This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0206
Commission Regulation (EU) No 206/2012 of 6 March 2012 implementing Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council with regard to ecodesign requirements for air conditioners and comfort fans Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas- 6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas- 6 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 72, 10.3.2012, p. 7–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/01/2017
10.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 206/2012
tas-6 ta’ Marzu 2012
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikoluo15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2009/125/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib minħabba d-disinn tagħhom f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi. |
(2) |
Il-punt (a) tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/125/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni tintroduċi, kif xieraq, miżuri implimentattivi li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħal prodotti għat-tisħin, il-ventilazzjoni u l-ikkundizzjonar tal-arja. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li stħarreġ l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-kundizzjonaturi tal-arja u tal-fannijiet għall-użu personali tipikament użati fid-djar u fi stabbilimenti kummerċjali żgħar. L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(4) |
L-aspetti ambjentali ewlenin tal-prodotti koperti, identifikati bħala sinifikanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu u l-livell tal-qawwa akustika. L-istudju ta’ tħejjija identifika wkoll it-tnixxija possibbli ta’ sustanzi refriġeranti bħala aspett ambjentali sinfikattiv fil-forma ta’ emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra, li jgħoddu bħala medja għal 10-20 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti flimkien ta’ gassijiet serra. |
(5) |
Kif muri fl-istudju ta’ tħejjija u kkonfermat waqt il-valutazzjoni tal-impatt, hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-fannijiet għall-użu personali. Madankollu, sabiex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu pprovduti b’informazzjoni importanti u sabiex ikun hemm monitoraġġ effiċjenti tas-suq għall-għanijiet tal-iffissar ta’ rekwiżiti minimi tal-użu effiċjenti tal-enerġija għall-ġejjieni, ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-prodotti għall-fannijiet għall-użu personali se jiżguraw li l-effiċjenza tal-apparat u l-metodu tal-kejl użati jkunu viżibbli sew fuq il-prodott. Barra minn hekk, jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-modalititajiet mitfija u standby għall-fannijiet għall-użu personali. |
(6) |
Il-konsum annwali tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-regolament ġie stmat li kien 30 TWh fl-UE fl-2005. Jekk ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-elettriku mistenni li sal-2020 jiżdied għal 74 TWh. L-istudju ta’ tħejjija juri li l-konsum tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti. |
(7) |
Skont l-istudju ta’ tħejjija, ir-rekwiżiti għal parametri oħrajn tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I għad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex meħtieġa, peress li l-konsum tal-elettriku u l-livell tal-qawwa akustika tal-kundizzjonaturi tal-arja fil-fażi tal-użu huma l-aktar aspetti ambjentali sinfikanti. |
(8) |
Billi r-refriġeranti huma indirizzati mir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (2), m’hemm l-ebda rekwiżit speċifiku dwar ir-refriġeranti f’dan ir-Regolament. Madankollu, qed jiġi propost bonus skont ir-rekwiżiti tal-ekodisinn sabiex is-suq jitmexxa lejn l-użu ta’ refriġeranti b’impatt ta’ ħsara mnaqqas fuq l-ambjent. Dan il-bonus se jwassal għal rekwiżiti minimi ta’ effiċjenza enerġetika aktar baxxi għall-apparat li juża refriġeranti b’potenzjal baxx ta’ tisħin globali (GWP). |
(9) |
Il-kundizzjonaturi tal-arja jistgħu jkunu parti minn sistemi installati f’bini. Leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun ibbażata fuq, inter alia, id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (3), tista’ tistabbilixxi rekwiżiti ġodda aktar stretti għal dawk is-sistemi ta’ kundizzjonar tal-arja, billi, fir-rigward tal-effiċjenza tal-kundizzjonatur tal-arja jintużaw il-metodi ta’ kalkolu u kejl definiti f’dan ir-regolament. |
(10) |
Il-modalitajiet standby u mitfija jistgħu jkunu responsabbli għal parti importanti mill-konsum tal-elettriku totali ta’ dan l-apparat. Għall-kundizzjonaturi tal-arja, ħlief għal kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu, il-konsum tal-elettriku ta’ dawn il-modalitajiet huwa parti mir-rekwiżiti minimi tal-prestazzjoni enerġetika u tal-metodu tal-kejl tal-effiċjenza staġonali. Ir-rekwiżiti għall-modalitajiet stand-by u mitfija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu huma stipulati fir-rekwiżti dwar l-Ekodisinn tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 (4). |
(11) |
L-effett kumplessiv tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati f’dan ir-Regolament u fir-Regolament delagat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2010 tal-4 ta' Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (5) mistenni jissarraf fi ffrankar annwali tal-elettriku ta’ 11 TWh sal-2020, meta mqabbel mas-sitwazzjoni jekk ma tittieħed l-ebda miżura. |
(12) |
Il-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom isiru aktar effiċjenti billi jiġu applikati teknoloġiji eżistenti mhux brevettatti u li huma effikaċi f’termini ta’ nfiq, li jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż magħquda għax-xiri u għat-tħaddim ta’ dawn il-prodotti. |
(13) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent aħħari u ma għandhomx jaffettwaw is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent b’mod negattiv. B’mod partikolari, il-benefiċċji tat-tnaqqis tal-konsum tal-elettriku fil-fażi tal-użu għandhom ipattu sew għal kwalunkwe impatt ambjentali addizzjonali waqt il-fażi tal-produzzjoni. |
(14) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex il-manifatturi jingħataw żmien biżżejjed biex jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti li huma soġġetti għal dan ir-Regolament. Iż-żmien għal din l-introduzzjoni għandu jkun wieħed fejn jiġu evitati l-impatti negattivi fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir li diġà qiegħed fis-suq, u fejn jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż għall-utenti aħħarin u għall-manifatturi, b’mod partikolari l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat l-ilħiq f’waqtu tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(15) |
Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodott għandu jsir permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-iktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn huma disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998 li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fit-taqsima tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (6). |
(16) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
(17) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE sakemm din l-informazzjoni tkun relatata mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. |
(18) |
Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati punti ta’ riferiment indikattivi għall-aħjar teknoloġiji disponibbli biex jiżguraw id-disponibbilità u l-aċċessibbiltà faċli għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament. |
(19) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisnin għat-tqegħid fis-suq ta’ kundizzjonaturi tal-arja operati mill-provvista elettrika (il-mejn) b’kapaċità nominali ta’ ≤ 12kW għat-tkessiħ, jew tisħin jekk il-prodott ma jkollux funzjoni ta’ tkessiħ, u fannijiet għall-użu personali b’ qawwa elettrika introdotta ta’ ≤ 125W.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
(a) |
apparat li juża sorsi tal-enerġija li mhumiex elettriċi, |
(b) |
kundizzjonaturi tal-arja li l-kondensur jew l-evaporatur tagħhom, jew it-tnejn, ma jużawx l-arja bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finjiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Barra minn hekk, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:
1. |
“kundizzjonatur tal-arja” tfisser mezz li kapaċi jkessaħ jew isaħħan, jew it-tnejn, l-arja ta’ ġewwa, billi juża ċiklu ta’ kompressjoni tal-fwar imħaddem minn kompressur elettriku, inkluż kundizzjonaturi tal-arja li jipprovdu funzjonalitajiet addizzjonali bħad-deumidifikazzjoni, il-purifikazzjoni tal-arja, il-ventilazzjoni jew it-tisħin supplimentari tal-arja permezz ta’ tisħin bir-reżistenza elettrika, kif ukoll apparat li jista’ juża l-ilma (jew ilma kkondensat li jiġi ffurmat fuq in-naħa tal-evaporatur jew ilma miżjud esternament) għall-evaporazzjoni fuq il-kondensur, dejjem sakemm il-mezz jista’ wkoll jaħdem mingħajr l-użu ta’ ilma addizzjonali, billi juża biss l-arja; |
2. |
“kundizzjonatur tal-arja b’kanal doppju” tfisser kundizzjonatur tal-arja li fih, waqt it-tkessiħ jew it-tisħin, il-kondensur (jew l-evaporatur) tal-unità tiddaħħallu l-arja mill-ambjent ta’ barra l-unità minn kanal u tintrema lejn l-ambjent ta’ barra minn kanal ieħor, u li jitqiegħed għal kollox fl-ispazju li jrid jiġi kkundizzjonat, qrib ta’ ħajt; |
3. |
“kundizzjonatur tal-arja b’kanal singolu” tfisser kundizzjonatur tal-arja li fih, waqt it-tkessiħ jew it-tisħin, il-kondensur (jew l-evaporatur) tiddaħħallu l-arja mill-ispazju li għandu l-unità fih u tintrema ‘l barra minn dan l-istess spazju; |
4. |
“kapaċità nominali” (Prated) tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ, jew tat-tisħin, taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar tal-unità b’kundizzjonijiet nominali standard; |
5. |
“fann għall-użu personali” tfisser apparat iddisinjat primarjament għaċ-ċaqliq tal-arja madwar jew fuq parti tal-ġisem tal-bniedem għat-tkessiħ personali għall-kumdità, inklużi fannijiet għall-użu personali li jistgħu jwettqu funzjonijiet addizzjonali bħat-tidwil; |
6. |
“qawwa elettrika introdotta tal-fann” (PF) tfisser il-qawwa elettrika introdotta f’fann għall-użu personali f’Watt li jopera bir-rata ddikjarata tal-fluss massimu tal-fann, imkejla bil-mekkaniżmu oxxillanti attiv (jekk/fejn applikabbli). |
Għall-finijiet tal-Annessi, defnizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodiżinn u skeda ta’ żmien
1. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali huma stipulati fl-Anness I.
2. Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu japplika skont din l-iskeda ta’ żmien:
|
Mill-1 ta’ Jannar 2013: kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikat fl-Anness I, Punt 2a. |
|
Mill-1 ta’ Jannar 2013:
|
|
Mill-1 ta’Jannar 2014:
|
3. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkulata skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness II.
Artikolu 4
Evalwazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stabbilita fl-Anness V għal dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jinkludi r-riżultati tal-kalkolu stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
Meta jwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għall-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness III għal dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Punti ta’ riferiment
Il-punti ta’ riferiment indikattivi għall-kundizzjonaturi tal-arja bl-aħjar prestazzjoni disponibbli fis-suq meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ huma stipulati fl-Anness IV.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultat ta’ din ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn mhux iktar tard minn ħames snin wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. Din ir-reviżjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari r-rekwiżiti tal-effiċjenza u l-livell tal-qawwa akustika, il-metodu għall-promozzjoni tal-użu ta’ refriġeranti b’potenzjal baxx ta’ tisħin globali (GWP) u l-ambitu tar-regolament għall-kundizzjonaturi tal-arja u bidliet possibbli fis-sehem mis-suq ta’ tipi ta’ apparat, inkluż il-kundizzjonaturi tal-arja b’qawwa nominali maħruġa ta’ ‘l fuq minn 12kW. Ir-reviżjoni għandha wkoll tivvaluta kemm ikunu xierqa r-rekwiżiti għall-modalititajiet mitfija u standby, il-metodu tal-kalkolu u l-kejl staġonali, inkluż kunsiderazzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-possibbiltà ta’ metodu ta’ kalkolu u kejl staġonali għall-kundizzjonaturi tal-arja kollha koperti mill-ambitu tar-regolament għall-istaġuni tat-tkessiħ u tat-tisħin.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.
(3) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.
(4) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.
(6) ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.
ANNESS I
