Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31986L0280

    Id-Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-limitu ta’ valuri u oġġettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE

    ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/12/2012; Imħassar b' 32008L0105

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/280/oj

    31986L0280



    Official Journal L 181 , 04/07/1986 P. 0016 - 0027
    Finnish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0134
    Swedish special edition: Chapter 15 Volume 7 P. 0134


    Direttiva tal-Kunsill

    tat-12 ta’ Ġunju 1986

    dwar il-limitu ta’ valuri u oġġettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE

    (86/280/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 u 235 tiegħu,

    Wara li kunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE tal-4 ta’ Mejju dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

    Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [2],

    Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

    Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [4],

    Billi, sabiex ikun protett l-ambjent akwatiku tal-Komunità minn tniġġis minn ċerti sustanzi perikolużi, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE jintroduċi sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel li tistabbilixxi livelli ta’ emissjoni għal skarikar tas-sustanzi f’Lista I fl-Anness tiegħu; billi l-Artikolu 6 ta’ l-imsemmija Direttiva jipprovdi li valuri ta’ limitu għandhom jitniżżlu għal-livelli ta’ skarikar bħal dawn u anki għanijiet ta’ kwalità għall-ambjent akwatiku affettwat minn skarikar ta’ dawn is-sustanzi;

    Billi l-Istati Membri huma mitluba illi japplikaw il-valuri ta’ limiti minbarra f’każijiet fejn huma jistgħu jużaw għanijiet ta’ kwalità;

    Billi s-sustanzi perikolużi koperti minn din id-Direttiva ntgħażlu prinċipalment fuq bażi tal-kriterji adottati mid-Direttiva 76/464/KEE;

    Billi, peress illi tniġġis dovut mill-iskarikar ta’ dawn is-sustanzi fl-ambjent akwatiku huwa kawżat minn numru kbir ta’ industriji, huwa neċessarju illi jkunu stabbilit valuri ta’ limiti speċifiċi għall-iskarikar skond it-tip ta’ l-industrija konċernata u biex ikunu stabbiliti għanijiet ta’ kwalità għall-ambjent akwatiku illi fih dawn is-sustanzi huma mitfugħin;

    Billi l-iskop tal-limiti ta’ valuri u għanijiet ta’ kwalità huwa biex ikun eliminat tniġġiż tal-partijiet diversi ta’ l-ambjent akwatiku li jista’ jkun effettwat minn skarikar ta’ dawn is-sustanzi;

    Billi dawn il-limiti ta’ valuri u għanijiet ta’ kwalità għandhom ikunu stabbiliti u mhux bl-intenzjoni ta’ stabbiliment ta’ regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ protezzjoni tal-konsumatur jew għan-negozju ta’ prodotti mill-ambjent akkwatiku;

    Billi, sabiex Stati Membri jkunu jistgħu juru illi l-għanijiet qed jintlaħqu, għandha ssir disposizzjoni għal rapporti lill-Kummissjoni dwar kull oġġettiv ta’ kwalità magħżul u applikat;

    Billi l-Istati Membri għandhom ifittxu illi jiżguraw illi l-kejl meħuda skond din id-Direttiva ma għandhomx l-effett illi jżidu t-tniġġiż tal-ħamrija jew ta’ l-arja;

    Billi, minn barra dan, għall-iskopijiet ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva, għandha ssir disposizzjoni għall-moniteraġġ mill-Istati Membri ta’ l-ambjent akwatiku affettwat minn skarikar tas-sustanzi in kwistjoni; billi s-setgħat biex ikun introdott dan il-moniteraġġ ma humiex imsemmija fid-Direttiva 76/464/KEE; billi, peress illi poteri speċifiċi ma ġewx imsemmija fit-Trattat, wieħed għandu jirreferi għall-Artikolu 235 tiegħu;

    Billi, fil-każ ta’ ċerti sorsi sinifikattivi ta’ tniġġiz minn dawn is-sustanzi minbarra sorsi Komunitarji ta’ valuri ta’ limitu jew livelli ta’skarikar nazzjonali, programmi speċifiċi għandhom ikunu mfassla biex ikun eliminat it-tniġġiż; billi s-setgħat neċessarji għal dak il-għan għadhom ma ġewx imsemmija mid-Direttiva 76/464/KEE; billi, peress illi poteri speċifiċi għadhom ma ġewx imsemmija fit-Trattat KEE, għandha ssir riferenza għall-Artikolu 235 tiegħu;

    Billi l-ilma ta’ l-art jista’ jkun eskluż mill-iskop ta’ din id-Direttiva peress huwa s-suġġett tad-Direttiva 80/68/KEE [5];

    Billi, għall-iskopijiet ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva, hu importanti illi l-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill, kull ħames snin, stima kumparattiva ta’ l-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri;

    Billi din id-Direttiva għandha tkun emendata u supplimentata, fuq proposti mill-Kummissjoni, skond l-iżviluppi f’tagħrif xjentifiku li jirrelata prinċipalment għat-tossiċità, il-persistenza u l-akkumulazzjoni tas-sustanzi msemmija f’organiżmi hajja u qigħan, jew fil-każ ta’ titjib fl-aħjar mezzi tekniċi disponibbli; billi huwa neċessarju, għal dak il-għan, li jkun hemm żidiet għal din id-Direttiva, li għandhom x’jaqsmu ma’ sustanzi perikolużi oħra, u għall-emendi għall-kontenut ta’ l-Anness,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    1. Din id-Direttiva:

