This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0004
2004/4/EC: Commission Decision of 22 December 2003 authorising Member States temporarily to take emergency measures against the dissemination of Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith as regards Egypt (notified under document number C(2003) 4956)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza Stati Membri li temporanjament jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu (notifikata taħt dokument numru K(2003) 4956)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza Stati Membri li temporanjament jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu (notifikata taħt dokument numru K(2003) 4956)
ĠU L 2, 6.1.2004, p. 50–54
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2011; Imħassar b' 32011D0787
Official Journal L 002 , 06/01/2004 P. 0050 - 0054
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza Stati Membri li temporanjament jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu (notifikata taħt dokument numru K(2003) 4956) (2004/4/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-KomunitaÏ Ewropea, Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 fuq miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunita [1] ta’ organiżmi perikolużi għal pjanti jew prodotti ta’ pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-KomunitaÏ, kif emendat l-aħħar permezz ta’ Direttiva tal-Kummissjoni 2003/47/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 16 [3] tiegħu, Billi: (1) Fejn Stat Membru jikkonsidra li hemm perikolu imminenti għall-introduzzjoni fit-territorju tiegħu ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith, il-kawża ta’ susa kannella (brown rot), minn pajjiż terz, jista’ temporanjament jieħu xi miżuri addizzjonali meħtieġa biex jipproteġi lilu nnifsu minn dak il-periklu. (2) Fl-1996, fuq il-bażi ta’ interċessjonijiet kontinwi ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith f’patata li oriġinat mill-Eġittu diversi Stati Membri (Franza, il-Finlandja, Spanja u d-Danimarka) adottaw miżuri biex jimplimentaw projbizzjoni fuq patata li toriġina mill-Eġittu, bil-ħsieb li tkun assigurata protezzjoni aktar effiċjenti kontra l-introduzzjoni ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith mill-Eġittu fit-territorji rispettivi tagħhom. (3) Il-Kummissjoni rrispondiet billi adottat Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 96/301/KE tat-3 ta’ Mejju 1996, li awtorizzat Stati Membri li temporanjament jieħdu miżuri addizzjonali kontra t-tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu (3), kif emendat l-aħħar minn Deċiżjoni Nru 2002/903/KE [4]. (4) Deċiżjoni Nru 96/301/KE kienet imsaħħa permezz ta’ serje ta’ deċiżjonijiet ta’ emendi. L-importazzjoni fil-KomunitaÏ ta’ patata li toriġina mill-Eġittu kienet projbita bl-eċċezzjoni ta’ patata li oriġinat minn żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda kif stabbilit skond l-iStandard Internazzjonali ta’ l-FAO dwar miżuri fitosanitarji (phytosanitary) parti 4: Sorveljanza ta’ insetti jew annimali qerried - Ħtiġiet dwar stabbiliment ta’ żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda. (5) Matul l-istaġun ta’ importazzjoni 2002/03, numru ta’ interċessjonijiet ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith kienu reġistrati u l-Eġittu nnifsu ddeċieda li jipprojbixxi l-esportazzjoni kollha ta’ patata Eġizzjana lejn il-KomunitaÏ minn l-24 ta’ Marzu 2003. (6) Fid-dawl tas-sitwazzjoni imsemmija hawn fuq il-Kummissjoni bdiet missjoni fl-Eġittu li kienet immexxija minn grupp ta’ esperti minn Stat Membru f’Awissu 2003 biex tivverifika teknikament il-kontroll eżistenti u s-sistema ta’ monitoraġġ għall-produzzjoni u t-tfigħ fis-suq (marketing) ta’ patata destinata għal esportazzjoni lejn il-KomunitaÏ (7) Ir-riżultati tal-missjoni kienu