This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32000R1901
Commission Regulation (EC) No 1901/2000 of 7 September 2000 laying down certain provisions for the implementation of Council Regulation (EEC) No 3330/91 on the statistics relating to the trading of goods between Member States
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1901/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 dwar l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1901/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 dwar l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri
ĠU L 228, 8.9.2000, p. 28–49
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Imħassar b' 32004R1982
Official Journal L 228 , 08/09/2000 P. 0028 - 0049
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1901/2000 tas-7 ta' Settembru 2000 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 dwar l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3330/91 tas-7 ta' Novembru 1991 dwar l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri [1], kif l-aħħar emendat mill-Parlament Ewropew u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1624/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 30 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3046/92 [3] li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jimplimentaw u jemendaw ir-Regolament (KEE) Nru 3330/91, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2535/98 [4], ġie sostanzjalment emendat numru ta' drabi. (2) Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2256/92 [5], (KE) Nru 1125/94 [6] u (KE) Nru 2820/94 [7] jistabbilixxi dispożizzjonijiet addizjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3330/91, li għandu x'jaqsam partikolarment ma' thresholds statistiċi, għeluq ta'żmien sabiex jintbagħtu r-riżultati, u l-valuri tat-thresholds għal transazzjonijiet individwali fil-kuntest ta' statistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ bejn l-Istati Membri. (3) Meta jiżdiedu l-emendi mar-Regolament (KEE) Nru 3046/92, ir-regolamenti rilevanti għandhom jiġu preskritti f'manjiera ħalli jħaffu l-piż fuq l-impriżi u l-amministrazzjonijiet affettwati minn dawn ir-Regolamenti. (4) Bil-ħsieb li tkun stabbilita statistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri, il-qasam ta' l-applikazzjoni tas-sistema Intrastat għandha tiġi definita preċiżament f'dak li għandu x'jaqsam kemm ma' l-oġġetti li għandhom jiddaħħlu u kemm ma' dawk li għandhom jitħallew barra. (5) Id-data li minnha l-operatur intra-Komunitarju jibda jaħdem sabiex ikun konformi ma' l-obbligi tiegħu li jagħti t-tagħrif għandha tkun stabbilita u għandha tkun definita l-firxa ta' l-obbligi tal-parti terza li lilha l-parti responsabbli li tipprovdi t-tagħrif tista' tittrasferixxi din il-biċċa xogħol. (6) Ċerti regoli li għandhom jiġu mħarsa mid-dipartimenti interessati jridu jkunu speċifikati fid-dettal partikolarment sabiex jagħtu lok għal maniġġjar effiċjenti tar-reġistri ta' operaturi intra-Komunitarji. (7) Element ewlieni tas-sistema Intrastat jikkonsisti fl-użu tat-tagħrif dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud fit-transazzjonijiet ġewwa l-Komunità. Sabiex jiġi asssigurat li l-kompletezza ta' l-istatistika tista' tkun iċċekkjata, huwa xieraq li jiġi speċifikat f'manjiera ristrettiva t-tagħrif li jista' jgħaddi bejn l-awroritajiet amministrattivi fl-Istati Membri responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġijiet dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud u dawk responsabbli għall-formazzjoni ta' l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti fost l-Istati Membri. (8) Il-piż fuq operaturi intra-Komunitarji jrid jitħaffef kemm jista' jkun, jew bl-eżenzjoni tagħhom mill-obbligi statistiċi jew billi l-proċeduri jiġu ssimplifikati. Dan it-tħaffif tal-piż irid ikun illimitat biss mill-bżonn li l-istatistika tkun ta' kwalità sodisfaċenti, li konsegwentement irid jiġi definit. L-Istati Membri kollha jrid ikollhom l-għodda meħtieġa għalbiex tiġi assigurata l-kwalità, filwaqt li jikkunsidraw l-istruttura ekonomika u kummerċjali tagħhom stess. (9) Hemm il-ħtieġa li tiġi speċifikata l-manjiera li biha t-thresholds li japplikaw għal ċerti data jridu jiġu kkalkolati. Għall-proċedura statistika, dan it-tagħrif jeħtieġ li jkun distint mill-proċedura użata għad-dikjarazzjonijiet statistiċi u tat-taxxa. (10) Minkejja l-eżistenza ta' thresholds statistiċi, jibqgħu partijiet responsabbli li jipprovdu tagħrif li jaffettwa numru kbir ta' transazzjonijiet ta' valur baxx li huma obbligati li jikkomunikaw fl-ikbar dettal, obbligu li jirrappreżenta piż 'il barra minn kull proporzjon għall-importanza ta' l-użu tat-tagħrif hekk miksub. Hemm il-ħtieġa li l-piż jitnaqqas. (11) Għandha tinbena lista ta' l-oġġetti li jkunu esklużi mill-prospetti statistiċi li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' l-oġġetti. (12) Id-data li għanda tiġi rappurtata u l-arranġamenti għar-rappurtaġġ ta' din id-data għandhom jiġu definiti f'aktar dettal. (13) Fost l-unitajiet ta' kwantità, il-massa netta, f'kilogrammi, hija l-indikatur ewlieni u għandha fil-prinċipju tiġi msemmija għal kull tip ta' oġġetti. Madankollu, għal ċerti prodotti, mhix l-unità ta' kejl l-aktar xierqa. Il-parti responsabbli li tipprovdi t-tagħrif għandha għalhekk tkun eżentata milli tindika l-massa netta f'dawn il-każi. (14) Ċaqliq speċifiku ta' oġġetti jista' jkun il-kawża ta' sehem sostanzjali fl-istatistika dwar il-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri. In-nuqqas ta' dispożizzjonijiet armonizzati fil-livell tal-Komunità huwa ta' preġudizzju għat-tqabbil ta' l-istatistika bejn l-Istati Membri. Kull fejn huwa possibbli, l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni dwar l-istatistika għandha tiġi mtejba billi tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali relevanti. (15) Sabiex jiġi assigurat li l-istatistika tal-Komunità dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri tiġi kkumpilata regolarment u fi żmien raġonevoli, l-Istati Membri jridu jibagħtu r-riżultati tagħhom skond tabella ta' tqassim taż-żmien komuni. Trid issir distinzjoni bejn ir-riżultati totali u r-riżultati dettaljati sabiex jiġi assigurat l-aqwa sodisfazzjon tal-ħtiġiet ta' min juża u li tieħu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġiet tal-ġbir u tal-proċessar tal-data. (16) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: IT-TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI IL-KAPITOLU 1 KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI L-Artikolu 1 Bil-ħsieb li jiġu stabiliti statistiċi li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom japplikaw ir-Regolament (KEE) Nru 3330/91, minn issa 'l quddiem imsejjaħ ir-"Regolament Bażiku", bi qbil mar-regoli preskritti f'dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Is-sistema ta' l-Intrastat għandha tapplika wkoll għall-prodotti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE [8] ikunu xi jkunu l-forma u l-kontenut tad-dokument li jimxu magħhom, meta jimxu fost it-territorji ta'l-Istati Membri. L-Artikolu 3 1. Is-sistema ta' l-Intrastat ma għandhiex tapplika: (a) għal oġġetti mqiegħda jew miksuba skond il-proċedura tad-dwana għall-proċessar 'il ġewwa fil-pajjiz (is-sistema ta' sospensjoni) jew il-proċedura ta' proċessar taħt il-kontroll tad-dwana; (b) għal oġġetti li jiċċirkolaw bejn taqsimiet tat-territorju statistiku tal-Komunità, li mill-anqas wieħed minnhom ma jkunx fit-taqsima tat-territorju tal-Komunità b'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE [9]. Madankollu, mingħajr preġudizzju għar-regolamenti tad-dwana, dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dawn l-oġġetti għajr l-Artikoli 2, 4, 5, 8 sa 20, 24(1), (2) (minbarra l-inċiż 3), (3) u (4), u 28, 29, 30 u 47. 2. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-ġbir ta' data dwar l-oġġetti li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-proċeduri tad-dwana applikabbli għal dawn l-oġġetti. 3. Jekk il-kopja ta' l-istatistika tad-Dokument Amministrattiv Waħdieni li fih id-data mniżżla fl-Artikolu 23(1) u (2) tar-Regolament Bażiku ma tkunx disponibbli, id-dipartimenti tad-dwana għandhom jibagħtu lid-dipartimenti ta' l-istatistika rilevanti lista perjodika ta' mill-anqas darba fix-xahar ta' dik l-istess data skond it-tip ta' oġġetti, bi qbil ma' l-arranġamenti miftiehma fuqhom mid-dipartimenti msemmija. IL-KAPITOLU 2 DAWK LI JIPPROVDU TAGĦRIF U REĠISTRI L-Artikolu 4 1. Kull persuna naturali jew legali li tħaddem operat intra-Komunitarju għall-ewwel darba, sew jekk l-oġġetti jkunu qegħdin jaslu u sew jekk ikunu qegħdin jintbagħtu, għandha tkun responsabbli li tipprovdi t-tagħrif mitlub skond it-tifsira ta' l-Artikolu 20(5) tar-Regolament Bażiku. 2. Il-parti li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi d-data fuq l-operati intra-Komunitarji tagħha permezz tad-dikjarazzjonijiet perjodiċi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku sa mill-ewwel xahar li matulu it-threshold ta' l-assimilazzjoni tiġi maqbuża, bi qbil mad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-threshold li ssir applikabbli għaliha. 3. Meta n-numru tar-reġistrazzjoni taL-VAT ta' parti responsabbli għall-provvediment ta' tagħrif jiġi emendat bir-riżultat ta' bdil tal-possessur, l-isem, l-indirizz, l-istat legali jew it-tibdil simili li ma jaffettwawx l-operati intra-Komunitarji tiegħu fuq firxa sinifikanti, ir-regola definita fil-paragrafu 1 ma hemmx għalfejn tiġi applikata għall-parti f'dak il-każ fi żmien il-bidla. Għandha tissokta bla ħsara għall-obbligi statistiċi li għalihom kienet soġġetta qabel il-bdil. L-Artikolu 5 1. Il-parti terza li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament Bażiku minn hawn 'il quddiem tissejjaħ "il-parti terza dikjaranti". 