    - tistabbilixxi, skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, valuri ta’ limitu għal livelli ta’ skarikar għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 2(a) fi skarikar mill-impjanti industrijali kif imsemmija fl-Artikolu 2(e) ta’ din id-Direttiva,

    - tistabbilixxi, skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 76/464/KEE, għanijiet ta’ kwalità għas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 2(a) ta’ din id-Direttiva fl-ambjent akwatiku,

    - tistabbilixxi, skond l-artikolu 6(4) tad-Direttiva 76/464/KEE, il-limiti ta’ żmien għall-konformità mal-kondizzjonijiet speċifikati fl-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’skarikar eżistenti,

    - tistabbilixxi, skond l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, il-metodi ta’ riferenza ta’ kejl li jgħin il-kontenut tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 2(a) ta’ din id-Direttiva fl-iskarikar u fl-ambjent akwatiku li jrid ikun determinat,

    - li jwaqqaf, skond l-artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE, proċedura ta’ moniteraġġ,

    - jitlob lill-IStati Membri jikkoperaw ma’ xulxin f’każ ta’skarikar li jaffettwaw l-ilmijiet ta’ aktar minn Stat Membru wieħed,

    - jitlob l-IStati Membri illi jagħmlu programmi biex jevitaw jew jeliminaw tniġġiż illi jiġi minn sorsi msemmija fl-Artikolu 5,

    - tistabbilixxi fl-Anness I sett ta’ disposizzjonijiet ġenerali applikabbli għas-sustanzi kollha msemmija fl-Artikolu 2(a) u jirrilettaw, b’mod partikolari, għal-limiti ta’ valuri għal livelli ta’skarikar (Intestatura A), għanijiet ta’ kwalità (Intestatura B) u metodi ta’ riferenza ta’ kejl (Intestatura Ċ),

    - jistabbilixxi fl-Anness II sett ta’ disposizzjonijiet speċifiċi li jamplifikaw u jissupplimentaw dawk l-Intestaturi fir-rigward ta’ sustanzi individwali.

    2. Din id-Direttiva tapplika għall-ilmijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 76/464/KEE, bl-eċċezjoni ta’ilma ta’ l- art.

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

    (a) "sustanzi" tfisser:

    dawk is-sustanzi perikolużi, li jappartjenu għall-familji u gruppi ta’ sustanzi li jidhru f’Lista I fl-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE, li huma speċifikati fl-Anness II ta’ din id-Direttiva;

    (b) "valuri ta’ limitu" tfisser:

    il-valuri speċifikati fl-Anness II, taħt Intestatura A, fir-rigward tas-sustanzi msemmija f’(a);

    (ċ) "għanijiet ta’ kwalita" tfisser:

    ir-rekwiżiti speċifikati fl-Anness II, taħt Intestatura B, fir-rigward tas-sustanzi msemmija f’(a);

    (d) "ċaqliq’ ta’ sustanzi" tfisser:

    kwalunkwe proċess industrijali li jinvolvi l-produzzjoni, l-ipproċessar jew l-użu tas-sustanzi msemmija f’(a), jew kwalunkwe proċess industrijali ieħor li fih il-preżenza ta’ sustanzi bħal dawn hija intrinsika;

    (e) "impjant industrijali" ifisser:

    impjant li fih is-sustanzi msemmija (a), jew kwalunkwe sustanzi oħra li jikkonsistu fihom, huma mmaniġġjati;

    (f) "impjant eżistenti" ifisser:

    impjant industrijali li jkun jaħdem f’jum li jiġi 12-il xahar wara d-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, f’data li tiġi 12-il xahar wara d-data tan-notifika ta’ kwalunkwe Direttiva li temendaha li għandha x’taqsam ma’ impjant bħal dan;

    (g) "Impjant ġdid" ifisser:

    - Industrija li tibda taħdem wara 12-il xahar wara d-data tan-notifika ta’ din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, wara 12-il xahar wara l-jum tan-notifika ta’ kwalunkwe Direttiva li temendaha li tirrigwarda impjant bħal dan,

    - impjant industrijali eżistenti illi l-kapaċità tieħu għall-immaneġġjar tas-sustanzi jiżdied sostanzjalment wara 12-il xahar wara l-jum tan-notifika ta’ din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, wara 12-il xahar wara d-data tan-notifika ta’ kwalunkwe Direttiva li temendha li tirrigwarda impjant bħal dan.

    Artikolu 3

    1. Il-valuri ta’ limiti għall-konformità miegħu u l-proċeduri għall-moniteraġġ ta’ l-iskarikar huma stabbiliti fl-Anness, taħt l-Intestatura A.

    2. Il-valuri ta’ limiti għandhom normalment japplikaw fil-punt fejn ilmijiet għall-iskarikar li jkollhom is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 2(a) iħallu l-impjant industrijali.