evalwati. Il-Kummissjoni kkunsidrat li jkun xieraq li tindtroduċi spezzjonar viżwali aktar rigoruż ta’ kunsinni ta’ patata immedjatament qabel l-esportazzjoni fil-port ta’ dispaċċ fl-Eġittu. (8) Barraminhekk, il-Kummissjoni ikkunsidrat li jkun xieraq, fejn issir notifika ta’ xi suspett ta’ sejba ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith, li tirridefinixxi ż-żona ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda relatata mas-suspettata notifika in kwistjoni, milli tipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ patata li toriġina miż-żona ħielsa minn insetii jew annimali qerrieda intiera li hi relatata mas-suspettata notifika in kwistjoni. Għalhekk, l-identifikazzjoni ta’ "żona" għandha tkun modifikata u għandha tkun ibbażata fuq, jew "settur" jew "baċin". (9) Fid-dawl tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ verifika, għandu jkun possibbli li jkun permess, għall-istaġun ta’ importazzjoni 2003/04, id-dħul fit-territorju tal-KomunitaÏ ta’ tuberi ta’ Solanum tuberosum L. li joriġinaw minn żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda ta’ l-Eġittu u li huma approvati skond l-iStandard Internazzjonali relevanti ta’ l-FAO. (10) Fl-interess ta’ ċarezza u razzjonalitaÏ, Deċiżjoni Nru 96/301/KE għandha għalhekk tkun imħassra u mibdula b’din id-deċiżjoni. (11) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa ta’ Pjanti, ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-dħul fit-territorju tal-KomunitaÏ ta’ tuberi ta’ Solanum tuberosum L. li joriġinaw mill-Eġittu, barra minn dawk li diġa projbiti taħt id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’L-Anness III, parti A, punt 10 ta’ Direttiva 2000/29/KE, għandu jkun projbit. Artikolu 2 1. Permezz ta’ deroga minn l-Artikolu 1, għall-istaġun ta’ importazzjoni 2003/2004 id-dħul fit-territorju tal-KomunitaÏ ta’ tuberi ta’ Solanum tuberosum L. li joriġinaw mill-Eġittu għandu jkun permess miż-żoni "ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" imsemmija fil-paragrafu 2, sakemm il-miżuri applikabbli għal tuberi imkabbra f’dawn iż-żoni u stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, ikunu mħarsa. 2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk "żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" kienux ġew approvati fl-Eġittu għall-istaġun ta’ importazzjoni 2003/04 skond l-"iStandard Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji (Phytonsanitary) ta’ l-FAO Parti 4: Sorveljanza ta’ Insetti jew Annimali Qerrieda - Ħtiġiet għall-istabbiliment ta’ Żoni Ħielsa minn Insetti jew Annimali Qerrieda", b’mod partikolari punt 2.3 tiegħu, u għandha tikkumpila "lista ta’ żoni approvati li huma ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda", inklużi dettalji dwar identifikazzjoni ta’ l-għelieqi li jinsabu fiż-"żoni approvati li huma ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" imsemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din il-lista lill-Kumitat u lill-iStati Membri. Artikolu 3 Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 m’għandhomx japplikaw iżjed hekk kif il-Kummissjoni tkun innotifikat lill-iStati Membri li s-sitt interċessjoni ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith tkun konfermata skond punti 2 jew 3 ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni, f’lottijiet ta’ patata introdotta fil-KomunitaÏ skond din id-Deċiżjoni waqt l-istaġun ta’ importazzjoni 2003/04, u li kien misjub li l-interċessjonijiet jindikaw li l-metodu għall-identifikazzjoni ta’ "żoni ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" fl-Eġittu jew il-proċeduri għal monitoraġġ uffiċjali fl-Eġittu ma kienux suffiċjenti biex jipprevjienu r-riskju ta’ introduzzjoni ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fil-KomunitaÏ. Artikolu 4 L-Istati Membri li jimpurtaw għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-iStati Membri l-oħra kollha qabel it-30 ta’ Awissu 2004, b’informazzjoni fuq l-ammonti importati skond din id-Deċiżjoni u b’rapport tekniku dettaljat fuq l-eżaminar uffiċjali imsemmi f’punt 2 ta’ l-Anness; kopji ta’ kull ċertifikat dwar saħħa ta’ pjanti għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni. F’każi ta’ notifika ta’ xi sejba suspettata jew konfermata kif imsemmi f’punt 4 ta’ l-Anness kopji taċ-ċertifikati dwar saħħa ta’ pjanti u d-dokumenti mehmuża magħhom għandhom ikunu trasmessi man-notifika in kwistjoni. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-miżuri li huma jkunu adottaw bil-ħsieb li jipproteġu lilhom innifishom kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith b’tali mod li l-miżuri jikkonformaw ma’ l-Artikoli 1, 2 u 3. Artikolu 6 Deċiżjoni Nru 96/301/KE hi mħassra. Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2004. Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Diċembru 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 169, 10.07.00, p. 1. [2] ĠU L 138, 05.06.03, p. 47. [3] ĠU L 115, 09.05.96, p. 47. [4] ĠU L 312, 15.11.02, p. 28. -------------------------------------------------- L-ANNESS Għal l-għan tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, il-miżuri ta’ emerġenza li ġejjin għandhom ikunu mħarsa, addizzjonalment mal-ħtiġiet għal patata kif stabbilit f’partijiet A u B tal-Annessi I, II u IV għal Direttiva 2000/29/KE, bl-eċċezzjoni ta’ dawk stabbiliti f’L-Anness IV, parti A, taqsima I, punt 25.8: 1. (a) il-patata destinata għal introduzzjoni fil-KomunitaÏ għandha tkun ġiet prodotta f’għelieqi lokati f’"żona libera minn insetti jew annimali qerrieda" u approvata fl-Eġittu kif stabbilit mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, fir-rigward ta’ xi żoni approvati bħal dawn u għall-għan ta’ din id-Deċiżjoni, l-identifikazzjoni ta’ "żona" għandha tkun ibbażata fuq, jew "settur" (unitaÏ amministrattiva li diġa stabbilita li tkopri grupp ta’ "baċini") jew "baċin" (unitaÏ ta’ irrigazzjoni) u għandha tkun identifikata b’numru ta’ kodiċi uffiċjali individwali; (b) il-patata speċifikata taħt (a) għandha tkun ġiet, fl-Eġittu: (i) imkabbra minn patata jew direttament ta’ oriġini mill-KomunitaÏ jew ladarba imkabbra minn patata bħal din, tkun prodotta f’"żona libera minn insetti jew annimali qerrieda" u approvata kif stabbilit taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni u li tkun ġiet ittestjata uffiċjalment għal infezzjoni moħbija, immedjatament qabel it-tħawwil, skond l-iskema ta’ ttestjar tal-KomunitaÏ kif stabbilit f’Direttiva tal-Kunsill 98/57/KE [1], u misjuba ħielsa minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith f’testijiet bħal dawn; (ii) spezzjonata uffiċjalment fl-għalqa waqt l-istaġun tat-tkabbir għal sintomi ta’ susa kannella (brown rot) tal-patata kawżata minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith u misjuba ħielsa minn sintomi bħal dawn f’dawn l-ispezzjonijiet u jkun meħud kampjun ta’ 500 tuberi kull ħames feddan (= 2,02 ettari) jew 200 tuberi kull feddan (= 0,41 ettaru) jew parti miġjuba fih għal għelieqi iżgħar ta’ patata kemm jista’ jkun viċin il-ħsad għal eżaminar fil-laboratorju inkluż test ta’ inkubazzjoni u spezzjoni viżwali fuq il-qtugħ tat-tuberi għal sintomi ta’ susa kannella (brown rot) tal-patata kawżata minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith u misjuba ħielsa minn sintomi bħal dawn f’dawn l-ispezzjonijiet; (iii) trasportata lejn stazzjonijiet ta’ ppakkjar uffiċjalment approvati mill-awtoritajiet Eġizzjani biex jimmaniġġaw biss patata eliġibbli għal esportazzjoni lejn il-KomunitaÏ matul l-istaġun ta’ esportazzjoni 2003/04 u waqt il-wasla fi stazzjonijiet ta’ ppakkjar approvati bħal dawn, - akkumpanjata minn dokumenti mehmuża ma’ kull tagħbija ta’ trakk fl-għalqa tal-ħsad waqt