This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0505
Commission Implementing Regulation (EU) No 505/2012 of 14 June 2012 amending and correcting Regulation (EC) No 889/2008 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 on organic production and labelling of organic products with regard to organic production, labelling and control
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2012 tal- 14 ta’ Ġunju 2012 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 505/2012 tal- 14 ta’ Ġunju 2012 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku
ĠU L 154, 15.6.2012, p. 12–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1165
15.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 154/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 505/2012
tal-14 ta’ Ġunju 2012
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029[2092]/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 14(2), 16(1)(d), 16(3)(a), 21(2), 22(1), 26(a) u 38(a) u (b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 14(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistabbilixxi r-regoli ġenerali tal-produzzjoni għall-għalf organiku fir-rigward tal-provvista tal-għalf. F’dak l-approċċ, l-għalf prodott fl-azjenda stess itemm iċ-ċiklu tal-produzzjoni organika fl-azjenda. Il-produzzjoni tal-għalf fl-azjenda u/jew l-użu ta’ riżorsi tal-għalf mir-reġjun inaqqsu t-trasport u huma ta’ benefiċċju għall-ambjent u għan-natura. B’hekk, sabiex l-għanijiet organiċi tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jintlaħqu aħjar u fid-dawl tal-esperjenza, huwa xieraq li jiġi stabbilit sehem minimu tal-għalf prodott fl-azjenda stess għall-ispeċi tal-ħnieżer u tat-tjur u li jiżdied is-sehem minimu għall-erbivori. |
(2) |
Il-leġiżlazzjoni orizzontali għall-materjali tal-għalf u għall-għalf kompost u l-addittivi tal-għalf inklużi fih ġiet irreveduta bir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (2). Għalhekk, l-Artikoli u l-Annessi rilevanti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (3) għandhom jiġu adattati. |
(3) |
L-iżvilupp ta’ regoli armonizzati tal-produzzjoni organika għat-tjur żgħar fil-livell tal-Unjoni huwa kumpless għaliex l-opinjonijiet dwar il-ħtiġijiet tekniċi jvarjaw ħafna bejn il-partijiet ikkonċernati. Sabiex ikun hemm lok għal iżjed żmien biex jiġu żviluppati regoli ddettaljati għall-produzzjoni ta’ għewietaq organiċi, jeħtieġ li r-regola eċċezzjonali dwar l-użu ta’ għewietaq mhux organiċi tiġi estiża. |
(4) |
Il-produzzjoni tal-għelejjel organiċi tal-proteini waqgħet lura mid-domanda. B’mod partikolari, fis-suq tal-Unjoni, il-provvista tal-proteini organiċi għadha mhix biżżejjed, f’termini tal-kwalità u tal-kwantità, sabiex jintlaqħu l-ħtiġijiet ta’ nutriment tal-ħnieżer u tat-tjur imrobbija fi rziezet organiċi. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi permess proporzjon żgħir ta’ għalf mhux organiku tal-proteini bħala regola eċċezzjonali għal perjodu taż-żmien limitat. |
(5) |
Sabiex l-użu tat-terminu “organiku” u tal-logo organiku tal-UE fit-tikkettar tal-għalf prodott minn ingredjenti organiċi ikun speċifikat u ċċarat iżjed, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandhom jerġgħu jinkitbu mill-ġdid. |
(6) |
L-użu ta’ addittivi tal-għalf jista’ jiġi permess fil-produzzjoni tal-għalf organiku b’ċerti kundizzjonijiet. L-Istati Membri applikaw għal numru ta’ sustanzi ġodda, li jridu jiġu awtorizzati skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ esperti li jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (EGTOP) (4), li kkonkluda li l-addittivi tal-għalf format tas-sodju, ferroċanur tas-sodju, natrolit-fonolit u klinoptilolit jikkonformaw mal-għanijiet u l-prinċipji organiċi, dawk is-sustanzi għandhom jiddaħħlu fl-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 889/2008. |