    Jekk ikun ikkunsidrat neċessarju fil-każ ta’ ċerti sustanzi li jkunu stabbiliti punti oħra fejn il-limiti ta’ valuri għandhom japplikaw, dawn il-punti għandhom jitniżżlu fl-Anness II.

    Fejn ilmijiet ta’ skart li jikkonsistu f’dawn is-sustanzi huma trattati barra l-impjant industrijali f’impjant ta’ trattament intiż għat-tneħħija tagħhom, l-Istat Membru jista’ jippermetti l-limiti ta’ valuri jkunu applikati f’dak il-punt fejn l-ilmijiet għall-iskart iħallu l-impjant tat-trattament.

    3. L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 76/464/KEE għandha jkollha dispożizzjonijiet ħorox bħal dawk stabbiliti taħt l-Intestatura A fl-Anness ta’ din id-Direttiva, minbarra fejn Stat Membru huwa konformi ma’ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE a bażi ta’ l-Intestatura B fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu riveduti ta’ l-inqas kull erba’ snin.

    4. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn paragrafi 1, 2 u 3 u għad-Direttiva 76/464/KEE, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni għall-impjant ġdid biss jekk dawk l-impjanti japplikaw livelli li jikkorrispondu ma’ l-aqwa mezzi tekniċi disponibbli fejn dak huwa neċessarju għall-eliminazzjoni ta’ tniġġiż skond L-Artikolu 2 ta’ l-imsemmija Direttiva jew għall-prevenzjoni ta’ taħwid ta’ kompetizzjoni.

    Irrispettivament minn kwalunkwe metodu li jadotta, l-Istat Membru konċernat għandu, fejn, minħabba raġunijiet tekniċi, l-kejl previst ma jikkorispondux għall-aqwa mezzi tekniċi disponibbili, jipprovdi lill-Kummissjoni, qabel kwalunkwe awtorizzazzjoni, b’evidenza li trieġi dawk ir-raġunijiet.

    Il-Kummissjoni għandha tibgħat immedjatament din l-evidenza lill-Istati Membri l-oħra u għandha tibgħat rapport lill-Istati Membri kollha, mill-aktar fis possibli, li tagħti l-opinjoni tagħha fuq id-deroga msemmija fit-tieni sub-paragrafu. Jekk ikun neċessarju, hija għandha fl-istess ħin tibgħat proposti xierqa lill-Kunsill.

    5. Il-metodu ta’ riferenza ta’ analiżi li għandha tintuża biex tkun iddeterminata l-preżenza tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 2(a) qed tingħata taħt l-Intestatura Ċ fl-Anness II. Metodi oħra jistgħu jintużaw sakemm il-limiti ta’ sejba, preċiżjoni u akkuratezza ta’ dawn il-metodi huma ta’ l-inqas tajbin daqs dawk taħt l-Intestatura Ċ fl-Anness II.

    6. L-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw illi l-kejl meħuda skond din id-Direttiva ma jirriżultawx f’żieda fit-tniġġiz ta’ medji oħra, prinċipalment il-ħamrija u l-arja, minn dawn is-sustanzi.

    Artikolu 4

    l-IStati Membri konċernati għandhom ikunu responsabbli għalt-moniteraġġ ta’ l-ambjent akwatiku effetwat minn skarikar minn stabbilimenti industrijali u minn sorsi oħra ta’skarikar sinifikattivi.

    Fil-każ ta’skarikar li jaffettwa l-ilmijiet ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkoperaw bl-iskop illi jġibu armonija tal-proċeduri ta’ moniteraġġ.

    Artikolu 5

    1. Fir-rigward ta’ sustanzi li qed issir referenza speċifika għalihom fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom jagħmlu programmi speċifiċi biex jevitaw jew jeliminaw tniġġiż minn sorsi sinifikattivi ta’ dawn is-sustanzi (inklużi sorsi multipli u mxerrda) minbarra sorsi ta’skarikar li huma suġġetti għal regoli ta’ limitu ta’ valur jew livelli ta’skarikar nazzjonali.

    2. Il-programmi għandhom jinkludu l-aktar kejl xierqa u metodi ta’ teknika għall-bdil, żamma u/jew riċiklar tas-sustanzi msemmija f’ paragrafu 1.

    3. Il-programmi speċifiċi għandhom ikunu implimentati mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tan-notifika tad-Direttiva li tirrelata speċifikament għas-sustanza kkonċernata.

    Artikolu 6

    1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel stima komparattiva ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva minn Stati Membri a bażi ta’ informazzjoni mogħtija lilha skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 76/464/KEE fuq talba tagħha, li hija trid tissottometti każ każ. L-informazzjoni konċernata għandha, b’ mod partikolari, tikkonsisti:

    - f’ dettalji ta’ awtorizzazzjoni li jistabbilixxu livelli ta’ emissjoni għal skarikar tas-sustanzi,

    - l-inventarju tas-sustanzi maħruġa fl-ilmijiet msemmija fl-Artikolu 1(2),

    - konformità ma’ jew il-valuri ta’ limitu jew l-għanijiet ta’ kwalità msemmija taħt l-Intestaturi A u B ta’ l-ANNESS II,

    - ir-riżultati tal-moniteraġġ imsemmija fl-Artikolu 4 taż-żona ta’ l-ambjent akwatiku li huwa affettwat minn skarikar,

    - il-programmi ta’ eliminazzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 5.

