Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0540

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/540 tat-23 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni

    C/2017/7834

    ĠU L 90, 6.4.2018, p. 38–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/06/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R0869

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/540/oj

    6.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 90/38


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/540

    tat-23 ta' Novembru 2017

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jistabbilixxi qafas għall-identifikazzjoni, għall-ippjanar u għall-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni (“PCIs”) li huma meħtieġa biex jiġu implimentati d-disa' kurituri ta' prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija ġeografika strateġika identifikati fl-oqsma tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt, u t-tliet oqsma ta' prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija fl-Unjoni kollha għall-grilji intelliġenti, għall-awtostradi tal-elettriku u għan-netwerks tat-trasportazzjoni tad-diossidu tal-karbonju.

    (2)

    Skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-PCIs (“il-lista tal-Unjoni”).

    (3)

    Il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ġew ivvalutati mill-gruppi reġjonali u jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013.

    (4)

    L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-PCIs ġew miftiehma mill-gruppi reġjonali f'laqgħat tekniċi. Wara l-opinjonijiet pożittivi tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“ACER”) fl-10 ta' Ottubru 2017 rigward l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji ta' valutazzjoni u l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fir-reġjuni kollha, il-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gruppi reġjonali adottaw il-listi reġjonali fis-17 ta' Ottubru 2017. Skont l-Artikolu 3(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013, qabel l-adozzjoni tal-listi reġjonali, il-proġetti kollha proposti ġew approvati minn dawk l-Istati Membri li l-proġetti jolqtu t-territorju tagħhom.

    (5)

    L-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż il-produtturi, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, il-fornituri, u l-organizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, ġew ikkonsultati dwar il-proġetti proposti għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni.

    (6)

    Jenħtieġ li l-PCIs jiġu elenkati skont il-prijoritajiet strateġiċi tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, fl-ordni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 347/2013. Jenħtieġ li l-lista tal-Unjoni ma tinkludi ebda klassifikazzjoni ta' proġetti.

    (7)

    Jenħtieġ li l-PCIs jiġu elenkati jew bħala PCIs waħedhom jew inkella bħala parti minn raggruppament ta' diversi PCIs minħabba li huma interdependenti jew (potenzjalment) f'kompetizzjoni ma' xulxin.

    (8)

    Il-lista tal-Unjoni tiġi stabbilita kull sentejn, u għaldaqstant il-lista tal-Unjoni stabbilita bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/89 (2) ma għadhiex valida u jenħtieġ li tiġi sostitwita.

    (9)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/89 tat-18 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni (ĠU L 19, 27.1.2016, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    ANNESS VII

    IL-LISTA TAL-UNJONI TA' PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI (“IL-LISTA TAL-UNJONI”), IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(4)

    A.   IL-PRINĊIPJI APPLIKATI FIT-TFASSIL TAL-LISTA TAL-UNJONI

    (1)   Raggruppamenti ta' PCIs

    Ċerti PCIs jagħmlu parti minn raggruppament minħabba n-natura interdipendenti tagħhom, u minħabba li jikkompetu, jew potenzjalment jikkompetu, ma' xulxin. Dawn it-tipi ta' raggruppament ta' PCIs huma stabbiliti:

    (a)

    raggruppament ta' PCIs interdipendenti huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż il-PCIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta' raggruppament ġie fformat biex jidentifika l-PCIs li huma kollha meħtieġa biex jiġi indirizzat l-istess ostakli transfruntiera, u biex jinħolqu sinerġiji jekk il-proġetti jiġu implimentati flimkien. F'dan il-każ, il-PCIs kollha għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu l-benefiċċji mal-UE kollha;

    (b)

    raggruppament ta' PCIs li potenzjalment jikkompetu huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:”. Dan it-tip ta' raggruppament jirrifletti inċertezza dwar il-kobor tal-ostakli transfruntiera. F'dan il-każ, mhux il-PCIs kollha inklużi fir-raggruppament iridu jiġu implimentati. Huwa f'idejn is-suq li jiddetermina jekk PCI wieħed, diversi PCIs jew il-PCIs kollha għandhomx jiġu implimentati, soġġetti għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u għall-ippjanar meħtieġa. Il-ħtieġa għall-PCIs għandha tiġi vvalutata mill-ġdid fil-proċess sussegwenti tal-identifikazzjoni tal-PCIs, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħtiġijiet ta' kapaċità; u

    (c)

    raggruppament ta' PCIs li jikkompetu huwa ddefinit bħala “Raggruppament X, inkluż wieħed mill-PCIs li ġejjin:”. Dan it-tip ta' raggruppament jindirizza l-istess ostaklu. Madankollu, il-kobor tal-ostaklu huwa aktar ċert milli fil-każ ta' raggruppament ta' PCIs li potenzjalment jikkompetu, u għalhekk għandu jiġi implimentat PCI wieħed biss. Huwa f'idejn is-suq li jiddetermina liema PCI għandu jiġi implimentat, soġġett għall-approvazzjonijiet regolatorji, għall-permessi u għall-ippjanar meħtieġa. Fejn meħtieġ, il-bżonn ta' PCIs għandu jiġi vvalutat mill-ġdid fi proċess sussegwenti ta' identifikazzjoni ta' PCI.

    Il-PCIs kollha huma soġġetti għall-istess drittijiet u obbligi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

    (2)   It-trattament ta' substazzjonijiet u stazzjonijiet tal-kompressuri

    Is-substazzjonijiet u l-istazzjonijiet tal-elettriku back-to-back, kif ukoll l-istazzjonijiet tal-kompressuri tal-gass, jitqiesu bħala partijiet tal-PCIs jekk ikunu jinsabu ġeografikament fuq il-linji tat-trażmissjoni. Is-substazzjonijiet, l-istazzjonijiet back-to-back u l-istazzjonijiet tal-kompressuri jitqiesu bħala PCIs awtonomi u huma espliċitament elenkati fil-lista tal-Unjoni jekk il-pożizzjoni ġeografika tagħhom tkun differenti mil-linji tat-trażmissjoni. Dawn huma soġġetti għad-drittijiet u għall-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 347/2013.

