This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R2091
Commission Regulation (EC) No 2091/2002 of 26 November 2002 amending Regulation (EC) No 2870/2000 laying down Community reference methods for the analysis of spirits drinks
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2091/2002 tas-26 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2870/2000 li jistabbilixxi metodi ta' referenza tal-Komunità għall-analiżi ta' xorb alkoħoliku
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2091/2002 tas-26 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2870/2000 li jistabbilixxi metodi ta' referenza tal-Komunità għall-analiżi ta' xorb alkoħoliku
ĠU L 322, 27.11.2002, p. 11–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2091/2002 tas-26 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2870/2000 li jistabbilixxi metodi ta' referenza tal-Komunità għall-analiżi ta' xorb alkoħoliku
Official Journal L 322 , 27/11/2002 P. 0011 - 0027
CS.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
ET.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
HU.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
LT.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
LV.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
MT.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
PL.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
SK.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
SL.ES Chapter 3 Volume 37 P. 395 - 411
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2091/2002 tas-26 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2870/2000 li jistabbilixxi metodi ta' referenza tal-Komunità għall-analiżi ta' xorb alkoħoliku IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' xorb alkoħoliku [1], kif ġie emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari bl-Artiklu 4 (8) fih imsemmi, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2870/2000 tad-19 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi metodi ta' referenza tal-Komunità għall-analiżi ta' xorb alkoħoliku [2] jiddeskrivi dawn il-metodi f'L-Anness. (2) Erba' metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' trans-anethole f'xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi, ta' glycyrrhizic acid u ta' chalcones fil-pastis u ta' l-isfar tal-bajda f'likuri tal-bajd u likuri bil-bajd jitqiesu validi skond proċeduri rikonoxxuti internazzjonalment bħala parti minn proġett ta' riċerka sostnut mill-Kummissjoni. (3) Dawn l-erba' metodi jistgħu jkunu rikonoxxuti bħala metodi ta' referenza tal-Komunità u jridu jiżdiedu fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 2870/2000. (4) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Implimentazzjoni għax-Xorb Alkoħoliku, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 2870/2000 huwa b'dan emendat kif ġej: 1. Fit-taqsira ta' l-Anness, it-terminu '(p.m.)' f'punti V, VI, VII u IX se jitħassar. 2. Kapitli V, VI, VII u IX fl-Anness ta' dan ir-Regolament se jiżdiedu wara Kapitlu III. Artikolu 2 Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament se jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f'Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tat-12.6.1989, p. 1. [2] ĠU L 333, tad-29.12.2000, p. 20. -------------------------------------------------- L-ANNESS V. DETERMINAZZJONI KROMATOGRAFIKA B'ANETHOLE GAS TA' TRANS-ANETHOLE F'XORB ALKOĦOLIKU 1. Għan Dan il-metodu huwa addattat għad-determinazzjoni ta' trans-anethole f'xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi bl-użu tal-kromatografija b'gass kapillari. 2. Referenzi normattivi ISO 3696: 1987 Ilma għall-użu ta' l-analiżi fil-laboratorji – Speċifikazzjonijiet u metodi ta' l-ittestjar. 3. Prinċipju Il-konċentrazzjoni ta' trans-anethole fl-ispirtu hija ddeterminata bil-kromatografija tal-gass (GC). L-istess kwantità ta' internal standard, per eżempju 4-allylanisole (estragole) meta l-estragole m'huwiex preżenti b'mod naturali fil-kampjun, hija miżjuda mal-kampjun tat-test u ma' soluzzjoni ta' trans-anethole ta' konċentrazzjoni magħrufa wżata bħala referenza. It-tnejn li huma huma mbagħad dilwiti ma' soluzzjoni ta' 45 % ethanol u injettati direttament fis-sistema GC. Hemm bżonn li ssir estrazzjoni qabel il-preparazzjoni u l-analiżi ta' kampjun għal-likuri li fihom kwantitajiet kbar ta' zokkor. 4. Reaġenti u materjali Waqt l-analiżi, uża biss reaġenti ta' purità ta' mill-inqas 98 %. Għandu jintuża ilma ta' mill-inqas grad 3 kif definit mill-ISO 3696. Kimiċi ta' referenza għandhom jinħażnu kesħin (f'temperatura ta' 4 °C), fid-dlam, f'kontenituri ta' l-aluminju jew fi fliexken tar-reaġenti magħmula mill-ħġieġ kulurit (ambra). It-tappijiet għandhom ikunu preferibbilment imdaħħla fil-post b'siġill ta' l-aluminju. It-trans-anethole ikollu bżonn jitniżżel mill-istat kristallin tiegħu qabel jintuża, imma f'dan il-każ it-temperatura tiegħu m'għandha qatt taqbeż il-35 °C. 4.1. Ethanol 96 % vol. (CAS 64-17-5) 4.2. 1-methoxy-4-(1-propenyl) benzene; (trans-anethole) (CAS 4180-23-8) 4.3. 