2. Il-parti terza dikjaranti għandha tipprovdi lid-dipartimenti nazzjonali kompetenti t-tagħrif li ġej: (a) bi qbil ma' l-Artikolu 6(1), it-tagħrif meħtieġ: - sabiex tidentifika lilha nnifisha, - sabiex tidentifika kull waħda mill-partijiet responsabbli li jipprovdu t-tagħrif u li jkunu għaddewlha din il-biċċa xogħol; (b) għal kull wieħed mill-partijiet responsabbli li tipprovdi t-tagħrif, id-data meħtieġa mir-Regolament Bażiku u fl-implimentazzjoni tagħha. L-Artikolu 6 1. It-tagħrif meħtieġ biex jiġi identifikat operatur intra-Komunitarju fit-tifsira ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament Bażiku għandu jkun li ġej: - l-isem sħiħ tal-persuna jew ditta, - l-indirizz sħiħ inkluża l-kodiċi postali, - skond iċ-ċirkustanzi preskritti fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament Bażiku, in-numru tar-reġistrazzjoni tat-VAT. Madankollu, id-dipartimenti ta' l-istatistika li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Bażiku jistgħu jiddispensaw minn oġġett wieħed jew aktar ta' tagħrif imsemmijin aktar 'il fuq jew, skond ċirkustanzi stabiliti minnhom, jeżentaw operaturi intra-Komunitarji milli jipprovduhom. Fl-Istati Membri li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Bażiku, it-tagħrif li jservi sabiex jidentifika operatur intra-Komunitarju għandu jiġi fornit lid-dipartimenti ta' l-istatistka msemmija hawn fuq mill-awtoritajiet tat-taxxa li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu msemmi u meta jkun disponibbli għal ta' aħħar, jekk kemm-il darba ma jkunx hemm ftehim kuntrarju bejn id-dipartimenti interessati. 2. Il-lista minima tat-tagħrif li jrid jiġi rekordjat fir-reġistru ta' l-operaturi intra-Komunitarji, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament Bażiku, għandu jkun fiha, għal kull-operatur intra-Komunitarju, dan li ġej: (a) is-sena u x-xahar ta' l-annotazzjoni fir-reġistru; (b) it-tagħrif meħtieġ sabiex jiġi identifikat l-operatur kif preskritt fil-paragrafu1; (ċ) fejn japplika, jekk l-operatur huwiex parti responsabbli li tipprovdi t-tagħrif jew parti terza dikjaranti, mal-kunsinna jew mal-wasla; (d) fil-każ ta' parti reponsabbli li tipprovdi t-tagħrif, il-valur totali ta' l-operati intra-Komunitarji tagħha, bix-xahar u skond iċ-ċaqliq, flimkien mal-valur li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Bażiku. Madankollu, ma hemmx għalfejn dan it-tagħrif jiġi rekordjat jekk iċ-ċekkjar tat-tagħrif rekordjat bħala statistika li tuża t-tagħrif kif li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Bażiku u l-funzjonament tat-thresholds statistiċi li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 28 tar-Regolament imsemmi jiġu organizzati separatament miż-żamma tar-reġistru ta' operaturi intra-Komunitarji. Id-dipartimenti nazzjonali kompetenti jistgħu jirrekordjaw data fir-reġistru bi qbil mal-ħtiġiet tagħhom. L-Artikolu 7 Bil-ħsieb li jiġi implimentat l-Artikolu 10(6) tar-Regolament Bażiku, fil-każ fejn ir-responsabbiltà tat-tagħrif, għal operati speċifikati bil-quddiem, ma taqax fuq l-operatur bħala entità legali per se imma fuq parti kostitwenti ta' din l-entità, bħalma jistgħu jkunu fergħa ta' uffiċċju, tip ta' unità ta' attività jew unità lokali, l-eżenzjoni tista' tkun kunsidrata bħala ġġustifikata. L-Artikolu 8 1. Fil-listi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Bażiku, l-awtoritajiet responsabbli mit-taxxa għandhom isemmu l-operaturi intra-Komunitarji li, bħala riżultat ta' xoljiment, għaqda jew għeluq ta' l-attività tagħhom matul iż-żmien li fih ikunu qegħdin jiġu rriveduti, ma jridux jibqgħu jidhru aktar fil-listi msemmija. 2. Il-provvediment ta' tagħrif ta' natura fiskali li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament Bażiku minn awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġijiet dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud lid-dipartimenti responsabbli f'dan l-Istat Membru mill-kumpilazzjoni ta' l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri irid ikun illimitat għat-tagħrif li dawk li huma obbligati li jagħtu rendikont dwar il-VAT huma meħtieġa li jipprovdu bi qbil ma' l-Artikolu 22 tad-Direttiva 77/388/KEE. L-Artikolu 9 1. Il-parti responsabbli mill-provvediment tat-tagħrif għandha tibgħat id-data skond ir-Regolament Bażiku u l-implimentazzjoni tiegħu: (a) bi qbil mad-dispożizzjoni tal-Komunità mdaħħla fis-seħħ; (b) direttament lid-dipartimenti nazzjonali kompetenti jew permezz ta' uffiċċji ta' ġbir li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew għal dan il-għan jew għal għanijiet statistiċi oħra jew amministrattivi; (ċ) għal perjodu ta' referenza speċifikat minn qabel, fid-diskrezzjoni tiegħu: - jew permezz ta' dikjarazzjoni waħda, fil-limitu ta' żmien li d-dipartimenti nazzjonali kompetenti jistabbilixxu fl-istruzzjonijiet ġenerali tagħhom lill-partijiet responsabbli li jipprovdi t-tagħrif, - jew permezz ta' numru ta' dikjarazzjonijiet mill-partijiet. F'dan il-każ, id-dipartimenti nazzjonali kompetenti jistgħu jeħtieġu li jintlaħaq ftehim bejniethom dwar il-frekwenza tat-trasmissjoni u l-għeluq taż-żmien, imma l-aħħar dikjarazzjoni mill-partijiet għandha tiġi mibgħuta fil-limitu taż-żmien preskritt skond l-ewwel subinċiż ta' hawn fuq. 2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, parti responsabbli mill-provvediment ta' tagħrif li tibbenefika minn eżenzjoni bis-saħħa ta' l-applikazzjoni tat-threshold ta' assimilazzjoni kif ipprovduta fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament Bażiku trid, meta tibgħat it-tagħrif, u tkun konformi biss mar-regolamenti ta' l-awtoritajiet responsabbli mit-taxxa. 3. B'konformità ma' l-Artikolu 34 tar-Regolament Bażiku, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu li għandhom x'jaqsmu mal-perjodiċità tad-dikjarazzjoni ma għandhomx jipprevienu l-konklużjoni ta' ftehim li jipprovdi li d-data iġi fornita fi żmien reali, meta d-data tkun mibgħuta elettronikament. 4. Permezz ta' deroga għall-paragrafu 1 ta' hawn fuq, dawk l-Istati Membri fejn id-dikjarazzjoni perjodika ta' l-istatistka hija l-istess bħad-dikjarazzjoni perjodika tat-taxxa, il-provvedimenti li għandhom x'jaqsmu mat-trasmissjoni tad-dikjarazzjoni statistika għandhom ikunu preskritti bl-istess mod skond ir-regolamenti tat-taxxa tal-Komunità jew dawk nazzjonali. IL-KAPITOLU 3 THRESHOLDS STATISTIĊI U EŻENZJONIJIET It-Taqsima 1 Funzjonament globali tat-thresholds L-Artikolu 10 Kull sena l-Istati Membri għandhom iħejju t-thresholds ta' assimilazzjoni u ta' simplifikazzjoni li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 28 tar-Regolament Bażiku. Huma u jħejju t-thresholds, għandhom jassiguraw li, l-ewwelnett, jilħqu l-ħtiġiet ta' kwalità preskritti f'dan il-Kapitolu u, it-tieni nett, jesplojtaw totalment l-opportunitajiet li joħorġu minnu sabiex iserrħu l-piż ta' operaturi intra-Komunitarji. L-Artikolu 11 Għall-għanijiet ta' din it-taqsima: (a) "żball" tfisser id-diskrepanza bejn ir-riżultati miksuba bl-applikazzjoni jew mingħajrhom tat-thresholds li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 10. Meta tiġi applikata l-proċedura ta' korrezzjoni għar-riżultati ottenuti wara l-applikazzjoni tat-thresholds, l-iżball jiġi kkalkolat skond ir-riżultati li jkunu ġew ikkoreġuti; (b) għall-għanijiet ta' l-aġġustament tat-thresholds, "valur totali" tfisser il-valur jew ta' l-oġġetti ħierġa jew ta' l-oġġetti dieħla skontati mill-operaturi intra-Komunitarji fuq perjodu ta' 12-il xahar, għajr dawk li jkunu eżenti skond l-Artikolu 5 tar-Regolament Bażiku; (ċ) "kopriment" tfisser, f'dak li għandu x'jaqsam ma' valur totali speċifikat, il-valur proporzjonali ta' l-oġġetti ħierġa jew ta' l-oġġetti dieħla skontati mill-operaturi intra-Komunitarji li jkunu l fuq mit-thresholds ta' l-assimilazzjoni. L-Artikolu 12 1. It-thresholds ta' assimilazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jilħqu l-ħtiġiet ta' kwalità li ġejjin: (a) Riżultati skond il-kategorija ta' l-oġġetti Kull Stat Membru għandu jassigura li l-iżball fil-valuri annwali ma jaqbiżx il-5 % għal 90 % tas-sub-intestaturi bi tmien ċifri diġitali tan-Nomenklatura Magħquda li jirrappreżenta 0,005 % jew aktar tal-valur totali ta' l-oġġetti ħierġa jew dieħla tiegħu. Madankollu, kull Stat Membru jista' jgħolli dan ir-rekwiżit ta' kwalità sal-punt fejn l-iżball ma jaqbiżx il-5 % għal 90 % tas-sub-intestaturi bi tmien ċifri diġitali tan-Nomenklatura Magħquda li tirrappreżenta 0,001 % jew aktar tal-valur totali ta' l-oġġetti ħierġa jew dieħla tiegħu. (b) Riżultati skond il-pajjiż imsieħeb Kull Stat Membru għandu jassigura li l-iżball fil-valuri annwali tar-riżultati tiegħu minn pajjiż imsieħeb, għajr pajjiżi li jirrappreżentaw anqas minn 3 % tal-valur totali ta' l-oġġetti ħierġa jew dieħla tiegħu, ma jaqbiżx il-1 %. 2. Meta fi Stat Membru s-sehem tal-valur totali ta' l-oġġetti ħierġa jew dieħla fil-Komunità huwa anqas minn 3 %, dan l-Istat Membru jista' joħroġ 'il barra mill-ħtiġiet ta' kwalità preskritti fl-ewwel sotto-paragrafu tal-paragrafu 1(a). F'każijiet minn dawn, l-ishma ta' 90 % u 0,005 % għandhom jinbidlu f'70 % u 0,01 % rispettivament. 3. Sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet ta' kwalità ddikjarati fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jibbażaw il-kalkolu tat-thresholds tagħhom fuq ir-riżultati tal-kummerċ ma' l-Istati Membri fuq perijodi ta' 12-il xahar qabel l-introduzzjoni tat-thresholds. Għall-Istati Membri li ma jkunux kapaċi jagħmlu dan il-kalkolu għaliex iċ-ċifri ma jkunux kompleti, it-thresholds ta' assimilazzjoni għandhom jiġu stabbbiliti f'livell mhux aktar baxx mit-threshold l-aktar baxxa, u anqas ogħla minn dik l-aktar għolja stabbiliti mill-Istati Membri l-oħra. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jorbtu lill-Istati Membri li jkunu eżenti skond il-paragrafu 2. 4. Jekk, għal ċerti gruppi ta' oġġetti, l-applikazzjoni tat-thresholds ikkalkolati bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu tagħti riżultat li, mutatis mutandis, tfalli milli tilħaq il-ħtiġiet ta' kwalità ddikjarati fil-paragrafi1 u 2, u jekk it-thresholds ma jistgħux jiġu mniżżla aktar 'l isfel mingħajr ma jitnaqqas is-solliev li l-Artikolu 10 jiggarantixxi lil operaturi intra-Komunitarji, jistgħu jittieħdu miżuri xierqa, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba minn Stat Membru, bi qbil ma' proċedura preskritta fl-Artikolu 30 tar-Regolament Bażiku. L-Artikolu 13 1. Għad-dħul tat-thresholds ta' simplifikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu dawn: - f'livelli ogħla minn 100000 EUR b'konformità ma' l-ewwel sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 28(9) tar-Regolament Bażiku, basta li jistgħu jassiguraw li mill-anqas 95 % tal-valur totali ta' l-oġġetti ħierġa jew dieħla tagħhom jkunu koperti minn dikjarazzjonijiet perjodiċi li fihom ikun jinsab it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 23 tar-Regolament Bażiku, - meta ikunu eżenti skond l-Artikolu 12(2), f'livelli aktar baxxi minn 100000 EUR b'konformità mat-tieni sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 28(9) tar-Regolament Bażiku, safejn u sakemm ikun meħtieġ biex jiġi assigurat li mill-anqas 95 % tal-valur totali ta' l-oġġetti ħierġa jew dieħla tagħhom ikunu koperti b'dikjarazzjonijiet perjodiċi li fihom jinsab it-tagħrif rekwiżit skond l-Artikolu 23 tar-Regolament Bażiku. 2. Il-parti responsabbli li tipprovdi t-tagħrif skond ir-regoli ta' simplifikazzjoni ta' l-Artikolu 28(5) tar-Regolament Bażiku, għandha tirrapporta fid-dikjarazzjoni massima ta' għaxra mill-ifjen sub-intestaturi rilevanti fin-Nomenklatura Magħquda li, f'termini ta' valur, ikunu l-aktar importanti għall-perijodu kopert mid-dikjarazzjoni. Għall-prodotti li jifdal, għandha tiġi użata l-kodiċi 99500000. L-Artikolu 14 1. Għall-aġġustament tat-thresholds ta' assimilazzjoni, il-ħtiġiet ta' kwalità speċifikati fl-Artikolu 12 għandhom jitqiesu bħala milħuqa jekk il-kopertura tinżamm fil-livell ottenut meta t-thresholds jkunu ġew imdaħħla. 2. Il-kundizzjoni preskritta fil-paragrafu 1 għandha tintlaħaq jekk l-Istati Membri: (a) jikkalkolaw it-thresholds tagħhom għas-sena li tiġi wara s-sena korrenti fuq il-bażi ta' l-aħħar riżultati disponibbli dwar il-kummerċ tagħhom ma' l-Istati Membri l-oħra għal perjodu ta' 12-il xahar, u (b) jistabbilixxu t-thresholds tagħhom f'livell li jagħti lok għall-istess kopertura għall-perjodu għaldaqstant definit bħall-perjodu użat bħala bażi għall-kalkolu tat-thresholds tagħhom għas-sena korrenti. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni jekk jużaw metodu differenti, sabiex jilħqu din il-kundizzjoni. 3. L-Istati Membri jistgħu jbaxxu l-kopertura tagħhom iżda jekk jissoktaw jintlaħqu l-ħtiġiet ta' kwalità preskritti fl-Artikolu 12. 4. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-aġġustamenti għat-thresholds tagħhom ta' assimiliazzjoni kull sena. It-thresholds għandhom jiġu aġġustati jekk l-aġġustament jinvolvi bidla ta' mill-anqas 10 % fil-valuri tal-thresholds għas-sena korrenti. L-Artikolu 15 1. Għall-aġġustament tat-thresholds ta' simplifikazzjoni, l-Istati Membri li jistabbilixxu dawn: - f'livelli ogħla mill-valuri preskritti bl-Artikolu 28(8) tar-Regolament Bażiku, għandhom jassiguraw li għandha tintlaħaq il-kondizzjoni preskritta fl-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 13(1) ta' dan ir-Regolament, - f'livelli aktar baxxi f'dawn il-valuri, ġaladarba huma eżenti b'konformità ma' l-Artikolu 12(2) ta' hawn fuq, għandhom jassiguraw li jħarsu l-limitu preskritt fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament. 2. Biex jiġi assigurat li tintlaħaq il-kondizzjoni li hemm referenza dwarha fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 13(1) jew li jitħares il-limitu li hemm referenza dwaru fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 13(1), għandu jkun biżżejjed għall-Istati Membri li jikkalkolaw l-aġġustament tat-thresholds tagħhom ta' simplifikazzjoni billi jużaw il-metodu preskritt fl-Artikolu 14(2) dwar l-aġġustament ta' thresholds ta' assimilazzjoni. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni jekk jużaw metodu differenti. L-Artikolu 16 It-tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-aġġustament tat-thresholds ta' assimilazzjoni u ta' simplifikazzjoni għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard mill-31 Ottubru tas-sena ta' qabel. L-Artikolu 17 1. Il-partijiet responsabbli mill-provvediment tat-tagħrif għandhom ikunu ħielsa mill-obbligi tagħhom safejn u sakemm imħollija bl-applikazzjoni tat-thresholds ta' assimilazzjoni u simplikfikazzjoni stabbiliti għal sena magħrufa, iżda jekk ma jkunux qabżu dawn it-thresholds fis-sena ta' qabel. 2. Għal kull threshold ta' l-istatistika, il-provvedimenti adottati għandhom japplikaw għas-sena kollha. Madankollu, jekk il-valur ta' transazzjonijiet intra-Komunitarji mwettqa minn parti responsabbli li tipprovdi tagħrif f'xi żmien matul is-sena jaqbeż it-threshold applikabbli għaliha, għandha tipprovdi t-tagħrif dwar it-transazzjonijiet intra-Komunitarji tagħha mix-xahar li fih it-threshold tkun inqabżet bi qbil mal-provvedimenti li japplikaw għal threshold li ssir applikabbli. Jekk din id-dispożizzjoni tinvolvi t-trasmissjoni ta' dikjarazzjonijiet perjodiċi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-limitu taż-żmien għat-trasmissjoni ta' dawn id-dikjarazzjonijiet bi qbil ma' l-arranġamenti amministrattivi partikolari tagħhom. L-Artikolu 18 L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-tagħrif li għandu x'jaqsam mat-thresholds li jkunu kkalkolaw mill-anqas ġimagħtejn qabel il-pubblikazzjoni. Fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom ukoll jikkomunikaw it-tagħrif meħtieġ għall-eżaminazzjoni ta' dawn it-thresholds, kemm għall-perjodu li fuqu jkun ibbażat il-kalkolu u kemm għas-sena kalendarja speċifikata. It-Taqsima 2 Thresholds u eżenzjonijiet speċifiċi L-Artikolu 19 Għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 24(3) ta' dan ir-Regolament u ta' l-Artikolu 23(3) tar-Regolament Bażiku, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu thresholds separati għal dak li jasal u dak li jintbagħat f'dawk il-valuri li mill-anqas 95 % ta' dawk li jipprvodu t-tagħrif ikunu eżenti mill-ħtieġa li jipprovdu data dwar "valur statistiku", "manjiera ta' trasport" u "proċedura statistika". Sa fejn jinteressa l-"valur statistiku", l-Istati Membri għandhom jassiguraw li mill-anqas 70 % tal-valur totali minn dak li jibagħtu jew minn dak li jirċievu jkun kopert. Il-limitu ta' 95 % ta' provvedituri tat-tagħrif jista' jitnaqqas sa 90 % jekk ma tintlaħaqx l-iskala ta' kopertura ta' 70 % tal-valur totali ta' dak li jibagħtu jew li jirċievu. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw dawn il-limiti mill-aħħar riżultati disponibbli għall-kummerċ tagħhom ma' Stati Membri oħra fuq perjodu ta' 12-il xahar. It-tagħrif li għandu x'jaqsam mad-dħul ta' dawn it-thresholds għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard mill-31 Ottubru 2000. L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw it-thresholds tagħhom kull sena kalendarja sakemm il-ħtiġiet ta' kwalità preskritti f'dan l-Artikolu jintlaħqu. L-Istati Membri interessati għandhom jippubblikaw it-tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-aġġustament tat-thresholds mhux aktar tard mill-31 Ottubru tas-sena ta' qabel. L-Artikolu 20 1. Il-valur ta' threshold għal transazzjonijiet individwali jista' jiġi applikat fuq il-kondizzjonijiet definiti fil-paragrafi 2 u 3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, din l-threshold għandha tagħti lill-partijiet responsabbli li jipprovdu t-tagħrif l-għażla li jirrekordjaw it-transazzjonijiet kollha li l-valur tagħhom huwa aktar baxx minn din it-threshold skond l-intestatura globali ta' Nomenklatura Magħquda, f'liema każ l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 23 tar-Regolament Bażiku għandha tiġi limitata għall-provvediment tal-data li ġejja: - fil-każ ta' dħul, l-Istat Membru li jibgħat, - fil-każ ta' ħruġ, l-Istat Membru tal-kunsinna, - il-valur ta' l-oġġetti. It-intestatura globali li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun identifikata bil-kodiċi 99500000 tal-Kodiċi NM. Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, "transazzjoni" tfisser kull operat deskritt fl-Artikolu 25(1)(a) ta' dan ir-Regolament. It-threshold għal kull transazzJoni għandha tkun ta' EUR 100. 2. Fil-kuntest ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw jew jillimitaw l-applikazzjoni ta' l-għażla pprovvduta fil-paragrafu 1 iżda jekk jikkunsidraw li l-għan li jżommu kwalità sodisfaċenti tat-tagħrif statistiku jirbaħ fuq ix-xewqa meħtieġa li jnaqqsu l-piż tar-rappurtaġġ. 