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1 DEFINIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-FINIJIET TAL-ANNESSI
(1) |
‘Kundizzjonatur tal-arja riversibbli’ tfisser kundizzjonatur tal-arja li kapaċi sew ikessaħ sew isaħħan. |
(2) |
‘Kundizzjonijiet nominali standard’ tfisser il-kumbinazzjoni tat-temperaturi ta’ ġewwa (Tin) u ta’ barra (Tj) li jiddeskrivu l-kundizzjonijiet tat-tħaddim meta jiġu stabbiliti l-livell tal-qawwa akustika, il-kapaċità nominali, ir-rata nominali tal-fluss tal-arja, il-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika (EERrated), u/jew il-koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPrated), kif stipulat fl-Anness II, tabella 2; |
(3) |
‘Temperatura ta’ ġewwa’ (Tin) tfisser it-temperatura tal-arja ta’ ġewwa b’termometru niexef [°C] (bl-umdità relattiva indikata mit-temperatura korrispondenti b’termometru umdu); |
(4) |
‘Temperatura ta’ barra’ (Tj) tfisser it-temperatura tal-arja ta’ barra b’termometru niexef [°C] (bl-umdità relattiva tagħha indikata mit-temperatura korrispondenti b’termometru umdu); |
(5) |
‘Proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika’ (EERrated) tfisser il-kapaċità ddikjarata għat-tkessiħ diviża bil-qawwa nominali introdotta għat-tkessiħ [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tkessiħ f’kundizzjonijiet nominali standard; |
(6) |
‘Koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni’ (COPrated) tfisser il-kapaċità ddikjarata għat-tisħin [kW] diviża bil-qawwa nominali introdotta għat-tisħin [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tisħin f’kundizzjonijiet nominali standard; |
(7) |
‘Potenzjal għat-tisħin globali’ (GWP) tfisser il-kejl ta’ kemm 1 kg tar-refriġerant użat fiċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar huwa stmat li jikkontribwixxi għat-tisħin globali, espress f’ ekwivalenti ta’ kg CO2 fuq medda ta’ żmien ta’ 100 sena; Il-valuri GWP kkunsidrati se jkunu dawk stipulati fl-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 842/2006; għar-refriġeranti flworinati, il-valuri GWP għandhom ikunu dawk ippubblikati fit-Tielet Rapport ta’ Valutazzjoni (Third Assessment Report - TAR), adottat mill-Bord Intergovernattiv għat-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change) (1) (valuri GWP 2001 tal-IPCC GWP għal perjodu ta’ 100 sena); għall-gassijiet mhux flworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fl-ewwel valutazzjoni tal-IPCC (2) fuq perjodu ta’ 100 sena; Il-valuri GWP għal taħlitiet ta’ refriġeranti għandhom ikunu bbażati fuq il-formula ddikjarata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 842/2006; għar-refriġeranti mhux inklużi fir-referenzi fuq, ir-rapport IPCC UNEP 2010 dwar ir-Refriġerazzjoni, l-Ikkundizzjonar tal-Arja u l-Pompi tas-Sħana (Refrigeration, Air Conditioning and Heat Pumps), ta’ Frar 2011, jew iġded, għandu jintuża bħala referenza; |
(8) |
‘Modalità mitfija’ tfisser kundizzjoni li fiha l-kundizzjonatur tal-arja jew il-fann għall-użu personali jkun imqabbad mal-mejn imma ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni; Huma wkoll meqjusa modalità mitfija kundizzjonijiet li jipprovdu biss indikazzjoni ta’ kundizzjoni ta’ modalità mitfija, kif ukoll kundizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw kompatibilità elettromanjetika skont id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3); |
(9) |
‘Modalità standby’ tfisser kundizzjoni li fih l-apparat (kundizzjonatur tal-arja jew fann għall-użu personali) jkun imqabbad mal-mejn, jiddependi fuq l-enerġija introdotta mill-mejn biex jaħdem kif suppost u jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit: funzjoni ta’ riattivazzjoni, inkella funzjoni ta’ riattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni reġgħet ġiet attivata, u/jew turija ta’ informazzjoni jew stat; |
(10) |
‘Funzjoni ta’ riattivazzjoni’ tfisser funzjoni li tiffaċilita l-attivazzjoni ta’ modalitajiet oħra, inkluża l-modalità attiva, permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, inklużi l-kontroll mill-bogħod, senser intern, tajmer, għal kundizzjoni li tipprovdi funzjonijiet addizzjonali, inkluża l-funzjoni ewlenija; |
(11) |
‘Turija ta’ informazzjoni jew qagħda’ tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni jew inkella li tindika l-qagħda tat-tagħmir fuq unità tal-wiri, inklużi arloġġi; |
(12) |
‘Livell tal-qawwa akustika’ tfisser il-livell tal-qawwa akustika ippeżat bil-valur A [dB(A)] ġewwa u/jew barra mkejjel f’kundizzjonijiet nominali standard għat-tkessiħ (jew għat-tisħin, jekk il-prodott m’għandux funzjoni ta’ tkessiħ); |
(13) |
‘Kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn’ tfisser il-kumbinazzjoni ta’ rekwiżiti għat-temperatura ta’ referenza tad-disinn, it-temperatura bivalenti massima u t-temperatura limitu massima tat-tħaddim, kif stipulat fl-Anness II, Tabella 3 |
(14) |
‘Temperatura nominali tad-disinn’ tfisser it-temperatura ta’ barra [°C] jew għat-tkessiħ (Tdesignc) jew għat-tisħin (Tdesignh) kif deskritt fl-Anness II, Tabella 3, li fiha l-proporzjon tat-tagħbija parzjali jkun 1, u li tvarja skont l-istaġun deżinjat tat-tkessiħ jew tat-tisħin; |
(15) |
‘Proporzjon tat-tagħbija parzjali’ (pl(Tj)) tfisser it-temperatura ta’ barra nieqes 16 °C, diviża bit-temperatura ta’ referenza tad-disinn nieqes 16 °C, għat-tkessiħ jew għat-tisħin; |
(16) |
‘Staġun’ tfisser wieħed mill-erba’ settijiet ta’ kundizzjonijiet tat-tħaddim (disponibbli għal erba’ staġuni: staġun wieħed tat-tkessiħ, tliet staġuni tat-tisħin: medju / ikseħ / isħan) li jiddeskrivu għal kull medda ta’ temperatura l-kumbinazzjoni ta’ temperaturi ta’ barra u l-għadd ta’ sigħat li fihom jokkorru dawn it-temperaturi kull staġun u li għalih l-unità titqies adattata; |
(17) |
‘Medda ta’ temperatura’ (b’indiċi j) tfisser kumbinazzjoni ta’ temperatura ta’ barra (Tj) u sigħat tal-medda ta’ temperatura (hj), kif stipulat fl-Anness II, tabella 1; |
(18) |
‘Sigħat tal-medda ta’ temperatura’ tfisser is-sigħat kull staġun (hj) li fiha tokkorri t-temperatura ta’ barra għal kull medda ta’ temperatura, kif stipulat fl-Anness II, tabella 1; |
(19) |
‘Proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika’ (SEER) huwa l-proporzjon kumplessiv tal-effiċjenza enerġetika tal-unità, rappreżentattiv tal-istaġun sħiħ tat-tkessiħ, ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ diviża bil-konsum tal-elettriku annwali għat-tkessiħ; |
(20) |