4-allylanisole, (estragole) (CAS 140-67-0), internal standard suġġerit (IS) 4.4. Ethanol 45 % vol. Żid 560 g ta' ilma distillat ma' 378 g ta' ethanol 96 % vol. 4.5. Preparazzjoni ta' soluzzjonijiet standard Is-soluzzjonijiet standard kollha għandhom jinħażnu f'temperatura ambjentali (15 sa 35!!! error character !!! Β!!! error character !!! ΊC) fid-dlam f'kontenituri ta' l-aluminju jew fi fliexken tar-reaġenti magħmula mill-ħġieġ kulurit (ambra). It-tapp għandu jkun preferibbilment imdaħħal fil-post b'siġill ta' l-aluminju. It-trans-anethole u l-4-allylanisole huma prattikament insolubbli fl-ilma, u għalhekk hemm bżonn li t-trans-anethole u l-4-allylanisole jiddewbu fi ftit 96 % ethanol (4.1) qabel iż-żieda ta' 45 % ethanol (4.4). Is-soluzzjonijiet għall-użu għandhom ikunu preparati kull ġimgħa. 4.5.1. Soluzzjoni Standard A Soluzzjoni għall-użu ta' trans-anethole (konċentrazzjoni: 2 g/l) Iżen 40 mg ta' trans-anethole (4.2) f'volumetric flask ta' 20 ml (jew 400 mg f'200 ml, eċċ.). Żid ftit 96 % ethanol (4.1) u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew. 4.5.2 Soluzzjoni internal standard B Soluzzjoni għall-użu ta' internal standard, per eżempju estragole (konċentrazzjoni: 2 g/l) Iżen 40 mg ta' estragole (4.3) f'volumetric flask ta' 20 ml (400 mg f'200 ml, eċċ.). Żid ftit 96 % vol. ethanol (4.1) u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew. 4.5.3 Soluzzjonijiet użati biex tiċċekkja l-linearity response tal-flame ionisation detector (FID) Il-linearity response tal-FID trid tkun iċċekkjata għall-analiżi waqt li tqis firxa ta' konċentrazzjonijiet ta' trans-anethole fi spirti minn 0 g/l sa 2.5 g/l. Fil-proċedura ta' l-analiżi, il-kampjuni mhux magħrufa li se jkunu analizzati huma dilwiti 10 darbiet (8.3). Għall-kondizzjonijiet ta' l-analiżi deskritti fil-metodu, soluzzjonijiet għall-użu li jikkorrispondu għal konċentrazzjonijiet ta' 0, 0,05, 0,1, 0,15, 0,2, u 0,25 g/l ta' trans-anethole fil-kampjun li se jkun analizzat huma preparati kif ġej: ħu 0,5, 1, 1,5, 2, u 2,5 ml ta' soluzzjoni għall-użu A (4.5.1) u ttrasferixxi bil-pipetta f'volumetric flasks separati ta' l-20 ml; ittrasferixxi bil-pipetta f'kull flask 2 ml ta' soluzzjoni internal standard B (4.5.2) u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew. Il-blank solutions (8.4) hija wżata bħala soluzzjoni ta' 0 g/l. 4.5.4 Soluzzjoni standard C Ħu 2 ml ta' soluzzjoni standard A (4.5.1) u ttrasferixxi bil-pipetta f'volumetric flask ta' l-20 ml, imbagħad żid 2 ml ta' soluzzjoni internal standard B (4.5.2) u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew. 5. Apparat 5.1. Kromatografu b'gass kapillari li fih flame ionisation detector (FID) u integrator jew xi sistema oħra ta' data handling li kapaċi tkejjel il-peak heights jew areas, u b'automatic sampler jew l-apparat meħtieġ għall-injezzjoni manwali tal-kampjun. 5.2. Split/splitless injector 5.3. Kolonna kapillari, per eżempju: Tul: 50 m Diametru ta' ġewwa: 0,32 mm Ħxuna tal-film: 0,2 μm Fażi stazzjonarja: FFAP – modified TPA polyethylene glycol cross-linked porous polymer. 5.4. Apparat komuni tal-laboratorji: A grade volumetric glassware, analytical balance (preċiżjoni: ±0,1 mg). 6. Kondizzjonijiet tal-kromatografija It-tip ta' kolonna u d-dimensjonijiet, u l-kondizzjonijiet tal-GC, għandhom ikunu dawk li l-anethole u l-internal standard ikunu separati minn xulxin u minn kull sustanza oħra li tista' tinterferixxi. Kondizzjonijiet tipiċi għall-kolonna mogħtija bħala eżempju f'5.3 huma: 6.1. Carrier gas: analytical helium 6.2. Rata tal-fluss: 2 ml/min 6.3. Injector temperature: 250 °C 6.4. Detector temperature:: 250 °C 6.5. Kondizzjonijiet tat-temperatura tal-forn: isothermal, 180°C, run time 10 minuti 6.6. Injection volume: 1 μl, split 1:40. 7. Kampjuni Il-kampjuni għandhom jinħażnu f'temperatura ambjentali, f'post mudlam u mhux kiesaħ. 8. Proċedura 8.1 Screening tal-kampjun għall-estragole Biex tassigura li m'hemm l-ebda estragole preżenti b'mod naturali fil-kampjun, għandha ssir analiżi blank mingħajr iż-żieda ta' ebda internal standard. Jekk l-estragole huwa preżenti b'mod naturali jrid jintgħażel internal standard ieħor (per eżempju menthol). Ittrasferixxi bil-pipetta 2 ml tal-kampjun f'volumetric flask ta' l-20 ml u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew. 8.2 Preparazzjoni ta' kampjuni mhux magħrufa Ittrasferixxi bil-pipetta kampjun ta' 2 ml f'volumetric flask ta' l-20 ml imbagħad żid 2 ml ta' soluzzjoni internal standard B (4.5.2) u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew. 8.3 Blank Ittrasferixxi bil-pipetta 2 ml ta' soluzzjoni internal standard B (4.5.2) f'volumetric flask ta' l-20 ml u kompli l-volum b'45 % vol. ethanol (4.4), ħallat sew. 8.4 Test ta' linearità Qabel tinbeda l-analiżi, il-linearità tar-response tal-FID għandha tkun iċċekkjata billi jiġu analizzati b'mod suċċessiv tliet kopji preċiżi ta' kull waħda mil-linearity standard solutions (4.5.3). Miż-żoni peak jew il-peak heights ta' l-integrator għal kull injezzjoni ipplottja graph tal-konċentrazzjoni tal-mother solution tagħhom fi g/l versus ir-ratio R għal kull wieħed. R = il-peak height jew żona tat-trans-anethole diviża bil-peak height jew żona ta' l-estragole. Għandu jingħata linear plot. 8.5 Determinazzjoni Injetta l-blank solution (8.3), segwita mis-soluzzjoni standard C (4.5.4), segwita minn wieħed mil-linearity standards (4.5.3) li se jaħdem bħala kampjun tal-kontroll tal-kwalità (dan jista' jintgħażel b'referenza għall-konċentrazzjoni probabbli ta' trans-anethole f'dak li mhux magħruf) segwit minn ħamsa mhux magħrufa (8.2); daħħal kampjun ta' linearità (għall-kontroll tal-kwalità) wara kull ħames kampjuni mhux magħrufa, biex tassigura stabbilità analitika. 