Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C(2025)6826

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI Linji Gwida dwar il-miżuri biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà fir-rigward tal-minorenni online, skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065

C/2025/6826 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Linji Gwida dwar il-miżuri biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà fir-rigward tal-minorenni online, skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065

1Introduzzjoni

1.Il-pjattaformi online qed jiġu aċċessati dejjem aktar mill-minorenni ( 1 ) u jistgħu jipprovdu diversi benefiċċji għalihom. Pereżempju, il-pjattaformi online jistgħu jipprovdu aċċess għal ħafna riżorsi edukattivi, li jgħinu lill-minorenni jitgħallmu ħiliet ġodda u jespandu l-għarfien tagħhom. Il-pjattaformi online jistgħu joffru wkoll opportunitajiet lill-minorenni biex jesprimu l-fehmiet tagħhom u jikkollegaw ma’ oħrajn li jikkondividu interessi simili, filwaqt li jgħinu lill-minorenni jibnu ħiliet soċjali, kunfidenza u sens ta’ komunità. Billi jilagħbu fl-ambjent online u jesplorawh, il-minorenni jistgħu wkoll irawmu l-kurżità naturali tagħhom, billi jieħdu sehem f’attivitajiet li jinkoraġġixxu l-kreattività, is-soluzzjoni tal-problemi, il-ħsieb kritiku, il-kapaċità li jieħdu azzjoni u d-divertiment.

2.Madankollu, hemm kunsens wiesa’ fost dawk li jfasslu l-politika, l-awtoritajiet regolatorji, is-soċjetà ċivili, ir-riċerkaturi, l-edukaturi u t-tuturi( 2 ) li l-livell attwali ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà online tal-minorenni spiss ma jkunx adegwat. It-tfassil u l-karatteristiċi tal-varjetà wiesgħa tal-pjattaformi online u tas-servizzi offruti mill-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni jistgħu joħolqu riskji għall-privatezza, għas-sikurezza u għas-sigurtà tal-minorenni u jaggravaw ir-riskji eżistenti. Dawn ir-riskji jinkludu, pereżempju, l-esponiment għall-kontenut illegali ( 3 ) u għall-kontenut ta’ ħsara, li jimmina l-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni jew li jista’ jfixkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tal-minorenni. Jinkludu wkoll il-bullying ċibernetiku jew il-kuntatt minn individwi li jfittxu li jagħmlu ħsara lill-minorenni, bħal dawk li jfittxu li jabbużaw lill-minorenni sesswalment jew li jwettqu estorsjoni sesswali fuqhom, it-traffikanti tal-bnedmin u dawk li jfittxu li jirreklutaw lill-minorenni fi gruppi kriminali jew li jippromwovu l-vjolenza, ir-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu. Il-minorenni jistgħu jiffaċċaw ukoll riskji bħala konsumaturi kif ukoll riskji relatati mal-użu estensiv jew mal-użu eċċessiv tal-pjattaformi online u esponiment għall-prattiċi mhux xierqa jew ta’ sfruttament, inkluż fir-rigward tal-logħob tal-azzard u logħob ieħor. L-integrazzjoni dejjem akbar taċ-chatbots u tal-assistenti tal-intelliġenza artifiċjali (“IA”) fil-pjattaformi online kif ukoll tad-deepfakes xprunati mill-IA jistgħu jaffettwaw ukoll kif il-minorenni jinteraġixxu mal-pjattaformi online, jaggravaw ir-riskji eżistenti, u joħolqu oħrajn ġodda li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni ( 4 ). Dawn ir-riskji jistgħu jinbtu mill-esperjenza diretta tal-minorenni mal-pjattaforma u/jew mill-azzjonijiet ta’ utenti oħra fuq il-pjattaforma.

3.Dawn il-linji gwida għandhom l-għan li jappoġġaw lill-fornituri tal-pjattaformi online fl-indirizzar ta’ dawn ir-riskji billi jipprovdu sett ta’ miżuri li l-Kummissjoni tqis li se jgħinu lil dawn il-fornituri jiżguraw livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà tal-minorenni fuq il-pjattaformi tagħhom, li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-minorenni, li huwa objettiv ta’ politika importanti tal-Unjoni. Dawn il-linji gwida għandhom ukoll l-għan li jgħinu lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali (DSCs, Digital Services Coordinators) u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti meta japplikaw u jinterpretaw l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2022/2065. Pereżempju, jekk il-kontijiet tal-minorenni jsiru aktar privati, fost l-oħrajn, dan jgħin lill-fornituri tal-pjattaformi online jnaqqsu r-riskju ta’ kuntatt mhux mixtieq jew mhux mitlub. L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ assigurazzjoni tal-età ( 5 ) tista’, fost l-oħrajn, tgħin lill-fornituri jnaqqsu r-riskju li l-minorenni jiġu esposti għal servizzi, kontenut, kondotta, kuntatti jew prattiċi kummerċjali li jimminaw il-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tagħhom. L-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri u ta’ oħrajn – dwar kwistjonijiet li jvarjaw minn sistemi ta’ rakkomandazzjoni u governanza sa appoġġ u rapportar tal-utenti – tista’ tgħin lill-fornituri tal-pjattaformi online jagħmlu l-pjattaformi online aktar sikuri, aktar siguri u li jħarsu aktar il-privatezza għall-minorenni.

2Kamp ta’ applikazzjoni tal-linji gwida

4.Huwa fid-dawl tar-riskji msemmija hawn fuq li l-leġiżlatura tal-Unjoni ppromulgat l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill( 6 ). Il-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni jobbliga lill-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni li jistabbilixxu miżuri xierqa u proporzjonati biex jiżguraw li s-servizzi tagħhom jipprovdu livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà fir-rigward tal-minorenni. L-Artikolu 28(2), tar-Regolament (UE) 2022/2065 jipprojbixxi lill-fornituri tal-pjattaformi online milli jippreżentaw reklami fuq l-interfaċċa tagħhom ibbażati fuq it-tfassil tal-profil, kif definit fl-Artikolu 4(4), tar-Regolament (UE) 2016/679 ( 7 ), bl-użu tad-data personali tar-riċevitur tas-servizz meta jkunu konxji b’ċertezza raġonevoli li r-riċevitur tas-servizz ikun minorenni. L-Artikolu 28(3), tar-Regolament (UE) 2022/2065 jispeċifika li l-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhiex tobbliga lill-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni jipproċessaw data personali addizzjonali sabiex jivvalutaw jekk ir-riċevitur tas-servizz ikunx minorenni. L-Artikolu 28(4), tar-Regolament (UE) 2022/2065 jipprevedi li l-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali (“il-Bord”), tista’ toħroġ linji gwida biex tassisti lill-fornituri tal-pjattaformi online fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1.

5.Dawn il-linji gwida jiddeskrivu l-miżuri li l-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni jridu jieħdu biex jiżguraw livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni online, f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065. L-obbligu stabbilit f’dik id-dispożizzjoni huwa indirizzat lill-fornituri tal-pjattaformi online li s-servizzi tagħhom huma aċċessibbli għall-minorenni ( 8 ). Il-Premessa 71 ta’ dak ir-Regolament tiċċara wkoll li “pjattaforma online tista’ titqies bħala aċċessibbli għall-minorenni meta t-termini u l-kondizzjonijiet tagħha jippermettu lill-minorenni jużaw is-servizz, meta s-servizz tagħha jkun dirett lejn il-minorenni jew jintuża b’mod predominanti minnhom, jew meta l-fornitur ikun konxju b’xi mod ieħor li wħud mir-riċevituri tas-servizz tiegħu jkunu minorenni”. 

6.Fir-rigward tal-ewwel xenarju deskritt f’dik il-premessa, il-Kummissjoni tqis li fornitur tal-pjattaforma online ma jistax jiddependi biss fuq dikjarazzjoni fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu li tipprojbixxi l-aċċess għall-minorenni, biex jargumenta li l-pjattaforma ma hijiex aċċessibbli għalihom. Jekk il-fornitur tal-pjattaforma online ma jimplimentax miżuri effettivi biex jipprevjeni lill-minorenni milli jaċċessaw is-servizz tiegħu, dan ma jistax jiddikjara li l-pjattaforma online tiegħu taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 abbażi ta’ dik id-dikjarazzjoni. Pereżempju, il-fornituri tal-pjattaformi online li jospitaw u jxerrdu kontenut għall-adulti, bħall-pjattaformi online li jxerrdu kontenut pornografiku, u għalhekk jirrestrinġu, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, l-użu tas-servizz tagħhom għall-utenti ta’ aktar minn 18-il sena, jitqiesu aċċessibbli għall-minorenni skont it-tifsira tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 meta ma tkun ġiet stabbilita l-ebda miżura effettiva biex tipprevjeni lill-minorenni milli jaċċessaw is-servizz tagħhom.

7.Fir-rigward tat-tielet xenarju, il-premessa 71 tar-Regolament (UE) 2022/2065 tiċċara li eżempju wieħed ta’ sitwazzjoni li fiha fornitur ta’ pjattaforma online għandu jkun konxju li xi wħud mir-riċevituri tas-servizz tiegħu huma minorenni huwa meta dak il-fornitur diġà jipproċessa d-data personali ta’ dawk ir-riċevituri li tiżvela l-età tagħhom għal finijiet oħra, bħal matul ir-reġistrazzjoni fis-servizz rilevanti, u dan jiżvela li xi wħud minn dawk ir-riċevituri huma minorenni. Eżempji oħra ta’ sitwazzjonijiet li fihom fornitur jista’ jkun raġonevolment mistenni li jkun konxju li l-minorenni huma fost ir-riċevituri tas-servizz tiegħu jinkludu dawk li fihom il-pjattaforma online hija magħrufa li tappella għall-minorenni; il-fornitur tal-pjattaforma online joffri servizzi simili għal dawk użati mill-minorenni; il-pjattaforma online tiġi promossa lill-minorenni; il-fornitur tal-pjattaforma online wettaq jew ikkummissjona riċerka li tidentifika lill-minorenni bħala riċevituri tas-servizzi jew meta tali identifikazzjoni tirriżulta minn riċerka indipendenti.

8.Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2022/2065, l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 ma japplikax għall-fornituri tal-pjattaformi online li jikkwalifikaw bħala intrapriżi mikro jew żgħar, ħlief meta l-pjattaforma online tagħhom tkun ġiet deżinjata mill-Kummissjoni bħala pjattaforma online kbira ħafna f’konformità mal-Artikolu 33(4) ta’ dak ir-Regolament ( 9 ).

9.Dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament (UE) 2022/2065 għandhom ukoll l-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-minorenni online ( 10 ). Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, bosta dispożizzjonijiet fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2065, li timponi obbligi addizzjonali fuq il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna (“VLOPs”, very large online platforms) u l-magni tat-tiftix online kbar ħafna (“VLOSEs”, very large online search engines)( 11 ). Dawn il-linji gwida ma għandhomx l-għan li jinterpretaw dawk id-dispożizzjonijiet u l-fornituri tal-VLOPs u l-VLOSEs ma għandhomx jistennew li l-adozzjoni tal-miżuri deskritti hawn taħt, kemm parzjalment kif ukoll bis-sħiħ, tkun biżżejjed biex tiżgura l-konformità mal-obbligi tagħhom skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2065, peress li dawk il-fornituri jista’ jeħtieġu jdaħħlu fis-seħħ miżuri addizzjonali li ma humiex stipulati f’dawn il-linji gwida u li huma meħtieġa għalihom biex jikkonformaw mal-obbligi li jirriżultaw minn dawk id-dispożizzjonijiet ( 12 ).

10.L-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 irid jitqies ukoll fid-dawl ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u strumenti mhux vinkolanti li għandhom l-għan li jindirizzaw ir-riskji li għalihom il-minorenni huma esposti online ( 13 ). Dawk l-istrumenti jikkontribwixxu wkoll biex jintlaħaq l-objettiv li jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà tal-minorenni online, u b’hekk jikkomplementaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065. Dawn il-linji gwida ma għandhomx jinftiehmu bħala interpretazzjoni jew antiċipazzjoni ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta skont dawk l-istrumenti jew skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Is-superviżjoni u l-infurzar ta’ dawk l-istrumenti jibqgħu r-responsabbiltà unika tal-awtoritajiet kompetenti skont dawk l-oqfsa legali. B’mod partikolari, kif huwa ċċarat fil-premessa 10 tar-Regolament (UE) 2022/2065, dak ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal atti oħra tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw il-forniment ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni inġenerali, li jirregolaw aspetti oħra tal-forniment ta’ servizzi intermedjarji fis-suq intern jew li jispeċifikaw u jikkomplementaw ir-regoli armonizzati stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2065, bħad-Direttiva 2010/13/UE, kif ukoll id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u dwar il-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679.