‘Domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ’ (QC ) tfisser id-domanda ta’ referenza tat-tkessiħ [kWh/a] li għandha tintuża bħala bażi għall-kalkolu tas-SEER u kkalkulata bħala l-prodott tat-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesignc) u s-sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tkessiħ (HCE ); |
(21) |
‘Sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tkessiħ’ (HCE ) tfisser l-għadd annwali assunt ta’ sigħat [h/a] li l-unità trid tipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ (Pdesignc) sabiex tissodisfa d-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ, kif stipulat fl-Anness II, tabella 4; |
(22) |
‘Konsum annwali tal-elettriku għat-tkessiħ’ (QCE ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kWh/a] meħtieġ biex tintlaħaq id-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ u li tiġi kkalkulata bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tkessiħ diviża bil-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità attiva (SEERon), u l-konsum tal-elettriku tal-unità għall-modalitajiet termostat mitfi, standby, mitfi u ħiter tal-kisi tal-krank waqt l-istaġun tat-tkessiħ; |
(23) |
‘Proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika fil-modalità attiva’(SEERon) tfisser il-proporzjon medju tal-effiċjenza enerġetika tal-unità f’modalità attiva għall-funzjoni tat-tkessiħ, magħmula mit-tagħbija parzjali u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika għall-medda ta’ temperatura (EERbin(Tj)) u ppeżat bis-sigħat tal-medda li sseħħ tulhom il-kundizzjoni ta’ din il-medda; |
(24) |
‘Tagħbija parzjali’ tfisser it-tagħbija tat-tkessiħ (Pc(Tj)) jew it-tagħbija tat-tisħin (Ph(Tj)) [kW] f’temperatura ta’ barra speċifika Tj, ikkalkulata bħala t-tagħbija tad-disinn mmultiplikata mal-proporzjon tat-tagħbija parzjali; |
(25) |
‘Proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għall-medda ta’ temperatura’ (EERbin(Tj)) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għal kull medda ta’ temperatura j b’temperatura ta’ barra Tj fi staġun, derivat mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità ddikjarata u l-proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika (EERd(Tj)) għal meded ta’ temperatura (j) speċifikati u kkalkulat għal meded ta’ temperatura oħra permazz ta’ inter/estrapolazzjoni, fejn meħtieġ ikkoreġġut mill-koeffiċjent tad-degradazzjoni; |
(26) |
‘Koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni’ (SCOP) huwa l-koeffiċjent kumplessiv tal-prestazzjoni tal-unità, rappreżentattiv għall-istaġun sħiħ deżinjat tat-tisħin (il-valur ta’ SCOP jappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat), ikkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin diviża bil-konsum tal-elettriku annwali għat-tisħin; |
(27) |
‘Domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin’ (QH ) tfisser id-domanda ta’ referenza tat-tisħin [kWh/a], li tappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat, li għandha tintuża bħala bażi għall-kalkolu tas-SCOP u kkalkulata bħala l-prodott tat-tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesignh) u s-sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tisħin (HHE ); |
(28) |
‘Sigħat ekwivalenti f’modalità attiva għat-tisħin’ (HHE ) tfisser l-għadd annwali assunt ta’ sigħat [h/a] li l-unità trid tipprovdi lit-tagħbija tad-disinn għat-tisħin (Pdesignh) sabiex tissodisfa d-domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin, kif stipulat fl-Anness II, tabella 4; |
(29) |
‘Konsum annwali tal-elettriku għat-tisħin’ (QHE ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kWh/a] meħtieġ biex jilħaq id-domanda ta’ referenza annwali tat-tisħin indikata u li jappartjeni għal staġun tat-tisħin deżinjat; u jiġi kkalkulat bħala d-domanda annwali ta’ referenza tat-tisħin diviża bil-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni fil-modalità attiva (SCOPon), u l-konsum tal-elettriku tal-unità għall-modalitajiet termostat mitfi, standby, mitfi u ħiter tal-kisi tal-krank waqt l-istaġun tat-tisħin; |
(30) |
‘Koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni fil-modalità attiva’ (SCOPon) tfisser il-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni tal-unità f’modalità attiva għall-istaġun tat-tisħin, magħmul mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità tat-tisħin elettriku ta’ emerġenza (fejn meħtieġ), u koeffiċjenti tal-prestazzjoni speċifiċi għall-medda ta’ temperatura (COPbin(Tj) u ppeżat bis-sigħat tal-medda li sseħħ tulhom il-kundizzjoni definita mill-medda; |
(31) |
‘Kapaċità tat-tisħin elettriku ta’ emerġenza’ (elbu(Tj)) hija l-kapaċità tat-tisħin [kW] ta’ ħiter elettriku ta’ emerġenza reali jew assunt b’COP ta’ 1 li jissupplimenta l-kapaċità ddikjarata għat-tisħin (Pdh(Tj)) sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin (Ph(Tj)) fil-każ ta’ Pdh(Tj) li huwa inqas minn Ph(Tj), għat-temperatura ta’ barra (Tj); |
(32) |
‘Proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifiku għall-medda ta’ temperatura’ (COPbin(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għal kull medda ta’ temperatura j b’temperatura ta’ barra Tj fi staġun, derivat mit-tagħbija parzjali, il-kapaċità ddikjarata u l-proporzjon iddikjarat tal-prestazzjoni (COPd(Tj)) għal meded (j) speċifiċi u kkalkulat għal meded oħra permezz ta’ inter/estrapolazzjoni, fejn meħtieġ ikkoreġġut mill-koeffiċjent tad-degradazzjoni; |
(33) |
‘Kapaċità ddikjarata’ [kW] tfisser il-kapaċità taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar tal-unità għat-tkessiħ (Pdc(Tj)) jew għat-tisħin (Pdh(Tj)), li tappartjeni għal temperatura ta’ barra Tj u temperatura ta’ ġewwa (Tin), kif iddikjarat mill-manifattur; |
(34) |
‘Valur ta’ servizz’ (SV) [(m3/min)/W] tfisser, għall-fannijiet għall-użu personali, il-proporzjon tar-rata tal-fluss massimu tal-fann [m3/min] u l-qawwa introdotta tal-fann [W]; |
(35) |
‘Kontroll tal-kapaċità’ tfisser l-abilità tal-unità li tibdel il-kapaċità tagħha billi tbiddel ir-rata tal-fluss volumetriku. L-unitajiet għandhom jiġu indikati bħala ‘fissi’ jekk l-unità ma tistax tibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tagħha, ‘fi stadji’ jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f’sensiela ta’ mhux aktar minn żewġ stadji, jew ‘varjabbli’ jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f’sensiela ta’ tliet stadji jew aktar; |
(36) |
‘Funzjoni’ tfisser l-indikazzjoni ta’ jekk unità hiex kapaċi għat-tkessiħ tal-arja ta’ ġewwa, it-tisħin tal-arja ta’ ġewwa jew it-tnejn; |
(37) |