9. Kalkolu tar-response factor Kejjel iż-żoni peak (billi tuża integrator jew xi data system oħra) jew il-peak heights (manual integration) għat-trans-anethole u l-peaks ta' l-internal standard. 9.1 Kalkolu tar-response factor (RFi) Ir-response factor huwa kkalkulat kif ġej: Rfi= (Ci/area or heighti)*(area or heightis/Cis) Fejn: Ci hija l-konċentrazzjoni ta' trans-anethole fis-soluzzjoni standard A (4.5.1) Cis hija l-konċentrazzjoni ta' internal standard fis-soluzzjoni standard B (4.5.2) areai hija ż-żona (jew il-height) tal-peak tat-trans-anethole areais hija ż-żona (jew il-height) tal-peak ta' l-internal standard RFi huwa kkalkulat mill-ħames kampjuni ta' soluzzjoni C (4.5.4). 9.2 Analiżi tas-soluzzjonijiet tal-linearity response test. Injetta s-soluzzjonijiet tal-linearity response test. (4.5.3). 9.3 Analiżi tal-kampjun Injetta s-soluzzjoni mhux magħrufa tal-kampjun (8.2). 10. Kalkolu tar-riżultati Il-formola għall-kalkolu tal-konċentrazzjoni ta' trans-anethole hi din li ġejja: ci = Cis * (żona jew heighti/żona jew heightis)*RFi Fejn: ci hija l-konċentrazzjoni ta' trans-anethole mhux magħrufa Cis hija l-konċentrazzjoni ta' internal standard fis-soluzzjoni mhux magħrufa (4.5.2) Area jew heighti hija ż-żona jew il-height tal-peak tat-trans-anethole Area jew heightis hija ż-żona jew il-height tal-peak ta' l-internal standard RFi huwa r-response coefficient (ikkalkulat bħal dak f'9.1) Il-konċentrazzjoni ta' trans-anethole hija espressa fi grammi f'kull litru, sa punt deċimali wieħed. 11. Assigurazzjoni u kontroll tal-kwalità Il-chromatograms iridu jkunu dawk li l-anethole u l-internal standard ikunu separati minn xulxin u minn kull sustanza oħra li tista' tinterferixxi. Il-valur tar-RFi huwa kkalkulat mir-riżultati għall-ħames injezzjonijiet ta' soluzzjoni C (4.5.4). Jekk il-coefficient of variation (CV % = (standard deviation/mean)*100) huwa sa plus jew minus 1 %, il-valur medju tar-RFi huwa aċċettabbli. Il-kalkolu ta' hawn fuq għandu jintuża biex tkun kalkulata l-konċentrazzjoni ta' trans-anethole fil-kampjun magħżul għall-kontroll tal-kwalità mis-soluzzjonijiet tal-linearity control (4.5.3). Jekk ir-riżultati medji kkalkulati mill-analiżi tal-linearity solution magħżula bħala kampjun għall-internal quality control (IQC) huma sa plus jew minus 2,5 % tal-valur teoretiku tagħhom, allura r-riżultati għall-kampjuni mhux magħrufa jistgħu jkunu aċċettati. 12. Trattament tal-kampjun tax-xorb alkoħoliku li fih ammont kbir ta' zokkor u tal-kampjun tal-likuri qabel l-analiżi bil-GC Estrazzjoni ta' alkoħol mix-xorb alkoħoliku li fih ammont kbir ta' zokkor, sabiex tkun tista' tiġi ddeterminata l-konċentrazzjoni ta' trans-anethole bl-użu tal-kromatografija b'gass kapillari. 12.1. Prinċipju Parti milll-kampjun tal-likuri tittieħed u ma' din jinżied l-internal standard, f'konċentrazzjoni simili għal dik ta' l-analyte (trans-anethole) fil-likur. Ma' dan jinżiedu sodium phosphate dodecahydrate u anhydrous ammonium sulphate. It-taħlita li tirriżulta titħawwad sew u titkessaħ, żewġ saffi jiżviluppaw, u s-saff ta' alkoħol fil-wiċċ jitneħħa. Parti minn dan is-saff ta' alkoħol tittieħed u tiġi dilwita ma' soluzzjoni ta' 45 % ethanol (4.4) (Nota: l-ebda internal standard ma jiżdied f'din il-fażi, għax diġa żdied). Is-soluzzjoni li tirriżulta tiġi analizzata fil-kromatografija tal-gass. 12.2. Reaġenti u materjali Waqt l-estrazzjoni uża biss reaġenti ta' purità ikbar muinn 99 %. 12.2.1. Ammonium sulphate, anhydrous, (CAS 7783-20-2). 12.2.2. Sodium phosphate, dibasic, dodecahydrate, (CAS 10039-32-4). 12.3. Apparat Conical flasks, separating flasks, friġġ. 12.4. Proċedura 12.4.1. Screening tal-kampju għall-estragole Biex tassigura li m'hemm l-ebda estragole preżenti b'mod naturali fil-kampjun, għandhom isiru blank extraction (12.6.2) u analiżi mingħajr iż-żieda ta' ebda internal standard. Jekk l-estragole huwa preżenti b'mod naturali jrid jintgħażel internal standard ieħor. 12.4.2. Estrazzjoni Ittrasferixxi bil-pipetta 5 ml ta' 96 % ethanol (4.1) f'conical flask, iżen f'dan il-flask 50 mg ta' internal standard (4.3), u żid 50 ml tal-kampjun. Żid 12 g ta' ammonium sulphate, anhydrous (12.2.1), 8.6 g ta' dibasic sodium phosphate, dodecahydrate (12.2.2). Agħlaq il-conical flask b'tapp. Ħawwad il-flask għal mill-inqas 30 minuta. Jista' jintuża apparat mekkaniku għat-taħwid, imma mhux Teflon coated magnetic stirring bar, minħabba li t-Teflon jassorbi ftit mill-analyte. Ara li l-imluħa miżjuda ma jdubux kompletament. Poġġi l-flask magħluq bit-tapp fi friġġ (T < 5 C) għal mill-inqas sagħtejn. Wara dan il-ħin, suppost li jkun hemm żewġ saffi distinti ta' likwidi u residwu solidu. Is-saff ta' alkoħol għandu jkun ċar, jekk le, erġa' poġġi fil-friġġ sakemm ikun hemm separazzjoni ċara. Meta s-saff ta' l-akoħol ikun ċar, ħu bil-galbu parti minnu (per eżempju 10 ml), mingħajr ma ċċaqlaq is-saff ta' l-ilma, poġġi f'tubu tal-ħġieġ kulur ambra u għalaq sew. 12.4.3. Preparazzjoni tal-kampjun estratt li se jkun analizzat Ħalli l-estratt (12.4.2) jilħaq temperatura ambjentali. Ħu 2 ml tas-saff ta' l-akoħol tal-kampjun estratt u ttrasferixxi bil-pipetta f'volumetric flask ta' l-20 ml, kompli l-volum b'45 % ethanol (4.4), ħallat sew. 12.5. Determinazzjoni Segwi l-proċedura kif indikat f'8.5. 