li tkun dikjarata l-oriġini, biż-żona kif speċifikat f’(a), tat-tagħbija. Dawn id-dokumenti għandhom jinżammu fl-istazzjoni ta’ l-ippakkjar sakemm jispiċċa l-istaġun ta’ l-esportazzjoni, - spezzjonata uffiċjalment fuq kampjuni ta’ tuberi maqtugħin għal sintomi ta’ susa kannella (brown rot) tal-patata kawżata minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith u misjuba ħielsa minn sintomi bħal dawn f’dawn l-ispezzjonijiet, b’rata ta’ għażla ta’ kampjuni, għal xkejjer ta’ 70 kg jew ekwivalenti, ta’ 10 % ta’ xkejjer ta’ tuberi spezzjonati kull xkora u, għal xkejjer ta’ 1 jew 1,5 tunnellata metrika bir-rata ta’ għażla ta’ kampjuni ta’ 50 % ta’ xkejjer u 40 tuberi spezzjonati kull xkora. Il-lista ta’ stazzjonijiet ta’ ppakkjar uffiċjalment approvati mill-awtoritajiet Eġizzjani trid tkun ġiet magħmula disponibbli għall-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2004; (iv) wara l-ippakkjar ta’ xkejjer fl-istazzjonijiet ta’ l-ippakkjar, spezzjonata uffiċjalment fuq kampjuni ta’ tuberi għal sintomi ta’ susa kannella tal-patata kawżata minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith u misjuba ħielsa minn sintomi bħal dawn f’dawn l-ispezzjonijiet, b’rata ta’ għażla ta’ kampuni ta’ 2 % ta’ xkejjer kull kunsinna u 30 tuberi spezzjonati kull xkora; (v) immedjatament qabel l-esportazzjoni lejn il-KomunitaÏ spezzjonata fil-port ta’ dispaċċ billi jinqatgħu 200 tuberi minn kull żona ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda f’kunsinna miġbura minn mill-anqas ħames xkejjer kull żona ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda; (vi) ittestjata uffiċjalment għal infezzjoni moħbija meħuda minn kull kunsinna; matul l-istaġun ta’ l-esportazzjoni mill-anqas kampjun wieħed kull baċin jew settur u rappreżentata fil-kunsinna għandha tittieħed, iżda f’kull każ mill-anqas ħames kampjuni għandhom jittieħdu u jkunu sottomessi għal analiżi fil-laboratorju skond l-iskema ta’ ttestjar tal-KomunitaÏ kif stabbiliti f’Direttiva 98/57/KE, u misjuba ħielsa minn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith f’ittestjar bħal dan; (vii) impoġġija fuq avviż ta’ zamma uffiċjali waqt trattament ieħor fil-proċess ta’ preparazzjoni għat-trasportar tagħha lejn il-KomunitaÏ mill-baċin relevanti, jekk l-ispezzjonijiet u/jew l-ittestjar kif imsemmi fi (ii), (iii), (iv), (v) u (vi) juru okkorrenza suspettata ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith, sakemm issir ir-rifjutazzjoni ta’ l-okkorrenza suspettata ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith. Fl-istess ħin ta’ l-imposizzjoni ta’ l-avviż ta’ żamma imsemmi hawn fuq żona ta’ protezzjoni għandha tkun assenjata madwar il-baċin relevanti relatat mas-sejba suspettata imsemmija hawn fuq, sakemm ma hemmx barriera (barrier) fiżika naturali (ez. id-deżert fil-każ ta’ pernijiet (pivots). L-ebda patata m’għandha tkun esportata miż-żona ta’ protezzjoni relevanti sakemm issir ir-refutazzjoni ta’ l-okkorrenza suspettata. Il-medda taż-żona ta’ protezzjoni għandha tieħu in konsiderazzjoni r-riskju ta’ aktar tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith minn dik iż-żona approvata li hi ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda. Informazzjoni fuq l-identifikazzjoni tal-baċin imsemmi hawn fuq u ż-żona ta’ protezzjoni bin-numri ta’ kodiċi uffiċjali individwali tagħha għandhom jitpoġġew immedjatament għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżultati finali ta’ l-eżami ta’ l-okkorrenza suspettata; (viii) isir il-ħsad, tkun immaniġġata u mpoġġija separatament fi xkejjer, inkluż sa’ fejn hu possibbli l-użu separat ta’ makkinarju, baċin b’baċin, fejn hu possibbli, u f’kull każ żona b’żona kif speċifikat f’(a); (ix) preparata f’lottijiet, u kull wieħed minnhom għandu jkun magħmul esklussivament minn patata li l-ħsad tagħha jkun sar f’żona unika kif