‘Tagħbija tad-disinn’ tfisser it-tagħbija tat-tkessiħ (Pdesignc) iddikjarata u/jew it-tagħbija tat-tisħin iddikjarata (Pdesignh) [kW] fit-temperatura ta’ referenza tad-disinn, fejn għall-modalità tat-tkessiħ, Pdesignc hija ugwali għall-kapaċità ddikjarata għat-tkessiħ f’ Tj ugwali għal Tdesignc; għall-modalità tat-tisħin, Pdesignh hija ugwali għat-tagħbija parzjali f’ Tj ugwali għal Tdesignh; |
(38) |
‘Proporzjon iddikjarat tal-effiċjenza enerġetika’ (EERd(Tj)) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika f’għadd limitat ta’ meded ta’ temperatura (j) speċifikati b’temperatura ta’ barra (Tj), kif iddikjarat mill-manifattur; |
(39) |
‘Koeffiċjent iddikjarat tal-prestazzjoni’ (COPd(Tj)) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni f’għadd limitat ta’ meded ta’ temperatura (j) speċifikati b’temperatura ta’ barra (Tj), kif iddikjarat mill-manifattur; |
(40) |
‘Temperatura bivalenti’ (Tbiv) tfisser it-temperatura ta’ barra (Tj) [°C] iddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, li fiha, il-kapaċità ddikjarata hija ugwali għat-tagħbija parzjali u li taħtha l-kapaċità ddikjarata trid tkun supplimentata minn kapaċità ta’ ħiter elettriku ta’ emerġenza sabiex tintlaħaq it-tagħbija parzjali għat-tisħin; |
(41) |
‘Temperatura limitu tat-tħaddim’ (Tol) tfisser it-temperatura ta’ barra [°C] ddikjarata mill-manifattur għat-tisħin, li taħtha l-kundizzjonatur tal-arja ma jkun jista’ jwassal ebda kapaċità tat-tisħin; taħt din it-temperatura, il-kapaċità ddikjarata hija ugwali għal żero; |
(42) |
‘Kapaċità tal-intervall ċikliku’ [kW] hija l-medja (ppeżata bil-ħin) tal-kapaċità ddikjarata tul l-intervall tat-test ċikliku għat-tkessiħ (Pcycc) jew għat-tisħin (Pcych); |
(43) |
‘Effiċjenza tal-intervall ċikliku għat-tkessiħ’ (EERcyc) huwa l-proporzjon medju tal-effiċjenza enerġetika tul l-intervall tat-test ċikliku (il-kompressur jinxtgħel u jintefa), ikkalkulat bħala l-kapaċità integrata tat-tkessiħ fuq l-intervall [kWh] diviż bil-qawwa elettrika integrata introdotta fuq dak l-istess intervall [kWh]; |
(44) |
‘Effiċjenza tal-intervall ċikliku għat-tisħin’ (COPcyc) hija l-koeffiċjent medju tal-prestazzjoni fuq l-intervall tat-test ċikliku (il-kompressur jinxtgħel u jintefa), ikkalkulat bħala l-kapaċità integrata tat-tisħin fuq l-intervall [kWh] diviż bil-qawwa elettrika integrata introdotta fuq dak l-istess intervall [kWh]; |
(45) |
‘Koeffiċjent tad-degradazzjoni’ hija l-kejl tal-effiċjenza mitlufa miħabba ċ-ċikli (il-kompressur jinxtgħel/jintefa fil-modalità attiva) stabbilita għat-tkessiħ (Cdc), it-tisħin (Cdh) jew magħżul bħala valur assenjat ta’ 0,25; |
(46) |
‘Modalità attiva’ tfisser il-modalità li tikkorispondi għas-sigħat b’tagħbija ta’ tkessiħ jew tisħin tal-bini u li biha tiġi attivata l-funzjoni tat-tkessiħ u t-tisħin tal-unità. Il-kundizzjoni tista’ tinvolvi ċikli mixgħula/mitfija tal-unità sabiex tilħaq jew tmantni temperatura meħtieġa tal-arja ta’ ġewwa; |
(47) |
‘Modalità termostat mitfi’ tfisser modalità li tikkorrispondi għas-sigħat mingħajr tkessiħ jew tisħin fejn il-funzjoni tat-tkessiħ jew tat-tisħin tal-unità tkun mixgħula imma l-unità ma tkunx operattiva billi m’hemmx tagħbija tat-tkessiħ jew tat-tisħin. Din il-kundizzjoni hija għalhekk relatata mat-temperaturi ta’ barra u mhux mat-tagħbijiet ta’ ġewwa; Iċ-ċikli mixgħul / mitfi fil-modalità attiva mhumiex meqjusa termostat mitfi; |
(48) |
‘Modalità operazzjoni tal-ħiter tal-kisi tal-krank’ tfisser kundizzjoni fejn l-unità tkun attivat apparat tat-tisħin sabiex jiġi evitat li r-refriġerant jgħaddi għal ġol-kompressur sabiex tiġi limitata l-konċentrazzjoni tar-refriġerant fiż-żejt malli jiġi sstartjat il-kompressur; |
(49) |
‘Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalità termostat mitfi’ (PTO ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità termostat mitfi; |
(50) |
‘Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalità standby’ (PSB ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità standby; |
(51) |
‘Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalità mitfija’ (POFF ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità mitfija; |
(52) |
‘Konsum tal-qawwa elettrika bil-modalita ħiter tal-kisi tal-krank attivat’ (PCK ) tfisser il-konsum tal-elettriku [kW] ta’ unità waqt il-modalità ħiter tal-kisi tal-krank attivat; |
(53) |
‘Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità termostat mitfi’ (HTO ) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità termostat mitfi, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati; |
(54) |
‘Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità termostat mitfi’ (HSB ) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità standby, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati; |
(55) |
‘Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità mitfija’ (HOFF ) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità mitfija, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati; |
(56) |
‘Sigħat ta’ tħaddim bil-modalità ħiter tal-kisi tal-krank’ (HCK ) tfisser l-għadd annwali ta’ sigħat [h/a] li l-unità titqies li qiegħda fil-modalità ħiter tal-kisi tal-krank attivat, li l-valur tagħha jiddependi mill-istaġun u l-funzjoni deżinjati; |
(57) |
‘Fluss nominali tal-arja’ tfisser ir-rata tal-fluss tal-arja [m3/h] imkejla mal-iżbokk tal-arja ta’ unitajiet ta’ barra u/jew ta’ ġewwa (jekk apllikabbli) ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kundizzjonijiet nominali standard għat-tkessiħ (jew għat-tisħin, jekk il-prodott ma jkollux funzjoni ta’ tkessiħ); |
(58) |
‘Qawwa introdotta nominali għat-tkessiħ’ (PEER ) tfisser il-qawwa elettrika introdotta [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tkessiħ f’kundizzjonijiet nominali standard; |
(59) |
‘Qawwa introdotta nominali għat-tisħin’ (PCOP ) tfisser il-qawwa elettrika introdotta [kW] ta’ unità meta tkun qed tipprovdi t-tisħin f’kundizzjonijiet nominali standard; |
(60) |
‘Konsum tal-elettriku ta’ kanali singoli u doppji’ (QSD u QDD rispettivament) tfisser il-konsum tal-elettriku ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew doppju għall-modalità tat-tkessiħ u/jew tat-tisħin (liema minnhom tapplika) [kanal singolu f’kWh/h, kanal doppju f’kWh/a]; |
(61) |
‘Proporzjon tal-kapaċità’ tfisser il-proporzjon tal-kapaċità totali ddikjarata tat-tkessiħ jew tat-tisħin għall-unitajiet ta’ ġewwa operattivi kollha mal-kapaċità totali ddikjarata tat-tkessiħ jew tat-tisħin tal-unità ta’ barra bil-kundizzjonijiet nominali standard; |