    (3)   Proġetti li ma għadhomx meqjusa PCIs u proġetti li saru parti minn PCIs oħra

    (a)

    Għadd ta' proġetti inklużi fil-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1391/2013 u bir-Regolament (UE) 2016/89 ma għadhomx jitqiesu PCIs għal raġuni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

    il-proġett diġà ġie kkummissjonat jew irid jiġi kkummissjonat fil-futur qrib, u għalhekk ma jkunx jibbenefika mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 347/2013;

    skont dejta ġdida, il-proġett ma jissodisfax il-kriterji ġenerali;

    promotur ma jkunx ressaq mill-ġdid il-proġett fil-proċess tal-għażla għal din il-lista tal-Unjoni; jew

    il-proġett ġie kklassifikat f'pożizzjoni aktar baxxa minn PCIs kandidati oħrajn fil-proċess tal-għażla.

    Dawn il-proġetti (bl-eċċezzjoni tal-proġetti kkummissjonati) jistgħu jitqiesu għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni li jmiss jekk ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' inklużjoni fil-lista tal-Unjoni attwali ma jibqgħux japplikaw.

    Tali proġetti mhumiex PCIs, iżda huma elenkati għal raġunijiet ta' trasparenza u ċarezza bin-numri ta' PCI oriġinali tagħhom fil-parti C ta' dan l-Anness bħala “Proġetti li ma għadhomx meqjusa PCIs”.

    (b)

    Barra minn hekk, ċerti proġetti inklużi fil-listi tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1391/2013 u bir-Regolament (UE) 2016/89 saru parti integrali minn (raggrupamenti ta') PCIs oħra waqt li l-proċess ta' implimentazzjoni kien għaddej.

    Tali proġetti ma għadhomx jitqiesu PCIs indipendenti, iżda huma elenkati għal raġunijiet ta' trasparenza u ċarezza bin-numri ta' PCI oriġinali tagħhom fl-Anness VII(C) bħala “Proġetti li issa huma parti integrali minn PCIs oħra”.

    (4)   Definizzjoni ta' “PCIs b'tikkettar doppju bħala awtostradi tal-elettriku”

    “PCIs b'tikkettar doppju bħala awtostradi tal-elettriku” tfisser PCIs li jappartienu għal wieħed mill-kurituri tal-elettriku ta' prijorità u għaż-żona tematika ta' prijorità għall-awtostradi tal-elettriku.

    B.   IL-LISTA TAL-UNJONI TA' PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI

    (1)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)

    Nru

    Definizzjoni

    1.1

    Raggruppament il-Belġju — ir-Renju Unit [attwalment magħruf bħala “NEMO”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

    1.1.1

    Interkonnessjoni bejn Gezelle (BE) u l-akkwati ta' Richborough (UK)

    1.1.2

    Linja interna bejn l-akkwati ta' Richborough u Canterbury (UK)

    1.3

    Raggruppament id-Danimarka — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    1.3.1

    Interkonnessjoni bejn Endrup (DK) u Niebüll (DE)

    1.3.2

    Linja interna bejn Niebüll u Brunsbüttel (DE)

    1.4

    Raggruppament id-Danimarka — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    1.4.1

    Interkonnessjoni bejn Kassø (DK) u Audorf (DE)

    1.4.2

    Linja interna bejn Audorf u Hamburg/Nord (DE)

    1.4.3

    Linja interna bejn Hamburg/Nord u Dollern (DE)

    1.6

    Interkonnessjoni Franza — l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [bħala magħrufa bħala “Celtic Interconnector”]

    1.7

    Raggruppament Franza — interkonnessjonijiet tar-Renju Unit, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

    1.7.1

    Interkonnessjoni bejn Cotentin (FR) u l-akkwati ta' Exeter (UK) [attwalment magħrufa bħala “FAB”]

    1.7.2

    Interkonnessjoni bejn Tourbe (FR) u Chilling (UK) [attwalment magħrufa bħala “IFA2”]

    1.7.3

    Interkonnessjoni bejn Coquelles (FR) u Folkestone (UK) [attwalment magħrufa bħala “ElecLink”]

    1.7.4

    Interkonnessjoni bejn Le Havre (FR) u Lovedean (UK) [attwalment magħrufa bħala “AQUIND”]

    1.7.5

    Interkonnessjoni bejn l-akkwati ta' Dunkerque (FR) u l-akkwati ta' Kingsnorth (UK) [attwalment magħrufa bħala “Gridlink”]

    1.8

    Raggruppament il-Ġermanja — in-Norveġja [attwalment magħruf bħala “NordLink”]

    1.8.1

    Interkonnessjoni bejn Wilster (DE) u Tonstad (NO)

    1.8.2

    Tisħiħ tal-linji interni fin-Nofsinhar tan-Norveġja

    1.9

    1.9.1

    Interkonnessjoni l-Irlanda — ir-Renju Unit bejn Wexford (IE) u Pembroke, Wales (UK) [attwalment magħrufa bħala “Greenlink”]

    1.10

    Raggruppament tal-interkonnessjonijiet ir-Renju Unit — in-Norveġja, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawk li ġejjin:

    1.10.1

    Interkonnessjoni bejn Blythe (UK) u Kvilldal (NO) [attwalment magħrufa bħala “North Sea Link”]

    1.10.2

    Interkonnessjoni bejn Peterhead (UK) u Simadalen (NO) [attwalment magħrufa bħala “NorthConnect”]

    1.12

    Raggruppament ta' faċilitajiet ta' ħżin tal-elettriku fir-Renju Unit, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

    1.12.1

    Ħażna ta' enerġija f'arja kkompressata f'Larne

    1.12.2

    Ħażna ta' enerġija f'arja kkompressata f'Cheshire

    1.12.3

    Ħażna ta' enerġija f'arja kkompressata f'Middelwich [attwalment magħrufa bħala “CARES”]

    1.12.4

    Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fi Cruachan II

    1.12.5

    Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fi Coie Glas

    1.13

    Interkonnessjoni bejn l-Iżlanda u r-Renju Unit [attwalment magħrufa bħala “Ice Link”]

    1.14

    Interkonnessjoni bejn Revsing (DK) u Bicker Fen (UK) [attwalment magħrufa bħala “Viking Link”]

    1.15

    Interkonnessjoni bejn iż-żona ta' Antwerp (BE) u l-akkwati ta' Kemsley (UK)

    1.16

    Interkonnessjoni bejn in-Netherlands u r-Renju Unit

    1.17

    Ħażna ta' enerġija f'arja kkompressata fi Zuidwending (NL)

    1.18

    Faċilità ta' ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma lil hinn mill-kosta fil-Belġju [attwalment magħrufa bħala “iLand”]

    (2)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)

    Nru

    Definizzjoni

    2.2

    2.2.1

    L-ewwel interkonnessjoni bejn Lixhe (BE) u Oberzier (DE) [attwalment magħrufa bħala “ALEGrO”]

