Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0270

    2008/270/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra

    ĠU L 86, 28.3.2008, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/270/oj

    28.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 86/25


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

    tal-25 ta’ Frar 2008

    dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra

    (2008/270/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 170 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunitajiet, Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra (il-Ftehim), li jipprovdi wkoll għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim.

    (2)

    Dan il-Ftehim kien iffirmat mir-rappreżentanti tal-Partijiet fil-25 ta' Ġunju 2007 fil-Lussemburgu, suġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar ’il quddiem.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jkun approvat,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika fuq naħa u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq l-oħra (2) huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea, u l-President tal-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, għandhom jagħmlu n-notifikazzjoni kif provdut fl-Artikolu 14 tal-Ftehim.

    Artikolu 3

    1.   Il-Ftehim huwa relatat mas-seba’ ftehim iffirmati ma’ l-Iżvizzera fil-21 ta’ Ġunju 1999 u konklużi bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, ta’ l-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (3).

    2.   Ma għandux ikun imġedded fil-każ li l-ftehim li ssir referenza għalihom f’paragrafu 1 ikunu ġew mitmuma.

    Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. VIZJAK

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  Opinjoni tat-23 ta' Ottubru 2007 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 26.

    (3)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.


    Top