(62) |
‘Rata massima tal-fluss tal-arja tal-fann’ (F) tfisser il-fluss tal-arja tal-fann għall-użu personali bis-setting massimu tiegħu [m3/min], imkejjel mal-iżbokk tal-fann bil-mekkaniżmu oxxillanti (jekk applikabbli) mitfi; |
(63) |
‘Mekkaniżmu oxxillanti’ tfisser il-kapaċità tal-fann għall-użu personali li jvarja awtomatikament id-direzzjoni tal-fluss tal-arja waqt li l-fann ikun qed jaħdem; |
(64) |
‘Livell tal-qawwa akustika tal-fann’ tfisser il-livell tal-qawwa akustika tal-fann għall-użu personali, ippeżat bil-fattur A, waqt li jkun qed jipprovdi r-rata tal-fluss massimu tal-fann, imkejjel min-naħa tal-iżbokk; |
(65) |
‘Sigħat f’modalità attiva tal-fann’ (HCE ) tfisser l-għadd ta’ sigħat [h/a] li fihom huwa assunt li l-fann għall-użu personali jipprovdi r-rata tal-fluss massimu tal-fann, kif deskritt fl-Anness II, Tabella 4. |
2. REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA MINIMA, KONSUM MASSIMU TAL-ELETTRIKU FIL-MODALITÀ MITFIJA U L-MODALITÀ STANDBY U GĦAL-LIVELL MASSIMU TA’ QAWWA AKUSTIKA
a. |
Mill-1 ta’ Jannar 2013, kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti fit-tabelli 1, 2 u 3 ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Il-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju u l-fannijiet għall-użu personali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-modalititajiet mitfija u standby kif indikati fit-Tabella 2 ta’ hawn taħt. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika minima u l-qawwa akustika massima għandhom jirrelataw mal-kundizzjonijiet nominali standard speċifikati fl-Anness II, Tabella 2. Tabella 1 Rekwiżiti għal effiċjenza enerġetika minima
Tabella 2 Rekwiżiti għall-konsum massimu tal-elettriku fil-modalità mitfija u l-modalità standby għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju u l-fannijiet għall-użu personali
Tabella 3 Rekwiżiti għall-livell massimu tal-qawwa akustika Livell tal-qawwa akustika ta’ ġewwa f ‘dB(A) 65 |
b. |
Mill-1 ta’ Jannar 2013, kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika minima u l-livell massimu ta’ qawwa akustika kif indikati fit-tabelli 4 u 5 ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika minima u l-qawwa akustika massima għandha tirrelata mal-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn speċifikati fl-Anness II, Tabella 3 bl-użu tal l-istaġun tat-tisħin “Medju” fejn applikabbli. Ir-rekwiżiti dwar il-qawwa akustika għandhom jirrelataw mal-kundizzjonijiet nominali standard speċifikati fl-Anness II, Tabella 2. Tabella 4 Rekwiżiti għal effiċjenza enerġetika minima
Tabella 5 Rekwiżiti għall-livell massimu tal-qawwa akustika
|
c. |
Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kundizzjonaturi tal-arja għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti kif indikati fit-tabella ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika għall-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi b’kanal singolu u doppju, għandhom jirrelataw għall-kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn speċifikati fl-Anness II, Tabella 3 bl-użu tal-istaġun tat-tisħin “Medju” fejn applikabbli. Ir-rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju għandhom jirrelataw mal-kundizzjonijiet nominali standard speċifikati fl-Anness II, Tabella 2. Tabella 6 Rekwiżiti għal effiċjenza enerġetika minima
|
d. |
Mill-1 ta’ Jannar 2014, il-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu jew kanal doppju u l-fannijiet għall-użu personali għandhom jikkorrispondu għar-rekwiżiti fit-tabella 7 ta’ hawn taħt, ikkalkulati skont l-Anness II. Tabella 7 Rekwiżiti għall-konsum massimu tal-elettriku fil-modalità mitfija u l-modalità standby
|
3. REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT
(a) |
Mill-1 ta’ Jannar 2013, fir-rigward tal-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali, l-informazzjoni stipulata fil-punti taħt u kkalkulata skont l-Anness II għandha tkun ipprovduta fuq:
|
(b) |
Il-manifattur tal-kundizzjonaturi tal-arja u tal-fannijiet għall-użu personali għandu jipprovdi lil-laboratorji li jwettqu verifiki ta’ sorveljanza tas-suq, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa dwar it-twaqqif tal-unità kif applikat għall-istabbiliment ta’ kapaċitajiet iddikjarati, SEER/EER, valuri SCOP/COP u valuri ta’ servizz u jipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt għall-ksib ta’ din l-informazzjoni. |
(c) |
Rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu. Tabella 1 Rekwiżiti tal-informazzjoni (4) (l-għadd ta’ deċimali fil-kaxxa jindika l-preċiżjoni tar-rappurtar) Informazzjoni biex tidentifika l-mudell(i) li tirrelata magħhom l-informazzjoni:
Safejn hu rilevanti fid-dawl tal-funzjonalità, il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni kif mitluba fit-tabella 1 fuq fid-dokumentazzjoni teknika tal-prodott. Għall-unitajiet b’kontroll tal-kapaċità mmarkat bħala “staged” (fi stadji), żewġ valuri għall-ogħla u l-aktar baxx, imniżżla bħala ‘hi/lo’ mifruda minn slexx (‘/’) jiġu ddikjarati f’kull kaxxa fis-sezzjoni ‘Kapaċità ddikjarata’. |
(d) |
Rekwiżiti tal-informazzjoni għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u b’kanal doppju. Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal wieħed għandhom jissejħu ‘kundizzjonaturi tal-arja lokali’ fuq l-imballaġġ, id-dokumentazzjoni dwar il-prodott u fuq kwalunkwe materjal pubbliċitarju, ikunx elettroniku jew fuq il-karta. Il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni bħal din fit-tabella taħt. Tabella 2 Rekwiżiti ta’ informazzjoni
|
(e) |
Rekwiżiti tal-informazzjoni għall-fannijiet għall-użu personali Il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni bħal din fit-tabella taħt. Tabella 3 Rekwiżiti ta’ informazzjoni
|
(1) IPCC Third Assessment Climate Change 2001. A Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change: http://www.ipcc.ch/publications_and_data/publications_and_data_reports.shtml
(2) Climate Change, The IPCC Scientific Assessment, J.T Houghton, G.J.Jenkins, J.J. Ephraums (ed.) Cambridge University Press, Cambridge (UK) 1990.
(3) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24.
(4) Għal apparat multisplit, id-dejta tiġi pprovduta bi proporzjon tal-kapaċità ta’ 1.
(*) = Għal unitajiet b’kapaċità fi stadji, żewġ valuri mifruda minn slexx (‘/’) jiġu ddikjarati f’kull kaxxa fis-sezzjoni ‘Kapaċità ddikjarata tal-unità’ and " EER/COP iddikjarat" tal-unità.