    2.2.4

    It-tieni interkonnessjoni bejn il-Belġju u l-Ġermanja

    2.4

    Interkonnessjoni bejn Codrongianos (IT), Lucciana (Korsika, FR) u Suvereto (IT) [attwalment magħrufa bħala “SACOI 3”]

    2.5

    2.5.1

    Interkonnessjoni bejn Grande Ile (FR) u Piossasco (IT) [attwalment magħrufa bħala “Savoie-Piemont”]

    2.7

    Interkonnessjoni bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala “Biscay Gulf”]

    2.9

    Linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent [attwalment magħrufa bħala “Ultranet”]

    2.10

    Linja interna bejn Brunsbüttel-Grοβgartach u Wilster-Grafenrheinfeld (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala “Suedlink”]

    2.13

    Raggruppament tal-interkonnessjonijiet l-Irlanda— ir-Renju Unit, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    2.13.1

    Interkonnessjoni bejn Woodland (IE) u Turleenan (UK)

    2.13.2

    Interkonnessjoni bejn Srananagh (IE) u Turleenan (UK)

    2.14

    Interkonnessjon bejn Thusis/Sils (CH) u Verderio Inferiore (IT) [attwalment magħrufa bħala “Greenconnector”]

    2.15

    2.15.1

    Interkonnessjoni bejn Airolo (CH) u Baggio (IT)

    2.16

    Raggruppament ta' linji interni, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    2.16.1

    Linja interna bejn Pedralva u Sobrado (PT), li qabel kienu ddeżinjati bħala Pedralva u Alfena (PT)

    2.16.3

    Linja interna bejn Vieira do Minho, Ribeira de Pena u Feira (PT), li qabel kienu ddeżinjati bħala Frades B, Ribeira de Pena u Feira (PT)

    2.17

    Interkonnessjoni il-Portugall — Spanja bejn Beariz — Fontefría (ES), Fontefria (ES) — Ponte de Lima (PT) (li qabel kienet Vila Fria/Viana do Castelo) u Ponte de Lima — Vila Nova de Famalicão (PT) (li qabel kienet Vila do Conde) (PT), inkluż is-substazzjonijiet fi Beariz (ES), Fontefría (ES) u Ponte de Lima (PT)

    2.18

    Żieda fil-kapaċità tal-ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f'Kaunertal, Tyrol (AT)

    2.23

    Linji interni fil-fruntiera tat-Tramuntana tal-Belġju bejn Zandvliet u Lillo-Liefkenshoek (BE), u bejn Liefkenshoek u Mercator, inkluż substazzjoni f'Lillo (BE) [attwalment magħrufin bħala “BRABO II + III”]

    2.24

    Sinsla interna tal-Punent tal-Belġju, Horta-Mercator (BE)

    2.27

    2.27.1

    Interkonnessjoni bejn Aragona (ES) u l-Pirenej Atlantiċi (FR)

    2.27.2

    Interkonnessjoni bejn Navarra (ES) u Landes (FR)

    2.28

    2.28.1

    Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f'Mont-Negre (ES)

    2.28.2

    Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f'Navaleo (ES)

    2.28.3

    Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f'Girones & Raïmats (ES)

    (3)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)

    Nru

    Definizzjoni

    3.1

    Raggruppament l-Awstrija — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    3.1.1

    Interkonnessjoni bejn St. Peter (AT) u Isar (DE)

    3.1.2

    Linja interna bejn St. Peter u Tauern (AT)

    3.1.4

    Linja interna bejn Westtirol u Zell-Ziller (AT)

    3.2

    3.2.2

    Linja interna bejn Lienz u Obersielach (AT)

    3.4

    Interkonnessjoni bejn Wurmlach (AT) u Somplago (IT)

    3.7

    Raggruppament il-Bulgarija — il-Greċja bejn Maritsa East 1 u N. Santa u t-tisħiħ intern meħtieġ fil-Bulgarija, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    3.7.1

    Interkonnessjoni bejn Maritsa East 1 (BG) u N. Santa (EL)

    3.7.2

    Linja interna bejn Maritsa East 1 u Plovdiv (BG)

    3.7.3

    Linja interna bejn Maritsa East 1 u Maritsa East 3 (BG)

    3.7.4

    Linja interna bejn Maritsa East 1 u Burgas (BG)

    3.8

    Żieda fil-kapaċità tar-raggruppament il-Bulgarija — ir-Rumanija [attwalment magħrufa bħala “Black Sea Corridor”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

    3.8.1

    Linja interna bejn Dobrudja u Burgas (BG)

    3.8.4

    Linja interna bejn Cernavoda u Stalpu (RO)

    3.8.5

    Linja interna bejn Gutinas u Smardan (RO)

    3.9

    3.9.1

    Interkonnessjoni bejn Žerjavenec (HR)/Hévíz (HU) u Cirkovce (SI)

    3.10

    Raggruppament Iżrael — Ċipru — il-Greċja [attwalment magħruf bħala “EUROASIA Interconnector”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

    3.10.1

    Interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY)

    3.10.2

    Interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL)

    3.10.3

    Linja interna bejn Korakia, Kreta u r-reġjun ta' Attika (EL)

    3.11

    Raggruppament ta' linji interni fir-Repubblika Ċeka, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    3.11.1

    Linja interna bejn Vernerov u Vitkov (CZ)

    3.11.2

    Linja interna bejn Vitkov u Prestice (CZ)

    3.11.3

    Linja interna bejn Prestice u Kocin (CZ)

    3.11.4

    Linja interna bejn Kocin u Mirovka (CZ)

    3.11.5

    Linja interna bejn Mirovka u l-linja V413 (CZ)

    3.12

    Linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u l-Bavarja biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar

    3.14

    Tisħiħ intern fil-Polonja [parti mir-raggruppament attwalment magħruf bħala “GerPol Power Bridge”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

    3.14.2

    Linja interna bejn Krajnik u Baczyna (PL)

    3.14.3

    Linja interna bejn Mikułowa u Świebodzice (PL)

    3.14.4

    Linja interna bejn Baczyna u Plewiska (PL)

    3.16

    3.16.1

    Interkonnessjoni l-Ungerija – is-Slovakkja bejn Gabčikovo (SK) u Gönyű (HU) u Veľký Ďur (SK)

    3.17

    Interkonnessjoni l-Ungerija – is-Slovakkja bejn Sajóvánka (HU) u Rimavská Sobota (SK)

    3.21

    Interkonnessjoni bejn Salgareda (IT) u Divača — ir-reġjun ta' Bericevo (SI)