    2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat stima kumparattiva msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kunsill kull ħames snin, u għall-ewwel darba erba’ snin wara n-notifika ta’ din id-Direttiva.

    3. Jekk ikun hemm bidla fit-tagħrif xjentifiku li jirrelata prinċipalment dwar it-tossiċità, il-persistenza u l-akkumulazzjoni tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 2(a) f’organiżmi ħajjin u qigħan, jew fil-każ ta’ titjib fl-aqwa mezzi tekniċi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tagħti proposti xierqa lill-Kunsill bl-iskop illi tagħmeli l-valuri ta’ limitu u l-għanijiet ta’ kwalità aktar severi, jekk ikun jixraq, jew billi jkunu stabbiliti valuri ta’ limitu ġodda u għanijiet ta’ kwalità addizzjonali.

    Artikolu 7

    1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-kejl neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Jannar 1988. Huma għandhom jinfurmaw minnufiħ lill-Kummissjoni dwar dan.

    2. L-IStati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni immedjatament wara l-adozzjoni, it-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma adottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

    Artikolu 8

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha l- Lussemburgu, fit-12 ta’ Ġunju 1986.

    Għall-Kunsill

    il-President

    P. Winsemius

    [1] ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23.

    [2] ĠU C 70, tat-18.3.1985, p. 15.

    [3] ĠU C 120, ta’ l-20.5.1986.

    [4] ĠU C 188, tad-29.7.1985, p. 19.

    [5] ĠU L 20, tas-26.1.1980, p. 43.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Dan l-Anness hu maqsum fi tliet Intestaturi li huma mniżżla f’disposizzjonijiet ġenerali applikabbli għas-sustanzi kollha kkonċernati:

    A : valuri ta’ limitu għal livelli ta’ emissjoni,

    B : għanijiet ta’ kwalità,

    Ċ : metodi ta’ riferenza ta’ kejl.

    Id-disposizzjonijiet ġenerali huma amplifikati u supplimentati fl-Anness II permezz ta’ sensiela ta’ disposizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal sustanzi individwali.

    INTESTATURA A

    Valuri ta’ limitu, dati stabbiliti għal valuri ta’ limiti, dati stabbiliti għall-konformità magħhom u proċeduri għall-moniteraġġ ta’ skarikar

    1. Il-valuri ta’ limitu u d-dati stabbiliti għall-konformità magħhom huma stabbiliti fl-Anness II, taħt l-Intestatura A, fir-rigward ta’ tipi differenti ta’ l-impjant industrijali konċernat.

    2. Il-kwantitajiet ta’ sustanzi ta’ skarikar huma mogħtija f’termini tal-kwantità ta’ sustanzi prodotti, proċessati jew użati mill-impjant industrijali matul l-istess perjodu jew, skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 76/464/KEE, ta’ karatteristika ta’ parametri ta’ dik l-attività.

    3. Valuri ta’ limitu għall-impjanti industrijali illi jiskarikaw is-sustanzi msemmija fl-Artikolu 2(a) u li ma humiex imsemmija taħt l-Intestatura A fl-Anness II għandhom, fejn neċessarju, ikunu determinati mill-Kunsill fi stadju ulterjuri. Sadanittant, l-Istati Membri għandhom indipendentament jistabbilixxu, skond Direttiva 76/464/KEE, livelli ta’skarikar ta’ sustanzi bħal dawn. Tali livelli għandhom jieħdu kont ta’ l-aqwa mezzi tekniċi disponibbli u ma għandhomx ikunu anqas severi mill-aktar valuri ta’ limitu kumparabbli stabbiliti taħt l-Intestatura A fl-Anness II.

    Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll fejn l-impjant industrijali għandu attivitajiet oħra minbarra dawn li għalih limiti ta’ valuri ġew stabbilita taħt l-Intestatura A fl-Anness II u li x’aktarx għandhom ikunu sors ta’ skarikar tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 2(a).

    4. Valuri ta’ limitu mogħtija bħala konċentrazzjonijiet illi, fil-prinċipju, ma għandhomx jinqabżu huma mogħtija fl-Anness II taħt l-Intestatura A, fir-rigward ta’ impjanti industrijali konċernati. Fl-ebda każ ma jistgħu valuri ta’ limitu mogħtija bħala konċentrazzjonijiet massimi, meta ma humiex l-uniċi valuri applikabbli, ikunu akbar mil-limiti ta’ valuri mogħtija bħalha piż maqsuma b’rekwiżiti ta’ ilma għal kull element karatteristiku ta’ l-attività li qiegħda tniġġes. Madankollu, minħabba li l-konċentrazzjoni ta’ dawn is-sustanzi fi skarikar tiddependi fuq il-volum ta’ l-ilma nvolut, li jvarja minn proċessi differenti u pjanti, il-valuri ta’ limitu mogħtija f’termini tal-piż tas-sustanzi maħruġa tal-piż tas-sustanzi skarikati fir-rigward tal-parametri karatteristiċi ta’ l-attività mogħtija taħt l-Intestatura A fl-Anness II, għandhom ikunu mħarsa fil-każijiet kollha.