11.Filwaqt li dawn il-linji gwida jistabbilixxu miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni online, il-fornituri tal-pjattaformi online huma mħeġġa jadottaw dawk il-miżuri għall-finijiet tal-protezzjoni tal-utenti kollha, u mhux biss tal-minorenni. Il-ħolqien ta’ ambjent online li jippreserva l-privatezza, is-sikurezza u sigurtà għall-utenti kollha jirriżulta b’mod inerenti f’aktar privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni online, filwaqt li jiġu adottati miżuri li jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet u l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2022/2065.

12.Bl-adozzjoni ta’ dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni tiddikjara li se tapplika dawn il-linji gwida għall-każijiet deskritti fihom u b’hekk timponi limitu fuq l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħha kull meta tapplika l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065. Għalhekk, dawn il-linji gwida jistgħu jitqiesu bħala parametru referenzjarju sinifikanti u importanti li fuqu l-Kummissjoni se tibbaża ruħha meta tapplika l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 u tiddetermina l-konformità ma’ dik id-dispożizzjoni tal-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni ( 14 ). Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu wkoll jieħdu ispirazzjoni minn dawn il-linji gwida meta japplikaw u jinterpretaw l-Artikolu 28(1) tar-Regolament 2022/2065. Madankollu, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dawn il-linji gwida, parzjalment jew bis-sħiħ, ma għandhomx jimplikaw awtomatikament il-konformità ma’ dik id-dispożizzjoni.

13.Kwalunkwe interpretazzjoni awtorevoli tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tista’ tingħata biss mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li fost l-oħrajn għandha l-ġuriżdizzjoni li tagħti deċiżjonijiet preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni tal-atti tal-UE, inkluż l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065.

14.Matul l-iżvilupp tal-linji gwida, il-Kummissjoni kkonsultat mal-partijiet ikkonċernati ( 15 ), inkluż mal-Bord u l-grupp ta’ ħidma tiegħu dwar il-protezzjoni tal-minorenni. F’konformità mal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Bord dwar abbozz ta’ dawn il-linji gwida qabel l-adozzjoni tagħhom fit-2 ta’ Lulju 2025.

15.Il-miżuri deskritti fit-Taqsimiet 5 sa 8 ta’ dawn il-linji gwida ma humiex eżawrjenti. Miżuri oħra jistgħu wkoll jitqiesu xierqa u proporzjonati biex jiżguraw livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065, bħal miżuri li jirriżultaw mill-konformità ma’ biċċiet oħra ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni( 16 ) jew l-aderenza mal-gwida nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-minorenni jew standards tekniċi( 17 ). Barra minn hekk, jistgħu jiġu identifikati miżuri ġodda fil-futur li jippermettu lill-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni jikkonformaw aħjar mal-obbligu tagħhom li jiżguraw li s-servizzi tagħhom jipprovdu livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà tal-minorenni.

3Struttura

16.It-taqsima 4 ta’ dawn il-linji gwida tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li għandhom jirregolaw il-miżuri kollha li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni jistabbilixxu biex jiżguraw li s-servizzi tagħhom jipprovdu livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni. It-taqsimiet 5 sa 8 ta’ dawn il-linji gwida jistabbilixxu l-miżuri ewlenin li l-Kummissjoni tqis li tali fornituri għandhom jistabbilixxu biex jiżguraw tali livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà. Dawn jinkludu r-Rieżami tar-riskju (it-Taqsima 5 ), id-Disinn tas-servizz (it-Taqsima 6 ), ir-Rapportar, l-appoġġ għall-utent u l-għodod għat-tuturi (it-Taqsima 7 ) u l-Governanza (it-Taqsima 8 ).

4Prinċipji ġenerali

17.Dawn il-linji gwida huma bbażati fuq il-prinċipji ġenerali li ġejjin, li huma interrelatati u li għandhom jitqiesu b’mod olistiku fl-attivitajiet kollha mill-fornituri tal-pjattaformi online li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida. Il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura li fornitur ta’ pjattaforma online aċċessibbli għall-minorenni jistabbilixxi biex jikkonforma mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 għandha taderixxi mal-prinċipji ġenerali li ġejjin.

a.Proporzjonalità u adegwatezza: L-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 jirrikjedi li kwalunkwe miżura meħuda biex tikkonforma ma’ dik id-dispożizzjoni tkun xierqa u proporzjonata biex tiżgura livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni. Peress li diversi pjattaformi online jistgħu joħolqu tipi differenti ta’ riskji għall-minorenni, mhux dejjem se jkun proporzjonat jew xieraq għall-fornituri kollha tal-pjattaformi online li japplikaw il-miżuri kollha deskritti f’dawn il-linji gwida, jew xi wħud minnhom biss. Id-determinazzjoni dwar jekk miżura partikolari hijiex proporzjonata u xierqa, b’mod partikolari meta tinvolvi interferenza fid-drittijiet fundamentali tal-individwi, se teħtieġ rieżami każ b’każ minn kull fornitur (i) tar-riskji għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni li jirriżultaw mill-pjattaforma online tiegħu jew partijiet minnha, filwaqt li jitqiesu, fost oħrajn, id-daqs, il-firxa u t-tip tas-servizz li jipprovdi u n-natura tiegħu, l-użu maħsub jew attwali tiegħu, il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu u l-bażi tal-utenti tas-servizz, (ii) tal-impatt tal-miżura fuq id-drittijiet tat-tfal u drittijiet u libertajiet oħra minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”); u (iii) tal-ħtieġa li tali miżuri jiġu bbażati fuq l-ogħla standards disponibbli u l-prattiċi tajbin eżistenti, kif ukoll il-perspettiva u d-drittijiet tat-tfal (ara t-Taqsima 5 dwar ir-Rieżami tar-riskju).

b. Protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal: Dawn id-drittijiet huma minquxa fil-Karta, li tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (“il-UNCRC”, United Nations Convention on the Rights of the Child), li l-Istati Membri kollha rratifikaw( 18 ). Id-drittijiet tat-tfal jiffurmaw parti integrali mid-drittijiet tal-bniedem, u dawk id-drittijiet kollha huma interrelatati, interdipendenti u indiviżibbli. F’konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta, fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi kif ukoll minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu kunsiderazzjoni primarja. Għalhekk, biex jiġi żgurat li l-miżuri biex jinkiseb livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni fuq pjattaforma online jkunu xierqa u proporzjonati, għandhom jitqiesu d-drittijiet kollha tat-tfal u l-aħjar interessi tagħhom bħala kunsiderazzjoni primarja. Kull diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali għandha tkun ipprojbita, f’konformità mal-Artikolu 21 tal-Karta. Id-drittijiet tat-tfal jinkludu pereżempju d-dritt tagħhom għall-protezzjoni ( 19 ), in-nondiskriminazzjoni, l-inklużjoni, il-privatezza, l-aċċess għall-informazzjoni u għall-edukazzjoni, il-libertà tal-espressjoni kif ukoll il-parteċipazzjoni ( 20 ) u li l-fehmiet tagħhom jitqiesu fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernawhom ( 21 ).

c. Privatezza, sikurezza u sigurtà sa mit-tfassil: il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jintegraw standards għoljin ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà fit-tfassil, l-iżvilupp u t-tħaddim tas-servizzi tagħhom( 22 ). Il-kunċetti sa mit-tfassil għandhom l-għan li jisfruttaw b’mod għaqli l-influwenza tal-fornituri tal-pjattaformi online, tad-disinjaturi u ta’ dawk li jfasslu l-politika biex isawru l-iżvilupp tal-prodotti u tas-servizzi b’modi li jagħtu prijorità lill-valuri li jippromwovu l-benesseri tal-bniedem. Dawn jirreferu għall-inkorporazzjoni mill-bidu nett tal-protezzjonijiet tal-privatezza, tas-sikurezza u tas-sigurtà b’mod awtomatiku fit-tfassil, fl-operat u fil-ġestjoni tal-organizzazzjonijiet, kif ukoll fil-prodotti u fis-servizzi ( 23 ).

d. Disinn adattat għall-età: il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom ifasslu s-servizzi tagħhom biex jallinjaw mal-ħtiġijiet konjittivi, emozzjonali u tal-iżvilupp tal-minorenni, filwaqt li jiżguraw is-sikurezza, il-privatezza u s-sigurtà tagħhom. Disinji adattati għall-età huma xierqa għat-tfal u jqisu d-drittijiet u l-benesseri tagħhom kif ukoll id-diversità u l-età jew l-istadju speċifiku tal-iżvilupp tagħhom u jqisu l-kapaċitajiet li qed jevolvu tat-tfal ( 24 ).

5Rieżami tar-riskju 

18.In-natura eteroġenja tal-pjattaformi online u d-diversità tal-kuntesti jistgħu jeħtieġu approċċi distinti, fejn ċerti miżuri jkunu aktar adattati għal xi pjattaformi minn oħrajn. Meta fornitur ta’ pjattaforma online aċċessibbli għall-minorenni jkun qed jiddeċiedi kif jiżgura livell għoli ta’ sikurezza, privatezza u sigurtà għall-minorenni fuq il-pjattaforma tiegħu, u jiddetermina l-miżuri xierqa u proporzjonati għal dik il-fini, il-Kummissjoni tqis li dak il-fornitur għandu, mill-inqas, jidentifika u jqis:

a.Kemm huwa probabbli li l-minorenni jaċċessaw is-servizz tiegħu, b’mod partikolari fid-dawl tan-natura, il-fini, u l-użu maħsub tiegħu kif ukoll kriterji rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk is-servizz huwiex aċċessibbli għall-minorenni.

b.L-impatt attwali jew potenzjali fuq il-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni li l-pjattaforma online tista’ toħloq jew twassal għalihom, abbażi tat-tipoloġija tal-5Cs tar-riskji online għat-tfal (Anness). Dan jinkludi eżami ta’ kif divers aspetti tal-pjattaforma jistgħu jwasslu għal dawn ir-riskji, il-probabbiltà u s-severità tagħhom, kif ukoll kunsiderazzjoni tal-impatt pożittiv tagħhom fuq id-drittijiet u l-benesseri tat-tfal, filwaqt li jitqiesu l-età u l-kapaċitajiet li qed jevolvu tat-tfal. Pereżempju, aspetti bħall-fini tal-pjattaforma, id-disinn, l-interfaċċa, il-propożizzjoni tal-valur, il-kummerċjalizzazzjoni, il-karatteristiċi, il-funzjonalitajiet, in-numru u t-tip ta’ utenti u l-użi tagħha (attwali u mistennija) jistgħu jkunu kollha rilevanti. Dan għandu jinkludi indikazzjoni tal-livell ta’ riskju għall-minorenni fuq il-pjattaforma (eż. baxx, medju jew għoli), abbażi ta’ kriterji ċari, f’konformità mal-istandards u l-aħjar prattiċi eżistenti, pereżempju għall-valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet tat-tfal kif imsemmi fil-paragrafu 22.

c.Il-miżuri li l-fornitur diġà qed jieħu biex jipprevjeni u jimmitiga dawn ir-riskji.

d.Kwalunkwe miżura addizzjonali li tiġi identifikata fir-rieżami bħala adattata u proporzjonata biex jiġi żgurat li s-servizz tagħhom jipprovdi livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni. Il-miżuri li l-fornituri jista’ jkollhom bżonn jieħdu għandhom jindirizzaw ir-riskji għall-privatezza, għas-sikurezza u għas-sigurtà li joriġinaw mill-esperjenza tal-minorenni bis-servizz, inklużi dawk ir-riskji li joriġinaw mill-azzjonijiet ta’ utenti oħra tas-servizz.

e.Kif il-miżuri jħarsu l-prinċipji ġenerali tat-Taqsima 4.

f.Metriċi li jippermettu lill-fornitur jimmonitorja maż-żmien l-effettività tal-miżuri li jkollu fis-seħħ biex jindirizza ċerti riskji.

g.L-effetti pożittivi u negattivi potenzjali fuq id-drittijiet tat-tfal jew ta’ utenti oħra ta’ kwalunkwe miżura li l-fornitur ikollu attwalment fis-seħħ u kwalunkwe miżura addizzjonali, li tiżgura li dawn id-drittijiet ma jkunux ristretti b’mod sproporzjonat jew mhux xieraq u li l-effetti pożittivi jkunu jistgħu jiġu massimizzati. Id-drittijiet tat-tfal jew ta’ utenti oħra li jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv minn xi miżuri jinkludu, pereżempju, id-drittijiet tat-tfal għall-parteċipazzjoni, il-privatezza, il-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni. Dan huwa rilevanti meta tiġi ddeterminata l-proporzjonalità tal-miżuri.