    3.22

    Raggruppament ir-Rumanija — is-Serbja [attwalment magħruf bħala “Mid Continental East Corridor”] u l-Italja – il-Montenegro, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    3.22.1

    Interkonnessjoni bejn Resita (RO) u Pancevo (RS)

    3.22.2

    Linja interna bejn Portile de Fier u Resita (RO)

    3.22.3

    Linja interna bejn Resita u Timisoara/Sacalaz (RO)

    3.22.4

    Linja interna bejn Arad u Timisoara/Sacalaz (RO)

    3.22.5

    Interkonnessjoni bejn Villanova (IT) u Lastva (ME)

    3.23

    Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f'Yadenitsa (BG)

    3.24

    Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma f'Amfilochia (EL)

    3.27

    Interkonnessjoni bejn Sqallija (IT) u t-Tuneżija (TU) [attwalment magħrufa bħala “ELMED”]

    (4)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku” (“BEMIP Electricity”)

    Nru

    Definizzjoni

    4.1

    Interkonnessjoni id-Danimarka — il-Ġermanja bejn Ishøj/Bjæverskov (DK) u Bentwisch (DE) li tgħaddi mill-parks eoliċi lil hinn mill-kosta ta' Kriegers Flak (DK) u Baltic 1 & 2 (DE) [attwalment magħrufin bħala “Kriegers Flak Combined Grid Solution”]

    4.2

    Raggruppament l-Estonja — il-Latvja bejn Kilingi-Nõmme u Riga [attwalment magħrufa bħala “Third interconnection”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

    4.2.1

    Interkonnessjoni bejn Kilingi-Nõmme (EE) u s-substazzjon Riga CHP 2 (LV)

    4.2.2

    Linja interna bejn Harku u Sindi (EE)

    4.2.3

    Linja interna bejn Riga CHP 2 u Riga HPP (LV)

    4.4

    4.4.1

    Linja interna bejn Ventspils, Tume u Imanta (LV)

    4.4.2

    Linja interna bejn Ekhyddan u Nyboro/Hemsjö (SE)

    4.5

    4.5.2

    Linja interna bejn Stanisławów u Ostrołęka (PL)

    4.6

    Ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fl-Estonja

    4.7

    Żieda fil-kapaċità tal-ħażna tal-elettriku ppumpjat bl-ilma fi Kruonis (LT)

    4.8

    Integrazzjoni u sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-netwerks Ewropej, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    4.8.1

    Interkonnessjoni bejn Tartu (EE) u Valmiera (LV)

    4.8.2

    Linja interna bejn Balti u Tartu (EE)

    4.8.3

    Interkonnessjoni bejn Tsirguliina (EE) u Valmiera (LV)

    4.8.4

    Linja interna bejn Eesti u Tsirguliina (EE)

    4.8.5

    Linja interna bejn is-substazzjon fil-Litwanja u l-fruntiera tal-istat (LT)

    4.8.7

    Linja interna bejn Paide u Sindi (EE)

    4.8.8

    Linja interna bejn Vilnius u Neris (LT)

    4.8.9

    Aktar aspetti infrastrutturali tas-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-netwerks Ewropej

    4.10

    Raggruppament il-Finlandja – l-Iżvezja [attwalment magħruf bħala “Third interconnection Finland – Sweden”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

    4.10.1

    Interkonnessjoni bejn it-Tramuntana tal-Finlandja u t-Tramuntana tal-Iżvezja

    4.10.2

    Linja interna bejn Keminmaa u Pyhänselkä (FI)

    (5)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Gas”)

    Nru

    Definizzjoni

    5.1

    5.1.1

    Kapaċità fiżika ta' fluss fid-direzzjoni opposta fil-punt ta' interkonnessjoni ta' Moffat (IE/UK)

    5.1.2

    Ammeljorament tal-pipeline SNIP (mill-Iskozja għall-Irlanda ta' Fuq) biex jakkomoda l-kapaċità fiżika ta' fluss fid-direzzjoni opposta bejn Ballylumford u Twynholm

    5.1.3

    Żvilupp tal-faċilità ta' ħażna ta' gass taħt l-art ta' Islandmagee (UGS) f'Larne (l-Irlanda ta' Fuq)

    5.3

    Terminal tal-LNG ta' Shannon u l-pipeline ta' konnessjoni (IE)

    5.4

    5.4.1

    Interkonnessjoni ES-PT (it-tielet interkonnessjoni) – l-ewwel fażi

    5.4.2

    Interkonnessjoni ES-PT (it-tielet interkonnessjoni) – it-tieni fażi

    5.5

    5.5.1

    South Transit East Pyrenees [attwalment magħrufa bħala “STEP”]

    5.5.2

    Assi tal-Lvant tal-Gass Spanja — Franza — punt ta' interkonnessjoni bejn il-Peniżola Iberika u Franza, inklużi l-istazzjonijiet tal-kompressuri fi St-Avit, Palleau u St. Martin de Crau [attwalment magħrufa bħala “Midcat”]

    5.10

    Interkonnessjoni tal-fluss fid-direzzjoni opposta tul il-pipeline ta' TENP fil-Ġermanja

    5.11

    Interkonnessjoni tal-fluss fid-direzzjoni opposta bejn l-Italja u l-Iżvizzera fil-punt ta' interkonnessjoni ta' Passo Gries

    5.19

    Konnessjoni bejn Malta u n-netwerk tal-gass Ewropew — interkonnessjoni tal-pipeline mal-Italja f'Gela

    5.21

    Adattament mill-gass kalorifiku baxx għal għoli fi Franza u l-Belġju

    (6)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk” (“NSI East Gas”)

    Nru

    Definizzjoni

    6.2

    Interkonnessjoni bejn il-Polonja, is-Slovvakja, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija mat-tisħiħ intern relatat, inkluż grupp ta' PCIs wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

    6.2.1

    Interkonnessjoni il-Polonja — is-Slovakkja

    6.2.2

    Kuritur tal-Gass Tramuntana – Nofsinhar fil-Lvant tal-Polonja

    u

    6.2.10

    Interkonnessjoni il-Polonja – ir-Repubblika Ċeka [attwalment magħrufa bħala “Stork II”]

    6.2.11

    Kuritur tal-Gass Tramuntana – Nofsinhar fil-Punent tal-Polonja

    6.1.12

    Pipeline Tvrdonice-Libhošť, inkluż l-ammeljorament ta' CS Břeclav (CZ)

    u l-PCIs li ġejjin:

    6.2.13

    Żieda fil-kapaċità tat-trażmissjoni fl-interkonnessjoni s-Slovakkja – l-Ungerija

    6.2.14

    Tisħiħ tas-sistema ta' trażmissjoni Ungeriża bejn Vecsés u Városföld, meħtieġ għall-kapaċità miżjuda fl-interkonnessjoni s-Slovakkja – l-Ungerija

    6.4

    PCI Interkonnessjoni bidirezzjonali Awstrijaka — Ċeka (BACI) bejn Baumgarten (AT) – Reinthal (CZ/AT) — Břeclav (CZ), b'kapaċità sa 6,57 bcm/a (1)

    6.5

    Raggruppament tat-terminal tal-LNG ta' Krk u l-pipelines ta' konnessjoni u evakwazzjoni lejn l-Ungerija u lil hinn minnha, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    6.5.1

    Żvilupp ta' terminal tal-LNG f'Krk (HR) sa 2,6 bcm/a – Fażi I u l-pipeline ta' konnessjoni Omišalj – Zlobin (HR)

    6.5.5

    “Compressor station 1” fis-sistema tat-trażmissjoni tal-gass tal-Kroazja

    6.5.6

    Espansjoni tat-terminal tal-LNG f'Krk (HR) 'il fuq minn 2,6 bcm/a – Fażi II u pipelines ta' evakwazzjoni Zlobin – Bosiljevo – Sisak – Kozarac – Slobodnica (HR)

    6.8

    Raggruppament tal-Interkonnessjoni il-Greċja – il-Bulgarija, u t-tisħiħ meħtieġ fil-Bulgarija, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    6.8.1

    Interkonnessjoni il-Greċja — il-Bulgarija [attwalment magħrufa bħala “IGB”] bejn Komotini (EL) u Stara Zagora (BG) u l-istazzjon tal-kompressur f'Kipi (EL)

    6.8.2

    Riabilitazzjoni, modernizzazzjoni u espansjoni tas-sistema tat-trażmissjoni Bulgara

    6.9

    6.9.1

    Terminal tal-LNG fit-Tramuntana tal-Greċja

    6.10

    PCI tal-interkonnessjoni tal-gass il-Bulgarija — is-Serbja [attwalment magħrufa bħala “IBS”]

    6.20

    Raggruppament taż-żieda fil-kapaċità tal-ħżin fix-Xlokk tal-Ewropa, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

    6.20.2

    Espansjoni tal-UGS f'Chiren (BG)

    6.20.3

    Faċilità tal-UGS fin-Nofsinhar ta' Kavala u stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni (EL)

    u wieħed mill-PCIs li ġejjin:

    6.20.4

    Ħażna tal-gass ta' Depomures fir-Rumanija

    6.20.6

    Ħażna tal-gass taħt l-art ta' Sarmasel fir-Rumanija

    6.23

    Interkonnessjoni l-Ungerija – is-Slovenja (Nagykanizsa — Tornyiszentmiklós (HU) — Lendava (SI) – Kidričevo)

    6.24

    Raggruppament taż-żieda gradwali fil-kapaċità tul il-kuritur ta' trażmissjoni bidirezzjonali l-Bulgarija — ir-Rumanija — l-Ungerija — l-Awstrija (attwalment magħruf bħala “ROHUAT/BRUA”) biex tippermetti 1,75 bcm/a fl-ewwel fażi, 4,4 bcm/a fit-tieni fażi, u bl-inklużjoni ta' riżorsi ġodda mill-Baħar l-Iswed fit-tieni u fit-tielet fażi:

    6.24.1

    ROHUAT/BRUA – l-ewwel fażi, inkluż:

    fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: Sezzjoni Ungeriża, stazzjon tal-kompressur tal-ewwel fażi fi Csanádpalota

    Żvilupp tal-kapaċità tat-trażmissjoni fir-Rumanija minn Podișor sa Recas, inkluż pipeline ġdida, stazzjon tal-kejl, u tliet stazzjonijiet tal-kompressuri ġodda f'Podisor, Bibesti u Jupa

    Stazzjon ta' kompressur GCA Mosonmagyarovar (żvilupp fuq in-naħa Awstrijaka)

    6.24.4

    ROHUAT/BRUA – it-tieni fażi, inkluż:

    pipeline Városföld-Ercsi– Győr (HU)

    pipeline Ercsi-Százhalombatta (HU)

    stazzjon tal-kompressur Városföld (HU)

    Espansjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni fir-Rumanija minn Recas sa Horia lejn l-Ungerija sa 4.4 bcm/a u espansjoni tal-istazzjonijiet tal-kompressuri f'Podisor, Bibesti u Jupa

    Pipeline tal-kosta tal-Baħar l-Iswed — Podișor (RO) għall-akkwiżizzjoni tal-gass tal-Baħar l-Iswed

    Fluss fid-direzzjoni opposta bejn ir-Rumanija u l-Ungerija: Sezzjoni Ungeriża, stazzjon tal-kompressur tat-tieni fażi fi Csanádpalota jew Algyő (HU)

    6.24.10

    ROHUAT/BRUA – it-tielet fażi, inkluż:

    Tisħiħ tas-sistema tat-trażmissjoni Rumena Onesti – Isaccea u fluss fid-direzzjoni opposta f'Isaccea

    Tisħiħ tas-sistema tat-trażmissjoni Rumena Onesti – Nadlac

    Estensjoni tas-sistema tat-trażmissjoni Rumena għall-akkwiżizzjoni tal-gass mix-xatt tal-Baħar l-Iswed

    6.25

    Raggruppament tal-infrastruttura biex jitwassal gass ġdid lejn iċ-Ċentru u x-Xlokk tal-Ewropa bl-għan ta' diversifikazzjoni, inkluż il-PCIs li ġejjin, żviluppati b'mod koordinat u effiċjenti:

    6.25.1

    Sistema ta' pipelines mill-Bulgarija, permezz tar-Rumanija u l-Ungerija, sas-Slovakkja [attwalment magħrufa bħla “Eastring”]

    6.25.4

    Infrastruttura li tippermetti l-iżvilupp tal-hub tal-gass tal-Bulgarija

    6.26

    6.26.1

    Raggruppament il-Kroazja — is-Slovenja — l-Awstrija f'Rogatec, inkluż:

    Interkonnessjoni l-Kroazja — is-Slovenja (Lučko — Zabok — Rogatec)

    Stazzjon tal-kompressur ta' Kidričevo, it-tieni fażi tal-ammeljorament (SI)