12.6. Kalkolu tar-riżultati Uża l-formola li ġejja biex tikkalkula r-riżultati: Ci = (mis/V)* (areai/areais)*RFi fejn: mis hija l-piż ta' internal standard (4.3) meħud (12.4.2) (f'milligrammi) V hija l-volum ta' kampjun mhux magħruf (50 ml) RFi hija r-response factor (9.1) areai hija ż-żona tal-peak tat-trans-anethole areais hija ż-żona tal-peak ta' internal standard Ir-riżultati huma espressi fi grammi f'kull litru, sa punt deċimali wieħed. 12.7 Kontroll u assigurazzjoni tal-kwalità Segwi l-proċedura kif indikat fi 11 hawn fuq. 13. Karatteristiċi ta' method performance (preċiżjoni) Riżultati statistiċi tat-test interlaboratorju: It-tabelli li ġejjin jagħtu l-valuri għall-anethole. L-informazzjoni li ġejja ttieħdet minn studju internazzjonali ta' method performance magħmul skond proċeduri miftehma internazzjonalment. Sena ta' test interlaboratorju | 1998 | Numru ta' laboratorji | 16 | Numru ta' kampjuni | 10 | Analyte | anethole | Pastis: Kampjuni | A | B | C | D | E | F | Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 15 | 15 | 15 | 13 | 16 | 16 | Numru ta' dawk li varjaw ħafna (laboratorji) | 1 | 1 | 1 | 3 | — | — | Numru ta' riżultati aċċettati | 30 | 30 | 30 | 26 | 16 | 16 | Valur medju g/l | 1,477 | 1,955 | 1,940 | 1,833 | 1,741 | 1,754 | Repeatability standard deviation (Sr) g/l | 0,022 | 0,033 | 0,034 | 0,017 | — | — | Repeatability relative standard deviaton (RSDr) (%) | 1,5 | 1,7 | 1,8 | 0,9 | — | — | Repeatability limit (r) g/l | 0,062 | 0,093 | 0,096 | 0,047 | — | — | Reproducibility standard deviation (SR) g/l | 0,034 | 0,045 | 0,063 | 0,037 | 0,058 | 0,042 | Reproducibility relative standard deviation (RSDR) (%) | 2,3 | 2,3 | 3,2 | 2,0 | 3,3 | 2,4 | Reproducibility limit (R) g/l | 0,094 | 0,125 | 0,176 | 0,103 | 0,163 | 0,119 | Tipi ta' kampjuni: A pastis, blind duplicates B pastis, blind duplicates C pastis, blind duplicates D pastis, blind duplicates E pastis, single duplicates F pastis, single duplicates Xorb alkoħoliku ieħor b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi: Kampjuni | G | H | I | J | Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 16 | 14 | 14 | 14 | Numru ta' dawk li varjaw ħafna (laboratorji) | - | 2 | 1 | 1 | Numru ta' riżultati aċċettati | 32 | 28 | 28 | 28 | Valur medju g/l | 0,7780,530 (*) | 1,742 | 0,351 | 0,599 | Repeatability standard deviation (Sr) g/l | 0,020 | 0,012 | 0,013 | 0,014 | Repeatability relative standard deviaton (RSDr) (%) | 3,1 | 0,7 | 3,8 | 2,3 | Repeatability limit (r) g/l | 0,056 | 0,033 | 0,038 | 0,038 | Reproducibility standard deviation (SR) g/l | 0,031 | 0,029 | 0,021 | 0,030 | Reproducibility relative standard deviation (RSDR) (%) | 4,8 | 1,6 | 5,9 | 5,0 | Reproducibility limit (R) g/l | 0,088 | 0,080 | 0,058 | 0,084 | Tipi ta' kampjuni: G ouzo, split levels (*) H anisi, blind duplicates I likur b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi, duplicates J likur b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi, duplicates. VI. GLYCYRRHIZIC ACID. DETERMINAZZJONI TA' GLYCYRRHIZIC ACID BL-UŻU TAL-KROMATOGRAFIJA HIGH-PERFORMANCE TAL-LIKWIDU 1. Għan Dan il-metodu huwa addattat għad-determinazzjoni ta' glycyrrhizic acid f'xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi bl-użu tal-kromatografija tal-likwidu high performance (HPLC). Ir-Regolament (KEE) Nru. 1576/89 jispeċifika li kull xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi msejjaħ "pastis" irid ikun fih bejn 0,05 u 0,5 g ta' glycyrrhizic acid f'kull litru. 2. Referenzi normattivi ISO 3696: 1987 Ilma għall-użu ta' l-analiżi fil-laboratorji – Speċifikazzjonijiet u metodi ta' l-ittestjar. 3. Prinċipju Il-konċentrazzjoni ta' glycyrrhizic acid hija ddeterminata bl-użu tal-kromatografija tal-likwidu high performance (HPLC) bil-UV detection. Soluzzjoni standard u l-kampjun tat-test huma ffiltrati u huma injettati separatament direttament fis-sistema HPLC. 4. Reaġenti u materjali Waqt l-analiżi, uża biss reaġenti ta' grad HPLC, absolute ethanol u ilma ta' grad 3 kif definit mill-ISO 3696. 4.1. Ethanol 96 % vol. (CAS 64-17-5). 4.2. Ammonium glycyrrhizinate, C42H62O16NH3 (Glycyrrhizic acid ammonium salt) (Mol. Wt.: 839,98) (CAS 53956-04-0): purità mill-anqas 90 % (Mol. Wt.: glycyrrhizic acid 822,94). 4.3. Glacial acetic acid, CH3COOH, (CAS 64-19-7). 4.4. Methanol, CH3OH (CAS 67-56-1). 4.5 Ethanol 50 % vol. Għal 1000 ml f'temperatura ta' 20°C: - 96 % vol. ethanol (4.1): 521 ml - Ilma (2.0): 511 ml. 4.6 Preparazzjoni ta' l-HPLC elution solutions 4.6.1. Elution solvent A (eżempju) 80 parti (skond il-volum) ta' ilma (2.0) 20 parti (skond il-volum) ta' acetic acid (4.3). Neħħi l-gass mill-elution solvent għal ħames minuti. Nota: Jekk l-ilma wżat ma ġiex mikrofiltrat, aħjar tiffiltra l-elution solvent preparat fuq filter għall-organic solvents b'pore size inqas minn jew fid-daqs ta' 0,45μm. 4.6.2. Elution solvent B Methanol (4.4). 