This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0622
Commission Regulation (EU) No 622/2012 of 11 July 2012 amending Regulation (EC) No 641/2009 with regard to ecodesign requirements for glandless standalone circulators and glandless circulators integrated in products Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 622/2012 tal- 11 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 622/2012 tal- 11 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 180, 12.7.2012, p. 4–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
12.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 180/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 622/2012
tal-11 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 641/2009 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti (2) il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-metodoloġija li tintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, stipulat fil-Punt 2 tal-Anness II għal dak ir-Regolament, għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti qabel l-1 ta’ Jannar 2012. |
(2) |
Ir-reviżjoni li wettqet il-Kummissjoni kif ukoll l-esperjenza miskuba mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 641/2009 żvelaw il-ħtieġa ta’ emendi f’ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 641/2009 sabiex jiġu evitati l-impatti mhux intenzjonati fuq is-swieq taċ-ċirkolaturi u fuq il-prestazzjoni tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 641/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 641/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta’ ċirkolaturi mingħajr tqalfit indipendenti u ta’ ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti. 2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:
Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Reviżjoni Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament qabel l-1 ta’ Jannar 2017, fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jseħħ. Ir-reviżjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-alternattivi tad-disinn li jistgħu jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Ir-riżultati tar-reviżjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn.” |
(3) |
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 641/2009 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) ĠU L 191, 23.7.2009, p. 35.
ANNESS
Emendi fl-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 641/2009
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 641/2009 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT
|
(2) |
Fl-Anness II, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TAL-ENERĠIJA Il-metodoloġija li tintuża għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (EEI) għaċ-ċirkolaturi hija kif ġej:
(*) CXX % tfisser fattur ta’ skalar li jiżgura li, meta jiġi definit il-fattur tal-iskalar, XX % biss taċ-ċirkolaturi ta’ ċertu tip ikollhom EEI ≤ 0,20.”" |