19.Meta jwettqu dan ir-rieżami, il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom iqisu l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja ( 25 ) f’konformità mal-Karta u ma’ prinċipji oħra tal-UNCRC ( 26 ), kif ukoll ma’ gwida rilevanti oħra tal-Unjoni dwar dan is-suġġett ( 27 ). Dawn għandhom jinkludu l-perspettivi tat-tfal billi jfittxu l-parteċipazzjoni tagħhom, kif ukoll dik tat-tuturi, tar-rappreżentanti ta’ gruppi oħra potenzjalment affettwati u ta’ esperti u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

20.Il-fornituri għandhom iqisu l-aktar informazzjoni u għarfien aġġornati disponibbli minn sorsi xjentifiċi u akkademiċi, inkluż billi jisfruttaw valutazzjonijiet rilevanti oħra mwettqa mill-fornitur. Huma għandhom jaderixxu mal-prinċipju ta’ prekawzjoni meta jkun hemm indikazzjoni raġonevoli li prattika, funzjoni jew għażla ta’ disinn partikolari toħloq riskji għat-tfal, filwaqt li jieħdu miżuri biex jipprevjenu jew jimmitigaw tali riskji sakemm ikun hemm evidenza li l-effetti tagħha ma jkunux ta’ ħsara għat-tfal.

21.Il-fornituri għandhom iwettqu r-rieżami perjodikament, u tal-anqas fuq bażi annwali jew kull meta jagħmlu bidliet sinifikanti fid-disinn tal-pjattaforma ( 28 ) jew isiru konxji dwar ċirkostanzi oħra li jaffettwaw id-disinn u l-operat tal-pjattaforma li jkunu rilevanti biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni fuq il-pjattaforma online tagħhom. Il-fornituri għandhom jagħmlu r-rieżami tar-riskju disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji rilevanti u jippubblikaw ir-riżultati tiegħu mingħajr ma jiddivulgaw informazzjoni sensittiva operazzjonali jew relatata mas-sigurtà sa mhux aktar tard minn qabel ma jitwettaq ir-rieżami ta’ wara, kif ukoll iqisu li jissottomettuh għar-rieżami ta’ esperti indipendenti jew ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti.

22.L-istandards u l-għodod eżistenti biex jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tat-tfal jistgħu jappoġġaw lill-fornituri fit-twettiq ta’ dan ir-rieżami. Dawn jinkludu, pereżempju, il-mudelli, il-formoli u gwida oħra pprovduti mill-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (UNICEF, United Nations Children’s Fund) ( 29 ), mill-Ministeru Netherlandiż tal-Intern u tar-Relazzjonijiet tar-Renju (BZK, Ministerie van Binnenlandse Zaken en Koninkrijksrelaties) ( 30 ), jew mill-korp Ewropew għall-istandardizzazzjoni CEN-CENELEC ( 31 ). Il-Kummissjoni tista’ toħroġ gwida jew għodod addizzjonali biex tappoġġa lill-fornituri fit-twettiq tar-rieżami, inkluż permezz ta’ għodod speċifiċi għall-valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tat-tfal. Sal-pubblikazzjoni ta’ din il-gwida, il-fornituri jistgħu jużaw għodod eżistenti u l-aħjar prattiċi għal dawn il-valutazzjonijiet.

23.Għall-fornituri tal-VLOPs u tal-VLOSEs, dan ir-rieżami tar-riskju jista’ jitwettaq ukoll bħala parti mill-valutazzjoni ġenerali tar-riskji sistemiċi skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2022/2065, li se jikkomplementa u jmur lil hinn mir-rieżami tar-riskju mwettaq f’konformità mal-linji gwida preżenti.

6Disinn tas-servizz

6.1 Assigurazzjoni tal-età

6.1.1 Introduzzjoni u terminoloġija

24.F’dawn l-aħħar snin, kien hemm żviluppi rapidi fit-teknoloġija li jippermettu li l-fornituri tal-pjattaformi online jaċċertaw ruħhom b’modi aktar u anqas akkurati, affidabbli u robusti dwar l-età tal-utenti tagħhom. Dawn il-miżuri huma komunement imsejħa “assigurazzjoni tal-età” ( 32 ).

25.Il-Kummissjoni tqis il-miżuri li jirrestrinġu l-aċċess abbażi tal-età bħala mezz effettiv biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni fuq il-pjattaformi online. Għal din il-fini, l-għodod għall-assigurazzjoni tal-età jistgħu jgħinu lill-fornituri jinfurzaw ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-utenti taħt ċerta età, sabiex jipproteġu lill-minorenni milli jaċċessaw kontenut online mhux xieraq għall-età, bħal-logħob tal-azzard jew il-pornografija, jew milli jiġu esposti għal riskji oħra bħall-grooming.

26.L-għodod għall-assigurazzjoni tal-età jistgħu jgħinu wkoll lill-fornituri jipprevjenu lill-adulti milli jaċċessaw ċerti pjattaformi li huma mfassla għall-minorenni, ħlief meta jagħmlu dan għal finijiet leġittimi bħala ġenituri, għal finijiet edukattivi jew superviżorji, u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ adulti li jagħmluha ta’ minorenni u/jew li jfittxu li jagħmlu ħsara lill-minorenni.

27.Fl-aħħar nett, l-għodod għall-assigurazzjoni tal-età jistgħu jintużaw biex jirfdu d-disinn tas-servizz innifsu li jkun adattat għall-età, u b’hekk irawmu spazji online aktar sikuri u adattati għat-tfal. F’dawn il-każijiet, l-għodod jistgħu jintużaw biex jiġi żgurat li t-tfal ikollhom aċċess biss għal ċertu kontenut, karatteristiċi jew attivitajiet li huma xierqa għall-konsum tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-età u l-kapaċitajiet li qed jevolvu tagħhom.

28.Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn, min-naħa l-waħda, ir-restrizzjoni fuq l-età li tillimita l-aċċess għall-pjattaforma jew għal partijiet minnha għall-utenti ta’ anqas minn jew ta’ aktar minn ċerta età, u, min-naħa l-oħra, il-metodi ta’ assigurazzjoni tal-età li jintużaw biex tiġi ddeterminata l-età tal-utent.

29.L-aktar miżuri komuni ta’ assigurazzjoni tal-età attwalment disponibbli u applikati mill-pjattaformi online jaqgħu fi tliet kategoriji wesgħin: l-awtodikjarazzjoni, l-istima tal-età, u l-verifika tal-età.

a.L-awtodikjarazzjoni tikkonsisti f’metodi li jiddependu fuq l-individwu biex jipprovdi l-età tiegħu jew jikkonferma l-medda ta’ età tiegħu, jew billi jipprovdi volontarjament id-data tat-twelid jew l-età tiegħu, jew billi jiddikjara lilu nnifsu li huwa akbar minn ċerta età, tipikament billi jikklikkja fuq buttuna online.

b.L-istima tal-età tikkonsisti f’metodi li jippermettu lil fornitur jistabbilixxi li utent x’aktarx ikun ta’ ċerta età, li jaqa’ f’ċerta medda ta’ età, jew li jkun akbar jew iżgħar minn ċerta età ( 33 ).

c.Il-verifika tal-età hija sistema li tiddependi fuq identifikaturi fiżiċi jew fuq sorsi vverifikati ta’ identifikazzjoni li jipprovdu grad għoli ta’ ċertezza fid-determinazzjoni tal-età ta’ utent.

30.Id-differenza ewlenija bejn l-istima tal-età u l-miżuri ta’ verifika tal-età hija l-livell ta’ akkuratezza. Filwaqt li l-verifika tal-età tipprovdi ċertezza dwar l-età tal-utent, l-istima tal-età tipprovdi approssimazzjoni tal-età tal-utent. L-akkuratezza tat-teknoloġiji tal-istima tal-età tista’ tvarja u titjieb hekk kif it-teknoloġija timxi ’l quddiem.

6.1.2 Determinazzjoni dwar jekk għandhomx jiġu stabbiliti restrizzjonijiet fuq l-aċċess appoġġati minn miżuri ta’ assigurazzjoni tal-età

31.Qabel ma jiddeċiedu jekk għandhomx jiġu stabbiliti xi restrizzjonijiet fuq l-aċċess ibbażati fuq l-età, appoġġati minn metodi ta’ assigurazzjoni tal-età, il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom dejjem iwettqu valutazzjoni biex jiddeterminaw jekk tali miżura hijiex xierqa biex tiżgura li s-servizz tagħhom jipprovdi livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni u jekk hijiex proporzjonata, jew jekk tali livell għoli jistax jinkiseb diġà billi wieħed jibbaża fuq miżuri oħra inqas estensivi ( 34 ). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-fornituri għandhom iqisu r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess ibbażati fuq l-età, appoġġati minn miżuri ta’ assigurazzjoni tal-età, bħala għodda komplementari għall-miżuri stabbiliti f’taqsimiet oħra ta’ dawn il-linji gwida. Fi kliem ieħor, ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess u l-assigurazzjoni tal-età waħedhom ma jistgħux jissostitwixxu l-miżuri rakkomandati x’imkien ieħor f’dawn il-linji gwida.

32.Tali valutazzjoni għandha tiżgura li kwalunkwe restrizzjoni għall-eżerċitar tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tar-riċevituri, speċjalment il-minorenni, tkun proporzjonata. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jagħmlu r-riżultat ta’ tali valutazzjoni disponibbli pubblikament fuq l-interfaċċa online tas-servizz tagħha, kemm jekk il-valutazzjoni tikkonkludi li ma tkun meħtieġa l-ebda restrizzjoni fuq l-aċċess appoġġata mill-assigurazzjoni tal-età jew li tali restrizzjoni tkun miżura xierqa u proporzjonata.

33.Il-Kummissjoni tinnota li livell aktar baxx tal-akkuratezza tas-soluzzjonijiet ta’ stima tal-età ma tfissirx awtomatikament impatt aktar baxx fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tar-riċevituri, peress li s-soluzzjonijiet inqas akkurati jistgħu jipproċessaw aktar data personali minn dawk aktar akkurati. Dawn jistgħu jipprevjenu wkoll lil xi tfal milli jaċċessaw il-pjattaformi online li inkella jkunu jistgħu jaċċessaw minħabba l-livell aktar baxx ta’ akkuratezza. Għalhekk, meta jitqiesu l-metodi ta’ stima tal-età li jeħtieġu l-ipproċessar ta’ data personali, il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jiżguraw li l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, speċjalment il-minimizzazzjoni tad-data, jiġu implimentati kif xieraq u jibqgħu robusti maż-żmien u jqisu d-Dikjarazzjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) dwar l-Assigurazzjoni tal-Età ( 35 ).

34.Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, sabiex jiġi żgurat li s-servizzi tagħhom jipprovdu livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni, il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni li jqisu r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess ibbażati fuq il-metodi ta’ assigurazzjoni tal-età meħtieġa u proporzjonati għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar kwalunkwe soluzzjoni ta’ assigurazzjoni tal-età li jkunu identifikaw u l-adegwatezza u l-effettività tagħha. Għandhom jipprovdu wkoll ħarsa ġenerali lejn il-metriċi tal-prestazzjoni użati biex dan jitkejjel, bħar-rati ta’ pożittivi foloz u negattivi foloz, u r-rati ta’ akkuratezza u ta’ rtirar.

35.Għandha tiġi prevista l-parteċipazzjoni tat-tfal fit-tfassil, fl-implimentazzjoni, u fl-evalwazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-età u tal-metodi ta’ assigurazzjoni tal-età.

36.Il-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni jista’ jkollhom biss xi kontenut, taqsimiet, jew funzjonijiet li joħolqu riskju għall-minorenni jew jista’ jkollhom partijiet mill-pjattaforma tagħhom meta r-riskju jista’ jittaffa minn miżuri u/jew partijiet oħra fejn ma jkunx il-każ. F’dawn il-każijiet, minflok ma jillimitaw is-servizz kollu kemm hu skont l-età, il-fornituri ta’ tali pjattaformi online għandhom jivvalutaw liema kontenut, taqsimiet jew funzjonijiet fuq il-pjattaforma tagħhom huma ta’ riskju għall-minorenni u jimplimentaw restrizzjonijiet fuq l-aċċess appoġġati minn metodi ta’ assigurazzjoni tal-età biex inaqqsu dawn ir-riskji għall-minorenni b’modi proporzjonati u xierqa. Pereżempju, il-partijiet mis-servizzi tal-media soċjali b’kontenut, taqsimiet jew funzjonijiet li jistgħu joħolqu riskju għall-minorenni, bħal sezzjonijiet tal-media soċjali ristretti għall-adulti, jew sezzjonijiet b’komunikazzjonijiet kummerċjali ristretti għall-adulti jew l-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali minn influwenzaturi ristretti għall-adulti għandhom ikunu disponibbli biss għall-utenti adulti li l-età tagħhom tkun ġiet verifikata kif xieraq.