    5. Proċedura tal-moniteraġġ għandha tkun imwaqqfa biex ikun issorveljat l-iskarikar tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 2(a) u li jkunu konformi mal-livelli ta’ emissjoni.

    Din il-proċedura għandha tipprovdi għat-teħid u analiżi ta’ kampjuni u għall-kejl tal-kurrenti ta’ skarikar u l-kwantità tas-sustanzi maniġġjati jew, fejn jixraq, mizuri tal-karatteristiċi ta’ parametri ta’ l-attività li tikkawża t-tniġġiż kif imniżżel fl-Anness II, ta’ l-Intestatura A.

    B’ mod partikolari, jekk il-kwantità ta’ sustanzi maniġġjati tkun impossibli biex tiġi determinata, l-proċedura ta’ moniteraġġ tista’ tkun ibbażata fuq il-kwantità ta’ sustanzi illi jistgħu jkunu użati bħala funzjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni li fuqha l-awtorizzazzjoni kienet ibbażata.

    6. Għandu jittieħed kampjun rappreżentattiv ta’ l-iskarikar matul perjodu ta’ 24 siegħa. Il-kwantità tas-sustanzi skarikati matul xahar wieħed għandha tkun ikkalkulata a bażi tal-kwantitajiet ta’ kuljum tas-sustanzi skarikati.

    L-Anness II jista’, madankollu, jistabbilixxi għall-iskarikar ta’ ċerti sustanzi kwantitattivi minimu li hu anqas minn dak li l-Istati Membri jistgħu japplikaw proċedura simplifikata ta’ moniteraġġ.

    7. It-teħid ta’ kampjuni u l-kejl ta’ kurrent msemmija fil-paragrafu 5 għandhom normalment ikunu effettwati fil-punti ta’ applikazzjoni tal-valuri ta’ limitu li hemm imsemmija fl-Artikolu 3(2).

    Madankollu, fejn ikun neċessarju sabiex ikun żgurat illi l-kejl huma konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Intestatura Ċ ta’ l-Annessi, Stat Membru jista’ jippermetti t-teħid ta’ kampjuni u kejl ta’ kurrenti jkunu effettwati f’punt ieħor qabel dak illi fih il-limiti ta’ valuri japplikaw, sakemm:

    - l-ilmijiet kollha skarikati mill-impjant illi setgħu kienu mniġġża mis-sustanza in kwistjoni huma meħuda in-konsiderazzjoni minn dawk il-kejl,

    - spezzjonijiet regolari juru illi l-kejl huma rappreżentattivi fis-sħiħ tal-kwantitajiet maħruġa fil-punti ta’ applikazzjoni tal-valuri ta’ limiti jew huma dejjem ogħla.

    INTESTATURA B

    Għanijiet ta’ kwalità, dati stabbiliti għall-konformità magħhom u proċedura għall-konformità ta’ moniteraġġ magħhom

    1. Għal dawk l-Istati Membri illi jagħżlu għall-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE, l-livelli ta’skarikar illi huma għandhom jistabbilixxu u japplikaw, skond l-artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva, għandhom ikunu iffissati sabiex għanijiet ta’ kwalità xierqa jew għanijiet minn dawk stabbiliti skond il-paragrafi 2 u 3 hawn taħt huma mħarsa f’dak il-qasam effettwat minn skarikar tas-sustanzi msemmija fl-Artikolu 2(a). L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina ż-żona effettwata f’kull każ u għandha tagħżel mill-għanijiet ta’ kwalità stabbiliti skond il-paragrafi 2 u 3 hawn taħt l-oġġettiv jew għanijiet illi hija tqis xierqa wara li tqis l-użu intiż taż-żona effettwata, filwaqt illi jittieħed kont tal-fatt illi l-iskop ta’ din id-Direttiva huwa biex telimina t-tniġġiż kollu.

    2. Bl-iskop illi jkun eliminat it-tniġġiż, kif imsemmi f’Direttiva 76/464/KEE, u skond l-artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva, l-għanijiet ta’ kwalità u dati stabbiliti għall- konformità magħha huma stabbiliti taħt l-Intestatura B fl-Anness II.

    3. Salv jekk ikun speċifikat mod ieħor taħt l-Intestatura B fl-Anness II, il-konċentrazzjonijiet kollha msemmija bħala għanijiet ta’ kwalità jirreferu għal medju aritmetiku tar-riżultati miksuba matul sena.

    4. Fejn aktar minn oġġettiv ta’ kwalità wieħed hu applikat għall-ilmijiet fl-ambitu ta’ żona waħda, il-kwalità ta’ l-ilma għandha tkun suffiċjenti biex tikkonforma ma’ kull wieħed minn dawn l-għanijiet.

    5. Għall kull awtorizzazzjoni mogħtija skond din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tispeċifika regoli dettaljati, proċeduri ta’ moniteraġġ u dati sabiex tiżgura konformità ma’ l-oġġettiv jew għanijiet ta’ kwalità kkonċernati.