3. L-Istati Membri jistgħu jordnaw lill-partijiet responsabbli għall-provvediment tat-tagħrif li jistaqsu bil-quddiem lid-dipartiment responsabbli għall-kumpilazzjoni ta' l-istatistika dwar il-kummerċ ta' oġġetti bejn Stati Membri sabiex jitħallew jagħmlu użu mill-għażla li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1. 4. Meta jkunu mitluba biex jagħmlu hekk mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu dan it-tagħrif kif meħtieġ għall-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Artikolu 21 Data li għandha x'taqsam ma' l-oġġetti elenkati fl-Anness I għandha titħalla barra milli tiġi kkumpilata u, konsegwentement, b'konformità ma' l-Artikolu 25(4) tar-Regolament Bażiku, milli tinġabar. IL-KAPITOLU 4 DATA STATISTIKA L-Artikolu 22 Fl-istrument tat-tagħrif, l-Istati Membri li t-territorju statistiku tagħhom huwa deskritt fin-nomenklatura adotta kull sena b'konformità ma' l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 [10] għandhom jiġu mfassla bil-kodiċijiet li ġejjin: Il-Belġju | BE jew 017 | Id-Danimarka | DK jew 008 | Il-Ġermanja | DE jew 004 | Il-Greċja | GR jew 009 | Spanja | ES jew 011 | Franza | FR jew 001 | L-Irlanda | IE jew 007 | L-Italja | IT jew 005 | L-Lussemburgu | LU jew 018 | L-Olanda | NL jew 003 | L-Awstrija | AT jew 038 | Il-Portugall | PT jew 010 | Il-Finlandja | FI jew 032 | L-Isvezja | SE jew 030 | Ir-Renju Unit | GB jew 006 | L-Artikolu 23 Meta l-kwantità ta' oġġetti li tkun sejra titniżżel fil-mezz tad-data tiġi stabbilita: (a) "massa netta" tfissser il-massa attwali ta' l-oġġett bl-esklużjoni ta' l-ippakkjar kollu. Din għandha tingħata f'kilogrammi. Madankollu, l-ispeċifikazzjoni ta' massa netta għas-sub-intestaturi tan-nomenklatura Magħquda ddikjarata fl-Anness II ma' għandhiex tkun obbligatorja iżda ta' għażla għall-partijiet responsabbli li jipprovdu t-tagħrif. Sabiex tiġi mgħarrfa l-parti responsabbli li tipprovdi t-tagħrif dwar it-tiġdid possibbli ta' l-Anness, li jirriżulta minn tibdil ta' kull sena fin-Nomenklatura Magħquda, għandha tiġi ppubblikata nota ta' spjegazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (serje C); (b) "unitajiet supplimentari" tfisser l-unitajiet li jkejlu l-kwantità, għajr l-unitajiet li jkejlu l-massa espressa f'kilogrammi. Għandhom ikunu msemmija bi qbil mat-tagħrif iddikjarat fil-verżjoni korrenti tan-Nomenklatura Magħquda, biswit is-sub-intestaturi interessati, li l-lista tagħhom tiġi ppubblikata fil-Parti I "Dispożizzjonijiet provviżorji" tan-nomenklatura msemmija. L-Artikolu 24 1. Il-valur ta' l-oġġetti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 23(1)(d) tar-Regolament Bażiku għandu jiġi rappurtat fl-istrument tat-tagħrif statistiku skond il-kondizzjonijiet kif definiti fil-paragrafi 2 u 3. 2. Il-valur ta' l-oġġetti rappurtati fit-taqsima "ammont tal-fattura" fl-istrument tat-tagħrif statistiku għandu jkun taxxabbli għall-ammont li jkun stabbilit għall-għanijiet tat-taxxa bi qbil mad-Direttiva 77/388/KEE. Għal prodotti suġġetti għal dazju tas-sisa, madankollu, l-ammont ta' dawn id-dazji għandu jkun eskluż mill-valur ta' l-oġġetti. Kull meta l-ammont taxxabbli ma jkollux għalfejn jiġi ddikjarat għall-ħtiġiet tat-taxxa, il-valur ta' l-oġġetti rappurtati għandu jikkorrespondi mal-valur tal-fattura, mingħajr il-VAT, jew, fin-nuqqas ta' dan, għall-ammont li kien ikun imniżżel fil-fattura fil-każ ta' bejgħ jew xiri. Fil-każ ta' xogħol b'kuntratt, il-valur ta' l-oġġett li jrid jiġi rappurtat, bil-ħsieb ta' u wara dawn l-operati, għandu jkun l-ammont totali li jrid jitniżżel fil-fattura fil-każ ta' kull bejgħ jew xiri. 3. Il-valur statistiku ta' l-oġġetti, kif definita fil-paragrafu 5, għandu wkoll ikun irrappurtat fit-taqsima pprovduta għal dan il-għan fl-istrument tat-tagħrif statistiku minn dawk li jipprovdu t-tagħrif li dak li huma jdaħħlu jew dak li huma jibagħtu kull sena jaqbeż il-limiti stabbiliti minn kull Stat Membru, bi qbil ma' l-Artikolu 19. 4. Permezz ta' deroga għall-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw li dawk li jipprovdu t-tagħrif milli jirrappurtaw il-valur statistiku ta' l-oġġetti. F'dan il-każ, l-Istati Membri interessati għandhom jikkalkolaw il-valur statistiku ta' l-oġġetti, kif definit fil-paragrafu 5, skond it-tipi ta' l-oġġetti. 5. Il-valur statistiku għandu jkun ibbażat fuq l-oġġetti rrappurtati minn dawk li jipprovdu t-tagħrif b'konformità mal-paragrafu 2. Għandu jinkludi biss spejjeż inċidentali, bħall-ispejjeż tat-trasport u ta' l-assigurazzjoni, kif jirreferu għal dik il-parti mir-rotta li: - għal dak li jibagħtu, ikun fit-territrju statistiku tal-kunsinna ta' l-Istat Membru, - għal dak li jidħol, li jkun barra mit-territorju statistiku tad-dħul ta' l-Istat Membru. 6. Il-valur ta' l-oġġetti definiti fil-paragrafu ta' qabel għandu jiġi espress fil-munita korrenti nazzjonali, li għalhekk ir-rata tal-kambju li trid tiġi applikata għandha tkun: - dik applikabbli biex tistabbilixxi l-ammont taxxabbli għall-għanijiet tat-taxxa, meta din tiġi stabbilita, - inkella, ir-rata uffiċjali tal-kambju fiż-żmien li timtela d-dikjarazzjoni kollha jew dik applikabbli għall-kalkolu tal-valur għall-ħtiġiet tad-dwana, fin-nuqqas ta' xi dispożizzjonijiet speċjali deċiżi mill-Istati Membri. 7. Bi qbil ma' l-Artikolu 26 tar-Regolament Bażiku, il-valur ta' l-oġġetti mogħtija fir-riżultati li jridu jiġu mibgħuta lill-Kummissjoni għandu jkun il-valur statistiku definit fil-paragrafu 5. 8. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovduha bit-tagħrif li jgħinha tagħmel stima ta' l-applikazzjoni tal-paragrafu 3. L-Artikolu 25 1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, (a) "transazzjoni" għandha tfisser kull operat, sew kummerċjali u sewwa le, li jwassal għaċ-ċaqliq ta' oġġett kopert mill-istatistika dwar il-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri; (b) "natura tat-transazzjoni" tfisser dawk il-karatteristiċi kollha li jiddistingwu transazzjoni waħda minn oħra. 2. Għandha ssir distinzjoni bejn transazzjonijiet li huma differenti fin-natura tagħhom, bi qbil mal-lista fl-Anness III. In-natura ta' transazzjoni għandha tiġi speċifikata, fuq l-istrument tat-tagħrif, bin-numru tal-kodiċi li jikkorreispondi mal-kategorija xierqa tal-kolonna A fil-lista msemmija hawn fuq. 3. Fil-limiti tal-lista li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-ġbir tal-data dwar in-natura tat-transazzjoni sal-livell li huma jużaw għall-ġbir ta' data dwar pajjiżi terzi fil-kummerċ, irrispettivament jekk f'dan il-każ jiġbruhomx bħala data tan-natura tat-transazzjoni jew bħala data fil-proċeduri tad-dwana. L-Artikolu 26 1. "Pajjiż ta' l-oriġini" għandha tfisser il-pajjiż minn fejn joriġinaw l-oġġetti. Oġġetti li huma miksuba għal kollox f'pajjiż joriġinaw f'dan il-pajjiż. Oġġett li fil-produzzjoni tiegħu jkunu involuti żewġ pajjiżi jew aktar joriġina fil-pajjiż fejn isir l-aħħar proċess jew xogħol sinifikanti, ikun ekonomikament ġustifikat u magħmul f'impriża mgħammra għal dan il-għan u li jwassal għall-fabbrikazzjoni ta' prodott ġdid jew li tirrappreżenta stadju importanti fil-fabbrikazjoni tiegħu. 2. Il-pajjiż ta' l-oriġini huwa nominat bil-kodiċi assenjata lilu fil-verżjoni korrenti tan-nomenklatura tal-pajjiżi diskussa fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1172/95, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) No 374/98 [11]. L-Artikolu 27 1. "Reġjun ta' l-oriġini" għandu jfisser dak ir-reġjun tal-kunsinna fi Stat Membru fejn l-oġġetti kienu pproduċuti, mibnija, imgħaqqda flimkien, ipproċessati, imsewwija jew miżmuma fi stat tajjeb. Fin-nuqqas ta' dan, ir-reġjun ta' l-oriġini għandu jiġi mibdul jew bir-reġjun fejn ikun sar il-proċess kummerċjali jew bir-reġjun minn fejn ikunu ntbagħtu l-oġġetti. 2. "Reġjun ta' destinazzjoni" għandha tfisser ir-reġjun ta' l-Istati Membri fejn issir il-wasla li fihom l-oġġetti jridu jiġu kkunsmati jew mibnija, imgħaqqda flimkien, ipproċessati, imsewwija jew miżmuma fi stat tajjeb. Jekk jonqos dan, ir-reġjun tad-destinazzjoni għandu jiġi mibdul bir-reġjun fejn ikun sar il-proċess kummerċjali jew bir-reġjun minn fejn ikunu ntbagħtu l-oġġetti. 3. Kull Stat Membru li jeżerċita l-għażla pprovvduta bl-Artikolu 23(2)(b) tar-Regolament Bażiku għandu jħejji lista tar-reġjuni tiegħu u jistabbilixxi l-kodiċi, li għandu jkollha massimu ta' żewġ karattri, li bih dawn ir-reġjuni jiġu indikati fuq l-istrument tat-tagħrif. L-Artikolu 28 1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, "skondi tal-kunsinna" għandhom ifissru dawk id-dispożizzjonijiet li l-kuntratt tagħhom tal-bejgħ jistabbilixxi l-obbligi tal-bejjiegħ u tax-xerrej rispettivament, bi qbil ma' l-Incoterms tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ elenkati fil-lista ta' l-Anness IV. 2. Fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 19 u dawk fil-lista li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-data fuq l-iskondi tal-kunsinna tiġi miġbura fl-istrument tat-tagħrif u għandhom jagħtu d-dettalji ta' kif għandhom jissemmew. L-Artikolu 29 1. "Mod preżunt tat-trasport" għandha tindika, mal-kunsinna, il-mod ta' trasport stabbilit mill-mezz attiv tat-trasport li bih l-oġġetti jkunu meqjusa li sejrin iħallu t-territorju statistiku ta' Stat Membru li jikkunsinna u, mal-wasla, il-mod tat-trasport stabbilit mill-mezz attiv tat-trasport li bih l-oġġetti jiġu meqjusa li jkunu daħlu fit-territorju statistisku ta' l-Istat Membru li jirċievi. 