(**) = Jekk il-valur assenjat Cd = 0,25 jintgħażel, mela (ir-riżultati minn) it-testijiet taċ-ċiklu mhumiex meħtieġa. Inkella jkun meħtieġ il-valur tat-test taċ-ċikli tat-tisħin jew tat-tkessiħ.
ANNESS II
Kejl u kalkoli
1. |
Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru permezz ta’ standards armonizzati li n-numru ta’ referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodu affidabbli, akkurat u riproduċibbli ieħor, li jqis il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti, u li rriżultati tagħhom jitqiesu bħala ta’ inċertezza baxxa. Huma għandhom jissodisfaw dawn il-parametri tekniċi: |
2. |
Id-determinazzjoni tal-konsum staġonali tal-enerġija u l-effiċjenza għall-proprzjoni staġonali tal-effiċjenza enerġetika (SEER) u l-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP) għandhom iqisu:
|
3. |
Meta l-informazzjoni dwar mudell speċifiku, li jkun kumbinazzjoni ta’ unità(jiet) ta’ ġewwa u ta’ barra, jinkiseb minn kalkolu fuq il-bażi tad-disinn, u/jew estrapolazzjoni minn kumbinazzjonijiet oħrajn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta’ dawn il-kalkoli u/jew l-estrapolazzjoniet, u ta’ testijiet magħmula sabiex jivverifikaw l-eżattezza tal-kalkoli maħduma (inklużi dettalji tal-mudell matematiku biex jikkalkula l-prestazzjoni ta’ dawn il-kumbinazzjonijiet, u ta’ kejl meħud sabiex jivverifikaw dan il-mudell). |
4. |
Il-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika għat-tkessiħ (EERrated) u, fejn applikabbli, il-koeffiċjent nomali tal-prestazzjoni(COPrated) għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju għandhom jiġu stabbiliti bil-kundizzjonijiet nominali standard kif definiti fit-Tabella 2 taħt. |
5. |
Il-kalkolu tal-konsum staġonali tal-elettriku għat-tkessiħ (u/jew it-tisħin) għandu jqis il-konsum tal-enerġija elettrika tal-modalitajiet rilevanti kollha tat-tħaddimkif definit fit-tabella 3 taħt, bl-użu ta’ sigħat operattivi, kif definit fit-tabella 4 taħt. |
6. |
L-effiċjenza tal-fann għall-użu personali għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-fluss nominali tal-arja tal-unità diviża bil-qawwa elettrika nominali introdotta tal-unità. |
Tabella 1
Meded ta’ temperatura staġonali għat-tkessiħ u t-tisħin (j = indiċi tal-medda, Tj = temperatura ta’ barra, hj = sigħat fis-sena għal kull medda) fejn ‘db’ = tempertura b’termometru niexef.
STAĠUN TAT-TKESSIĦ |
||
j # |
Tj °C db |
hj h/annum |
1 |
17 |
205 |
2 |
18 |
227 |
3 |
19 |
225 |
4 |
20 |
225 |
5 |
21 |
216 |
6 |
22 |
215 |
7 |
23 |
218 |
8 |
24 |
197 |
9 |
25 |
178 |
10 |
26 |
158 |
11 |
27 |
137 |
12 |
28 |
109 |
13 |
29 |
88 |
14 |
30 |
63 |
15 |
31 |
39 |
16 |
32 |
31 |
17 |
33 |
24 |
18 |
34 |
17 |
19 |
35 |
13 |
20 |
36 |
9 |
21 |
37 |
4 |
22 |
38 |
3 |
23 |
39 |
1 |
24 |
40 |
0 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Totali h. |
2 602 |
STAĠUN TAT-TISĦIN |
||||
j # |
Tj °C db |
hj h/annum |
||
Medja |
Isħan |
Ikseħ |
||
1 sa 8 |
– 30 sa – 23 |
0 |
0 |
0 |
9 |
–22 |
0 |
0 |
1 |
10 |
–21 |
0 |
0 |
6 |
11 |
–20 |
0 |
0 |
13 |
12 |
–19 |
0 |
0 |
17 |
13 |
–18 |
0 |
0 |
19 |
14 |
–17 |
0 |
0 |
26 |
15 |
–16 |
0 |
0 |
39 |
16 |
–15 |
0 |
0 |
41 |
17 |
–14 |
0 |
0 |
35 |
18 |
–13 |
0 |
0 |
52 |
19 |
–12 |
0 |
0 |
37 |
20 |
–11 |
0 |
0 |
41 |
21 |
–10 |
1 |
0 |
43 |
22 |
–9 |
25 |
0 |
54 |
23 |
–8 |
23 |
0 |
90 |
24 |
–7 |
24 |
0 |
125 |
25 |
–6 |
27 |
0 |
169 |
26 |
–5 |
68 |
0 |
195 |
27 |
–4 |
91 |
0 |
278 |
28 |
–3 |
89 |
0 |
306 |
29 |
–2 |
165 |
0 |
454 |
30 |
–1 |
173 |
0 |
385 |
31 |
0 |
240 |
0 |
490 |
32 |
1 |
280 |
0 |
533 |
33 |
2 |
320 |
3 |
380 |
34 |
3 |
357 |
22 |
228 |
35 |
4 |
356 |
63 |
261 |
36 |
5 |
303 |
63 |
279 |
37 |
6 |
330 |
175 |
229 |
38 |
7 |
326 |
162 |
269 |
39 |
8 |
348 |
259 |
233 |
40 |
9 |
335 |
360 |
230 |
41 |
10 |
315 |
428 |
243 |
42 |
11 |
215 |
430 |
191 |
43 |
12 |
169 |
503 |
146 |
44 |
13 |
151 |
444 |
150 |
45 |
14 |
105 |
384 |
97 |
46 |
15 |
74 |
294 |
61 |
Totali h. |
4 910 |
3 590 |
6 446 |
Tabella 2
Kundizzjonijiet nominali standard, temperaturi f’temperaturi tal-arja b’ ‘termometru niexef’
(b’ ‘termometru umdu’ indikati fil-parenteżi)
Apparat |
Funzjoni |
Temperatura tal-arja ta’ ġewwa (°C) |
Temperatura tal-arja ta’ barra (°C) |
Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu |
tkessiħ |
27 (19) |
35 (24) |
tisħin |
20 (mass. 15) |
7(6) |
|
kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu |
tkessiħ |
35 (24) |
35 (24) (*) |
tisħin |
20 (12) |
20 (12) (*) |
Tabella 3
Kundizzjonijiet ta’ referenza tad-disinn, temperaturi f’temperaturi tal-arji b’ ‘termometru niexef’
(b’ ‘termometru umdu’ indikati fil-parenteżi)
Funzjoni/staġun |
Temperatura tal-arja ta’ ġewwa (°C) |
Temperatura tal-arja ta’ barra (°C) |
Temperatura bivalenti (°C) |
Temperatura limitu operattiva (°C) |
|
Tin |
Tdesignc/Tdesignh |
Tbiv |
Tol |
tkessiħ |
27 (19) |
Tdesignc = 35 (24) |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
tisħin / Medju |
20 (15) |
Tdesignh = – 10 (– 11) |
mass. 2 |
mass. – 7 |
tisħin / Isħan |
Tdesignh = 2 (1) |
mass. 7 |
mass. 2 |
|
tisħin / Ikseħ |
Tdesignh = – 22 (– 23) |
mass. – 7 |
mass. – 15 |
Tabella 4
Sigħat operattivi skont it-tip ta’ apparat skont il-modalità funzjonali li għandha tintuża għall-kalkolu tal-konsum tal-elettriku
Tip ta’ apparat / funzjonalità (jekk applikabbli) |
Unità |
Staġun tat-tisħin |
Modalità mixgħula |
Modalità termostat mitfi |
Modalità standby |
Modalità mitfija |
Modalità tal-ħiter tal-kisi tal-krank |
|
|
|
|
tkessiħ: HCE tisħin: HHE |
HTO |
HSB |
HOFF |
HCK |
|
Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u b’kanal doppju |
||||||||
Modalità tat-tkessiħ, jekk l-apparat joffri tkessiħ biss |