speċifikat f’(a); (x) ittikkettjata b’mod ċar fuq kull xkora, taħt il-kontroll ta’ l-awtoritajiet kompetenti Eġizzjani, b’indikazzjoni li ma titħassarx tan-numru ta’ kodiċi uffiċjali relevanti kif mogħti fil-lista ta’ "żoni approvati li ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" kumpilata taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni, u bin-numru tal-lott relevanti; (xi) akkumpanjata biċ-ċertifikat fitosanitarju (phytosanitary uffiċjali meħtieġ taħt l-Artikolu 13(1)(ii) ta’ Direttiva 2000/29/KE li jindika in-numru/i tal-lott/lottijiet taħt it-taqsima "Marki ta’ distinzjoni", u in-numru/i tal-kodiċi uffiċjali kif imsemmija f’(x) taħt it-taqsima "Dikjarazzjoni addizzjonali"; in-numru tal-lott tal-lott li minnu kien ittieħed kampjun għall-għan speċifikat f’(vi), kif ukoll il-prospett uffiċjali li jiddikjara li l-ittestjar kien sar, għandu wkoll ikun indikat f’dik it-taqsima; (xii) esportata permezz ta’ esportatur reġistrat uffiċjalment, li l-isem jew marka distintiva (trademark) tiegħu għandu jkun indikat fuq kull kunsinna. Il-lista ta’ esportaturi reġistrati uffiċjali kif stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti Eġizzjani tkun trid tkun imqegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2004; (ċ) il-punti ta’ dħul awtorizzati għall-introduzzjoni ta’ patata relevanti u l-isem u l-indirizz tal-korp uffiċjali responsabbli li jieħu ħsieb kull punt iridu jkunu ġew mgħoddija mill-iStati Membri lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-iStati Membri l-oħra u l-Eġittu b’dak tiegħuom; (d) il-korp uffiċjali responsabbli li jieħu ħsieb il-punt ta’ dħul irid ikun ġie notifikat minn qabel biż-żmien li fih x’aktarx jaslu l-kunsinni ta’ patata kif ukoll bl-ammont relatat; 2. Fil-punt tad-dħul, il-patata għandha tkun soġġetta għall-spezzjonijiet meħtieġa skond l-Artikolu 13a(1)(b) ta’ Direttiva 2000/29/KE, u spezzjonijiet bħal dawn, għandhom isiru fuq tuberi maqtugħa ta’ kampjuni ta’ mill-anqas 200 tuberi kull wieħed, meħuda minn kull lott f’kunsinna, jew jekk il-lott jeċċedi 25 tunnellata metrika, minn kull 25 tunnellata metrika jew parti minnu f’tali lott. Kull lott ta’ kunsinna in kwistjoni għandu jibqa’ taħt kontroll uffiċjali u ma jistax ikun mqiegħed fis-suq jew użat sakemm ikun stabbilit li l-preżenza ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith ma kienitx suspettata jew skopruta f’dawk l-ezamijiet. Barraminnhekk, f’każi fejn sintomi tipiċi jew suspetti ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith ikunu skopruti f’lott, il-lottijiet kollha li jibqgħu fil-kunsinna in kwistjoni u l-lottijiet f’kunsinni oħra li joriġinaw mill-istess żona għandhom ikunu miżmuma taħt kontroll uffiċjali sakemm il-preżenza ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith tkun ġiet konfermata jew rifjutata fil-lott in kwistjoni. Jekk sintomi tipiċi jew suspetti ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith ikunu skopruti fl-eżamijiet in kwistjoni, il-konferma jew rifjutazzjoni ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith għandha tkun stabbilita permezz ta’ ttestjar skond l-iskema ta’ ttestjar in kwistjoni tal-KomunitaÏ. Jekk Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith tkun konfermata il-lott li minnu il-kampjun ikun mittieħed għandu jkun soġġettat għal waħda minn dawn il-miżuri li ġejjin, jew: (i) rifjut jew permess biex jintbgħatu prodotti lejn destinazzjoni ‘l barra mill-KomunitaÏ; jew (ii) distruzzjoni, u l-lottijiet kollha li jibqgħu fil-kunsinna mill-istess żona għandhom ikunu ttestjati skond punt 3. 