4.7 Preparazzjonijiet ta' soluzzjonijiet standard Is-soluzzjonijiet standard kollha jridu jkunu preparati mill-ġdid wara xahrejn. 4.7.1. Soluzzjoni ta' referenza C Iżen għall-eqreb 0,1 mg, 25 mg ta' ammonium glycyrrhizinate (4.2) f'volumetric flask tal-100 ml. Żid ftit 50 % vol. ethanol (4.5) u dewweb l-ammonium glycyrrhizinate. Meta jkun dab kompli sal-marka b'50 % vol. ethanol (4.5). Iffiltra minn filter għall-organic solvent. 4.7.2. Soluzzjonijiet standard użati biex tiċċekkja l-linearità tar-response ta' l-istrumentazzjoni Soluzzjoni għall-użu ta' 1,0 g/l hija preparata billi tiżen, bl-iktar mod preċiż possibbli 0,1 mg, 100 mg ta' ammonium glycyrrhizinatef'volumetric flask tal-100 ml. Żid ftit 50 % vol. ethanol (4.5) u dewweb l-ammonium glycyrrhizinate. Meta jkun dab kompli sal-marka b'50 % vol. ethanol (4.5). Mill-inqas erba' soluzzjonijiet oħra li jikkorrispondu għal 0,05, 0,1, 0,25 u 0,5 g/l ta' ammonium glycyrrhizinate huma preparati billi jiġu trasferiti bil-pipetta rispettivament 5 ml, 10 ml, 25 ml u 50 ml tas-soluzzjoni għall-użu ta' 1,0 g/l f'volumetric flasks separati tal-100 ml. Imbagħad kompli sal-marka b'50 % vol. ethanol (4.5) u ħallat sew. Iffiltra s-soluzzjonijiet kollha minn filter għall-organic solvents 5. Apparat 5.1. Sistema ta' separazzjoni 5.1.1 Kromatografu high-performance tal-likwidu. 5.1.2. Sistema ta' ppumpjar li tippermettilek li tilħaq u żżomm rata ta' fluss kostanti jew ipprogrammata bi preċiżjoni kbira. 5.1.3. UV spectrophotometric detection system: għandu jkun issettjat fuq 254 nm. 5.1.4. Solvent degassing system. 5.2. Computational integrator jew recorder, li l-performance tiegħu hija kompatibbli mal-bqija tas-sistema. 5.3. Kolonna (eżempju): Materjal: stainless steel jew ħġieġ Diametru ta' ġewwa: 4 sa 5 mm Tul: 100 sa 250 mm Fażi stazzjonarja: cross-linked silica ma' octadecyl functional group (C18) (preferibbilment sferiku), particle size massimu: 5 μm. 5.4. Apparat tal-laboratorju 5.4.1. Analytical balance bi preċiżjoni ta' 0,1 mg 5.4.2. A-grade volumetric glassware 5.4.3. Micromembrane filtration arrangement għal volumi żgħar. 6. Kondizzjonijiet tal-kromatografija 6.1. Karatteristiċi ta' l-elution: (eżempju) - rata tal-fluss: 1 ml/minuta, - solvent A = 30 %, - solvent B = 70 %. 6.2. Detection: - UV = 254 nm 7. Proċedura 7.1. Preparazzjoni tal-kampjun tax-xorb alkoħoliku Iffiltra, jekk ikun hemm bżonn, minn filter għall-organic solvents (pore diameter: 0,45 μm). 7.2. Determinazzjoni Meta l-kondizzjonijiet tal-kromatografija jkunu stabbilew ruħhom, - injetta 20 μl tas-soluzzjoni ta' referenza C (4.7.1), - injetta 20 μl tas-soluzzjoni tal-kampjun, - qabbel iż-żewġ chromatograms. Identifika l-peaks ta' glycyrrhizic acid mir-retention times tagħhom. Kejjel iż-żoni (jew il-heights) tagħhom u kkalkula l-konċentrazzjoni fi g/l sa żewġ numri deċimali billi tuża l-ekwazzjoni li ġejja: c = c ×h × P × 823H × 100 × 840 fejn: c hija l-konċentrazzjoni fi grammi f'kull litru ta' glycyrrhizic acid fix-xorb alkoħoliku li jkun qed jiġi analizzat C hija l-konċentrazzjoni fi grammi f'kull litru ta' ammonium glycyrrhizinate fis-soluzzjoni ta' referenza h hija ż-żona (jew il-height) tal-peak ta' glycyrrhizic acid tax-xorb alkoħoliku li jkun qed jiġi analizzat H hija ż-żona (jew il-height) tal-peak ta' glycyrrhizic acid tas-soluzzjoni ta' referenza P hija l-purità tar-referenza ammonium glycyrrhizinate (f' %) 823 hija l-massa ta' mole wieħed ta' glycyrrhizic acid 840 hija l-massa ta' mole wieħed ta' ammonium glycyrrhizinate. 8. Karatteristiċi ta' method performance (preċiżjoni) Riżultati statistiċi tat-test interlaboratorju: It-tabella li ġejja tagħti l-valuri għall-glycyrrhizic acid. L-informazzjoni li ġejja ttieħdet minn studju internazzjonali ta' method performance magħmul skond proċeduri miftiehma internazzjonalment. Sena ta' test interlaboratorju | 1998 | Numru ta' laboratorji | 16 | Numru ta' kampjuni | 5 | Analyte | glycyrrhizic acid | Kampjuni | A | B | C | D | E | Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 13 | 14 | 15 | 16 | 16 | Numru ta' dawk li varjaw ħafna (laboratorji) | 3 | 2 | 1 | - | - | Numru ta' riżultati aċċettati | 26 | 28 | 30 | 32 | 32 | Valur medju g/l | 0,046 | 0,092(*) 0,099 | 0,089 | 0,249 | 0,493 | Repeatability standard deviation (Sr) g/l | 0,001 | 0,001 | 0,001 | 0,002 | 0,003 | Repeatability relative standard deviaton (RSDr) (%) | 1,5 | 1,3 | 0,7 | 1,0 | 0,6 | Repeatability limit (r) g/l | 0,002 | 0,004 | 0,002 | 0,007 | 0,009 | Reproducibility standard deviation (SR) g/l | 0,004 | 0,007 | 0,004 | 0,006 | 0,013 | Reproducibility relative standard deviation (RSDR) (%) | 8,6 | 7,2 | 4,0 | 2,5 | 2,7 | Reproducibility limit (R) g/l | 0,011 | 0,019 | 0,010 | 0,018 | 0,037 | Tipi ta' kampjuni: A pastis, blind duplicates B pastis, split levels (*) C pastis, blind duplicates D pastis, blind duplicates E pastis, blind duplicates VII. CHALCONES, METODU TAL-KROMATOGRAFIJA TAL-LIKWIDU HIGH-PERFORMANCE BIEX TIVVERIFIKA L-PREŻENZA TA' CHALCONES FIL-PASTIS 1. Għan Dan il-metodu huwa addattat biex tiddetermina jekk iċ-chalcones humiex preżenti fix-xorb alkoħoliku b'togħma ta' l-anisi jew le. Chalcones huma koloranti naturali tal-familja flavanoid li huma preżenti fl-għeruq tal-likurizja (Glycyrrhiza glabra). Biex xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi jissejjaħ "pastis", irid ikun fih iċ-chalcones (Regolament (KEE) Nru. 1576/89). 