2. Fil-limiti ddikjarati fl-Artikolu 19, il-modi ta' trasport li jissemmew fuq l-istrument tat-tagħrif huma li ġejjin: Kodici | Titolu | 1 | Trasport bil-baħar | 2 | Trasport bit-tren | 3 | Trasport fit-triq | 4 | Trasport bl-ajru | 5 | Kunsinna postali | 7 | Installazzjonijiet fissi tat-trasport | 8 | Trasport ta' korsa ta' baħar navigabbli intern | 9 | Propulsjoni (tiegħu) | Il-mod ta' trasport għandu jiġi muri fuq l-istrument imsemmi bin-numru korrispondenti tal-kodiċi. L-Artikolu 30 1. "Proċedura ta' l-istatistika" għandha tfisser il-kategorija ta' kunsinna jew ta' wasla li ma jkunx hemm referenza dwarha adegwatament fil-kolonna A jew fil-kolonna B fil-lista ta' transazzjonijiet fl-Anness III. 2. Fil-limiti dikjarati fl-Artikolu 19, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li d-data dwar proċeduri ta' l-istatistika tista' tiġi miġbura fuq l-istrument tat-tagħrif u għandhom jagħtu dettalji dwar kif għandhom jiġu rappurtati. IT-TITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI IL-KAPITOLU 1 DEFINIZZJONI TA' ĊAQLIQ SPEĊIFIKU U KONSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI L-Artikolu 31 1. Iċ-"ċaqliq speċifiku ta' oġġetti" li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 33 tar-Regolament Bażiku għandu karatteristiċi speċifiċi li għandhom xi sinifikat għall-interpretazzjoni tat-tagħrif u joħroġ, jew miċ-ċaqliq tali, min-natura ta' l-oġġetti, mit-transazzjoni li tirriżulta fiċ-ċaqliq ta' l-oġġetti jew minn dak li jipprovdi t-tagħrif. 2. Iċ-ċaqliq speċifiku ta' oġġetti huwa kif ġej: (a) impjanti industrijali; (b) bastimenti u ajruplani, kif definiti fil-Kapitolu 3; (ċ) prodotti tal-baħar; (d) ħażniet u provvisti ta' bastimenti u ajruplani; (e) kunsinni maqsuma; (f) oġġetti militari; (g) stallazzjonijiet 'il barra mix-xtut; (h) vetturi ta' l-ispazju u vetturi li jtajru vetturi ta' l-ispazju; (i) bċejjeċ ta' vetturi bil-mutur u ta' ajruplani; (j) prodotti mill-iskart. 3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet kuntrarji f'dan ir-Regolament jew fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet preskritti bi qbil ma' l-Artikolu 30 tar-Regoament Bażiku, ċaqliq speċifiku għandu jiġi msemmi skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti. 4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku, l-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet xierqa sabiex japplikaw dan it-Titolu u jistgħu jużaw, jekk ikun hemm bżonn, għejun statistiċi oħra barra dawk preskritti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3590/92 [12]. IL-KAPITOLU 2 IMPJANTI INDUSTRIJALI L-Artikolu 32 1. "Impjant industrijali komplet" tfisser it-tagħqid ta' magni, apparat, għodda, tagħmir, strumenti u materjal, minn issa 'l quddiem imsejħin bħala "bċejjeċ komponenti", li jaqgħu taħt intestaturi varji fil-klassifika tas-Sistema Armonizzata u li huma mfassla sabiex jiffunzjonaw flimkien bħala unità fuq skala kbira biex jipproduċu oġġetti jew jipprovdu servizzi. L-oġġetti l-oħra kollha li jiġu użati biex jinbena impjant industrijali komplet jistgħu jiġu ttrattati bħala bċejjeċ komponenti tiegħu, sakemm ma jkunux esklużi mill-kumpilazzjoni ta' l-istatistika bis-saħħa tar-Regolament Bażiku. 2. Proċedura simplifikata ta' dikjarazzjoni tista' tintuża sabiex tirrekordja wasliet jew kunsinni ta' impjanti industrijali kompleti. Dawk responsabbli li jfornu t-tagħrif statistiku għandhom jiġu awtorizzati, fuq it-talba tagħhom, li jużaw din il-procedura simplifikata bi qbil mal-kundizzjonijiet preskritti f'din it-taqsima. 3. Il-proċedura ssimplifikata tista' tiġi applikata biss għall-impjanti industrijali kompleti, li l-valur statistiku totali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 1,5 miljuni, jekk kemm-il darba ma jkunux impjanti industrijali kompleti li jkunu sejrin jerġgħu jintużaw mill-ġdid. Il-valur totali ta' impjant industrijali jiġi kkalkolat billi jingħaddu flimkien il-valuri statistiċi rispettivi tal-bċejjeċ komponenti tiegħu u l-valuri statistiċi rispettivi ta' l-oġġetti li hemm referenza dwarhom fit-tieni sotto-paragrafu tal-paragrafu 1. Il-valur li tiegħu għandu jittieħed rendikont huwa l-valur fuq il-fattura ta' l-oġġett jew, jekk dan ma jkunx disponibbli, l-ammont li jitniżżel fuq il-fattura fil-każ ta' bejgħ jew xiri. L-Artikolu 33 1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, bċejjeċ komponenti li jaqgħu taħt kapitolu speċifikat għandhom jiġu klassifikati taħt is-sub-intestatura rilevanti ta' impjanti industrijali kompleti tal-Kapitolu 98 jekk kemm-il darba d-dipartiment kompetenti li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 35 ma jeħtieġx li l-oġġetti jiġu klassifikati, fil-Kapitolu 98, taħt is-sub-intestaturi rilevanti ta' impjanti industrijali kompleti għat-titoli ta' klassifika tas-Sistema Armonizzata, jew jenħtieġ li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2. Madankollu, il-proċedura ssimplifikata ma għandiex tfixkel lid-dipartiment kompetenti milli jikklassifika ċerti bċejjeċ komponenti taħt is-sub-intestaturi relevanti fin-Nomenklatura Magħquda skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [13]. 2. Meta d-dipartiment kompetenti li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 jikkunsidra li l-valur ta' l-oġġetti ta' impjant industrijali komplet huwa baxx wisq sabiex jiġġustifika li jkunu rrekordjati taħt is-sub-intestaturi tal-kapitoli relevanti, għandhom jiġu applikati s-sub-intestaturi speċifiċi ta' impjanti industrijali kompleti, kif ipprovdut fin-Nomenklatura Magħquda. L-Artikolu 34 Bi qbil man-Nomenklatura Magħquda, in-numri tal-kodiċi għas-sub-intestaturi ta' impjanti industrijali kompleti għandhom ikunu mibnija skond ir-regoli li ġejjin. 1. Il-kodiċi għandu jkun fih tmien ċifri diġitali. 2. L-ewwel żewġ ċifri diġitali għandhom ikunu 9 u 8 rispettivament. 3. It-tielet ċifra diġitali, li għandha sservi biex tidentifika impjant industrijali komplet, għandha tkun 8. 4. Ir-raba' ċifra diġitali tvarja minn 0 sa 9 skond l-attività prinċipali mwettqa mill-impjant industrijali komplet u bi qbil mal-klassifika mogħtija: Kodici | Attivitajiet ekonomici | 0 | Enerġija (li tinkludi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' fwar u misħun) | 1 | Estrazzjonijiet ta' minerali li ma jipproduċux enerġija (li jinkludu preparazzjonijiet ta' metalli mhux maħdum (metalliferous) u estrazzjonijiet ta' pit); manifattura ta' prodotti minerali mhux metalliċi (li jinkludu l-manifattura tal-ħġieġ u ħwejjeġ tal-ħġieġ) | 2 | Industrija tal-ħadid u azzar; manifattura ta' oġġetti tal-metal (li ma jinkludix enġinerija mekanika u kostruzzjoni ta' mezzi tat-trassport) | 3 | Enġinerija mekanika u kostruzzjoni ta' mezzi tat-trassport; inġinerija strumentali | 4 | Industrija kemikali (li jinkludi fibri industriċi magħmulin mill-bniedem); industrija tal-gomma u plastika | 5 | Industrija ta' l-ikel, xorb u tabakk | 6 | Industrija tat-tessuti, ġild, żraben u ħwejjeġ | 7 | Industrija ta' injam lest u karta (li jinkludi l-ipprintjar u l-pubblikazzjoni); industriji tal-manifattura mhux klassifikati xi mkien ieħor | 8 | Trasport (ħlief servizzi konnessi mat-trassport, servizzi ta' aġenti ta' l-ivvjaġġar, sensal tan-noll u aġenti oħra li jiffaċilitaw it-trassport ta' passiġġieri jew merkanzija, ħżin u faċilitajiet fl-imħażen) u komunikazzjoni | 9 | Il-kollezzjoni, l-purifikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-ilma; servizzi konnessi mat-trasport; attivitajiet ekonomiċi mhux klassifikati xi mkien ieħor. | 5. Il-ħames u s-sitt ċifri diġitali għandhom jikkorrispondu maċ-ċifra diġitali tal-kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda li magħha tkun assoċjata is-sub-intestatura ta' l-impjant industrijali komplet. B'danakollu, għall-għanijiet ta' l-Artikolu 33(2), dawn il-ħames u s-sitt ċifri diġitali għandhom ikunu 9. 6. Għal sub-intestaturi ta' impjanti industrijali kompleti li huma lokalizzati: - fil-livell ta' kapitolu fin-Nomenklatura Magħquda, is-seba' u t-tmien ċifri diġitali għandhom ikunu 0, - fil-livell ta' intestatura fis-Sistema Armonizzata, is-seba' u t-tmien ċifri diġitali għandhom jikkorrispondu mat-tielet u r-raba' ċifri diġitali ta' dik l-intestatura. 7. Id-dipartiment kompetenti li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 33(2) għandu jistabbilixxi n-nomina u n-numru tal-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda li għandha tiġi użata fl-istrument tat-tagħrif statistiku biex jidentfika l-bċejjeċ komponenti ta' impjant industrijali komplet. L-Artikolu 35 1. Dawk responsabbli li jissupplixxu t-tagħrif statistiku jistgħu ma jużawx il-proċedura ssimplifikata ta' dikjarazzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tad-dipartiment responsabbli mill-kumpilazzjoni ta' l-statistika dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri bi qbil mar-regoli dettaljati li kull Stat Membru jistabbilixxi fil-qafas ta' dan il-Kapitolu. 