż-żewġ stabbilimenti fl-Istat ta’ Rio de Janeiro.

D

 

X

 

 

 

 

 

 

 

Validu sal- 31.10.2012”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(2)   ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.

(3)   ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 214, 19.8.2011, p. 22.

(5)   ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1.


Top