2. Referenzi normattivi ISO 3696: 1987 Ilma għall-użu ta' l-analiżi fil-laboratorji – Speċifikazzjonijiet u metodi ta' l-ittestjar. 3. Prinċipju Soluzzjoni ta' referenza ta' estratt tal-likurizja hija preparata. Il-preżenza jew l-assenza ta' chalcones hija ddeterminata bl-użu tal-kromatografija high-performance tal-likwidu (HPLC) bil-UV detection. 4. Reaġenti u materjali Waqt l-analiżi, uża biss reaġenti ta' grad HPLC. L-ethanol għandu jkun 96 % vol. Għandu jintuża ilma ta' grad 3 biss kif definit mill-ISO 3696. 4.1. Ethanol 96 % vol. (CAS 64-17-5) 4.2. Acetonitrile, CH3CN, (CAS 75-05-8) 4.3. Sustanza ta' referenza: Glycyrrhiza glabra: likurizja, "sweet root" Għeruq tal-likurizja mitħunin mhux fini (Glycyrrhiza glabra). Dimensjonijiet medji tal-biċċiet tawwalin: tul: 10 sa 15 mm, ħxuna: 1 sa 3 mm. 4.4. Sodium acetate, CH3COONa, (CAS 127-09-3) 4.5. Glacial acetic acid, CH3COOH, (CAS 64-19-7) 4.6. Preparazzjoni tas-soluzzjonijiet 4.6.1. Ethanol 50 % volume Għal 1000 ml f'temperatura ta' 20 °C: - 96 % vol. ethanol (4.1): 521 ml, - Ilma (2.0): 511 ml. 4.6.2. Solvent A: acetonitrile Acetonitrile (4.2) ta' purità għall-analiżi HPLC. Neħħi l-gass 4.6.3. Solvent B: 0,1 M sodium acetate buffer solution, pH 4,66. Iżen 8,203 g ta' sodium acetate (4.4), żid 6,005 g ta' glacial acetic acid (4.5) u kompli għal 1000 ml bl-ilma (2) f'volumetric flask. 5. Preparazzjoni ta' l-estratt ta' referenza mill-Glycyrrhiza glabra (4.3) 5.1. Iżen 10 g ta' għeruq tal-likurizja (Glycyrrhiza glabra) (4.3) u poġġiha f'distillation flask bil-qiegħ tond. - żid 100 ml ta' 50 % vol. ethanol (4.6.1), - għalli taħt reflux għal siegħa, - iffiltra, - poġġi l-likwidu filtrat għalih biex tużah iktar tard 5.2. Ħu l-estratt tal-likurizja mill-filter - poġġih f'distillation flask bil-qiegħ tond, - żid 100 ml ta' 50 % vol. ethanol (4.6.1), - għalli taħt reflux għal siegħa, - iffiltra. Poġġi l-likwidu filtrat għalih biex tużah iktar tard. 5.3. L-estrazzjoni tal-likurizja trid issir tliet darbiet wara xulxin. 5.4. Ħallat it-tliet likwidi filtrati. 5.5. Evapora s-solvent phase (ta' 5.4.) fuq rotary evaporator. 5.6. Ħu l-estratt residwu (ta' 5.5) ma' 100 ml 50 % vol. ethanol (4.6.1). 6. Apparat 6.1. Sistema ta' separazzjoni. 6.1.1. Kromatografija tal-likwidu high-performance. 6.1.2. Sistema ta' ppumpjar li kapaċi tilħaq u żżomm rata ta' fluss kostanti jew programmata bi pressjoni għolja. 6.1.3. UV/visible spectrophotometric detection system li tista' tkun issettjata fuq 254 u 370 nm. 6.1.4. Solvent degassing system: 6.1.5. Column oven li jista' jkun issettjat għal temperatura ta' 40 ± 0,1 °C. 6.2. Computational integrator jew recorder, li l-performance tiegħu hija kompatibbli mal-bqija tas-sistema ta' separazzjoni. 6.3. Kolonna Materjal: stainless steel jew ħġieġ Diametru ta' ġewwa: 4 sa 5 mm Fażi stazzjonarja: cross-linked silica ma' octadecyl derived functional group (C18), particle size: 5 μm l-iktar (fażi cross-linked). 6.4. Apparat komuni tal-laboratorju, inkluż: 6.4.1. analytical balance (preċiżjoni: ± 0,1 mg); 6.4.2. Apparat tad-distillar b'reflux condenser, li jinkludi, per eżempju: - flask bil-qiegħ tond tal-250 ml bi standardised ground-glass joint, - reflux condenser twil 30 ċm, u - sors ta' sħana (kull reazzjoni piroġenika li tinvolvi l-materja estrattiva trid tkun evitata billi tuża arranġament addattat). 6.4.3. Apparat tar-rotary evaporation. 6.4.4. Apparat għall-filtrazzjoni (i.e. Buchner funnel). 6.5. Kondizzjonijiet tal-kromatografija (eżempju). 6.5.1. Karatteristiċi ta' elution ta' solvents A (4.6.2) u B (4.6.3): - bidla minn 20/80 (v/v) għal 50/50 (v/v) gradient fi 15-il minuta, - bidla minn 50/50 (v/v) għal 75/25 (v/v) gradient f'ħames minuti, - saħħa ugwali ta' 75/25 (v/v) għal ħames minuti, - stabbilizzazzjoni tal-kolonna bejn l-injezzjonijiet, - saħħa ugwali ta' 20/80 (v/v) għal ħames minuti. 6.5.2. Rata tal-fluss: 1 ml/minuta. 6.5.3. Issettjar tal-UV detector: id-detector irid ikun issettjat fuq 370 nm biex tinstab il-preżenza ta' chalcones u mbagħad fuq 254 nm biex jinstab il-glycyrrhizic acid. Nota: il-bidla ta' wavelength (minn 370 nm għal 254 nm) trid issir 30 sekonda qabel il-bidu tal-peak ta' elution tal-glycyrrhizic acid. 7. Proċedura 7.1. Preparazzjoni tal-kampjun tax-xorb alkoħoliku Iffiltra minn filter għall-organic solvents (pore diameter: 0,45 μm). 7.2. Preparazzjoni ta' l-estratt ta' likurizja residwu (5.6) Għamel dilution wieħed f'għaxra b'50 % vol. ethanol (4.6.1) qabel l-analiżi. 7.3. Determinazzjoni 7.3.1. Injetta 20 μl ta' l-estratt ta' likurizja preparat (7.2). Għamel l-analiżi billi tuża l-kondizzjonijiet tal-kromatografija deskritti hawn fuq (6.5). 