6.1.3Determinazzjoni ta’ liema metodi ta’ assigurazzjoni tal-età għandhom jintużaw

6.1.3.1Verifika tal-età

37.Fiċ-ċirkostanzi li ġejjin, fid-dawl tal-fatt li l-protezzjoni tal-minorenni tikkostitwixxi objettiv ta’ politika importanti tal-Unjoni espress mir-Regolament (UE) 2022/2065, kif rifless fil-Premessa 71 tiegħu, il-Kummissjoni tqis l-użu ta’ restrizzjonijiet fuq l-aċċess appoġġati mill-metodi ta’ verifika tal-età bħala miżura xierqa u proporzjonata biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni:

a.Meta ċerti prodotti jew servizzi jippreżentaw riskju għoli għall-minorenni u dawk ir-riskji ma jistgħux jittaffew b’miżuri inqas restrittivi, meta jitqiesu l-liġijiet applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali, bħal pereżempju:

I.il-bejgħ tal-alkoħol, tat-tabakk jew ta’ prodotti relatati man-nikotina, tad-drogi

II.l-aċċess għal kwalunkwe tip ta’ kontenut pronografiku,

III.l-aċċess għal kontenut tal-logħob tal-azzard.

b.Fejn, minħabba r-riskji identifikati għall-minorenni, it-termini u l-kundizzjonijiet jew kwalunkwe obbligu kuntrattwali ieħor tas-servizz jirrikjedu li utent ikollu 18-il sena jew aktar biex jaċċessa s-servizz anke jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit formali ta’ età stabbilit mil-liġi.

c.Kwalunkwe ċirkostanza oħra meta l-fornitur ta’ pjattaforma online aċċessibbli għall-minorenni jkun identifika riskji għall-privatezza, is-sikurezza jew is-sigurtà tal-minorenni, inklużi riskji marbuta mal-kontenut, riskju marbuta mal-imġiba u riksji għall-konsumatur kif ukoll riskji marbuta mal-kuntatti (eż., li jirriżultaw minn karatteristiċi bħal chat live, kondiviżjoni ta’ immaġni/videos, messaġġi anonimi), fejn dawn ir-riskji ma jistgħux jittaffew b’miżuri oħra inqas intrużivi b’mod effettiv daqs ir-restrizzjonijiet ta’ aċċess appoġġati minn verifika tal-età ( 36 ).

d.Meta d-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, jippreskrivi età minima għall-aċċess ta’ ċerti prodotti jew servizzi offruti u/jew murija bi kwalunkwe mod fuq pjattaforma online, inklużi l-kategoriji definiti speċifikament ta’ servizzi tal-media soċjali online ( 37 ).

38.Il-metodi ta’ stima tal-età jistgħu jikkomplementaw it-teknoloġiji ta’ verifika tal-età u jistgħu jintużaw flimkien ma’ tal-ewwel, jew bħala alternattiva temporanja b’mod partikolari f’każijiet meta l-miżuri ta’ verifika li jħarsu l-kriterji tal-effettività tas-soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-età deskritti fit-Taqsima 6.1.4, b’enfażi partikolari fuq il-protezzjoni tad-dritt tal-utenti għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data kif ukoll l-akkuratezza, għadhom ma humiex disponibbli faċilment. Dan il-perjodu tranżitorju ma għandux jestendi lil hinn mill-ewwel rieżami ta’ dawn il-linji gwida( 38 ). Pereżempju, il-pjattaformi li joffru kontenut ristrett għall-adulti jistgħu jużaw metodi ta’ stima tal-età ex ante jekk ikunu jistgħu jagħtu prova li tali metodi huma komparabbli ma’ dawk tal-verifika tal-età, fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima 6.1.4, fin-nuqqas ta’ miżuri effettivi ta’ verifika tal-età ( 39 ). Il-Kummissjoni tista’ fi żmien xieraq tissupplimenta l-linji gwida attwali b’analiżi teknika dwar il-metodi eżistenti ewlenin ta’ stima tal-età li huma disponibbli bħalissa fid-dawl tal-kriterji deskritti fit-Taqsima 6.1.4.

6.1.3.2Teknoloġiji ta’ verifika tal-età

39.Il-verifika tal-età għandha tiġi ttrattata bħala proċess separat u distint li ma huwiex konness ma’ attivitajiet oħra ta’ ġbir tad-data eżerċitati mill-pjattaformi online. Il-verifika tal-età ma għandhiex tagħti d-dritt lill-fornituri tal-pjattaformi online jaħżnu data personali lil hinn mill-informazzjoni dwar il-grupp tal-età tal-utent.

40.Kif huwa elaborat aktar fit-Taqsima 6.1.4, kwalunkwe metodu ta’ assigurazzjoni tal-età għandu jkun robust, u għalhekk mhux faċli li ssir ċirkomvenzjoni tiegħu, biex jitqies xieraq u proporzjonat. Metodu li faċilment jiġi evitat mill-minorenni mhux se jitqies bħala miżura effettiva ta’ assigurazzjoni tal-età.

41.Il-metodi li jibbażaw fuq karti tal-identità vverifikati u fdati li jkunu maħruġa mill-gvern, mingħajr ma jipprovdu lill-pjattaforma b’data personali addizzjonali, jistgħu jikkostitwixxu metodu effettiv għall-verifika tal-età, inkwantu jkunu bbażati fuq tokens anonimizzati tal-età( 40 ). Dawk it-tokens għandhom jinħarġu wara verifika affidabbli tal-età tal-persuna, u għandhom jinħarġu minn parti terza indipendenti u mhux mill-fornitur tal-pjattaforma online, speċjalment meta toffri aċċess għal kontenut għall-adulti. Il-Kummissjoni tqis li l-protokolli kriptografiċi bħar-rotazzjoni taċ-ċavetta jew prova li turi konoxxenza żero ( 41 ) jikkostitwixxu bażi xierqa biex tiġi pprovduta assigurazzjoni tal-età mingħajr ma tintbagħat data personali.

42.L-Istati Membri bħalissa jinsabu fil-proċess li jipprovdu liċ-ċittadin, lir-residenti u lin-negozji tagħhom kollha b’Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali( 42 ). Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li ġejjin jipprovdu mezzi sikuri, affidabbli u privati ta’ identifikazzjoni elettronika fi ħdan l-Unjoni. Ladarba jibdew jintużaw, dawn jistgħu jintużaw biex jaqsmu biss informazzjoni speċifika ma’ servizz, bħal li persuna tkun ’il fuq minn età speċifika.

Użu tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali

Ladarba jiġu implimentati, il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali se jipprovdu mezzi sikuri, affidabbli u privati ta’ identifikazzjoni elettronika għal kulħadd fl-Unjoni. Kull Stat Membru huwa meħtieġ jipprovdi mill-inqas kartiera waħda liċ-ċittadini, lir-residenti u lin-negozji kollha tiegħu, li għandha tippermettilhom jagħtu prova ta’ min huma, u li jaħżnu, jikkondividu u jiffirmaw dokumenti diġitali importanti b’mod sikur sa tmiem l-2026. Il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali kollha jinkorporaw l-opportunità li wieħed jirċievi token tal-età, u l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw servizzi biex joħorġu tali tokens.

43.Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-età qabel ma jsiru disponibbli l-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, il-Kummissjoni bħalissa qed tittestja soluzzjoni ta’ verifika tal-età tal-UE bħala miżura ta’ verifika tal-età awtonoma li tħares il-kriterji tal-effettività tas-soluzzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-età deskritti fit-Taqsima 6.1.4. Ladarba tiġi ffinalizzata, is-soluzzjoni ta’ verifika tal-età tal-UE se tipprovdi eżempju ta’ konformità u standard ta’ referenza għal metodu ta’ verifika tal-età bbażat fuq apparat. Il-fornituri tal-pjattaformi online li huma mistennija jużaw soluzzjonijiet ta’ verifika tal-età għas-servizzi tagħhom, huma għalhekk imħeġġa jipparteċipaw fl-ittestjar disponibbli ta’ verżjonijiet bikrija tas-soluzzjoni ta’ verifika tal-età tal-UE, li tista’ tinforma lil dawk il-fornituri dwar l-aħjar mezzi biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2022/2065.

44.L-implimentazzjoni tal-istandard ta’ referenza ( 43 ) stabbilit mis-soluzzjoni ta’ verifika tal-età tal-UE tista’ tiġi offruta permezz ta’ apps ippubblikati minn entitajiet pubbliċi jew privati jew integrati fil-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li ġejjin. L-implimentazzjoni ta’ dan l-istandard se tikkostitwixxi teknoloġija ta’ verifika tal-età li tħares il-privatezza, timminimizza d-data, mhix traċċabbli u hija interoperabbli, f’konformità mal-kriterji tal-effettività tas-soluzzjonijiet ta’ assigurazzjoni tal-età deskritti fit-Taqsima 6.1.4.

Soluzzjoni ta’ verifika tal-età tal-UE

Is-soluzzjoni ta’ verifika tal-età tal-UE, inkluża app, se tkun metodu ta’ verifika tal-età faċli biex jintuża li jista’ jintuża biex jiġi ppruvat li utent għandu 18-il sena jew aktar (18+). Is-soluzzjoni se tnaqqas id-distakk sakemm tkun disponibbli l-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali. Din is-soluzzjoni solida, li tħares il-privatezza u timminimizza d-data se jkollha l-għan li tistabbilixxi standard f’termini ta’ privatezza u ta’ faċilità għall-użu tal-utent.

Is-soluzzjoni ta’ verifika tal-età tal-UE tipprovdi parametru referenzjarju ta’ konformità għall-akkuratezza ta’ soluzzjoni ta’ assigurazzjoni tal-età filwaqt li timminimizza l-impatt fuq id-drittijiet u l-libertajiet tar-riċevituri.

L-utenti se jkunu jistgħu faċilment jattivaw l-app u jirċievu l-prova b’diversi modi differenti. Il-prova tikkonferma biss jekk l-utent ikollux 18-il sena jew aktar. Ma tagħtix l-età preċiża, u lanqas ma tinkludi xi informazzjoni oħra dwar l-utent. L-utent jista’ jippreżenta l-prova ta’ 18+ lill-pjattaforma online b’mod li jħares il-privatezza mingħajr flussi ta’ data lill-fornitur tal-provi. Barra minn hekk, se jiġu stabbiliti mekkaniżmi biex jipprevjenu t-traċċar bejn pjattaformi online. L-użu tal-app huwa sempliċi. Meta jitlob aċċess għal kontenut online għall-adulti, l-utent jippreżenta l-prova tal-18+ permezz tal-app lill-pjattaforma online. Wara l-verifika tal-validità tagħha, il-pjattaforma online tagħti aċċess lill-utent. L-identità u l-azzjonijiet tal-utent huma protetti mid-divulgazzjoni matul il-proċess kollu. Il-fornitur affidabbli tal-provi ma huwiex infurmat dwar liema servizzi online l-utent ikun qed ifittex aċċess għalihom bil-prova tal-18+. Bl-istess mod, il-fornituri tas-servizzi online 18+ ma jirċivux l-identità tal-utent li jitlob l-aċċess, iżda biss prova li l-utent għandu 18-il sena jew aktar.

Is-soluzzjoni ta’ verifika tal-età tal-UE se tkun ukoll teknikament kapaċi li tipprovdi attributi oħra, bħat-testijiet dwar jekk l-utent ikunx uman. F’pajjiżi fejn jiġu appoġġati l-metodi validi għall-attestazzjonijiet tal-età ta’ inqas minn 18-il sena, is-soluzzjoni tal-verifika tal-età tal-UE tista’ tipprovdi wkoll verifika tal-età taħt l-età ta’ 18-il sena.

45.Il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni jistgħu jużaw metodi oħra ta’ verifika tal-età biex jiżguraw livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni, dment li jkunu kompatibbli mal-istandard ta’ referenza tal-UE (kif deskritt fil-paragrafi 43 u 44 hawn fuq) u jissodisfaw il-kriterji deskritti fit-Taqsima 6.1.4. Is-soluzzjoni tal-verifika tal-età tal-UE hija eżempju ta’ metodu li jissodisfa dawk il-kriterji.

46.Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji tal-minimizzazzjoni tad-data, tal-limitazzjoni tal-fini, u tal-fiduċja tal-utent, il-fornituri tal-pjattaformi online huma mħeġġa jadottaw metodi ta’ verifika tal-età double-blind. Metodu double-blind jiżgura li (i) l-pjattaforma online ma tirċevix mezzi addizzjonali biex tidentifika l-utent u, minflok, tirċievi biss informazzjoni li tippermettilha tikkonferma jekk dan jissodisfax il-limitu ta’ età meħtieġ, u li (ii) l-fornitur tal-verifika tal-età ma jirċevix għarfien tas-servizzi li għalihom tintuża l-prova tal-età. Dawn il-metodi jistgħu jiddependu fuq l-ipproċessar tal-apparat lokali, fuq tokens kriptografiċi anonimizzati, jew fuq provi li juru konoxxenza żero ( 44 ).

