Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0068

    2014/68/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2014 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Latvijas Banka

    ĠU L 39, 8.2.2014, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/68(1)/oj

    8.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 39/59


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-28 ta’ Jannar 2014

    li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Latvijas Banka

    (2014/68/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/42 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (1),

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tas-sistema tal-Euro għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE (2), il-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga favur il-Latvja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (3) hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

    (3)

    Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li SIA Ernst & Young Baltic jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka għas-sena finanzjarja 2014.

    (4)

    Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (4) tiġi emendata b’konsegwenza ta’ dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE:

    “18.   SIA Ernst & Young Baltic huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka għas-sena finanzjarja 2014.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. STOURNARAS


    (1)  ĠU C 342, 22.11.2013, p. 1.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24).

    (3)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

    (4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).


    Top