7.3.2. Injetta 20 μl tal-kampjun (7.1) (kampjun tax-xorb alkoħoliku b'togħma taż-żerriegħa ta' l-aniżi). Għamel l-analiżi billi tuża l-kondizzjonijiet tal-kromatografija deskritti hawn fuq (6.5). 7.3.3. Qabbel iż-żewġ chromatograms. Għandu jkun hemm xebh kbir bejn iż-żewġ chromatograms fil-chalcone exit zone (waqt id-detection ta' 370 nm taħt il-kondizzjonijiet ta' l-analiżi deskritti hawn fuq) (ara Tabella 1). 8. Chromatogram karatteristiku għal pastis +++++ TIFF +++++ 9. Karatteristiċi ta' method performance (preċiżjoni) Riżultati tat-test interlaboratorju: It-tabella li ġejja tagħti l-performance għal rikonoxximent ta' preżenza jew assenza ta' chalcones fil-pastis u f'xorb alkoħoliku bit-togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi. L-informazzjoni li ġejja ttieħdet minn studju internazzjonali ta' method performance magħmul skond proċeduri miftiehma internazzjonalment. Sena ta' test interlaboratorju | 1998 | Numru ta' laboratorji | 14 | Numru ta' kampjuni | 11 | Analyte | chalcones | Kampjuni | A | B | C | D | E | F | Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 14 | 14 | 14 | 14 | 14 | 13 | Numru ta' dawk li varjaw ħafna minn oħrajn (laboratorji) | — | — | — | — | — | 1 [1] | Numru ta' riżultati aċċettati | 28 | 14 | 14 | 28 | 28 | 26 | Numru ta' riżultati għall-preżenza ta' chalcones | 28 | 14 | 14 | 0 | 28 | 0 | Numru ta' riżultati għall-assenza ta' chalcones | 0 | 0 | 0 | 28 | 0 | 26 | Persentaġġ ta' riżultati tajbin (%) | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | Kampjuni | G | H | I | J | K | Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 14 | 14 | 14 | 14 | 14 | Numru ta' dawk li varjaw ħafna (laboratorji) | — | — | — | — | — | Numru ta' riżultati aċċettati | 28 | 14 | 14 | 28 | 28 | Numru ta' riżultati għall-preżenza ta' chalcones | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Numru ta' riżultati għall-assenza ta' chalcones | 28 | 14 | 14 | 28 | 28 | Persentaġġ ta' riżultati tajbin (%) | 100 | 100 | 100 | 100 | 100 | Tipi ta' kampjuni: A pastis, blind duplicates B pastis, single sample C pastis, single sample D "pastis" (li ma fihx chalcones), blind duplicates E pastis (li ma fihx chalcones), blind duplicates F likur b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi (li ma fihx chalcones), blind duplicates G likur b'togħma taż-żerriegħa ta' l-anisi (li ma fihx chalcones), blind duplicates H ouzo (li ma fihx chalcones), single sample I ouzo (li ma fihx chalcones), single sample J anisi (li ma fihx chalcones), blind duplicates K "pastis" (li ma fihx chalcones), blind duplicates. IX. ISFAR TAL-BAJD. DETERMINAZZJONI TAL-KONĊENTRAZZJONI TA' ISFAR TAL-BAJD FIX-XORB ALKOĦOLIKU – METODU FOTOMETRIKU 1. Għan Dan il-metodu huwa addattat għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni ta' isfar tal-bajd minn 40 sa 250 g/l fil-likuri tal-bajd u l-likuri bil-bajd. 2. Referenzi normattivi ISO 3696: 1897 Ilma għall-użu ta' l-analiżi fil-laboratorji – Speċifikazzjonijiet u metodi ta' l-ittestjar. 3. Prinċipju L-ethanol-soluble phosphorus compounds li jinsabu fl-isfar tal-bajd huma estratti u l-konċentrazzjoni tagħhom hija determinata bil-fotometrija bħala phosphorus molybdate complex. 4. Reaġenti u materjali 4.1. Ilma double-distilled 4.2. Diatomaceous earth 4.3. Ethanol 96 % vol. (CAS 64-17-5) 4.4. Soluzzjoni 15 % magnesium acetate (CAS 16674-78-5) 4.5. 10 % sulphuric acid (CAS 7664-93-9) 4.6. 1 N sulphuric acid. 4.7. 0,16 g/l potasssium dihydrogen phosphate (CAS 778-77-0), soluzzjoni KH2PO4 4.8. Reaġent għad-determinazzjoni tal-fosfat: dewweb 20 g ta' ammonium molybdate (CAS 12054-85-2), (NH4)6Mo7O24.4H2O f'400 ml ilma f'temperatura ta' 50°C; dewweb, f'kontenitur ieħor, gramma ta' ammonium vanadate (CAS 7803-55-6), NH4VO3, f'300 ml ilma jaħraq, ħallih jibred, imbagħad żid 140 ml ta' nitric acid konċentrat (CAS 7697-37-2). Ħallat is-soluzzjonijiet imberrda f'volumetric flask ta' l-1000 ml u kompli sal-marka ta' l-1000 ml. 5. Apparat 5.1. Conical flask tal-100 ml 5.2. Ultrasonic bath (jew magnetic stirrer) 5.3. Volumetric flask tal-100 ml 5.4. Banju bl-ilma f'temperatura ta' 20 °C 5.5. Filter (Whatman No 4 jew ekwivalenti) 5.6. Crucible tal-porċellana (jew tal-platinum) 5.7. Banju bl-ilma jagħli 5.8. Hot plate 5.9. Muffle furnace 5.10. Volumetric flask tal-50 ml 5.11. Volumetric flask ta' l-20 ml 5.12. Spectrophotometer issettjat fuq 420 nm 5.13. Cuvette ta' ċentimetru. 6. Kampjuni Il-kampjuni huma maħżuna f'temperatura ambjentali qabel l-analiżi. 7. Proċedura 7.1. Preparazzjoni tal-kampjun 7.1.1. Iżen 10 g tal-kampjun f'conical flask tal-100 ml (5.1). 7.1.2. Żid gradwalment 70 ml ta' ethanol (4.3) f'porzjonijiet żgħar, ħawwad ma' kull żieda, u poġġi f'banju ultrasoniku (5.2) għal 15-il minuta (jew ħawwad it-taħlita b'magnetic stirrer (5.2) għal 10 minuti f'temperatura ambjentali). 