    6. Skond l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 76/464/KEE, l-IStati Membri għandhom, għal kull oġġettiv ta’ kwalità magħżul u applikat, jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar:

    - il-punti ta’ skarikar u l-mezzi ta’ tixrid,

    - iż-żona li fiha l-għan ta’ kwalità hu applikat,

    - il-lokazzjoni tal-punti ta’ teħid tal-kampjuni,

    - il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni,

    - il-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ kejl,

    - ir-riżultati miksuba.

    7. Kampjuni għandhom jittieħdu f’punt li huwa qrib biżejjed tal-lok ta’ skarikar biex ikun rappreżentattiv tal-kwalità ta’ l-ambjent akwatiku fiż-żona effettwata mill-iskarikar, u l-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni għandha tkun biżejjed biex turi kwalunkwe bdil fl-ambjent akwatiku, wara li tittieħed kunsiderazzjoni b’ mod partikolari tal-varjazzjonijiet naturali fil-kundizzjonijiet idroloġiċi.

    INTESTATURA Ċ

    Metodi ta’ riferenza ta’ kejl u limitu ta’ detezzjoni

    1. Id-definizzjonijiet mogħtija fid-Direttiva tal-Kunsill 79/869/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1979 li jikkonċernaw il-metodi ta’ kejl u frekwenzi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi ta’ l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta’ ilma għax-xorb fl-Istati Membri [1] għandhom japplikaw fil-kuntest ta’ din id-Direttiva.

    2. Il-metodi ta’ riferenza ta’ kejl li għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-sustanzi in-kwistjoni u l-limitu ta’ detezzjoni għall-ambjent ikkonċernat huma stabbiliti taħt l-Intestatura Ċ fl-Anness II.

    3. Il-limitu ta’ detezzjoni, l-akkuratezza u l-preċisjoni tal-metodu huma speċifikati għal kull sustanza taħt l-Intestatura Ċ fl-Anness II.

    4. Kejl ta’ kurrenti ta’skarikar għandhom isiru għall-akkuratezza ta’ ± 20 %.

    [1] ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    DISPOSIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

    1. Li jirreletaw ma’ carbon tetrachloride

    2. Li jirrilettaw ma’ DDT

    3. Li jirrilettaw ma’ pentachlorophenol.

    L-innumerar tas-sustanzi mniżżla fl-Anness jikkorrispondi mal-lista ta’ 129 sustanzi li jkunu jinsabu fil-kommunikat mill-Kummissjoni lill-Kunsil tat-22 ta’ Ġunju 1982 [1].

    Jekk sustanzi għandhom ikunu inklużi fil-futur f’dan l-Anness li ma humiex imniżżla fil-lista hawn fuq imsemmija, huma għandhom ikunu numerati fl-ordni kronoloġika ta’ l-inklużjoni li tibda b’ Nru 130.

    1. Proviżjonijiet speċifiċi li jirrelataw għal carbon tetrachloride (Nru. 13) [2]

    CAS Nru 56-23-5 [3]

    Intestatura A (13): Valuri ta’ limitu għal livelli ta’ skarikar

    Tip ta’ impjant industrijali | Tip ta’ valur medju | Valuri ta’ limitu mogħtija bħala | Għandu jkun hemm konformità ma’ dawn sa mill- |

    Piż | Konċentrazzjoni |

    1.Produzzjoni ta’ Carbon tetrachloride permezz ta’ perchlorination | Ta’ kull xahar | (a)proċess jinvolvi ħasil: 40 g CCI kull tunnellata ta’ kapaċità ta’ produzzjoni totali ta’ CCI u perchloroethylene | 1,5mg/l | ta’ l- 1.1.1988 |

    | (b)proċess ma jinvolvix ħasil: 2,5g/tunnellata | 1,5mg/l |

    | Ta’ kuljum | (a)proċess illi jinvolvi ħasil: 80 g/tunnellata | 3mg/l |

    | (b)proċess illi ma jinvolvix ħasil: 5g/tunnellata | 3mg/l |

    2.Produzzjoni ta’ chloromethanes permezz ta’ methane chlorination (inklużi pressjoni għolja ta’ ġenerazzjoni ta’ electrolytic chlorine) u minn methanol | Ta’ kull xahar | 10 g CCI4 kull tunnellata ta’ kapaċità ta’ produzzjoni totali ta’ chloromethanes | 1,5mg/l | ta’ l- 1.1.1998 |

    | Ta’ kuljum | 20 g/tunnellata | 3 mg/l |

    3.Produzzjoni ta’ chlorofluorocarbons | Ta’ kull xahar | — | — | — |

    | Ta’ kuljum | — | — | — |

    Intestatura B (13): Għanijiet ta’ kwalità [8]

    L-Ambjent | Għanijiet ta’ kwalità | Unità ta’ miżura | Għandu jkun hemm konformità sa mill- |

    Ilmijiet tal-wiċċ fl-art | 12 | Ung/l CCI4 | ta’ l- 1.1.1988 |

    Ilmijiet estwarji |

    Ilmijiet interni kostali minbarra ilmijiet estwarji |

    Ilmijiet territorjali |

    L-Intestatura Ċ (13): Metodu ta’ riferenza ta’ kejl

    1. Il-metodu ta’ riferenza ta’ kejl illi għandu jintuża sabiex ikun determinat il-carbon tetrachloride fl-iskarikar ta’ l-ilma huwa l-gas chromatography.