6.1.3.3Stima tal-età

47.Il-Kummissjoni tqis l-użu tal-metodi ta’ stima tal-età, meta pprovduti minn parti terza indipendenti jew permezz ta’ sistemi awditjati b’mod xieraq u indipendenti, b’mod partikolari għall-konformità mas-sigurtà u mal-protezzjoni tad-data, kif ukoll meta jsir ex ante jekk ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-effettività tal-miżura, bħala miżura xierqa u proporzjonata biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

a.Meta , minħabba r-riskji identifikati għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni, it-termini u l-kundizzjonijiet tas-servizz tal-pjattaforma online jew obbligi kuntrattwali simili tas-servizz jirrikjedu li utent ikollu ’l fuq minn età minima meħtieġa li tkun inqas minn 18-il sena biex jaċċessa s-servizz, abbażi tal-valutazzjoni tal-fornitur tar-riskji għall-minorenni fuq il-pjattaforma( 45 ) ( 46 ).

b.Meta l-fornitur tal-pjattaforma online ikun identifika riskji medji għall-minorenni fuq il-pjattaforma tagħhom kif stabbilit fir-rieżami tar-riskju tiegħu (ara t-Taqsima 5 dwar ir-Rieżami tar-riskju) ( 47 ) u dawk ir-riskji ma jistgħux jittaffu b’miżuri inqas restrittivi. Il-Kummissjoni tqis li dan se jkun il-każ meta r-riskju ma jkunx għoli biżżejjed biex jirrikjedi restrizzjoni fuq l-aċċess ibbażata fuq il-verifika tal-età iżda mhux baxx biżżejjed li jkun xieraq li ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-aċċess jew li jkun hemm restrizzjoni fuq l-aċċess li ma tkunx appoġġata minn xi metodi ta’ assigurazzjoni tal-età jew li tkun appoġġata biss minn awtodikjarazzjoni. L-awtodikjarazzjoni ma hijiex meqjusa bħala miżura xierqa ta’ assigurazzjoni tal-età kif spjegat aktar hawn taħt.

Prattika tajba

MegaBetting( 48 ) hija pjattaforma online li tippermetti lill-utenti jagħmlu mħatri fuq ir-riżultati tal-avvenimenti tad-dinja reali. Il-fornitur jirrestrinġi s-servizz tiegħu lill-utenti ta’ aktar minn 18-il sena, f’konformità mad-dritt nazzjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-pjattaforma online tiegħu ma tkunx aċċessibbli għall-minorenni, huwa jiddependi fuq is-soluzzjoni tal-verifika tal-età tal-UE li tgħid biss lill-fornitur jekk l-utent għandux mill-inqas 18-il sena. Din l-informazzjoni tinħoloq minn emittent fdat abbażi tal-eID nazzjonali tal-utent u tiġi riċevuta minn applikazzjoni fuq it-telefown tal-utent. Għalhekk, il-fornitur iqis li s-sistema tissodisfa l-kriterji li tkun effettiva ħafna filwaqt li tħares il-privatezza tal-utent.

Prattika ħażina

SadMedia hija pjattaforma online tal-media soċjali. Il-fornitur ta’ SadMedia ddeċieda li jirrestrinġi s-servizzi tiegħu għall-minorenni li għandhom mill-inqas 13-il sena. Dan kien ibbażat fuq il-valutazzjoni tiegħu tar-riskji medji li l-pjattaforma tista’ toħloq għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni. It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ SadMedia jistabbilixxu din ir-restrizzjoni. Sabiex tiġi infurzata din ir-restrizzjoni, il-fornitur ta’ SadMedia jiddependi fuq mudell ta’ stima tal-età li żviluppa hu, u li jsostni li jista’ jipprevedi l-età tal-utent b’marġni ta’ żball ta’ ± sentejn. Bħala riżultat ta’ dan il-marġni ta’ żball, ħafna minorenni taħt l-età indikata jistgħu jaċċessaw is-servizz u ħafna minorenni li jissodisfaw l-età meħtieġa ma jistgħux jaċċessaw is-servizz. Il-miżura ta’ assigurazzjoni tal-età ta’ SadMedia ma hijiex effettiva ħafna u għalhekk is-servizz tagħha ma jiżgurax livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni. 

48.Meta l-fornitur ta’ pjattaforma online aċċessibbli għall-minorenni jkun iddetermina li r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess appoġġati mill-assigurazzjoni tal-età huma meħtieġa biex jinkiseb livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni fuq is-servizz tagħhom, il-Kummissjoni tqis li dan għandu joffri fuq il-pjattaforma tiegħu aktar minn metodu wieħed ta’ assigurazzjoni tal-età, biex l-utent jingħata għażla bejn il-metodi, sakemm kwalunkwe tali metodu jissodisfa l-kriterji deskritti fit-Taqsima 6.1.4. Dan se jgħin biex tiġi evitata l-esklużjoni tal-utenti li, minkejja li jkunu eliġibbli biex jaċċessaw pjattaforma online, ma jkunux jistgħu jagħmlu użu minn metodu speċifiku ta’ assigurazzjoni tal-età. Sabiex jiżdiedu l-effettività u l-faċilità tal-użu, għandu jitwettaq il-metodu xieraq ta’ assigurazzjoni tal-età, fejn possibbli meta jinħoloq il-kont, u l-informazzjoni dwar l-età mbagħad tintuża biex tikkontribwixxi għal esperjenza xierqa għall-età fuq il-pjattaforma, flimkien ma’ miżuri protettivi oħra msemmija f’dawn il-linji gwida. Barra minn hekk, il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jipprovdu mekkaniżmu ta’ rimedju għall-utenti biex jilmentaw dwar kwalunkwe valutazzjoni skorretta tal-età mill-fornitur ( 49 ).

Prattika ħażina

SadMedia tuża soluzzjoni ta’ stima tal-età bħala waħda minn firxa ta’ miżuri li għandha l-għan li tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà. Meta s-sistema ta’ stima tal-età tipprovdi riżultat negattiv, li jindika li l-utent ikun għadu żgħir wisq biex juża s-servizz, tiġi ppreżentata pop-up lill-utent li tiddikjara “Ma taqbilx mar-riżultat? Jekk jogħġbok erġa’ pprova!”. L-utent imbagħad ikun jista’ jerġa’ jagħmel it-test tal-istima tal-età bl-użu tal-istess metodu. F’dan l-eżempju, il-miżura ta’ assigurazzjoni tal-età ma titqiesx xierqa jew proporzjonata peress li ma tingħata l-ebda possibbiltà lir-riċevitur li juża metodu ieħor ta’ assigurazzjoni tal-età u lanqas ma jiġi pprovdut mod ta’ rimedju lir-riċevitur biex jikkontesta valutazzjoni skorretta.

6.1.4 Valutazzjoni tal-adegwatezza u l-proporzjonalità ta’ kwalunkwe metodu ta’ assigurazzjoni tal-età

49.Qabel ma jqisu jekk għandhomx jistabbilixxu metodu speċifiku ta’ verifika jew ta’ stima tal-età li jappoġġa r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess, il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom iqisu l-karatteristiċi li ġejjin ta’ dak il-metodu:

a.Akkuratezza. Kemm kwalunkwe metodu partikolari jiddetermina b’mod akkurat l-età tal-utent.

L-akkuratezza ta’ metodu ta’ verifika jew ta’ stima tal-età għandha tiġi vvalutata skont metriċi xierqa, ċari u disponibbli għall-pubbliku. Dawn il-metriċi huma meħtieġa biex jiġi evalwat sa liema punt il-metodu jista’ jiddetermina b’mod korrett jekk utent ikunx ’l fuq minn jew taħt ċerta età, jew il-medda ta’ età ta’ persuna ( 50 ) ). Il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jirrieżaminaw perjodikament jekk l-akkuratezza teknika tal-metodu użat għadhiex taqbel mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

b.Affidabbiltà. Kemm metodu partikolari jaħdem b’mod affidabbli fil-prattika f’ċirkostanzi reali.

Sabiex metodu jkun affidabbli, għandu jkun disponibbli kontinwament fi kwalunkwe ħin, u jaħdem f’ċirkostanzi reali differenti, lil hinn mill-kundizzjonijiet ideali tal-laboratorju. Il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jivvalutaw, qabel ma jużaw soluzzjoni speċifika ta’ assigurazzjoni tal-età, li kwalunkwe data li wieħed ikun jiddependi fuqha bħala parti mill-proċess tal-assigurazzjoni tal-età tiġi minn sors affidabbli. Pereżempju, prova tal-età awtoffirmata ma titqiesx bħala affidabbli.

c.Robustezza. Kemm huwa faċli li wieħed jagħmel ċirkomvenzjoni ta’ metodu partikolari.

Metodu li huwa faċli għaċ-ċirkomvenzjoni mill-minorenni ma jitqiesx robust biżżejjed u għalhekk ma jitqiesx li huwa effettiv. Tali livell ta’ “faċilità” għandu jiġi vvalutat mill-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li titqies l-età tal-minorenni li għalihom huma indirizzati l-miżuri speċifiċi. Il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jivvalutaw ukoll jekk il-metodu tal-assigurazzjoni tal-età jipprovdix sikurezza u sigurtà, f’konformità mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, biex tiġi żgurata l-integrità tad-data dwar l-età li tkun qed tiġi pproċessata.

d.Nonintrużività. Kemm huwa intrużiv metodu partikolari fuq id-drittijiet tal-utenti.

Il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jivvalutaw perjodikament l-impatt li l-metodu magħżul se jkollu fuq id-drittijiet u l-libertajiet tar-riċevituri, inkluż id-dritt tagħhom għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data, u l-libertà tal-espressjoni ( 51 ) . Skont il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u f’konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2022/2065( 52 ), fornitur għandu jipproċessa biss l-attributi relatati mal-età li huma strettament meħtieġa għall-fini speċifika u l-assigurazzjoni tal-età ma għandhiex tintuża biex tipprovdi mezzi addizzjonali għall-fornituri biex jidentifikaw, jillokalizzaw, ifasslu l-profil ta’ persuni fiżiċi jew jittraċċawhom ( 53 ). Jekk il-metodu jkun aktar intrużiv minn metodu ieħor li jipprovdi l-istess livell ta’ assigurazzjoni u effettività, għandu jintgħażel il-metodu inqas intrużiv. Dan jinkludi valutazzjoni ta’ jekk il-metodu jipprovdix trasparenza sħiħa dwar il-proċess f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/679 u/jew jipprovdi informazzjoni dwar l-utent f’riskju. Fl-ebda ċirkostanza ma tista’ tinħażen jew tintuża għal finijiet oħra d-data pproċessata għall-finijiet li jiġi aċċertat jekk utent ikunx ’l fuq minn jew taħt ċerta età.

e.Nondiskriminazzjoni. Kif metodu partikolari jista’ jiddiskrimina kontra xi utenti.

Il-fornituri tal-pjattaforma online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jiżguraw li l-metodu magħżul ikun xieraq u disponibbli għall-minorenni kollha, irrispettivament mid-diżabbiltà, mil-lingwa, mill-etniċità, mil-ġeneru, u mill-isfondi reliġjużi u minoritarji.

50.Meta l-miżuri ta’ assigurazzjoni tal-età ma jwettqux il-kriterji stabbiliti hawn fuq, dawn ma jistgħux jitqiesu bħala xierqa u proporzjonati.

51.Is-soluzzjonijiet ta’ assigurazzjoni tal-età li tista’ ssir ċirkomvenzjoni tagħhom faċilment ma għandhomx jitqiesu li jiżguraw livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni. Tali valutazzjoni għandha titwettaq skont l-impatt li l-pjattaforma jista’ jkollha fuq il-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni. Il-ħżin ta’ prova tal-età għandu jiddependi wkoll fuq ir-riskji assoċjati mal-pjattaformi rilevanti. Pereżempju, il-pjattaformi online b’restrizzjonijiet għall-adulti ma għandhomx jippermettu l-kondiviżjoni tal-kredenzjali tal-kontijiet tal-utenti u b’hekk iwettqu assigurazzjoni tal-età kull darba li jiġi aċċessat is-servizz tagħhom.

52.Il-Kummissjoni tqis li awtodikjarazzjoni ( 54 ) ma tissodisfax ir-rekwiżiti kollha ta’ hawn fuq, b’mod partikolari r-rekwiżit għar-robustezza u l-akkuratezza. Għalhekk, hija ma tqisx l-awtodikjarazzjoni bħala metodu xieraq ta’ assigurazzjoni tal-età biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065.