3. Barra minn l-ispezzjonijiet imsemmija f’punt 2, ittestjar għal infezzjoni moħbija skond l-iskema ta’ testijiet in kwistjoni tal-KomunitaÏ għandu jsir fuq kampjuni meħuda minn kull żona kif speċifikat f’punt 1(a); matul l-istaġun ta’ esportazzjoni mill-anqas kampjun wieħed minn kull settur jew baċin kull żona kif imsemmi fil-paragrafu 1a għandu jittieħed b’rata ta’ 200 tuberi kull kampjun minn lott wieħed. Il-kampjun magħżul għal infezzjoni moħbija għandu wkoll ikun soġġett għal spezzjoni tat-tuberi maqtugħa. Għal kull kampjun ittestjat u konfermat posittiv għandu jkun hemm żamma u konservazzjoni xierqa ta’ xi fdalijiet ta’ estratt ta’ patata. Kull lott li minnu jkunu ttieħdu il-kampjuni għandhom jibqgħu taħt kontroll uffiċjali u ma jistgħux ikunu mqiegħdha fis-suq jew użati sakemm ikun ġie stabbilit li l-preżenza ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith ma tkunx ġiet konfermata fl-ittestjar in kwistjoni. Jekk Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith ikun konfermat il-lott li minnu il-kampjun jkun ġie mittieħed għandu jkun soġġett għal wieħed minn dawn il-miżuri li ġejjin, jew: (i) rifjut jew permess bied jintbgħatu prodotti lejn destinazzjoni ‘l barra mill-KomunitaÏ; jew (ii) distruzzjoni. 4. Fil-każ ta’ kemm fis-sejbiet suspetti u dawk konfermati ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith l-iStati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Eġittu immedjatament kif xieraq; in-notifika ta’ sejba suspetta għandha tkun fuq bażi ta’ riżultat posittiv fit-testijiet ta’ għarbiel (screening) rapidi kif speċifikat f’L-Anness II, taqsima I, punt 1 u taqsima II jew test/testijiet ta’ għarbiel kif speċifikat f’L-Anness II, taqsima I, punt 2 u taqsima III ta’ l-iskema ta’ testijiet bħal dawn tal-Komunita(1). 5. Il-Kummissjoni għandha tassigura li hi tirċievi informazzjoni bid-dettalji u r-riżultati ta’ spezzjonijiet viżwali imsemmija f’punti 1(b)(ii), (iii), (iv) u (v) u ta’ l-ittestjar imsemmija fil-paragrafu 1(b)(vi). Il-lista ta’ żoni approvati li ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda għandha tkun aġġustata mill-Kummissjoni skond dawn ir-riżultati u s-sejbiet magħmula taħt punti 2 u 3; fir-rigward ta’ notifika suspetta magħmula taħt punt 4 il-lista ta’ "żoni approvati li ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda" għandha tkun aġġustata permezz ta’ l-imposizzjoni ta’ avviż ta’ żamma fuq aktar esportazzjoni lejn il-KomunitaÏ ta’ patata relatata man-notifika suspetta imsemmija hawn fuq li toriġina mill-baċin fiż-żona relevanti approvata li ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda sakemm toħroġ rifjutazzjoni tas-sejba suspetta ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith. Meta tirċievi notifika magħmula mill-Kummissjoni tal-lista aġġustata imsemmija hawn fuq dwar żoni approvati li ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda, żona ta’ protezzjoni għandha tkun imfassla mill-awtoritajiet Eġizzjani kif imsemmi f’punt 1(b)(vii). Informazzjoni fuq l-identifikazzjoni taż-żona ta’ protezzjoni imsemmija hawn fuq minn-numru/i ta’ kodiċi uffiċjali individwali għandha tkun imqegħda immedjatament għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-iStati Membri. Fl-assenza ta’ informazzjoni bħal din fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn l-okkorrenza suspettata, il-Kumissjoni għandha taġġusta l-lista ta’ żoni approvati li huma ħielsa minn insetti jew annimali qerrieda billi teskludi aktar esportazzjoni għal perjodu li jibqa’ minn l-istaġun ta’ importazzjoni 2003/04 mis-settur intier li fih il-baċin relatat mas-suspettata notifika imsemmija hawn fuq ikun jinstab. 6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu htiġiet ta’ tikkettjar xieraq, inkluża l-oriġini Eġizzjana, bil-għan li ma jħallux l-patata milli tkun imħawla u miżuri xierqa għar-rimi ta’ skart wara l-ippakkjar jew l-iproċessar tal-patata biex ikun evitat kull tixrid ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith li tirriżulta minn xi infezzjoni moħbija.(1) [1] ĠU L 235, 21.08.98, p. 1. --------------------------------------------------