This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0293
Council Regulation (EC) No 293/2005 of 17 February 2005 amending Regulation (EC) No 866/2004 on a regime under Article 2 of Protocol 10 to the Act of Accession as regards agriculture and facilities for persons crossing the line
Regolament tal-kunsill (KE) Nru. 293/2005 tas- 17 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 866/2004 dwar reġim taħt l-Artikolu 2 tal-Prokoll Nru 10 għall-Att ta’ l-Adeżjoni fir-rigward ta’ l-agrikoltura u l-faċilitajiet għal persuni li jkunu qed jaqsmu l-linja
Regolament tal-kunsill (KE) Nru. 293/2005 tas- 17 ta' Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 866/2004 dwar reġim taħt l-Artikolu 2 tal-Prokoll Nru 10 għall-Att ta’ l-Adeżjoni fir-rigward ta’ l-agrikoltura u l-faċilitajiet għal persuni li jkunu qed jaqsmu l-linja
ĠU L 50, 23.2.2005, p. 1–2
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 149–150
(MT)
In force
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
149 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru. 293/2005
tas-17 ta' Frar 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 866/2004 dwar reġim taħt l-Artikolu 2 tal-Prokoll Nru 10 għall-Att ta’ l-Adeżjoni fir-rigward ta’ l-agrikoltura u l-faċilitajiet għal persuni li jkunu qed jaqsmu l-linja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 10 dwar Ċipru għall-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 3 dwar iż-Żoni ta’ Bażi Sovranà tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ġewwa Ċipru (2) ta’ l-imsemmi Att ta’ Adeżjoni, u b’ mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2004 (3) jistabbilixxi regoli speċjali dwar merkanzija, servizzi u persuni li jaqsmu l-linja bejn iż-żoni li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv u dawk iż-żoni li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru jeżerċita kontroll effettiv. |
(2) |
Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba minn meta dak ir-Regolament daħal fis-seħħ, numru ta’ faċilitajiet għal persuni li jkunu qed jaqsmu l-linja għandhom ikunu irrilassati u l-kummerċ f’ċerta merkanzija agrikola għandu jkun faċilitat. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 866/2004 għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 866/2004 hu emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4 għandu jkun emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 6 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 6 1. Id-Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE (**) m’għandhiex tapplika, imma merkanzija miżmuma fil-bagalji personali ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-linja għandhom ikunu eżentati mit-taxxa fuq it-turnover u mis-sisa sakemm m’għandhom l-ebda karattru kummerċjali u sakemm il-valur totali tagħhom ma jaqbiżx EUR 135 għal kull persuna. 2. Il-limiti kwantitattivi għall-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq it-turnover u s-sisa għandhom ikunu 40 sigarett u litru wieħed ta’ spirti għall-konsum personali. 3. Eżenzjonijiet għall-merkanzija msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhomx jingħataw lil persuni li jkunu qed jaqsmu l-linja li huma taħt is-17-il sena. 4. Fil-limiti kwantitattivi stabbiliti fil-paragarafu 2, il-valur tal-merkanzija elenkata fil-paragrafu 2 m’għandhiex tittieħed in kunsiderazzjoni fid-determinazzjoni ta’ l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1. 5. Sabiex jiġu indirizzati disturbi serji f’settur speċifiku ta’ l-ekonomija tagħha kkawżat mill-użu estensiv tal-faċilitajiet minn persuni li jkunu qed jaqsmu l-linja r-Repubblika ta’ Ċipru tista’, wara approvazzjoni mill-Kummissjoni, tidderoga mill-Artikolu 6(1) għal perijodu ta’ mhux iżjed minn tliet xhur. (**) ĠU L 133, 4.6.1969, p. 6. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/47/KE (ĠU L 193, 29.7.2000, p. 73).”" |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar is-17 ta' Frar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-C. JUNCKER
(1) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 955.
(2) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 940.
(3) ĠU L 161, 30.4.2004, p. 128.