    Stazzjonijiet tal-kompressuri 2 u 3 fis-sistema tat-trażmissjoni tal-gass Kroata

    GCA 2015/08: Entry/Exit Murfeld (AT)

    Ammeljorament tal-interkonnessjoni Murfeld/Ceršak (AT-SI)

    Ammeljorament tal-interkonnessjoni ta' Rogatec

    (7)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar” (“SGC”)

    Nru

    Definizzjoni

    7.1

    Raggruppament ta' PCIs ta' infrastruttura tat-trasport integrata, iddedikata u li tista' tlaħħaq ma' domanda akbar, u tagħmir assoċjat għat-trasport b'minimu ta' 10 bcm/a ta' sorsi ġodda ta' gass mir-Reġjun tal-Kaspju, li jgħaddi mill-Ażerbajġan, mill-Georgia u mit-Turkija u li jilħaq is-swieq tal-UE fil-Greċja u fl-Italja, u li jinkludi l-PCIs li ġejjin:

    7.1.1

    Pipeline tal-gass lejn l-UE mit-Turkmenistan u mill-Ażerbajġan, li jgħaddi mill-Georgia u mit-Turkija [attwalment magħruf bħala l-kombinazzjoni “Trans-Caspian Gas Pipeline” (TCP), “South-Caucasus Pipeline FutureExpansion” (SCPFX) u “Trans Anatolia Natural Gas Pipeline” (TANAP)]

    7.1.3

    Pipeline tal-gass mill-Greċja sal-Italja li jgħaddi mill-Albanija u mill-Baħar Adrijatiku [attwalment magħruf bħala “Trans-Adriatic Pipeline” (TAP)], inkluż stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni u stazzjon tal-kompressur f'Nea Missimvri

    7.3

    Raggruppament ta' PCIs tal-infrastruttura biex tittrasporta gass ġdid mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran, inkluż:

    7.3.1

    Pipeline mir-riżervi tal-gass tal-Lvant tal-Mediterran lejn il-Greċja kontinentali li jgħaddi minn Kreta [attwalment magħrufa bħala “EastMed Pipeline”], bi stazzjon tal-kejl u tar-regolazzjoni f'Megalopoli

    u l-PCIs li ġejjin dipendenti minnha:

    7.3.3

    Pipeline tal-gass mill-Greċja sal-Italja [attwalment magħruf bħala “Poseidon Pipeline”]

    7.3.4

    Tisħiħ tal-kapaċitajiet tat-trażmissjoni interna Nofsinhar-Tramuntana fl-Italja [attwalment magħruf bħala “Adriatica Line”]

    7.5

    Żvilupp tal-infrastruttura tal-gass f'Ċipru [attwalment magħruf bħala “Cyprus Gas2EU”]

    (8)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-Gass” (“BEMIP Gas”)

    Nru

    Definizzjoni

    8.1

    8.1.1

    Interkonnessjoni l-Estonja — il-Finlandja [attwalment magħrufa bħala “Balticconnector”]

    8.2

    Raggruppament tal-ammeljorament tal-infrastruttura fir-reġjun tal-Lvant tal-Baħar Baltiku, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    8.2.1

    Titjib tal-interkonnessjoni l-Latvja — il-Litwanja

    8.2.2

    Titjib tal-interkonnessjoni l-Estonja — il-Latvja

    8.2.4

    Titjib tal-Ħażna tal-Gass Taħt l-Art ta' Inčukalns (LV)

    8.3

    Raggruppament ta' infrastruttura, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    8.3.1

    Tisħiħ tal-interkonnessjoni Nybro — il-Polonja/id-Danimarka

    8.3.2

    Interkonnessjoni l-Polonja — id-Danimarka [attwalment magħrufa bħala “Baltic Pipe”]

    8.5

    Interkonnessjoni l-Polonja — il-Litwanja [attwalment magħrufa bħala “GIPL”]

    8.6

    Terminal tal-LNG ta' Gothenburg fl-Iżvezja

    8.7

    Estensjoni tal-kapaċità tat-terminal tal-LNG ta' Świnoujście fil-Polonja

    (9)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa” (“OSC”)

    Nru

    Definizzjoni

    9.1

    Pipeline Adamowo — Brody: pipeline li jgħaqqad is-sit ta' mmaniġġar ta' JSC Uktransnafta fi Brody (l-Ukrajna) mal-Park tat-Tankijiet ta' Adamowo (il-Polonja)

    9.2

    Pipeline Bratislava — Schwechat: pipeline li jgħaqqad Schwechat (l-Awstrija) ma' Bratislava (is-Slovakkja)

    9.4

    Pipeline Litvinov (ir-Repubblika Ċeka) — Spergau (il-Ġermanja): proġett ta' estensjoni tal-pipeline taż-żejt grezz ta' Druzhba lejn ir-raffinerija TRM Spergau

    9.5

    Raggruppament tal-pipeline ta' Pomorze (il-Polonja), inklużi l-PCIs li ġejjin:

    9.5.1

    Kostruzzjoni ta' terminal taż-żejt fi Gdańsk (fażi II)

    9.5.2

    Espansjoni tal-pipeline ta' Pomorze: it-tieni linja tal-pipeline

    9.6

    TAL Plus: espansjoni tal-kapaċità tal-pipeline TAL bejn Trieste (l-Italja) u Ingolstadt (il-Ġermanja)

    (10)   Iż-Żona Tematika ta' Prijorità “Implimentazzjoni tal-Grilji Intelliġenti”

    Nru

    Definizzjoni

    10.3

    SINCRO.GRID (is-Slovenja, il-Kroazja) - Integrazzjoni innovattiva ta' soluzzjonijiet sinerġetiċi u maturi bbażati fuq it-teknoloġija, sabiex tiżdied is-sigurtà tal-operati tas-sistemi tal-elettriku Sloven u Kroat b'mod simultanju

    10.4

    ACON (ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja) - L-għan ewlieni tal-ACON (Again COnnected Networks) huwa li jrawwem l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku Ċek u Slovakk

    10.5

    ALPGRID (l-Awstrija, l-Italja) - Integrazzjoni innovattiva ta' soluzzjonijiet sinerġetiċi u maturi bbażati fuq it-teknoloġija, sabiex tiżdied l-effiċjenza operattiva tas-sistemi tal-elettriku reġjonali Taljani u Awstrijaċi