h/annum |
|
350 |
221 |
2 142 |
5 088 |
7 760 |
|
Modalitajiet tat-tkessiħ u tat-tisħin, jekk l-apparat joffri ż-żewġ modalitajiet |
Modalità tat-tkessiħ |
h/annum |
|
350 |
221 |
2 142 |
0 |
2 672 |
Modalità tat-tisħin |
h/annum |
Medja |
1 400 |
179 |
0 |
0 |
179 |
|
Isħan |
1 400 |
755 |
0 |
0 |
755 |
|||
Ikseħ |
2 100 |
131 |
0 |
0 |
131 |
|||
Modalità tat-tisħin, jekk l-apparat joffri tisħin biss |
h/annum |
Medja |
1 400 |
179 |
0 |
3 672 |
3 851 |
|
Isħan |
1 400 |
755 |
0 |
4 345 |
4 476 |
|||
Ikseħ |
2 100 |
131 |
0 |
2 189 |
2 944 |
|||
Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju |
||||||||
Modalità tat-tkessiħ, jekk l-apparat joffri tkessiħ biss |
h/60 min |
|
1 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
Modalitajiet tat-tkessiħ u tat-tisħin, jekk l-apparat joffri ż-żewġ modalitajiet |
Modalità tat-tkessiħ |
h/60 min |
|
1 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Modalità tat-tisħin |
h/60min |
|
1 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
Modalità tat-tisħin, jekk l-apparat joffri tisħin biss |
h/60min |
|
1 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu |
||||||||
Modalità tat-tkessiħ |
h/60 min |
|
1 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
|
Modalità tat-tisħin |
h/60 min |
|
1 |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
(*) Fil-każ ta’ kundizzjonaturi tal-arja b’kanal wieħed, il-kondensur (evaporatur) waqt it-tkessiħ (tisħin) mhuwiex mogħti arja ta’ barra, iżda arja ta’ ġewwa.
ANNESS III
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.
1. |
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità waħda biss. |
2. |
Il-mudell tal-kundizzjonatur tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju, għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament, jekk il-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika tiegħu (SEER), jew il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP), jekk applikabbli ma tkunx inqas mill-valur iddikjarat nieqes 8% bil-kapaċità ddikkjarata tal-unità. Il-valuri SEER u SCOP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II. Il-mudell ta’ kundizzjonatur tal-arja b’kanal singolu u doppju għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, għal dan ir-Regolament, jekk il-il-medja tar-riżultati għall-kundizzjonijiet modalità mitfija ma taqbiżx il-valuri limitu b’aktar minn 10 %, u jekk il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated), jew il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COPrated), jekk applikabbli,ma jkunux inqas mill-valur iddikjarat nieqes 10%. Il-valuri EER u COP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II. Il-mudell tal-kondizzjonatur tal-arja għandu jitqies li jikkonforma mar-rekiwżiti stipulati fir-Regolament, kif applikabbli, jekk il-livell massimu tal-qawwa akustika ma jaqbiżx aktar minn 2 dB(A) tal-valur iddikjarat. |
3. |
F’każ li ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2, l-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq għandha tittestja tliet unitajiet addizzjonali magħżula b’mod aleatorju. |
4. |
Il-mudell tal-kundizzjonatur tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu u doppju, għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament, jekk il-medja tat-tliet unitajiet għall-proporzjon staġonali tal-effiċjenza enerġetika (SEER), jew il-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP), jekk applikabbli, ma tkunx inqas mill-valur iddikjarat nieqes 8% bil-kapaċità ddikkjarata tal-unità. Il-valuri SEER u SCOP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II. Il-mudell ta’ kundizzjonatur tal-arja b’kanal singolu u doppju għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, kif applikabbli, għal dan ir-Regolament, jekk il-medja tar-riżultati tat-tliet unitajiet għall-kundizzjonijiet modalità mitfija u modilità standby ma taqbiżx il-valuri limitu b’aktar minn 10 %, u jekk il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERrated), jew il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COPrated), jekk applikabbli,ma jkunx inqas mill-valur iddikjarat nieqes 10 %. Il-valuri EER u COP għandhom jiġu stabbiliti skont l-Anness II. Il-mudell tal-kundizzjonatur tal-arja għandu jitqies konformi mar-rekiwżiti stipulati f’dan ir-Regolament, kif applikabbli, jekk il-medja tal-livell massimu tal-qawwa akustika ma jaqbiżx aktar minn 2 dB(A) tal-valur iddikjarat. |
5. |
Jekk ir-riżultati msemmija fil-punti 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jitqies bħala mhux konformi ma’ dan ir-Regolament. |
Għall-għanijiet tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri msemmija fl-Anness II u l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi ta’ kalkolu u ta’ kejl affidabbli, akkurat u riproduċibbli oħra, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti.
ANNESS IV
Punti ta’ riferiment
Fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-kundizzjonaturi tal-arja f’termini tal-prestazzjoni enerġetika tagħhom ġiet identifikata kif ġej:
Punti ta’ riferiment għall-kundizzjonaturi tal-arja
Kundizzjonaturi tal-arja, għajr kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju u singolu |
Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju |
Kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu |
|||
SEER |
SCOP |
EER |
COP |
EER |
COP |
8,50 |
5,10 |
3,00 (*) |
3,15 |
3,15 (*) |
2,60 |
Il-punt ta’ riferiment għal-livell ta’ GWP tar-refriġerant li jintuża fil-kundizzjonaturi tal-arja huwa GWP ≤ 20. |
(*) Ibbażat fuq l-effiċjenza tal-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu mkessaħ bl-evaporazzjoni