    Detector sensittiv għandu jintuża meta l-livelli ta’ konċentrazzjoni huma anqas minn 0,5 mg/l u f’danil-każ il-limitu ta’ determinazzjoni [9] huwa 0,1 ìg/l. Għal-livelli ta’ konċentrazzjoni ogħla minn 0,5 mg/l limitu ta’ determinazzjoni [10] ta’ of 0,1 mg/l huwa aċċettabbli.

    2. Il-korretezza u l-preċiżjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % ta’ konċentrazzjoni illi tirrappreżenta d-doppju tal-valur tal-limitu tad-determinazzjoni [11].

    II. Disposizzjonijiet speċifiċi li jirrilettaw għad-DDT (No 46) [12] [13]

    CAS No 50-29-3 [14]

    WIEQFA:

    Il-konċentrazzjoni ta’ DDT fl-ambjent akkwatiku, fil-qigħan u/jew fil-molluski u/jew fil-frott akkwatiku u/jew fil-ħut ma tistax tiżdied sostanzjalment biż-żmien.

    L-Intestatura A (46): Valuri ta’ limitu għal livelli ta’skarikar [15] [16]

    Tip ta’ impjant industrijali | Tip ta’ valur medju | Valur ta’ limitu mogħti bħala | Għandu jkun hemm konformità ma’ dawn sa mill- |

    G/tunnellata ta’ sustanzi prodotti, mċaqalqa jew użati | Mg/l ta’ ilma mitfugħ |

    Produzzjoni ta’ DDT inkluż formolazzjoni ta’ DDT fl-istess sit | Ta’ kull xahar | 8 | 0,7 | ta’ l- 1.1.1988 |

    Ta’ kuljum | 16 | 1,3 | ta’ l- 1.1.1988 |

    Ta’ kull xahar | 4 | 0,2 | ta’ l- 1.1.1991 |

    Ta’ kuljum | 8 | 0,4 | ta’ l- 1.1.1991 |

    L-Intestatura B (46): Għanijiet ta’ kwalità

    L-Ambjent | Għanijiet ta’ kwalità | Unità ta’ kejl | Għandu jkun hemm konformità ma’ dawn sa’ mill- |

    Ilmijiet tal-wiċċ fl-art | 10 g għall-isomer Para para DDT | U/g/l | ta’ l- 1.1.1988 |

    Ilmijiet ta’ estwarji |

    Ilmijiet kostali interni minbarra ilmijiet ta’ estwarji | 25 għad-DDT totali |

    Ilmijiet territorjali akkwatiċi |

    L-Intestatura Ċ (46): Metodu ta’ riferenza ta’ kejl

    1. Il-metodu ta’ riferenza ta’ kejl li għandu jintuża għad-determinazzjoni tad-DDT fl-iskarikar u fl-ambjent akwatiku huwa gass chromatography b’electron capture detection wara estrazzjoni b’mezzi ta’ taħlita kif jixraq. Il-limitu ta’ determinazzjoni [19] għat-total DDT huwa bejn wieħed u ieħor 4 ng/l għall-ambjent akkwatiku u 1ng/l għalliskarikar, jiddependi fuq in-numru ta’ sostanzi estraneji preżenti fil-kampjun.

    2. Il-metodu ta’ riferenza li għandu jintuża biex ikun determinat id-DDT f’qigħan u organismi huwa gas chromatography with electron capture detection wara preparazzjoni xierqa ta’ kampjuni. Il-limitu ta’ determinazzjoni (1) huwa 1 ìg/kg. [20]

    3. L-akkuratezza u preċiżjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % b’konċentrazzjoni illi tirrappreżenta d-doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni [21]

    III. disposizzjonijiet speċifiċi jirrelataw għall-pentachlorophenol (No 102) [22] [23]

    CAS No 87-86-5 [24]

    WIEQFA:

    Il-konċentrazzjoni ta’ PCP f’qigħan u/jew f’molluski u/jew fi frott akkwatiku u/jew f’ħut ma’ tistax tiżdied sostanzjalment biż-żmien.