53.Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-fatt li parti terza tintuża biex twettaq assigurazzjoni tal-età għandu jiġi spjegat lill-minorenni – bħal fi kwalunkwe każ – b’mod aċċessibbli u viżibbli u b’lingwaġġ adattat għat-tfal (ara t-Taqsima 8.4 dwar it-Trasparenza). Barra minn hekk, tibqa’ r-responsabbiltà tal-fornitur li jiżgura li l-metodu użat mill-parti terza jkun effettiv, f’konformità mal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti hawn fuq. Dan jinkludi, pereżempju, meta l-fornitur ikollu l-ħsieb li jiddependi fuq soluzzjonijiet ipprovduti minn sistemi operattivi jew minn operaturi ta’ apparat.

6.2Reġistrazzjoni

54.Ir-reġistrazzjoni jew l-awtentikazzjoni jistgħu jinfluwenzaw kif u jekk il-minorenni jkunux jistgħu jaċċessaw u jużaw servizz partikolari b’mod sikur, adattat għall-età u li jħares id-drittijiet. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, meta jkun ġie ddeterminat li l-assigurazzjoni tal-età hija meħtieġa sabiex jiġi pprovdut livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà, kif ukoll biex tiġi pprovduta esperjenza xierqa għall-età, ir-reġistrazzjoni jew l-awtentikazzjoni jistgħu jkunu l-ewwel punt ta’ użu biex jitwettaq tali proċess b’mod proporzjonat.

55.Meta r-reġistrazzjoni ma tkunx meħtieġa, u filwaqt li jiġi rikonoxxut il-fatt li kwalunkwe utent mhux irreġistrat jista’ jkun minorenni taħt l-età minima meħtieġa mill-pjattaforma online biex jaċċessa s-servizz u/jew kontenut mhux xieraq għall-età fuq is-servizz, il-fornitur tal-pjattaforma online rilevanti aċċessibbli għall-minorenni għandu jbiddel l-konfigurazzjonijiet ta’ kwalunkwe utent mhux irreġistrat b’mod li jiggarantixxi l-ogħla livelli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà, filwaqt li jqis b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 u jittratta l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja, inkluż li jqis ir-riskji marbuta mal-kuntatti assoċjati ma’ adult li potenzjalment jippreżenta ruħu bħala tifel jew tifla. 

56.Meta r-reġistrazzjoni tkun meħtieġa jew offruta bħala possibbiltà ta’ aċċess għal pjattaforma online aċċessibbli għall-minorenni, il-Kummissjoni tqis li l-fornitur ta’ dik il-pjattaforma għandu:

a.Jispjega lill-utenti l-benefiċċji u r-riskji tar-reġistrazzjoni u, fejn rilevanti, għaliex hija meħtieġa r-reġistrazzjoni (ara t-Taqsima 8.4 dwar it-Trasparenza).

b.Jiżgura li l-proċess ta’ reġistrazzjoni jkun faċli għall-minorenni kollha biex jaċċessaw u jinnavigaw, skont il-kapaċitajiet tagħhom li qed jevolvu, inklużi dawk b’diżabilità jew bi ħtiġijiet ta’ aċċessibbiltà addizzjonali, u b’lingwaġġ li jistgħu jifhmu.

c.Jiżgura li l-proċess ta’ reġistrazzjoni jinkludi miżuri li jgħinu lill-utenti jifhmu jekk humiex kbar biżżejjed biex jużaw is-servizz. F’konformità mal-punt d. ta’ hawn taħt, dawn il-miżuri għandhom jiġu ppreżentati biss lill-utenti wara li jkun ġie applikat metodu ta’ assigurazzjoni tal-età, inkluża awtodikjarazzjoni.

d.Jevita li jinkoraġġixxi jew jinstiga lill-utenti li huma taħt l-età minima meħtieġa mill-pjattaforma online aċċessibbli għall-minorenni biex joħolqu kontijiet jew biex jaċċessaw is-servizz, u jieħu miżuri biex inaqqas ir-riskju li dan iseħħ ( 55 ).

e.Jiżgura li jkun faċli għall-minorenni li joħorġu mis-sistema u li l-kont tagħhom jitħassar fuq talba tagħhom.

f.Juża l-proċess ta’ reġistrazzjoni bħala opportunità waħda biex iwettaq assigurazzjoni tal-età jekk din tkun meħtieġa, fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet fit-Taqsimiet 5 u 6.1 ( 56 ), kif ukoll jenfasizza l-karatteristiċi ta’ sikurezza tal-pjattaforma jew tas-servizz, ir-regoli ta’ kondotta flimkien mal-konsegwenzi rispettivi tagħhom jekk jinkisru t-termini, kwalunkwe riskju identifikat għall-privatezza, is-sikurezza jew is-sigurtà tal-minorenni u r-riżorsi disponibbli biex jappoġġaw lill-utenti.

g.Jiżgura li l-proċess ta’ reġistrazzjoni ma jħeġġiġx jew ma jinstigax lit-tfal biex jagħmlu disponibbli jew jikkondividu fuq il-profil tagħhom aktar informazzjoni milli meħtieġ għall-funzjonament tas-servizz, u li jintalab il-kunsens mill-ġenitur jew mit-tutur tat-tfal fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.

6.3Konfigurazzjoni tal-kontijiet

6.3.1Konfigurazzjonijiet prestabbiliti 

57.Il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti huma għodda importanti li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni jistgħu jużaw biex inaqqsu r-riskji għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni, bħal, pereżempju, ir-riskju ta’ kuntatt mhux mixtieq minn individwi li jkunu qed ifittxu li jagħmlu ħsara lill-minorenni. L-evidenza tissuġġerixxi li l-utenti għandhom it-tendenza li ma jbiddlux il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti tagħhom, li jfisser li l-konfigurazzjonijiet prestabbiliti jibqgħu għall-biċċa l-kbira tal-utenti u għalhekk isiru kruċjali fl-ixprunar tal-imġiba ( 57 ). Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom:

a.Jiżguraw li l-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà skont il-prinċipji tad-disinn jiġu applikati b’mod konsistenti għall-konfigurazzjonijiet kollha tal-kontijiet għall-minorenni.

b.Jikkonfiguraw il-kontijiet tal-minorenni għall-ogħla livell ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà b’mod awtomatiku. Dan jinkludi t-tfassil ta’ konfigurazzjonijiet prestabbiliti b’tali mod li jiġu żgurati konfigurazzjonijiet sikuri u xierqa għall-età għall-minorenni, filwaqt li jitqiesu l-kapaċitajiet li jevolvu tagħhom. Dawn il-konfigurazzjonijiet għandhom jiżguraw li b’mod awtomatiku għall-minorenni kollha, bħala minimu:

I.il-kontijiet jippermettu biss interazzjoni bħal likes, tags, kummenti, messaġġi diretti, posts li jerġgħu jintbagħtu u rakkomandazzjonijiet minn kontijiet li kienu aċċettati minn qabel.

II.l-ebda kont ma jkun jista’ jniżżel jew jieħu ritratti tal-iskrin tal-informazzjoni ta’ kuntatt, tal-post jew tal-kont, jew tal-kontenut imtella’ jew kondiviż mill-minorenni fuq il-pjattaforma.

III.il-kontijiet li l-minorenni jkun aċċetta qabel biss ikunu jistgħu jaraw il-kontenut, il-posts u l-informazzjoni dwar il-kont tagħhom.

IV.ħadd ma jkun jista’ jara l-attivitajiet tal-minorenni bħal kontenut ta’ “liking” jew “li qed isegwi” utent ieħor.

V.il-ġeolokalizzazzjoni, il-mikrofonu, l-aċċess għar-ritratti u l-kamera, is-sinkronizzazzjoni tal-kuntatti kif ukoll l-karatteristiċi kollha ta’ traċċar li ma humiex strettament meħtieġa jintfew.

VI.l-autoplay prestabbilit ta’ videos u l-ospitar ta’ streaming dirett jiġu mitfija.

VII.il-push notifications jintfew b’mod awtomatiku u jkunu dejjem mitfija matul is-sigħat ewlenin tal-irqad, filwaqt li s-sigħat ewlenin tal-irqad jiġu adattati għall-età tal-minorenni. Meta l-push notifications jiġu attivati b’mod attiv mill-utent, dawn għandhom jinnotifikaw lill-utent biss dwar l-interazzjonijiet li jirriżultaw mill-kuntatti diretti tal-utent u l-kontenut minn kontijiet jew kanali li l-utent isegwi jew jinteraġixxi b’mod attiv magħhom (pereżempju, il-push notifications dejjem għandhom ikunu awtentiċi u għandhom dejjem isemmu b’mod preċiż lill-utent jew lill-kreatur li n-notifika tkun ġejja mingħandu).

VIII.il-karatteristiċi li jistgħu jikkontribwixxu għal użu eċċessiv, bħan-numru ta’ “likes” jew “reazzjonijiet”, “streaks”, il-funzjoni “... qed jittajpja” u “konferma li l-messaġġi nqraw” ikunu mitfija.

IX.kwalunkwe funzjonalità li żżid l-kapaċità tal-utenti li jieħdu azzjoni fuq l-interazzjonijiet tagħhom hija attivata. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, informazzjoni jew frizzjoni li tnaqqas ir-ritmu tal-wiri tal-kontenut, tal-ippostjar u tal-interazzjoni tal-utent, li tagħti lill-utenti l-opportunità li jaħsbu qabel ma jiddeċiedu jekk iridux jaraw aktar kontenut, jew li jaħsbu qabel ma jippostjaw.

X.ir-rakkomandazzjonijiet ta’ kontijiet oħra jkunu mitfija.

XI.il-filtri li jistgħu jkunu assoċjati ma’ effetti negattivi fuq l-immaġni tal-ġisem, l-istima personali u s-saħħa mentali jkunu mitfija.

c.Iqisu jekk, skont l-età tal-minorenni u l-kapaċitajiet li qed jevolvu tagħhom u l-eżitu tar-rieżami tar-riskju ta’ fornitur, huwiex meħtieġ li wieħed imur lil hinn mill-istandard minimu għall-konfigurazzjonijiet prestabbiliti stabbilit f’din it-Taqsima 6.3.1, u li jiġu ddisinjati u implimentati konfigurazzjonijiet prestabbiliti li huma aktar restrittivi. Pereżempju, billi jitfasslu konfigurazzjonijiet prestabbiliti għal minorenni iżgħar fejn l-ebda utent ieħor ma jitħalla jinvolvi ruħu f’ċerti tipi ta’ interazzjonijiet.

d.Jittestjaw u jaġġornaw il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti regolarment, filwaqt li jiżguraw li dawn jibqgħu effettivi wara l-aġġornamenti kollha, u kontra r-riskji u x-xejriet online li jfeġġu, inkluż kwalunkwe riskju għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni identifikati mill-fornitur matul ir-rieżami tar-riskji tagħhom (ara t-Taqsima 5 dwar ir-Rieżami tar-riskji).

e.Jiżguraw li l-minorenni bl-ebda mod ma jkunu mħeġġa jew instigati biex ibiddlu l-konfigurazzjonijiet tagħhom għal livelli aktar baxxi ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà, u li kwalunkwe għażla biex jinbidlu l-konfigurazzjonijiet prestabbiliti tiġi ppreżentata b’mod newtrali.

f.Jiżguraw li l-minorenni jingħataw gradi inkrementali ta’ kontroll fuq il-konfigurazzjonijiet tagħhom, skont l-età, il-kapaċitajiet u l-ħtiġijiet tagħhom li qed jevolvu, biex jappoġġaw l-awtonomija dejjem akbar tagħhom u jtuhom kapaċità akbar biex jieħdu azzjoni ( 58 ).

g.Jiżguraw li l-konfigurazzjonijiet jiġu spjegati lill-minorenni b’mod li jkun faċli għat-tfal u aċċessibbli (ara t-Taqsima 6.4 dwar l-Interfaċċa online u għodod oħra).

