This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0732
2011/732/: Council Decision of 8 November 2011 on the conclusion of the Agreement between the European Union and the Republic of Cape Verde on certain aspects of air services
2011/732/: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Novembru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
2011/732/: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Novembru 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
ĠU L 294, 12.11.2011, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/732/oj
12.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Novembru 2011
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
(2011/732/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil- ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni. |
(2) |
F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru mar-Repubblika tal-Kap Verde (“il-Ftehim”) skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2003. |
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fit-23 ta’ Marzu 2011 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ’il quddiem, skont id-Deċiżjonital-Kunsill 2011/228/UE (1), |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni. (2)
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna bis-setgħa li tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(2) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 96, 9.4.2011, p. 2 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.