    Intestatura A (102): Valuri ta’ limitu għal livelli ta’skarikarj

    Tip ta’ impjant industrijali | Tip ta’ valur medju | Valuri ta’ limitu mogħtija bħala | Għandu jkun hemm konformità sa mill- |

    G/tunnellati | Mg/l ta’ ilma skarikat |

    Produzzjoni ta’ sodium pentachlorophenate permezz ta’ hydrolosis ta’ hexachlorobenzene | Ta’ kull xahar | 25 | 1 | ta’ l- 1.1.1988 |

    Ta’ kuljum | 20 | 2 | ta’ l- 1.1.1998 |

    Intestatura B (102) Għanijiet ta’ kwalità

    L-Ambjent | Għanijiet ta’ Kwalità | Unità ta’ kejl | Għandu jkun hemm konformità sa mill- |

    Ilmijiet tal-wiċċ fl-art | 2 | Ug/l | ta’ l- 1.1.1998 |

    Ilmijiet estwarji |

    Ilmijiet kostali interni minbarra ilmijiet estwarji |

    Ilmijiet territorjali |

    L-Intestatura Ċ (102): Metodu ta’ riferenza ta’ miżura

    1. Il-metodu ta’ riferenza ta’ kejl li għandu jintuża biex ikun iddeterminat il-pentachlorophenol fl-iskarikar u l-ambjent akkwatiku huwa likwidu bi pressjoni għolja chromatography jew gas chromatography b’electron-capture detection wara estrazzjoni b’mezzi ta’ taħlita xierqa. Il-limitu ta’ determinazzjoni [27] huwa 2 ìg/l għal skarikar u 0,1 ìg/l għall-ambjent akkwatiku.

    2. Il-metodu ta’ riferenza li għandu jintuża għad-determinazzjoni pentachlorophenol f’qigħan u organismi f’likwidu bi pressjoni għolja chromatography jew gass chromatography b’"electroncapture detection" wara preparazzjoni xierqa ta’ kampjuni. Il-limitu ta’ determinazzjoni [28] huwa 1 mg/kg.

    3. L-akkuratezza u preċisjoni tal-metodu għandha tkun ± 50 % f’konċentrazzjoni li tirrapreżenta d-doppju tal-valur tal-limitu ta’ determinazzjoni [29].

    [1] ĠU C 176, ta’ l-14.7.1982, p. 3.

    [2] L-Artikolu 5 japplika b’ mod partikolari għall-użu ta’ carbon tetrachloride fil-postijiet fejn jinħaslu l-ħwejjeġ.

    [3] CAS (Servizz Astratt Kimiku) numru.

    [9] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" xg ta’ ċerta sustanza fl-iżgħar kwantità, li tista’ tiġi determinata kwantitattivament f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, illi xorta jista’ jiġi ddistingwibbli minn zero.

    [10] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" xg ta’ ċerta sustanza fl-iżgħar kwantità, li tista’ tiġi determinata kwantitattivament f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, illi xorta jista’ jiġi ddistingwibbli minn zero.

    [11] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" xg ta’ ċerta sustanza fl-iżgħar kwantità, li tista’ tiġi determinata kwantitattivament f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, illi xorta jista’ jiġi ddistingwibbli minn zero.

    [12] Is-somma ta’ l-isomers 1,1,1-trichloro-2,2 bis (p-chlorophenyl) ethane;1,1,1-trichloro-2 (o-chlorophenyl) -2- (p-chlorophenyl) ethane;1,1,1-dichloro-2,2 bis (p-chlorophenyl) ethylene; u1,1,1-dichloro-2,2 bis (p-chlorophenyl) ethane.

    [13] Artiklu 5 japplika ghad-DDT jekk jigu identifikati s-sorsi.

    [14] CAS (Għandhom vice ta’ Astratt ta’ Kimika numru.

    [19] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" xg ta’ ċertu sustanza huwa l-iżgħar kwantità, il-kwantità tagħha determinabbli f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, illi xorta tista’ ssirilha differenzjalizzazzjoni minn zero.

    [20] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" xg ta’ ċertu sustanza huwa l-iżgħar kwantità, il-kwantità tagħha determinabbli f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, illi xorta tista’ ssirilha differenzjalizzazzjoni minn zero.

    [21] Il-"limitu ta’ determinazzjoni" xg ta’ ċertu sustanza huwa l-iżgħar kwantità, il-kwantità tagħha determinabbli f’kampjun a bażi ta’ ċertu metodu ta’ tħaddim, illi xorta tista’ ssirilha differenzjalizzazzjoni minn zero.

    [22] Il-formula kimika 2,3,4,5,6–Pentakloro-l-idrobenzin u l-imluha taghha.

    [23] L-Artikolu 5 japplika għall-pentachlorophenol, u b’ mod partikolari għall-użu tiegħu biex ikun ittrattat l-injam.

    [24] CAS (Għandhom vince ta’ Astratti Kimiċi) numru.

    [27] "Il-limitu ta’ determinazzjoni" xg ta’ ċerta sustanza huwa l-iżgħar kwantità, li tista’ tiġi ddeterminata kwantitattivament f’kampjun a bażi ta’ metodu ta’ tħaddim, illi xorta jista’ jkun distingwibbli minn zero.

    [28] "Il-limitu ta’ determinazzjoni" xg ta’ ċerta sustanza huwa l-iżgħar kwantità, li tista’ tiġi ddeterminata kwantitattivament f’kampjun a bażi ta’ metodu ta’ tħaddim, illi xorta jista’ jkun distingwibbli minn zero.

    [29] "Il-limitu ta’ determinazzjoni" xg ta’ ċerta sustanza huwa l-iżgħar kwantità, li tista’ tiġi ddeterminata kwantitattivament f’kampjun a bażi ta’ metodu ta’ tħaddim, illi xorta jista’ jkun distingwibbli minn zero.

    --------------------------------------------------

    Top