58.Meta l-minorenni jibdlu l-konfigurazzjonijiet prestabbiliti tagħhom jew jagħżlu karatteristiċi li jqiegħdu l-privatezza, is-sikurezza jew is-sigurtà tagħhom f’riskju, il-Kummissjoni tqis li l-fornitur tal-pjattaforma online għandu:

a.Jagħti s-setgħa lill-minorenni bil-ħila li jagħżlu bejn li jibdlu temporanjament il-konfigurazzjonijiet prestabbiliti tagħhom, pereżempju għal perjodu ta’ żmien jew għall-użu attwali f’dik is-sessjoni, u li jibdlu b’mod permanenti l-konfigurazzjonijiet prestabbiliti tagħhom.

b.Jippermetti bidla faċli għall-konfigurazzjonijiet prestabbiliti, bħall-issettjar mill-ġdid bi klikk wieħed jew funzjoni ta’ treġġigħ lura abbażi ta’ konfigurazzjoni preċedenti għall-konfigurazzjonijiet li jkunu nbidlu.

c.Jippreżenta sinjali ta’ twissija fil-punt li fih il-minorenni jibdel il-konfigurazzjonijiet tiegħu, filwaqt li jispjega b’mod ċar il-konsegwenzi potenzjali tal-bidliet tagħhom.

d.Jipprovdi perjodikament tfakkiriet lill-minorenni dwar il-konsegwenzi potenzjali tal-bidla tagħhom u perjodikament jipprovdihom bl-opportunità li jmorru lura għall-konfigurazzjonijiet prestabbiliti tagħhom.

e.Jitfi awtomatikament il-ġeolokalizzazzjoni, il-mikrofonu u l-kamera kif ukoll il-karatteristiċi ta’ traċċar mhux strettament meħtieġa wara li tintemm is-sessjoni, jekk xi minorenni jkun xegħelhom.

f.Meta l-ġeolokalizzazzjoni, il-mikrofonu u l-kamera jinxtegħlu, dan isir ovvju għall-minorenni matul il-perjodu kollu li matulu jkunu mixgħula.

6.3.2Disponibbiltà tal-konfigurazzjonijiet, il-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet

59.Il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom:

a.Iqisu jekk xi konfigurazzjonijiet, karatteristiċi jew funzjonalitajiet għandhomx jitneħħew mill-kontijiet tal-minorenni għal kollox u/jew jekk xi waħda mill-konfigurazzjonijiet prestabbiliti stabbiliti fit-Taqsima 6.3.1 preċedenti għandhiex issir irriversibbli jew li ma tistax tinbidel għall-minorenni kollha jew għall-minorenni ta’ ċerti etajiet, filwaqt li jitqiesu l-età u l-kapaċitajiet li qed jevolvu tagħhom, u li tali konfigurazzjonijiet jitneħħew u/jew isiru irriversibbli abbażi ta’ dik il-valutazzjoni. Meta jagħmlu din il-valutazzjoni, il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jivvalutaw il-mod li bih dawk il-konfigurazzjonijiet u l-funzjonalitajiet jista’ jkollhom impatt fuq il-livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà tal-minorenni fuq il-pjattaforma tagħhom.

b.Jiżguraw li irrispettivament mill-konfigurazzjonijiet tal-kont magħżula mill-minorenni:

I.il-minorenni qatt ma jkunu jistgħu jinstabu jew jiġu kkuntattjati faċilment minn kontijiet li huma ma jkunux aċċettaw minn qabel bħala kuntatti.

II.id-dettalji ta’ kuntatt personali tal-minorenni, inkluż l-indirizz tal-posta elettronika jew in-numru tat-telefon, qatt ma jiġu żvelati lil utenti oħra sakemm dan ma jkunx permess espliċitament mill-minorenni.

III.il-kontijiet tal-minorenni qatt ma jiġu inklużi f’suġġerimenti ta’ kuntatt għall-adulti. Kontijiet ta’ adulti jew kontijiet li x’aktarx ikunu kontijiet ta’ minorenni foloz ma jiġux rakkomandati lill-minorenni.

IV.kontijiet li l-minorenni ma jkunx aċċetta minn qabel bħala kuntatti qatt ma jkunu jistgħu jaraw l-informazzjoni fuq il-profil tiegħu, il-bijografija, l-attivitajiet u l-istorja bħal “likes” u “views”, listi ta’ ħbieb u segwaċi u kontijiet li l-minorenni jsegwi, u li din l-informazzjoni dejjem issir mhux disponibbli jekk il-kont jiġi mblukkat jew inkella b’xi mod ieħor titneħħa l-aċċettazzjoni tiegħu.

c.Jiżguraw li l-minorenni jingħataw il-possibbiltà li jirrestrinġu l-viżibbiltà tar-ritratt tal-profil tagħhom u ta’ biċċiet ta’ kontenut individwali li jippubblikaw, kif ukoll il-possibbiltà li jirrestrinġu l-viżibbiltà tal-kontenut tagħhom b’mod ġenerali.

d.Jiżguraw li l-minorenni jingħataw il-possibbiltà li jaċċettaw jew jirrifjutaw kwalunkwe itteggjar minn utenti oħra, kemm jekk fil-kontenut, fil-kummenti jew b’xi mod ieħor.

e.Jimplimentaw miżuri biex jipprevjenu lill-minorenni milli jaċċettaw b’mod mhux intenzjonat kuntatti mhux mixtieqa billi, pereżempju, jirrikjedu li l-utenti jinkludu messaġġ meta jitolbu li jikkonnettjaw ma’ minorenni.

6.4Disinn tal-interfaċċa online u għodod oħra

60.Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri li jippermettu lill-minorenni jieħdu kontroll tal-esperjenzi online tagħhom huma mezz effettiv biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni għall-finijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065.

61.Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-fornituri tal-VLOPs u tal-VLOSEs skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2065 u indipendentement mill-obbligi tal-fornituri tal-pjattaformi online fir-rigward tad-disinn, l-organizzazzjoni u l-operat tal-interfaċċi online tagħhom li jirriżultaw mill-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jadottaw u jimplimentaw funzjonalitajiet li jippermettu lill-minorenni jiddeċiedu kif jinteraġixxu mas-servizzi tagħhom. Dawn il-funzjonalitajiet għandhom jipprovdu l-bilanċ it-tajjeb bejn il-kapaċità tat-tfal li jieħdu azzjoni u livell adegwat ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà. Dan għandu jinkludi, pereżempju:

a.L-iżgurar li d-disinn tal-interfaċċa online joffri esperjenza xierqa għall-età għall-minorenni.

b.L-iżgurar li l-minorenni ma jkunux esposti għal karatteristiċi ta’ disinn persważivi li huma mmirati l-aktar lejn l-interazzjoni u li jistgħu jwasslu għal użu estensiv jew għal użu eċċessiv tal-pjattaforma jew għal drawwiet ta’ mġiba problematiċi jew kompulsivi. Dan jinkludi l-possibbiltà li tiskrollja b’mod indefinit, ir-rekwiżit superfluwu li titwettaq azzjoni speċifika biex tirċievi informazzjoni aġġornata fuq applikazzjoni, l-attivazzjoni awtomatika tal-kontenut tal-video, in-notifiki skedati b’mod artifiċjali biex jerġgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-minorenni, in-notifiki li huma artifiċjali, inklużi dawk li jagħmluha tabirruħhom li huma utent ieħor jew in-notifiki soċjali dwar il-kontenut li l-utent qatt ma jkun interaġixxa miegħu, is-sinjali li jikkomunikaw skarsezza u/jew urġenza( 59 ), u l-ħolqien ta’ premjijiet virtwali għat-twettiq ta’ azzjonijiet (ripetuti) fuq il-pjattaforma.

c.L-introduzzjoni ta’ għodod ta’ ġestjoni tal-ħin xierqa, viżibbli, faċli biex jiġu aċċessati u użati, faċli għat-tfal u effettivi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-minorenni dwar il-ħin li jkunu qattgħu fuq il-pjattaformi online. Sabiex ikunu effettivi, dawn l-għodod għandhom jiskoraġġixxu lill-minorenni milli jqattgħu aktar ħin fuq il-pjattaforma.  Dawn jistgħu jinkludu wkoll imbottaturi li jiffavorixxu għażliet aktar sikuri. Għandu jkun hemm ukoll implimentazzjoni sistematika tan-notifiki attivi li jinfurmaw lill-minorenni dwar iż-żmien imqatta’ online.

d.L-iżgurar li kwalunkwe għodda, karatteristika, funzjonalità, konfigurazzjoni, indikazzjoni, għażla u mekkaniżmu ta’ rapportar, ta’ feedback u ta’ lmenti jkunu adattati għat-tfal, xierqa għall-età, faċli biex jinstabu, jiġu aċċessati, jinftiehmu u jintużaw mill-minorenni kollha, inklużi dawk b’diżabilità u/jew bi ħtiġijiet ta’ aċċessibbiltà addizzjonali, ikunu interattivi, u ma jeħtiġux li jinbidlu l-apparati biex titlesta kwalunkwe azzjoni involuta.

e.L-iżgurar li, jekk il-karatteristiċi tal-IA, bħal chatbots u filtri tal-IA, jiġu integrati fi pjattaforma online aċċessibbli għall-minorenni, dawn ma jiġux attivati awtomatikament u l-minorenni ma jiġux imħeġġa jew instigati biex jużawhom, u li tali sistemi jkunu konformi mal-kapaċitajiet li jevolvu tagħhom u mfassla b’mod li jkun sikur għalihom. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-karatteristiċi tal-IA għandhom isiru disponibbli biss fuq il-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni wara valutazzjoni tar-riskji li dawk il-karatteristiċi tal-IA jistgħu joħolqu għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni, u li għandhom ikunu faċli biex jintfew u għandu jkun ċar meta ma jkunux mitfija.

f.L-iżgurar li jiġu implimentati miżuri tekniċi biex iwissu( 60 ) lill-minorenni li l-interazzjonijiet ma’ funzjoni tal-IA huma differenti mill-interazzjonijiet mal-bnedmin u li dawn il-funzjonijiet jistgħu jipprovdu informazzjoni li tkun fattwalment mhux akkurata u li tista’ tkun qarrieqa. Din it-twissija għandha tkun faċilment viżibbli, imfassla b’lingwa adattata għat-tfal, u aċċessibbli direttament mill-interfaċċa u matul id-durata kollha tal-interazzjoni tal-minorenni mal-karatteristika tal-IA. Pereżempju, iċ-chatbots tal-IA ma għandhomx jintwerew b’mod prominenti, ma għandhomx ikunu parti mill-kuntatti ssuġġeriti jew raggruppati mal-utenti li l-minorenni jkun konness magħhom. Il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jiżguraw li l-minorenni u t-tuturi tagħhom ikollhom għażliet biex jagħżlu li ma jużawx iċ-chatbots tal-IA u ma għandhomx jiġu diretti lejn l-użu ta’ dawk il-karatteristiċi ( 61 ). Dawn il-karatteristiċi tal-IA ma jistgħux jintużaw biex jinfluwenzaw jew jidderieġu lill-minorenni lejn kontenut kummerċjali jew xiri.

Prattika ħażina

SadFriends hija pjattaforma tal-media soċjali fejn il-profili tal-minorenni huma soġġetti għall-istess konfigurazzjonijiet bħall-adulti. Mar-reġistrazzjoni, l-informazzjoni u l-kontenut tal-kont tal-minorenni huma viżibbli għall-utenti l-oħra fuq il-pjattaforma u lil hinn minnha. Il-minorenni jistgħu jiġu kkuntattjati minn utenti oħra li ma jkunux ġew aċċettati bħala kuntatti mill-minorenni. Dawn l-utenti l-oħra jistgħu jibagħtulhom messaġġi u jikkummentaw fuq il-kontenut tagħhom. Meta l-minorenni jixegħlu l-ġeolokalizzazzjoni tagħhom biex jaqsmu l-lokalizzazzjoni tagħhom ma’ ħbiebhom, il-lokalizzazzjoni tagħhom issir viżibbli għall-kontijiet kollha li huma ħbieb magħhom u tibqa’ attivata wara li jagħlqu s-sessjoni, li jfisser li l-utenti l-oħra jkunu jistgħu jaraw fejn jinsabu sakemm il-minorenni jiftakar jitfi l-ġeolokalizzazzjoni tiegħu.

B’riżultat ta’ dan, l-individwi malizzjużi jibdew jimmiraw il-minorenni fuq SadFriends. Adulti mhux magħrufa jikkomunikaw mal-minorenni u jinteraġixxu magħhom, filwaqt li jibnu konnessjoni emozzjonali u jiksbu l-fiduċja tagħhom. Il-minorenni jiġu groomed u mġiegħla joħolqu u jaqsmu immaġini ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal mal-persuni li jabbużaw minnhom.

6.5Sistemi ta’ rakkomandazzjoni u karatteristiċi ta’ tiftix

62.Is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni( 62 ) jiddeterminaw il-mod li bih l-informazzjoni tingħata prijorità, tiġi ottimizzata u tintwera lill-minorenni. B’riżultat ta’ dan, sistemi bħal dawn għandhom impatt importanti fuq jekk u sa liema punt il-minorenni jiltaqgħu ma’ ċerti tipi ta’ kontenut, kuntatti jew imġiba online. Is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni jistgħu joħolqu u jaggravaw ir-riskji għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà online tal-minorenni billi, pereżempju, jamplifikaw il-kontenut li jista’ jkollu impatt negattiv fuq is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni ( 63 ). 

63.Il-Kummissjoni tfakkar l-obbligi għall-fornituri kollha tal-kategoriji kollha ta’ pjattaformi online dwar it-trasparenza tas-sistema ta’ rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2022/2065 u r-rekwiżiti addizzjonali għall-fornituri ta’ VLOPs u VLOSEs skont l-Artikoli 34(1), 35(1), u 38 tar-Regolament (UE) 2022/2065 f’dan ir-rigward ( 64 ).