(7) |
Fit-Taqsima A tal-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 889/2008 instab żball fir-rekwiżiti għall-użu ta’ estratti tal-klin bħala addittiv organiku tal-ikel u għaldaqstant dan l-iżball għandu jiġi kkoreġut. |
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Sabiex l-operaturi jkollhom il-permess ikomplu jużaw ir-regoli eċċezzjonali tal-produzzjoni b’rabta mal-għalf u mal-għewietaq mhux organiċi wara d-data ta’ skadenza attwali ta’ dawk ir-regoli, l-emendi għar-regoli eċċezzjonali magħmulin b’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012 bil-għan li jiġu evitati l-ostakli fil-produzzjoni organika u t-tfixkil tagħha. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet emendatorji
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 19 Għalf mill-azjenda stess u minn sorsi oħrajn 1. Fil-każ tal-erbivori, ħlief matul il-perjodu ta’ kull sena meta l-annimali jkunu fi tranżumanza suġġetta għall-Artikolu 17(4), mill-inqas 60 % tal-għalf għandu jiġi mill-unità agrikola stess jew f’każ li dan ma jkunx jista’ jsir, dan għandu jkun prodott f’kooperazzjoni ma’ rziezet organiċi oħrajn fl-istess reġjun. 2. Fil-każ tal-majjali u tat-tjur, mill-inqas 20 % tal-għalf għandu jiġi mill-unità agrikola stess jew, f’każ li dan ma jkunx jista’ jsir, dan għandu jkun prodott fl-istess reġjun f’kooperazzjoni ma’ rziezet organiċi oħrajn jew ma’ operaturi kummerċjali organiċi tal-għalf oħrajn. 3. Fil-każ tan-naħal, fl-aħħar tal-istaġun tal-produzzjoni l-kaxxi tan-naħal (l-iġbħa) għandhom jitħallew b’biżżejjed għasel u għabra tad-dakra għal matul ix-xitwa. L-għalf tal-kolonji tan-naħal għandu jkun awtorizzat biss meta l-ħajja fil-kaxxi tan-naħal tkun fil-periklu minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi. Il-kaxxi tan-naħal għandhom jingħalfu bl-għasel organiku, bil-ġulepp taz-zokkor organiku jew biz-zokkor organiku.” |
(2) |
L-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 22 L-użu ta’ ċerti prodotti u sustanzi fl-għalf Għall-finijiet tal-Artikolu 14(1)(d)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, is-sustanzi li ġejjin biss jistgħu jintużaw fl-ipproċessar tal-ikel organiku u fl-għalf tal-annimali organiċi:
|
(3) |
Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-prodotti fitoterapewtiċi, il-mikronutrijenti u l-prodotti elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness V u fit-Taqsima 3 tal-Anness VI għandhom jintużaw bi preferenza għal trattament veterinarju allopatiku kimikament issintesizzat jew għall-antibijotiċi, sakemm l-effett terapewtiku tagħhom huwa effettiv għall-ispeċi tal-annimal u għall-kundizzjoni li għaliha hu maħsub it-trattament.” |
(4) |
Fl-Artikolu 25k(1), il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
Fl-Artikolu 25m, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-materjali tal-għalf li joriġinaw mill-minerali jistgħu jintużaw fl-akkwakultura organika jekk ikunu elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness V biss.” |
(6) |
Fil-punt (b) tal-Artikolu 42, id-data tal-“31 ta’ Diċembru 2011” hija sostitwita bid-data tal-“31 ta’ Diċembru 2014” |
(7) |
L-Artikolu 43 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 43 L-użu ta’ għalf mhux organiku tal-proteini li joriġina mill-pjanti u mill-annimali għall-bhejjem Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 ikunu japplikaw u meta l-bdiewa ma jkunux jistgħu jakkwistaw għalf tal-proteini li jkun ġej biss mill-produzzjoni organika, jista’ jintuża proporzjon limitat ta’ għalf mhux organiku tal-proteini għall-ispeċi tal-ħnieżer u tat-tjur. Il-perċentwal massimu ta’ għalf mhux organiku tal-proteini awtorizzat għal kull perjodu ta’ 12-il xahar għal dawk l-ispeċijiet għandu jkun ta’ 5 % għas-snin tal-kalendarju tal-2012, l-2013 u l-2014. Iċ-ċifri għandhom jiġu kkalkulati kull sena bħala perċentwal tal-materja niexfa tal-għalf mill-agrikoltura. L-operatur għandu jżomm evidenza dokumentata tal-ħtieġa li tintuża din id-dispożizzjoni.” |