    10.6

    Inizjattiva ta' Fruntieri Intelliġenti (Franza, il-Ġermanja) - L-Inizjattiva ta' Fruntieri Intelliġenti se tgħaqqad politiki mfassla minn Franza u mill-Ġermanja sabiex tappoġġja l-bliet u t-territorji tagħhom fl-istrateġiji ta' tranżizzjoni tal-enerġija u fl-integrazzjoni tas-swieq Ewropej

    (11)   Iż-Żona Tematika ta' Prijorità “Awtostradi tal-Elettriku”

    Lista ta' PCIs b'tikkettar doppju bħala awtostradi tal-elettriku

    Nru

    Definizzjoni

    Il-Kuritur ta' Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)

    1.1

    1.1.1

    Interkonnessjoni bejn Gezelle (BE) u l-akkwati ta' Richborough (UK)

    1.3

    Raggruppament id-Danimarka — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    1.3.1

    Interkonnessjoni bejn Endrup (DK) u Niebüll (DE)

    1.3.2

    Linja interna bejn Niebüll u Brunsbüttel (DE)

    1.4

    Raggruppament id-Danimarka — il-Ġermanja, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    1.4.1

    Interkonnessjoni bejn Kassø (DK) u Audorf (DE)

    1.4.2

    Linja interna bejn Audorf u Hamburg/Nord (DE)

    1.4.3

    Linja interna bejn Hamburg/Nord u Dollern (DE)

    1.6

    Interkonnessjoni Franza — l-Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) [bħala magħrufa bħala “Celtic Interconnector”]

    1.7

    Raggruppament Franza — interkonnessjonijiet tar-Renju Unit, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

    1.7.1

    Interkonnessjoni bejn Cotentin (FR) u l-akkwati ta' Exeter (UK) [attwalment magħrufa bħala “FAB”]

    1.7.2

    Interkonnessjoni bejn Tourbe (FR) u Chilling (UK) [attwalment magħrufa bħala “IFA2”]

    1.7.3

    Interkonnessjoni bejn Coquelles (FR) u Folkestone (UK) [attwalment magħrufa bħala “ElecLink”]

    1.7.4

    Interkonnessjoni bejn Le Havre (FR) u Lovedean (UK) [attwalment magħrufa bħala “AQUIND”]

    1.7.5

    Interkonnessjoni bejn l-akkwati ta' Dunkerque (FR) u l-akkwati ta' Kingsnorth (UK) [attwalment magħrufa bħala “Gridlink”]

    1.8

    Raggruppament il-Ġermanja — in-Norveġja [attwalment magħruf bħala “NordLink”]

    1.8.1

    Interkonnessjoni bejn Wilster (DE) u Tonstad (NO)

    1.8.2

    Tisħiħ tal-linji interni fin-Nofsinhar tan-Norveġja

    1.10

    Raggruppament tal-interkonnessjonijiet ir-Renju Unit — in-Norveġja, inkluż PCI wieħed jew aktar minn dawk li ġejjin:

    1.10.1

    Interkonnessjoni bejn Blythe (UK) u Kvilldal (NO) [attwalment magħrufa bħala “North Sea Link”]

    1.10.2

    Interkonnessjoni bejn Peterhead (UK) u Simadalen (NO) [attwalment magħrufa bħala “NorthConnect”]

    1.13

    Interkonnessjoni bejn l-Iżlanda u r-Renju Unit [attwalment magħrufa bħala “Ice Link”]

    1.14

    Interkonnessjoni bejn Revsing (DK) u Bicker Fen (UK) [attwalment magħrufa bħala “Viking Link”]

    1.15

    Interkonnessjoni bejn iż-żona ta' Antwerp (BE) u l-akkwati ta' Kemsley (UK)

    1.16

    Interkonnessjoni bejn in-Netherlands u r-Renju Unit

    Il-Kuritur ta' Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)

    2.2

    2.2.1

    L-ewwel interkonnessjoni bejn Lixhe (BE) u Oberzier (DE) [attwalment magħrufa bħala “ALEGrO”]

    2.2.4

    It-tieni interkonnessjoni bejn il-Belġju u l-Ġermanja

    2.4

    Interkonnessjoni bejn Codrongianos (IT), Lucciana (Korsika, FR) u Suvereto (IT) [attwalment magħrufa bħala “SACOI 3”]

    2.5

    2.5.1

    Interkonnessjoni bejn Grande Ile (FR) u Piossasco (IT) [attwalment magħrufa bħala “Savoie-Piemont”]

    2.7

    Interkonnessjoni bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) [attwalment magħrufa bħala “Biscay Gulf”]

    2.9

    Linja interna bejn Osterath u Philippsburg (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tal-Punent [attwalment magħrufa bħala “Ultranet”]

    2.10

    Linja interna bejn Brunsbüttel-Grοβgartach u Wilster-Grafenrheinfeld (DE) biex tiżdied il-kapaċità tul il-fruntieri tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar [attwalment magħrufa bħala “Suedlink”]

    2.13

    Raggruppament tal-interkonnessjonijiet l-Irlanda— ir-Renju Unit, inkluż il-PCIs li ġejjin:

    2.13.1

    Interkonnessjoni bejn Woodland (IE) u Turleenan (UK)

    2.13.2

    Interkonnessjoni bejn Srananagh (IE) u Turleenan (UK)

    Il-Kuritur ta' Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)

    3.10

    Raggruppament Iżrael — Ċipru — il-Greċja [attwalment magħruf bħala “EUROASIA Interconnector”], inkluż il-PCIs li ġejjin:

    3.10.1

    Interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Kofinou (CY)

    3.10.2

    Interkonnessjoni bejn Kofinou (CY) u Korakia, Kreta (EL)

    3.10.3

    Linja interna bejn Korakia, Kreta u r-reġjun ta' Attika (EL)

    3.12

    Linja interna fil-Ġermanja bejn Wolmirstedt u l-Bavarja biex tiżdied il-kapaċità ta' trażmissjoni interna bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar

    3.27

    Interkonnessjoni bejn Sqallija (IT) u t-Tuneżija (TU) [attwalment magħrufa bħala “ELMED”]

    Il-Kuritur ta' Prijorità “Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku” (“BEMIP Electricity”)

    4.1

    Interkonnessjoni d-Danimarka — il-Ġermanja bejn Tolstrup Gaarde (DK) u Bentwisch (DE) li tgħaddi mill-parks eoliċi lil hinn mill-kosta Kriegers Flak (DK) u Baltic 1 & 2 (DE) [attwalment magħrufa bħala “Kriegers Flak Combined Grid Solution”]