7.1.3. Ittrasferixxi l-kontenut tal-flask f'volumetric flask tal-100 ml (5.3) b'washings ta' ethanol (4.3). Aġġusta sal-calibration mark b'ethanol (4.3) u poġġi l-flasks f'water bath f'temperatura ta' 20 °C (5.4). Aġġusta sal-calibration mark f'temperatura ta' 20 °C. 7.1.4. Żid ammont żgħir ta' diatomaceous earth (4.2) u ffiltra (5.5), u armi l-ewwel 20ml. 7.1.5. Ittrasferixxi 25 ml tal-likwidu filtrat f'crucible tal-porċellana (jew tal-platinum) (5.6). Il-likwidu filtrat irid imbagħad jiġi konċentrat b'gentle evaporation f'boiling water bath (5.7), biż-żieda ta' 5ml ta' soluzzjoni 15 % magnesium acetate (4.4). 7.1.6. Poġġi l-crucibles fuq hot plate (5.8) u saħħan sakemm jixxuttaw. 7.1.7. Ġib ir-residwu rmied billi ssaħħan sa l-inkandexxenza f'temperatura ta' 600 °C f'muffle furnace(5.9) sakemm l-irmied isir abjad, minimu ta' siegħa u nofs imma jista' jitħalla matul il-lejl. 7.1.8. Ħu l-irmied ma' 10 ml ta' 10 % sulphuric acid (4.5) u ttrasferieh b'washings ta' ilma distillat (4.1) f'volumetric flask ta' 50 ml (5.10), u imla sal-marka f'temperatura ambjentali b'ilma distillat (4.1).Parti ta' 5 ml ta' din is-soluzzjoni ta' rmied għandha tintuża biex tkun ippreparatas-soluzzjoni tal-kampjun tad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-fosfat bil-fotometrija. 7.2. Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-fosfat bil-fotometrija 7.2.1. Soluzzjoni komparattiva 7.2.1.1. Poġġi 10 ml ta' 10 % sulphuric acid (4.5) f'volumetric flask tal-50 ml (5.10) u imla sal-marka b'ilma distillat (4.1). 7.2.1.2. Żid ma' parti ta' 5 ml ta' din is-soluzzjoni (7.2.1.1.), li qiegħda f'volumetric flask ta' l-20 ml (5.11), millilitru ta' l N sulphuric acid (4.6) u 2 ml tar-reaġent tal-fosfat (4.8) u kompli sa 20 ml b'ilma distillat (4.1). 7.2.1.3. Għalaq b'tapp mhux issikat, ħawwad u saħħan f'banju bl-ilma jagħli (5.7) għal 10 minuti, imbagħad berred f'banju bl-ilma f'temperatura ta' 20 °C (5.4) għal 20 minuta. 7.2.1.4. Imla cuvette ta' ċentimetru (5.13) b'din is-soluzzjoni komparattiva. 7.2.2. Soluzzjoni tal-kampjun 7.2.2.1. Żid ma' parti ta' 5 ml tas-soluzzjoni ta' l-irmied (7.1.8), li qiegħda f'volumetric flask ta' l-20 ml (5.11), millilitru ta' 1 N sulphuric acid (4.6) u 2 ml tar-reaġent tal-fosfat (4.8) u kompli sa 20 ml b'ilma distillat (4.1). 7.2.2.2. Għalaq b'tapp mhux issikat, ħawwad u saħħan f'banju bl-ilma jagħli (5.7) għal 10 minuti, imbagħad berred f'banju bl-ilma f'temperatura ta' 20 °C (5.4) għal 20 minuta. 7.2.2.3. Is-soluzzjoni safra li tiżviluppa hija analizzata mmedjatament bl-ispectrophotometry (5.12) f'cuvette ta' ċentimetru (5.13) b'420 nm kontra s-soluzzjoni komparattiva (7.2.1.4.). 7.2.3. Calibration curve 7.2.3.1. Biex tibni l-calibration curve, żid partijiet ta' 2 ml tar-reaġent tal-fosfat (4.8) f'volumetric flasks ta' l-20 ml (5.11) u li kull wieħed fih 1 N sulphuric acid (4.6) u 0, 2, 4, 6, 8 u 10 ml tas-soluzzjonita' potassium dihydrogen phosphate (4.7) rispettivament, u kompli sal-marka ta' 20 ml b'ilma distillat (4.1). 7.2.3.2. Għalaq b'tapp mhux issikat, ħawwad u saħħan f'banju bl-ilma jagħli(5.7) għal 10 minuti, imbagħad berred f'banju bl-ilma f'temperatura ta' 20 °C (5.4) għal 20 minuta u analizza bl-ispectrophotometry (5.12) f'cuvette ta' ċentimetru(5.13) b'420 nm kontra s-soluzzjoni komparattiva (7.2.1.4). 7.2.3.3. Binja tal-calibration curve: soluzzjoni ta' dihydrogen phosphate(ml) | 0 | 2 | 4 | 6 | 8 | 10 | P2O5 (mg) | 0 | 0,167 | 0,334 | 0,501 | 0,668 | 0,835 | 8. Espressjoni tar-riżultati Il-kontenut ta' isfar tal-bajd fi g/l huwa kkalkulat mill-formola li ġejja: G/l ta' isfar tal-bajd = mg P O × 110 × densityE/40 Fejn: 110 conversion factor għal total P2O5 fi g f'100 g ta' isfar tal-bajd mg P2O5 valur stabbilit mill-calibration curve density massa per unit volume (g/ml) tal-likur ibbażat fuq il-bajd f'temperatura ta' 20 °C E piż tal-likur ibbażat fuq il-bajd fi g 40 dilution factor għal parti ta' 5 ml ta' soluzzjoni ta' rmied. 9. Karatteristiċi ta' (preċiżjoni) Riżultati statistiċi tat-test interlaboratorju: It-tabella li ġejja tagħti l-valuri għall-isfar tal-bajd. L-informazzjoni li ġejja ttieħdet minn studju internazzjonali ta' method performance magħmul skond proċeduri miftiehma internazzjonalment. Sena ta' test interlaboratorju | 1998 | Numru ta' laboratorji | 24 | Numru ta' kampjuni | 5 | Analyte | isfar tal-bajd | Kampjuni | A | B | C | D | E | Numru ta' laboratorji miżmuma wara li ġew eliminati dawk li varjaw ħafna | 19 | 20 | 22 | 20 | 22 | Numru ta' dawk li varjaw ħafna minn oħrajn (laboratorji) | 3 | 4 | 2 | 4 | 2 | Numru ta' riżultati aċċettati | 38 | 40 | 44 | 40 | 44 | Valur medju g/l | 147,3 | 241,1 | 227,4 | 51,9 (*)72,8 (*) | 191,1 | Repeatability standard deviation (Sr) g/l | 2,44 | 4,24 | 3,93 | 1,83 | 3,25 | Repeatability relative standard deviaton (RSDr) (%) | 1,7 | 1,8 | 1,8 | 2,9 | 1,7 | Repeatability limit (r) g/l | 6,8 | 1,9 | 11,0 | 5,1 | 9,1 | Reproducibility standard deviation (SR) g/l | 5,01 | 6,06 | 6,66 | 3,42 | 6,87 | Reproducibility relative standard deviation (RSDR) (%) | 3,4 | 2,5 | 2,9 | 5,5 | 3,6 | Reproducibility limit (R) g/l | 14,0 | 17,0 | 18,7 | 9,6 | 19,2 | Tipi ta' kampjuni A Advocaat, blind duplicates B Advocaat, blind duplicates C Advocaat, blind duplicates D Advocaat (diluted), split levels (*) E Advocaat, blind duplicates [1] Riżultati inkonsistenti bejn iż-żewġ duplicates attribwiti għal żball ta' sampling --------------------------------------------------