(8) |
L-Artikoli 59 u 60 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 59 L-ambitu, l-użu tal-marki kummerċjali u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-ikel tal-annimali domestiċi u għall-għalf tal-annimali bil-pil. Il-marki kummerċjali u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jkollhom indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistgħu jintużaw biss jekk l-ingredjenti kollha li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali jkunu ġejjin mill-metodu ta’ produzzjoni organika u jekk mill-inqas 95 % tal-materja niexfa tal-prodott tkun magħmula mit-tali ingredjenti. Artikolu 60 Indikazzjonijiet dwar l-għalf ipproċessat 1. It-termini msemmija fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u l-logo organiku tal-UE jistgħu jintużaw fuq l-għalf ipproċessat dejjem jekk jitħarsu r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
2. Id-dikjarazzjoni li ġejja, suġġetta għar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, hija permessa fil-każ ta’ prodotti li jinkludu kwantitajiet varjabbli ta’ materjali tal-għalf mill-metodu ta’ produzzjoni organika u/jew materjali tal-għalf minn prodotti f’konverżjoni għall-agrikoltura organika u/jew prodotti kif imsemmi fl-Artikolu 22 ta’ dan ir-Regolament: ‘jistgħu jintużaw fil-produzzjoni organika skont ir-Regolamenti (KE) Nru 834/2007 u (KE) Nru 889/2008’.” |
(9) |
L-Annessi V u VI huma sostitwiti bit-test mogħti fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet ta’ korrezzjoni
Fit-Taqsima A tal-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 889/2008, il-linja li tikkonċerna l-addittiv tal-ikel E 392 hija sostitwita b’dan li ġej:
“B |
E 392* |
Estratti tal-klin |
X |
X |
Meta jkunu ġejjin mill-produzzjoni organika biss” |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punti (6) u (7) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi l-Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(3) ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.
(4) Ir-rapport finali dwar l-għalf (EGTOP/1/2011), http://ec.europa.eu/agriculture/organic/files/eu-policy/expert-recommendations/expert_group/final_report_on_feed_to_be_published_en.pdf
ANNESS
L-ANNESS V
Materjali tal-għalf kif imsemmi fl-Artikolu 22(d), l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25m(1)
1. MATERJALI TAL-GĦALF LI JORIĠINAW MILL-MINERALI
A |
Qxur tal-baħar kalkariż |
|
A |
Maerl |
|
A |
Litotamnju |
|
A |
Glukonat tal-kalċju |
|
A |
Karbonat tal-kalċju |
|
A |
Ossidu tal-manjeżju (manjeżja anidra) |
|
A |
Sulfat tal-manjeżju |
|
A |
Klorur tal-manjeżju |
|
A |
Karbonat tal-manjeżju |
|
A |
Fosfat defluworinat |
|
A |
Fosfat tal-kalċju u tal-manjeżju |
|
A |
Fosfat tal-manjeżju |
|
A |
Fosfat monosodiku |
|
A |
Fosfat tal-kalċju u tas-sodju |
|
A |
Klorur tas-sodju |
|
A |
Bikarbonat tas-sodju |
|
A |
Karbonat tas-sodju |
|
A |
Sulfat tas-sodju |
|
A |
Klorur tal-potassju |
|
2. MATERJALI OĦRA TAL-GĦALF
Prodotti (sekondarji) tal-fermentazzjoni minn mikroorganiżmi li ċ-ċelloli tagħhom ġew inattivati jew maqtula:
A |
Saccharomyces cerevisiae |
|
A |
Saccharomyces carlsbergiensis |
|
ANNESS VI
Addittivi tal-għalf użati fin-nutrizzjoni tal-annimali msemmija fl-Artikolu 22(g), l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25m(2)
L-addittivi tal-għalf elenkati f’dan l-Anness għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).