    (12)   Netwerk transfruntiera għad-dijossidu tal-karbonju

    Nru

    Definizzjoni

    12.1

    Hub tas-CO2 ta' Teesside (ir-Renju Unit, u f'fażijiet ulterjuri, in-Netherlands, il-Belġju, il-Ġermanja)

    12.2

    Proġett tat-Trasport u l-Infrastruttura tas-CO2-Sapling (ir-Renju Unit, u f'fażijiet ulterjuri n-Netherlands, in-Norveġja)

    12.3

    Nukleu ta' Rotterdam (in-Netherlands u r-Renju Unit)

    12.4

    Konnessjonijiet tat-trasport transfruntiera tas-CO2 bejn sorsi tal-emissjoni fir-Renju Unit u fin-Netherlands u sit tal-ħażna fin-Norveġja

    C.   LISTI TAL-“PROĠETTI LI MA GĦADHOMX JITQIESU PCIS” U TAL-“PROĠETTI LI SARU PARTI INTEGRALI MINN PCIS OĦRA”

    (1)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Grilja lil hinn mill-Kosta tal-Pajjiżi tal-Baħar tat-Tramuntana” (“NSOG”)

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    1.1.3

    1.2

    1.5

    1.9.2

    1.9.3

    1.9.4

    1.9.5

    1.9.6

    1.11.1

    1.11.2

    1.11.3

    1.11.4

    (2)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Electricity”)

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    2.2.2

    2.2.3

    2.3.1

    2.3.2

    2.5.2

    2.6

    2.8

    2.11.1

    2.11.2

    2.11.3

    2.12

    2.15.2

    2.15.3

    2.15.4

    2.16.2

    2.19

    2.20

    2.21

    2.22

    2.25.1

    2.25.2

    2.26

    Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

    Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

    Numru tal-PCI li fih il-proġett sar integrat

    2.1

    3.1.4

    (3)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Elettriku bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fin-Nofsinhar tal-Ewropa” (“NSI East Electricity”)

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    3.1.3

    3.2.1

    3.2.3

    3.3

    3.5.1

    3.5.2

    3.6.1

    3.6.2

    3.8.2

    3.8.3

    3.8.6

    3.9.2

    3.9.3

    3.9.4

    3.13

    3.14.1

    3.15.1

    3.15.2

    3.16.2

    3.16.3

    3.18.1

    3.18.2

    3.19.2

    3.19.3

    3.20.1

    3.20.2

    3.25

    3.26

    Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

    Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

    Numru tal-PCI li fih il-proġett sar integrat

    3.19.1

    3.22.5

    (4)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija” (“BEMIP Electricity”)

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    4.5.1

    4.5.3

    4.5.4

    4.5.5

    4.8.6

    Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

    Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

    Numru tal-PCI li fih il-proġett sar integrat

    4.3

    4.8.9

    4.9

    4.8.9

    (5)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa” (“NSI West Gas”)

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    5.2

    5.6

    5.7.1

    5.7.2

    5.9

    5.12

    5.13

    5.14

    5.15.1

    5.15.2

    5.15.3

    5.15.4

    5.15.5

    5.16

    5.17.1

    5.17.2

    5.18

    5.20

    Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

    Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

    Numru tal-PCI li fih il-proġett sar integrat

    5.8.1

    5.5.2

    5.8.2

    5.5.2

    (6)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Interkonnessjonijiet tal-Gass Tramuntana-Nofsinhar fl-Ewropa tal-Lvant Ċentrali u fl-Ewropa tax-Xlokk” (“NSI East Gas”)

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    6.3

    6.5.3

    6.5.4

    6.7

    6.8.3

    6.9.2

    6.9.3

    6.11

    6.12

    6.16

    6.17

    6.19

    6.20.1

    6.20.5

    6.21

    6.22.1

    6.22.2

    6.25.2

    Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

    Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

    Numru tal-PCI li fih il-proġett sar integrat

    6.1.1

    6.2.10

    6.1.2

    6.2.11

    6.1.3

    6.2.11

    6.1.4

    6.2.11

    6.1.5

    6.2.11

    6.1.6

    6.2.11

    6.1.7

    6.2.11

    6.1.8

    6.2.2

    6.1.9

    6.2.11

    6.1.10

    6.2.2

    6.1.11

    6.2.2

    6.1.12

    6.2.12

    6.2.3

    6.2.2

    6.2.4

    6.2.2

    6.2.5

    6.2.2

    6.2.6

    6.2.2

    6.2.7

    6.2.2

    6.2.8

    6.2.2

    6.2.9

    6.2.2

    6.5.2

    6.5.6

    6.6

    6.26.1

    6.8.4

    6.25.4

    6.13.1

    6.24.4

    6.13.2

    6.24.4

    6.13.3

    6.24.4

    6.14

    6.24.1

    6.15.1

    6.24.10

    6.15.2

    6.24.10

    6.18

    7.3.4

    6.24.2

    6.24.1

    6.24.3

    6.24.1

    6.24.5

    6.24.4

    6.24.6

    6.24.4

    6.24.7

    6.24.4

    6.24.8

    6.24.4

    6.24.9

    6.24.4

    6.25.3

    6.24.10

    6.26.2

    6.26.1

    6.26.3

    6.26.1

    6.26.4

    6.26.1

    6.26.5

    6.26.1

    6.26.6

    6.26.1

    (7)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar” (“SGC”)

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    7.1.2

    7.1.5

    7.1.7

    7.2.1

    7.2.2

    7.2.3

    7.4.1

    7.4.2

    Proġetti li saru parti integrali minn PCIs oħra

    Numru tal-PCI oriġinali tal-proġett

    Numru tal-PCI li fih il-proġett sar integrat

    7.1.6

    7.1.3

    7.1.4

    7.3.3

    7.3.2

    7.5

    (8)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-Gass” (“BEMIP Gas”)

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    8.1.2.1

    8.1.2.2

    8.1.2.3

    8.1.2.4

    8.2.3

    8.4

    8.8

    (9)   Il-Kuritur ta' Prijorità “Konnessjonijiet tal-Provvista taż-Żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa” (“OSC”)

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    9.3

    (10)   Iż-Żona Tematika ta' Prijorità “Implimentazzjoni tal-Grilji Intelliġenti”

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    10.1

    10.2

    (11)   Iż-Żona Tematika ta' Prijorità “Awtostradi tal-Elettriku”

    Numri tal-PCI tal-proġetti li ma għadhomx jitqiesu PCIs

    1.5


    (1)  L-implimentazzjoni tal-BACI bħala PCI se tiddependi mir-riżultat tal-proġett pilota “Trading Regional Upgrade”.


    Top