2. Fil-każ ta' impjant industrijali komplet li l-bċejjeċ komponenti tiegħu jiġu negozjati bejn numru ta' Stati Membri, awtorizzazzjoni biex tintuża l-proċedura simplifikata ta' dikjarazzjoni għandha tiġi mogħtija minn kull Stat Membru għaċ-ċaqliq li jinteressah. IL-KAPITOLU 3 BASTIMENTI U AJRUPLANI L-Artikolu 36 Għall-għanijiet ta' dan il-kapitolu, (a) "bastimenti" tfisser il-bastimenti użati għat-trasport bil-baħar, li hemm referenza dwarhom fin-Noti Addizzjonali 1 u 2 tal-Kapitolu 89 tan-Nomenklatura Magħquda, u bastimenti tal-gwerra; (b) "ajruplani" tfisser ajruplani li jaqgħu fil-kodiċi 8802 tan-NM għal użu ċivili, basta li jkunu użati minn linja ta' l-ajru, jew għal użu militari; (ċ) "pussess ta' bastiment jew ajruplan" tfisser il-fatt tar-reġistrazzjoni ta' persuna fiżika jew legali bħala s-sid ta' bastiment jew ajruplan; (d) "pajjiż imsieħeb" ifisser: - mal-wasla, l-Istat Membru li jibni jekk il-bastiment jew l-ajruplan ikun mibni fil-Komunità. Fil-każijiet l-oħra, għandha tfisser l-Istat Membru fejn hija stabbilita l-persuna naturali jew legali li tittrasferixxi l-pussess ta' bastiment jew ta' ajruplan, - mal-kunsinna, l-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-persuna naturali jew legali li lilha jkun trasferit il-pussess ta' bastiment jew ta' ajruplan. L-Artikolu 37 1. F'xi Stat Membru partikolari, l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, u t-trasmissjoni tar-riżultati lejn il-Kummissjoni, għandhom ikopru: (a) it-trasferiment tal-bastiment jew ta' l-ajruplan minn għand persuna naturali jew legali fi Stat Membru wieħed lejn persuna naturali jew legali stabbilita f'dan l-Istat Membru. Din it-transazzjoni għandha titqies bħala wasla; (b) it-trasferiment tal-pussess ta' bastiment jew ta' ajruplan minn għand persuna naturali jew legali stabbilita f'dan l-Istat Membru lejn persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat Membru ieħor. Din it-transazzjoni għandha titqies bħala kunsinna. Jekk il-bastiment jew l-ajruplan jiġu rekordjati fl-Istat Membru fejn jinbnew; (ċ) il-kunsinna jew il-wasla ta' bastiment jew ta' ajruplan pendenti jew wara li jsir xogħol b'kuntratt. 2. Il-prospett ta' kull xahar dwar it-transazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1(a) u (b), li jiġu trasmessi lejn il-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandhom jinkludu d-data li ġejja: (a) il-kodiċi li tikkorrispondi mas-sotto-diviżjoni tal-klassifika tal-prodotti li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku; (b) il-kodiċi ta' l-Istat Membru msieħeb; (ċ) il-kwantità, f'numru ta' oġġetti u f'kull unità supplimentari oħra stabbiliti fin-nomenklatura, għall-bastimenti, u l-kwantità, f'massa netta u unitajiet supplimentari, għall-ajruplani; (d) il-valur statistiku. IL-KAPITOLU 4 ĦAŻNIET U PROVVISTI FUQ BASTIMENTI U AJRUPLANI L-Artikolu 38 Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, - "ħażniet fuq bastimenti u ajruplani" tfisser il-prodotti varji għall-konsum mill-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta' bastimenti jew ta' ajruplani, - "provvisti għal bastimenti u ajruplani" tfisser il-prodotti għall-operat tal-magni, makkinarju u tagħmir ieħor fuq bastimenti u ajruplani, bħalma huma karburanti, żjut u lubrikanti, - "bastimenti u ajruplani minn Stat Membru ieħor" għal Stat Membru partikolari, kuntrarju għal bastiment jew ajruplan "ċittadin", tfisser dawk il-bastimenti jew ajruplani li għall-użu kummerċjali tagħhom tkun responsabbli persuna naturali jew legali stabbilita fi Stat Membru ieħor. L-Artikolu 39 1. Fi Stat Membru partikolari, l-istatistika dwar kummerċ bejn l-Istati Membri, u t-tramissjoni tar-riżultati lejn il-Kummissjoni, għandha tkopri: (a) kull kunsinna ta' ħażniet u provvisti lejn il-bastimenti jew lejn l-ajruplani minn Stat Membru ieħor, li jkunu stazzjonati f'port jew f'ajruport ta' l-Istat Membru li jirrapporta, iżda jekk ikunu oġġetti mill-Komunità jew oġġetti minn barra l-Komunità li jkunu tqiegħdu taħt arranġamenti doganali ta' proċessar ta' dħul ġewwa l-pajjiż jew taħt arranġamenti ta' proċessar taħt il-kontroll tad-dwana. Din l-operazzjoni għandha tiġi meqjusa bħala kunsinna; (b) kull kunsinna ta' ħażniet u provvisti ta' bastimenti u ajruplani minn Stat Membru ieħor lejn il-bastimenti u lejn l-ajruplani li jkunu stazzjonati f'port jew f'ajruport ta' l-Istat Membru li jirrapporta. Din l-operazzjoni għandu tiġi meqjusa bħala wasla. 2. Il-prospetti ta' kull xahar dwar l-operati li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1(a), li jkunu mibgħuta mill-Istat Membru lejn il-Kummissjoni, għandhom jinkludu l-data li ġejja: (a) il-kodiċi tal-prodott, skond il-kodiċi simplifikata li ġejja bħala minimu: - 99302400: oġġetti mill-Kapitoli 1 sa 24 tas-Sistema Armonizzata, - 99302700: oġġetti mill-Kapitolu 27 tas-Sistema Armonizzata, - 99309900: oġġetti klassifikati xi mkien ieħor; (b) il-kodiċi speċifika għall-pajjiż QR (jew 951); (ċ) il-kwantità f'massa netta; (d) il-valur statistiku. IL-KAPITOLU 5 KUNSINNI MAQSUMA L-Artikolu 40 Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, "kunsinni maqsuma" tfisser wasliet jew kunsinni ta' komponenti ta' oġġetti kompleti fl-istat li mhux imgħaqqda flimkien fuq numru ta' perjodi ta' rappurtaġġ għal raġunijiet kummerċjali jew li għandhom x'jaqsmu mat-trasport. L-Artikolu 41 Fil-prospetti ta' kull xahar mibgħuta lejn il-Kummissjoni mill-Istati Membri, id-data dwar wasliet u kunsinni ta' kunsinni maqsuma għandha tiġi rappurtata darba waħda biss, jiġifieri fix-xahar tal-wasla jew tal-kunsinna ta' l-aħħar kunsinna, b'indikazzjoni tal-valur totali ta' l-oġġett komplet wara li jkun imgħaqqad flimkien u bl-użu tal-kodiċi ta' klassifika għal dak l-oġġett. IL-KAPITOLU 6 OĠĠETTI MILITARI L-Artikolu 42 1. Statistiki dwar il-kummerċ ta' oġġetti bejn l-Istati Membri, u t-trasmissjoni tar-riżultati lejn il-Kummissjoni, għandhom ikopru kunsinni u wasliet ta' oġġetti maħsuba għal użu militari b'konformità mad-definizzjoni fis-seħħ fl-Istati Membri. 2. Il-prospetti ta' kull xahar li jkopru l-operati li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1, u li jiġu mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandhom jinkludu l-data li ġejja: (a) il-kodiċi li tikkorispondi mas-sotto-diviżjoni tal-prodott klassifikat kif li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku; (b) il-kodiċi ta' l-Istat Membru msieħeb; (ċ) il-kwantità f'massa netta u, fejn xieraq, f'unitajiet supplimentari; (d) il-valur statistiku. 3. Fl-Istati Membri li ma jkunux jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 minħabba s-sigriet militari, għandhom jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi assigurat li, għall-anqas, il-valur statistiku tal-kunsinni u l-kunsinna ta' l-oġġetti maħsuba għal użu militari jiġu inklużi fil-prospetti ta' kull xahar mibgħuta lejn il-Kummissjoni. IL-KAPITOLU 7 STALLAZZJONIJIET 'IL BARRA MIX-XTUT L-Artikolu 43 1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, "stallazzjonijiet 'il barra mix-xtut" tfisser it-tagħmir u l-istrumenti stallati fuq il-baħar apert sabiex ifittxu għal u jesplojtjaw riżorsi minerali. 2. Istallazzjonijiet "barranin", għall-kuntrarju ta' stallazzjonijiet "nazzjonali", tfisser dawk l-istallazzjonijiet li għalihom tkun responsabbli persuna naturali jew legali u li l-użu kummerċjali tagħhom ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor. L-Artikolu 44 1. Fi Stat Membru partikolari, l-istatistika dwar kummerċ bejn l-Istati Membri, u t-trasmissjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni, għandhom ikopru: (a) il-kunsinna ta' oġġetti lil stallazzjoni nazzjonali, direttament minn Stat Membru ieħor jew minn stallazzjoni barranija. Din l-operazzjoni għandha titqies bħala wasla; (b) il-kunsinna ta' oġġetti minn stallazzjoni nazzjonali lil Stat Membru ieħor jew lil istallazzjoni barranija. Din l-operazzjoni għandha titqies bħala kunsinna; (ċ) il-wasla ta' oġġetti minn stallazzjoni barranija fit-territorju statistiku ta' dan l-Istat Membru; (d) il-kunsinna ta' oġġetti lil stallazzjoni barranija mit-territorju statistiku ta' dan l-Istat Membru. 2. Il-prospetti ta' kull xahar li jkopru l-operati li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1, u li jiġu mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandhom jinkludu l-data li ġejja: (a) il-kodiċi li jikkorrispondi mas-sotto-diviżjoni tal-klassifika tal-prodott li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku. Iżda, mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti Doganali, jekk l-oġġetti huma dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 38, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jużaw il-kodiċijiet simplifikati dikjarati fl-Artikolu 39(2)(a); (b) il-kodiċi ta' l-Istat Membru msieħeb. B'danakollu, mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti Doganali, fil-każ ta' oġġetti ġejjin minn jew destinati għal stallazzjonijiet, il-pajjiż imsieħeb għandu jkun dak il-pajjiż fejn ikunu stabbiliti l-persuni naturali jew legali responsabbli għall-użu kummerċjali ta' l-istallazzjoni inkwistjoni. Fejn dan it-tagħrif mhux disponibbli, il-kodiċi QV (jew 959) għandu jintuża; (ċ) il-kwantità f'massa netta; (d) il-valur statistiku. IL-KAPITOLU 8 VETTURI SPAZJALI L-Artikolu 45 Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, (a) "vetturi spazjali" tfisser vetturi bħal ma huma satelliti li jivvjaġġaw fl-ispazju 'l barra mill-atmosfera tad-dinja; (b) "pussess ta' vettura spazjali" tfisser il-fatt tar-reġistrazzjoni ta' persuna naturali jew legali bħala l-possessur ta' vettura spazjali. L-Artikolu 46 1. L-istatistika dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u t-trasmissjoni tar-riżultati lejn il-Kummissjoni, għandhom ikopru: (a) il-kunsinna jew il-wasla tal-vettura spazjali sakemm isir ix-xogħol b'kuntratt jew wara li jkun sar; (b) it-titjira lejn l-ispazju ta' vettura spazjali li kienet soġġetta għal trasferiment tal-possessur bejn żewġ persuni naturali jew legali stabbiliti fi Stati Membri differenti. Din l-operazzjoni tiġi rekordjata: - bħala kunsinna fl-Istat Membru fejn tinbena u titlesta l-vettura spazjali, - bħala wasla fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-pussessur il-ġdid; (ċ) it-trasferiment tal-vettura spazjali, waqt li tkun f'orbita, bejn żewġ persuni naturali jew legali stabbiliti fi Stati Membri differenti. Din l-operazzjoni tiġi rekordjata: - bħala kunsinna fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-possessur ta' qabel, - bħala wasla fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-pussessur il-ġdid. 2. Il-prospetti ta' kull xahar dwar l-operati li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 1(b) u (ċ), u li jiġu mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, għandhom jinkludu d-data li ġejja: (a) il-kodiċi li jikkorrispondi mas-suddiviżjoni tal-klassifika li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku; (b) il-kodiċi ta' l-Istat Membru msieħeb. Għall-kunsinni li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1(b)u (ċ), l-Istat Membru msieħeb huwa l-pajjiż li fih tkun stabbilita l-persuna naturali jew legali li lilha ikun trasferit il-possess tal-vettura spazjali. Għall-wasliet li hemm referenza dwarhom fil-paragafu 1(b), l-Istat Membru msieħeb huwa l-pajjiż fejn tinbena u titlesta l-vettura spazjali. Għall-wasliet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1(ċ), l-Istat Membru msieħeb huwa l-pajjiż fejn tkun stabbilita l-persuna naturali jew legali li titrassferixxi l-pussess tal-vettura spazjali; (ċ) il-kwantità f'massa netta u unitajiet supplimentari; (d) il-valur statistiku. Għall-wasliet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1(b), il-valur statistiku jinkludi l-ispejjeż tat-trasport u ta' l-assigurazzjoni dwar il-ġarr lejn il-bażi tat-titjir u l-vjaġġ spazjali. IL-KAPITOLU 9 DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA L-Artikolu 47 Dawk l-Istati Membri li jixtiequ jiksbu aktar tagħrif dettaljat minn dak li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku jistgħu, permezz ta' deroga minn dan l-Artikolu, jorganizzaw il-ġabra ta' dan it-tagħrif, għal grupp speċifiku wieħed jew aktar ta' prodotti, sakemm il-parti responsabbli li tipprovdi t-tagħrif titħalla li tagħżel li tissupplixxih bi qbil jew man-Nomenklatura Magħquda jew b'suddiviżjonijiet addizjonali. Dawn l-Istati Membri li jeżerċitaw din il-għażla għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni li jkunu sejrin jagħmlu hekk. Fl-istess waqt, għandhom jagħtu r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom, jissupplixxu l-lista tas-sub-intestaturi relevanti fin-Nomenklatura Magħquda u jiddeskrivu l-metodu tal-ġbir li jkunu qegħdin jużaw. IT-TITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET FINALI L-Artikolu 48 L-Istati Membri għandhom jibagħtu lejn il-Kummissjoni (Eurostat) r-riżultati ta' kull xahar ta' l-istatistika tagħhom dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri, ikkumpilati bi qbil mar-Regolament Bażiku, mhux aktar tard minn: - tmien ġimgħat wara t-tmiem tax-xahar ta' referenza fil-każ tal-valuri totali, maqsuma skond l-Istat Membru tad-destinazzjoni mal-kunsinna u ta' l-Istat Membru tal-kunsinna mal-wasla, - 10 ġimgħat wara t-tmiem tax-xahar ta' riferenza fil-każ ta' riżultati dettaljati li joffru d-data kollha li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament Bażiku. L-Artikolu 49 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 3046/92, b'eċċezzjoni ta' l-Artikolu 22, u r-Regolamenti li jemendawh [14], ir-Regolament (KEE) Nru 2256/92 u r-Regolamenti (KE) Nru 1125/94 u Nru 2820/94 huma mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2001. 2. Referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu li jirreferu għal dan ir-Regolament u jinqraw skond it-tabella ta' korrispondenza fl-Anness V. L-Artikolu 50 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2001. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Settembru 2000. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 316, tas-16.11.1991, p. 1. [2] ĠU L 187, tas-26.7.2000, p. 1. [3] ĠU L 307, tat-23.10.1992, p. 27. [4] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 22. [5] ĠU L 219, ta’ l-4.8.1992, p. 40. [6] ĠU L 124, tat-18.5.1994, p. 1. [7] ĠU L 299, tat-22.11.1994, p. 1. [8] ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 1. [9] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. [10] ĠU L 118, tal-25.5.1995, p. 12. [11] ĠU L 48, tad-19.2.1998, p. 6. [12] ĠU L 364, tat-12.12.1992, p. 32. [13] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [14] Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2385/96 (ĠU L 326, tas-17.12.1996, p. 10), (KE) Nru 860/97 (ĠU L 123, tal-15.5.1997, p. 12), (KE) Nru 1894/98 (ĠU L 245, ta' l-4.9.1998, p. 36) u (KE) Nru 2535/98. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Lista ta' eżenzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 21 Data m'hix meħtieġa għall-oġġetti li ġejjin: (a) mezzi ta' pagamenti li huma f'ċirkolazzjoni bil-liġi, u titoli; (b) deheb monetarju; (ċ) għajnuna ta' emerġenza għal żoni ta' diżastru; (d) minħabba n-natura diplomatika jew simili ta' l-użu maħsub tagħhom: 1. oġġetti li jibbenefikaw minn immunità diplomatika, konsulari jew simili; 2. rigali lil kapijiet ta' l-istat jew lil membri tal-gvern jew tal-Parlament; 3. oġġetti fiċ-ċirkolazzjoni fil-qafas ta' għajnuna amministrattiva reċiproka; (e) basta li l-kummerċ ikun temporanju: 1. oġġetti maħsuba għall-fieri jew esibizzjonijiet; 2. xenarju teatrali; 3. karoselli u attrazzjonijiet oħra tal-fieri; 4. tagħmir professjonali fit-tifsira tal-Konvenzjoni Internazzjonali tat-8 ta' Ġunju 1968; 5. pellikoli ċinematografiċi; 6. apparat u tagħmir għal għanijiet sperimentali; 7. annimali għall-wiri, tagħmir, tiġrijiet, eċċ.; 8. kampjuni kummerċjali; 9. mezzi ta' trasport, kontenituri u tagħmir konness mat-trasport; 10. oġġetti għat-tiswija ta' mezzi tat-trasport, kontenituri u tagħmir relatat mat-trasport u bċejjeċ mibdula matul it-tiswija; 11. ippakkjar; 12. oġġetti b'kiri; 13. impjanti u tagħmir għal xogħlijiet ta' inġinerija ċivili; 14. oġġetti destinati għal eżamijiet, analiżi jew għanijiet ta' testijiet; (f) basta li mhumiex is-suġġett ta' transazzjoni kummerċjali: 1. dekorazzjonijiet, distinzjonijiet u premji onorarji, simboli u medalji kommemorattivi; 2. tagħmir għal waqt l-ivvjaġġar, ikel u oġġetti oħra, inkluż tagħmir sportiv, maħsub għal użu jew konsum personali li jakkumpanja, jippreċiedi jew isegwi l-vjaġġatur; 3. ilbies ta' l-għarusa, oġġetti involuti fil-ġarr ta' dar, jew oġġetti ta' wirt tal-familja li jgħaddu minn ġenerazzjoni għall-oħra; 4. twiebet, urni funebri, oġġetti ta' ornament funebru u oġġetti għaż-żamma sewwa ta' oqbra u monumenti funebri; 5. materjal stampat ta' pubbliċità, struzzjonijiet għall-użu, listi ta' prezzijiet u oġġetti oħra ta' pubbliċità; 6. oġġetti li ma jibqgħux aktar ta' użu, jew li ma jistgħux jiġu użati għal għanijiet industrijali; 7. saborra; 8. bolol tal-posta; 9. prodotti farmaċewtiċi użati f'okkażjonijiet sportivi internazzjonali; (g) prodotti użati bħala parti minn miżuri eċċezzjonali komuni għall-protezzjoni ta' persuni jew ta' l-ambjent; (h) oġġetti li huma bla ħsara għal traffikar mhux kummerċjali bejn persuni residenti fiż-żona li tmiss ma' l-Istati Membri (traffiku trans-fruntiera); prodotti miksuba minn produtturi agrikoli fuq proprjetajiet lokati 'l barra minn, jew imissu ma', territorju statistiku li ġewwa fih ikollhom l-impriża ewliena tagħhom; (i) oġġetti li joħorġu 'l barra minn territorju statistiku biex jerġgħu lura fih wara li jkunu qasmu fruntiera barranija, jew direttament, jew b'waqfien inerenti fis-sistema tat-trasport; (j) oġġetti kkunsinnati lil persuni tal-forzi armati nazzjonali 'l barra mit-territorju statistiku kif ukoll oġġetti riċevuti minn Stat Membru ieħor li jkunu nġarrew 'il barra mit-territorju statistiku mill-forzi armati nazzjonali, kif ukoll oġġetti miksuba jew meqruda fuq it-territorju statistiku ta' Stat Membru mill-forzi armati ta' Stat Membru ieħor li jkunu stazzjonati fih; (k) oġġetti użati bħala ġarrara ta' tagħrif bħalma huma floppy disks, żigarelli tal-linka għall-kompjuter, pellikola, pjani/dijagrammi, żigarelli għas-smigħ bl-awdjo jew għall-video, CD-ROMs li jkunu nnegozjati sabiex jipprovdu tagħrif, fejn magħmula u/jew żviluppati fuq ordni minn klijent partikulari jew fejn ma humiex soġġetti għal transazzjoni kummerċjali, kif ukoll oġġetti li jikkumplimentaw kunsinna preċedenti, eż. aġġornament, u li għalih ir-riċevitur ma jirċevix fattura; (l) pjattaformi li jtajru satelliti, - mal-kunsinna u mal-wasla kif ikunu sejrin jisparaw lejn l-ispazju, - fil-waqt li jittellgħu fl-ispazju. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Lista tas-sub-intestaturi fin-Nomenklatura Magħquda li hemm referenza dwarha fil-punt (a) ta' l-Artikolu 23 01051111 01051119 01051191 01051199 01051200 01051920 01051990 04070011 22021000 22029010 22029091 22029095 22029099 22030001 22030009 22030010 22041011 22041019 22041091 22041099 22042110 22042111 22042112 22042113 22042117 22042118 22042119 22042122 22042124 22042126 22042127 22042128 22042132 22042134 22042136 22042137 22042138 22042142 22042143 22042144 22042146 22042147 22042148 22042162 22042166 22042167 22042168 22042169 22042171 22042174 22042176 22042177 22042178 22042179 22042180 22042181 22042182 22042183 22042184 22042187 22042188 22042189 22042191 22042192 22042193 22042194 22042195 22042196 22042197 22042198 22042199 22042910 22042912 22042913 22042917 22042918 22042942 22042943 22042944 22042946 22042947 22042948 22042958 22042962 22042964 22042965 22042971 22042972 22042975 22042981 22042982 22042983 22042984 22042987 22042988 22042989 22042991 22042992 22042993 22042994 22042995 22042996 22042997 22042998 22042999 22051010 22051090 22059010 22059090 22060010 22060031 22060039 22060051 22060059 22060081 22071000 22072000 22090099 27160000 37025100 37025300 37025410 37025490 57011010 57011091 57011093 57011099 57019010 57019090 57022000 57023100 57023200 57023910 57023990 57024100 57024200 57024910 57024990 57025100 57025200 57025900 57029100 57029200 57029900 57031000 57032011 57032019 57032091 57032099 57033011 57033019 57033051 57033059 57033091 57033099 57039000 57041000 57049000 57050010 57050030 57050090 61011010 61011090 61012010 61012090 61013010 61013090 61019010 61019090 61021010 61021090 61022010 61022090 61023010 61023090 61029010 61029090 61031100 61031200 61031900 61032100 61032200 61032300 61032900 61033100 61033200 61033300 61033900 61034110 61034190 61034210 61034290 61034310 61034390 61034910 61034991 61034999 61041100 61041200 61041300 61041900 61042100 61042200 61042300 61042900 61043100 61043200 61043300 61043900 61044100 61044200 61044300 61044400 61044900 61045100 61045200 61045300 61045900 61046110 61046190 61046210 61046290 61046310 61046390 61046910 61046991 61046999 61051000 61052010 61052090 61059010 61059090 61061000 61062000 61069010 61069030 61069050 61069090 61071100 61071200 61071900 61072100 61072200 61072900 61079110 61079190 61079200 61079900 61081100 61081900 61082100 61082200 61082900 61083110 61083190 61083211 61083219 61083290 61083900 61089110 61089190 61089200 61089910 61089990 61091000 61099010 61099030 61099090 61101010 61101031 61101035 61101038 61101091 61101095 61101098 61102010 61102091 61102099 61103091 61103099 61109010 61109090 61121100 61121200 61121900 61123110 61123190 61123910 61123990 61124110 61124190 61124910 61124990 61151100 61151200 61151900 62102000 62103000 62111100 62111200 62112000 62113231 62113241 62113242 62113331 62113341 62113342 62114231 62114241 62114242 62114331 62114341 62114342 62121010 62121090 62122000 62123000 64011010 64011090 64019110 64019190 64019210 64019290 64019910 64019990 64021210 64021290 64021900 64022000 64023000 64029100 64029910 64029931 64029939 64029950 64029991 64029993 64029996 64029998 64031200 64031900 64032000 64033000 64034000 64035111 64035115 64035119 64035191 64035195 64035199 64035911 64035931 64035935 64035939 64035950 64035991 64035995 64035999 64039111 64039113 64039116 64039118 64039191 64039193 64039196 64039198 64039911 64039931 64039933 64039936 64039938 64039950 64039991 64039993 64039996 64039998 64041100 64041910 64041990 64042010 64042090 64051010 64051090 64052010 64052091 64052099 64059010 64059090 71011000 71012100 71012200 71039100 71039900 71041000 71042000 71049000 71051000 71059000 71061000 71069110 71069190 71069220 71069280 71081100 71081200 71081310 71081380 71082000 71101100 71101910 71101980 71102100 71102900 71103100 71103900 71104100 71104900 71161000 71162011 71162019 71162090 85041010 85041091 85041099 85042100 85042210 85042290 85042300 85043110 85043131 85043139 85043190 85043210 85043230 85043290 85043310 85043390 85043400 85044010 85044020 85044050 85044093 85045010 85182190 85182290 85182920 85182980 85391010 85391090 85392130 85392192 85392198 85392210 85392930 85392992 85392998 85393110 85393190 85393210 85393250 85393290 85393900 85394100 85394910 85394930 85401111 85401113 85401115 85401119 85401191 85401199 85401200 85402010 85402080 85404000 85405000 85407100 85407200 85407900 85408100 85408900 85421311 85421313 85421315 85421317 85421320 85421330 85421342 85421345 85421346 85421348 85421349 85421355 85421360 85421940 85421955 85421966 89039110 89039191 89039193 89039199 89039210 89039291 89039299 89039910 89039991 89039999 90013000 90014020 90014041 90014049 90014080 90015020 90015041 90015049 90015080 90031100 90031910 90031930 90031990 90065310 90065390 92021010 92021090 92029010 92029030 92029090 92030090 92041000 92042000 92051000 92079010 -------------------------------------------------- L-ANNESS III Lista ta' transazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 25(2) A | B | 1.Transazzjonijiet li jinvolvu trasferiment attwali jew intenzjonali ta' pussess b'kompensazzjoni (finanzjarju jew mod ieħor) (ħlief it-transazzjonijiet elenkati taħt 2, 7, 8) | 1.Outright/xiri/bejgħ2.Ħażna għal bejgħ fil-mument tal-kunsens u wara l-prova, għall-kunsinna jew ma' l-intermissjoni ta' l-aġenti tal-kummerċ3.Tpartit (b'kumpensazzjoni f'oġġetti)4.Xiri personali mill-vjaġġaturi5.Kiri finanzjarju (b'kuntratt għall-akkwist bin-nifs) | 2.Troddija lura ta' merkanzija wara registrazzjoni tat-transazzjoni oriġinali taħt l-ewwel kodiċi; tibdiliet ta' merkanzija bla ħlas | 1.Troddija lura ta' l-oġġetti2.Tibdil għall-oġġetti miġjuba lura3.Tibdil (eż. taħt garanzija) għall-oġġetti mhux miġjuba lura | 3.Transazzjonijiet (mhux temporanji) li jinvolvu trasferiment ta' pussess iżda bla kumpensazzjoni (finanzjarju jew mod ieħor) | 1.Oġġetti mwassla taħt programm ta' għajnuna li huma operati jew finanzjati, kollha jew parti minnhom mill-Komunità Ewropea2.Wasliet oħra ta' għajnuna ġenerali governattivi3.Wasliet oħra ta' għajnuna ġenerali (individwali, organizzazzjonijiet mhux governattivi)4.Oħra | 4.Operazzjonijiet b'għan ta' proċess taħt kuntratt jew tiswija (ħlief dawk imniżżla f'numru 7) | 4.Proċessi taħt kuntratt5.Tiswijiet u manutenzjoni b'pagament6.Tiswijiet u manutenzjoni bla ħlas | 5.Operazzjonijiet wara proċessi f'kuntratt jew tiswijiet (ħlief dawk imniżżla f'numru 7) | 1.Processi taħt kuntratt2.Tiswijiet u manutenzjoni b'pagament3.Tiswijiet u manutenzjoni bla ħlas | 6.Transazzjonijiet li ma jinvolvux trasferiment ta' pussess eż. kiri, self, kiri ta' ħidma u użu ieħor temporanju, ħlief proċessi taħt kuntratt jew tiswijiet (distribuzzjoni jew ritorn) | 1.Kiri, self, kiri ta' xogħol2.Oġġetti oħra għal użu temporanju | 7.Operazzjonijiet taħt proġetti ta' difiża konġunti u programmi oħra ta' produzzjoni intergovernattivi konġunti (eż. Airbus) | | 8.Ħażna ta' materjal ta' kostruzzjoni u għodda għax-xogħol li jiffurmaw parti minn kostruzzjoni ġenerali jew minn kuntratt ta' inġinerija | | 9.Transazzjonijiet oħra | | -------------------------------------------------- L-ANNESS IV Lista ta' kunsinni li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 28 L-ewwel sub-kaxxa | Tifsira | Post li jigi indikat | Kodiċi Incoterm | Incoterm ICC/ECE Geneva | EXW | ex-works | lokazzjoni ta' xogħlijiet | FCA | free carrier | … post miftiehem | FAS | free alongside ship | port tat-tagħbija miftiehem | FOB | free on board | port tat-tagħbija miftiehem | CFR | cost and freight (C & F) | port tad-destinazzjoni miftiehem | CIF | cost, insurance and freight | port tad-destinazzjoni miftiehem | CPT | carriage paid to | post tad-destinazzjoni miftiehem | CIP | carriage and insurance paid to | post tad-destinazzjoni miftiehem | DAF | deliver at frontier | post ta' twassil mal-fruntiera miftiehem | DES | delivered ex-ship | port tad-destinazzjoni miftiehem | DEQ | delivered ex-quay | wara li tgħaddi mid-dwana,… port miftiehem | DDU | delivered duty unpaid | post tad-destinazzjoni miftiehem fil-pajjiż li qed jimporta | DDP | delivered duty paid | post ta' twassil fil-pajjiż li qed jimporta | XXX | Kondizzjonijiet oħra ta' twassil mhux imsemmija hawn fuq | Stqarrija preciża ta' kundizzjonijiet speċifikati fil-kuntratt | -------------------------------------------------- L-ANNESS V Tabella ta' korrispondenzi bejn l-Artikoli ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli tar-regolamenti mħassra Regolament ta' l-Artikoli | L-Artikoli ta' Referenza | L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 (emendat) | L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 6 | L-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 7 | L-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 8 | L-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 9 | L-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 10 | L-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2256/92 | L-Artikolu 11 | L-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2256/92 | L-Artikolu 12 | L-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2256/92 (emendat) | L-Artikolu 13 | L-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2256/92 (emendat) | L-Artikolu 14 | L-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2256/92 | L-Artikolu 15 | L-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2256/92 | L-Artikolu 16 | L-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2256/92 | L-Artikolu 17 | L-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2256/92 | L-Artikolu 18 | L-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2256/92 | L-Artikolu 19 | (Ġdid) | L-Artikolu 20 | L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 2820/94 (emendat) | L-Artikolu 21 | L-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 22 | L-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 (emendat) | L-Artikolu 23 | L-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 (emendat) | L-Artikolu 24 | L-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 (emendat) | L-Artikolu 25 | L-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 26 | L-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 27 | L-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 28 | L-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 (emendat) | L-Artikolu 29 | L-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 (emendat) | L-Artikolu 30 | L-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 (emendat) | L-Artikoli 31 sa 46 | (L-Artikoli ġodda) | L-Artikolu 47 | L-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3046/92 | L-Artikolu 48 | L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1125/94 | L-Artikoli 49 u 50 | (L-Artikoli ġodda) | --------------------------------------------------