1. ADDITTIVI TEKNOLOĠIĊI
(a) Preżervattivi
Awtorizzazzjoni |
Numru ta’ identifikazzjoni |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
A |
1a |
E 200 |
Aċidu sorbiku |
|
A |
1a |
E 236 |
Aċidu formiku |
|
B |
1a |
E 237 |
Format tas-sodju |
|
A |
1a |
E 260 |
Aċidu aċetiku |
|
A |
1a |
E 270 |
Aċidu lattiku |
|
A |
1a |
E 280 |
Aċidu propjoniku |
|
A |
1a |
E 330 |
Aċidu ċitriku |
|
(b) Antiossidanti
Awtorizzazzjoni |
Numru ta’ identifikazzjoni |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
A |
1b |
E 306 |
Estratti ta’ oriġini naturali b’ħafna tokoferol |
|
(c) Emulsjonanti u stabbilizzaturi, aġenti għat-tisfiq u li jiffurmaw ġell
Awtorizzazzjoni |
Numru ta’ identifikazzjoni |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
A |
1 |
E 322 |
Leċitina |
Jekk tkun ġejja minn materja prima organika biss; l-użu huwa ristrett għall-għalf tal-annimali tal-akkwakultura |
(d) Materjali li jgħaqqdu, antiagglomeranti u koagulanti
Awtorizzazzjoni |
Numru ta’ identifikazzjoni |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
B |
1 |
E 535 |
Ferroċanur tas-sodju |
Ir-rata tad-doża massima hija ta’ 20 mg/kg NaCl, ikkalkulata bħala anjonu tal-ferroċanur |
A |
1 |
E 551b |
Silika kollojdali |
|
A |
1 |
E 551c |
Trab tad-dijatomi (ippurifikat) |
|
A |
1 |
E 558 |
Bentonit-montmorillonit |
|
A |
1 |
E 559 |
Tafal tal-kawlina, mingħajr asbestos |
|
A |
1 |
E 560 |
Taħlitiet naturali ta’ steariti u klorit |
|
A |
1 |
E 561 |
Vermikulit |
|
A |
1 |
E 562 |
Sepjolit |
|
B |
1 |
E 566 |
Natrolit-Fonolit |
|
B |
1 |
E 568 |
Klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja [majjali għat-tismin; tiġieġ għat-tismin; dundjani għat-tismin; bovini; salamun] |
|
A |
1 |
E 599 |
Perlit |
|
(e) Addittivi għall-ħaxix maħżun f’sajlo
Awtorizzazzjoni |
Numru ta’ identifikazzjoni |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
A |
1k |
Enżimi, ħmejjer u batterji |
L-użu huwa ristrett għall-produzzjoni tal-ħaxix maħżun f’sajlo meta l-kundizzjonijiet tat-temp ma jippermettux fermentazzjoni adegwata |
2. ADDITTIVI SENSORJI
Awtorizzazzjoni |
Numru ta’ identifikazzjoni |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|
A |
2b |
|
Komposti aromatiċi |
Estratti minn prodotti agrikoli biss |
3. ADDITTIVI NUTRIZZJONALI
(a) Vitamini
Awtorizzazzjoni |
Numru ta’ identifikazzjoni |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|||||||
A |
3a |
|
Vitamini u provitamini |
|
(b) Oligoelementi
Awtorizzazzjoni |
Numri ta’ identifikazzjoni |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
|||||||||
A |
3b |
E1 Ħadid |
|
|
||||||||
A |
3b |
E2 Jodju |
|
|
||||||||
A |
3b |
E3 Kobalt |
|
|
||||||||
A |
3b |
E4 Ram |
|
|
||||||||
A |
3b |
E5 Manganiż |
|
|
||||||||
A |
3b |
E6 Żingu |
|
|
||||||||
A |
3b |
E7 Molibdenu |
|
|
||||||||
A |
3b |
E8 Selenju |
|
|
4. ADDITTIVI ŻOOTEKNIĊI
Awtorizzazzjoni |
Numru ta’ identifikazzjoni |
Sustanza |
Deskrizzjoni u kundizzjonijiet għall-użu |
A |
|
Enżimi u mikroorganiżmi |
|