64.Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà speċifikament għall-minorenni kif meħtieġ skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jistabbilixxu l-miżuri li ġejjin:

6.5.1Ittestjar u adattament tad-disinn u tal-funzjonament tas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni għall-minorenni

65.Il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni li jużaw sistemi ta’ rakkomandazzjoni meta jipprovdu s-servizz tagħhom għandhom:

a.Jittestjaw u jadattaw regolarment is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħhom biex itejbu l-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni u f’konformità mar-rieżami tar-riskju previst fit-Taqsima 5, li jinkludi kunsiderazzjoni tad-drittijiet usa’ tat-tfal. Tali ttestjar u adattament għandhom jitwettqu billi jiġu kkonsultati l-minorenni, it-tuturi u esperti indipendenti.

b.Iqisu l-ħtiġijiet, il-karatteristiċi, id-diżabilità u l-ħtiġijiet ta’ aċċessibbiltà addizzjonali speċifiċi tal-minorenni, anke b’kunsiderazzjoni xierqa tal-grupp ta’ età tagħhom, meta jiddefinixxu l-objettivi, il-parametri u l-istrateġiji ta’ evalwazzjoni tas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni. Il-parametri u l-metriċi relatati mal-akkuratezza, id-diversità, l-inklużività u l-ġustizzja għandhom jingħataw prijorità.

c.Jiżguraw li s-sistemi ta’ rakkomandazzjoni ma jiddependux fuq il-ġbir ta’ kwalunkwe data dwar l-imġiba li tkopri l-attivitajiet tal-minorenni lil hinn mill-pjattaforma.

d.Jiżguraw li, jekk sistema ta’ rakkomandazzjoni tiddependi fuq l-ipproċessar ta’ data dwar l-imġiba ta’ minorenni, is-suġġerimenti tal-informazzjoni speċifika lir-riċevituri minorenni tas-servizz jew il-prijoritizzazzjoni ta’ dik l-informazzjoni ma jiddependux fuq l-ipproċessar ta’ data personali dwar l-imġiba li tkun tant estensiva li tkopri l-attivitajiet kollha tal-minorenni jew il-biċċa l-kbira tagħhom fuq il-pjattaforma, li tista’ twassal għas-sens li l-ħajja privata tal-minorenni tkun qed tiġi mmonitorjata kontinwament.

e.Jiżguraw li s-sistemi ta’ rakkomandazzjoni jiddependu fuq “sinjali bbażati fuq l-interazzjoni impliċita” biss wara li jkunu vvalutaw jekk dan huwiex fl-aħjar interess tal-minorenni, filwaqt li jqisu l-prinċipji tal-minimizzazzjoni u tat-trasparenza tad-data, u dment li tali użu jkun definit b’mod ċar u soġġett għal salvagwardji xierqa kif definit aktar fir-rakkomandazzjonijiet ta’ hawn fuq.

f.Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, “sinjali bbażati fuq l-interazzjoni impliċita” għandhom jinftiehmu li jirreferu għas-sinjali u d-data li jiddeduċu l-preferenzi tal-utent mill-attivitajiet tiegħu (l-imġiba tal-ibbrawżjar fuq pjattaforma), bħall-ħin li jqatta’ jara l-kontenut u r-rati li jikklikkja fuqu.

g.Jagħtu prijorità lis-“sinjali espliċiti pprovduti mill-utent” biex jiddeterminaw il-kontenut muri u rrakkomandat lill-minorenni. L-għażla ta’ tali sinjali għandha tkun iġġustifikata fl-aħjar interessi tal-minorenni, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji tal-minimizzazzjoni u tat-trasparenza tad-data, li jgħinu biex jiġi żgurat li jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ sikurezza u sigurtà għall-minorenni. Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, “sinjali espliċiti pprovduti mill-utent” għandhom jinftiehmu li jirreferu għall-feedback u għall-interazzjonijiet tal-utent li jindikaw il-preferenzi espliċiti tal-utenti, kemm pożittivi kif ukoll negattivi, inkluża l-għażla ddikjarata u deliberattiva tas-suġġetti ta’ interess, stħarriġ, rappurtar ( 65 ), u sinjali oħra bbażati fuq il-kwalità.

h.Jimplimentaw miżuri biex jipprevjenu l-esponiment tal-minorenni għar-rakkomandazzjonijiet tal-kontenut li jistgħu joħolqu riskju għas-sikurezza u s-sigurtà tagħhom, b’mod partikolari meta jiltaqgħu miegħu ripetutament, bħal kontenut li jippromwovi standards ta’ sbuħija mhux realistiċi jew dieti, kontenut li jigglorifika jew jibbanalizza kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, bħall-ansjetà jew id-depressjoni, kontenut diskriminatorju, kontenut ta’ radikalizzazzjoni u kontenut inkwetanti li juri l-vjolenza jew li jħeġġeġ lill-minorenni jinvolvu ruħhom f’attivitajiet perikolużi. Dan jinkludi l-kontenut li jkun ġie rrapportat jew indikat mill-utenti, minn senjalaturi fdati jew minn atturi oħra jew minn għodod ta’ moderazzjoni tal-kontenut, u li l-legalità u l-aderenza tiegħu mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaforma jkunu għadhom ma ġewx ivverifikati, f’konformità mal-obbligi rilevanti skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 u mat-Taqsima 6.7.

i.Jimplimentaw miżuri biex jiġi żgurat li s-sistemi ta’ rakkomandazzjoni ma jippermettux jew ma jiffaċilitawx it-tixrid ta’ kontenut illegali jew it-twettiq ta’ reati kriminali kontra l-minorenni u minnhom.

j.Jiżguraw li r-riżultati tat-tiftix u s-suġġerimenti għall-kuntatti tal-minorenni jagħtu prijorità lill-kontijiet li l-identità tagħhom tkun ġiet ivverifikata u li l-kuntatti jkunu konnessi man-network tal-minorenni, jew lill-kuntatti fl-istess medda ta’ età bħall-minorenni.

k.Jiżguraw li l-karatteristiċi tat-tiftix, inklużi iżda mhux limitati għall-kompletar b’mod awtomatiku tat-test fil-kaxxa tat-tiftix u t-termini u l-frażijiet ewlenin issuġġeriti, ma jirrakkomandawx kontenut li huwa illegali u/jew li jikkwalifika bħala ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza jew is-sigurtà tal-minorenni, pereżempju billi jimblokkaw termini ta’ tiftix li huma magħrufa sew li jiskattaw kontenut li huwa meqjus bħala ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u/jew is-sigurtà tal-minorenni, bħal kliem partikolari, lingwaġġ informali, hashtags jew emojis ( 66 ). Meta jkun hemm mistoqsijiet relatati ma’ kontenut bħal dan, il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jirridirezzjonaw lill-minorenni lejn riżorsi ta’ appoġġ u helplines xierqa.

6.5.2Kontroll u awtonomizzazzjoni tal-utent 

66.Il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni li jużaw sistemi ta’ rakkomandazzjoni meta jipprovdu s-servizz tagħhom għandhom jadottaw il-miżuri li ġejjin biex jiżguraw livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà tal-minorenni:

a.Jipprovdu lill-minorenni bl-opportunità li jerġgħu jikkonfiguraw il-feeds rakkomandati tagħhom kompletament u b’mod permanenti.

b.Fi ħdan il-prijoritizzazzjoni tal-parametri u tal-metriċi relatati mal-akkuratezza, mad-diversità, mal-inklużività u mal-ġustizzja, jipprovdu informazzjoni u jimbuttaw lill-minorenni biex ifittxu kontenut ġdid wara ċertu ammont ta’ interazzjoni mas-sistema ta’ rakkomandazzjoni.

c.Jivvalutaw jekk, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tal-pjattaforma u sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà tal-minorenni fuq tali pjattaforma, iqisu li huwa xieraq li jiġi żgurat li l-minorenni jkunu jistgħu jagħżlu għażla tas-sistema ta’ rakkomandazzjoni tagħhom li ma tkunx ibbażata fuq it-tfassil ta’ profili. Din ir-rakkomandazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-fornituri tal-VLOPs u tal-VLOSEs skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2022/2065.

d.F’każ li, b’riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-punt ta’ hawn fuq jew b’riżultat tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2022/2065 fir-rigward tal-fornituri ta’ VLOPs u VLOSEs, dawn ikunu daħħlu fis-seħħ għażla tas-sistema ta’ rakkomandazzjoni tagħhom li ma tkunx ibbażata fuq it-tfassil ta’ profili, jivvalutaw jekk din għandhiex tiġi pprovduta bħala konfigurazzjoni prestabbilita, u jekk iqisuha xierqa, idaħħlu fis-seħħ is-salvagwardji u l-miżuri ta’ trasparenza meħtieġa biex jinfurmaw lill-minorenni dwar tali għażla u l-konsegwenzi potenzjali tat-tifi ta’ tali konfigurazzjoni prestabbilita.

e.Jiżguraw li l-mekkaniżmi rilevanti ta’ rapportar u ta’ feedback stabbiliti fit-Taqsima 7 .1 ikollhom impatt rapidu, dirett u dejjiemi fuq il-parametri, l-editjar u l-output tas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni. Dan jinkludi t-tneħħija permanenti tal-kontenut u tal-kuntatti rrapportati mir-rakkomandazzjonijiet (inkluż il-kontenut irrapportat għall-ħabi u l-kuntatti mblukkati/irrapportati) u t-tnaqqis tal-viżibbiltà ta’ kontenut u kontijiet simili.

67.Minbarra l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065, u għall-fornituri tal-VLOPs u tal-VLOSEs l-obbligi msaħħa ta’ diliġenza dovuta stabbiliti fl-Artikoli 34, 35 u 38 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom:

a.Jiżguraw li kwalunkwe konfigurazzjoni u informazzjoni mogħtija lill-minorenni dwar is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħhom, inklużi iżda mhux limitati għat-Termini u l-Kundizzjonijiet tagħhom, jiġu ppreżentati b’modi aċċessibbli u faċli għat-tfal, adattati għall-età u l-maturità li qed tevolvi tat-tfal, u b’lingwaġġ li jistgħu jifhmu (ara t-Taqsimiet 6.4 dwar id-Disinn tal-interfaċċa online u għodod oħra u t-Taqsima 8.4 dwar it-Trasparenza għal aktar dettalji).

b.Jispjegaw b’mod sinifikanti għaliex kull biċċa ta’ kontenut speċifiku ġiet irrakkomandata lilhom, inkluża informazzjoni dwar il-parametri użati u s-sinjali tal-utent miġbura għal dik ir-rakkomandazzjoni speċifika.

c.Joffru lill-minorenni, b’mod aċċessibbli u mfassal apposta b’lingwa u disinn adatti għat-tfal, l-għażliet biex jimmodifikaw jew jinfluwenzaw il-parametri tas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħhom billi, pereżempju, jippermettulhom jagħżlu kategoriji ta’ kontenut u attivitajiet li huma l-aktar jew l-inqas interessati fihom, li jinkludu spjegazzjonijiet f’lingwaġġ adattat għat-tfal. Dan għandu jiġi offrut matul il-proċess tal-ħolqien tal-kontijiet u regolarment matul iż-żmien kollu tal-minorenni fuq il-pjattaforma. Dawn il-preferenzi għandhom jinfluwenzaw direttament ir-rakkomandazzjonijiet ipprovduti mis-sistema, filwaqt li jiżguraw li dawn jallinjaw aktar mill-qrib mal-età u mal-aħjar interessi tal-minorenni( 67 ) .

6.6Prattiċi kummerċjali

68.Il-minorenni huma partikolarment esposti għall-effetti persważivi tal-prattiċi kummerċjali u għandhom dritt li jiġu protetti kontra prattiċi ta’ sfruttament ekonomiku( 68 ) minn pjattaformi online. Huma jiffaċċaw prattiċi kummerċjali minn pjattaformi online, fejn iħabbtu wiċċhom ma’ tattiċi persważivi diversi, dinamiċi u personalizzati permezz, pereżempju, tar-reklamar, tal-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali, l-użu tal-muniti fl-applikazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni tal-influwenzaturi, l-isponsorizzazzjoni jew imbuttaturi mtejba bl-IA ( 69 )  ( 70 ). Dan jista’ jkollu effett negattiv fuq il-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni meta jużaw is-servizzi tal-pjattaforma online.

69.F’konformità mal-qafas legali orizzontali eżistenti, u mingħajr preġudizzju għalih, b’mod partikolari d-Direttiva 2005/29/KE dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali li hija applikabbli bis-sħiħ għall-prattiċi kummerċjali kollha anke lejn il-minorenni ( 71 ) u r-regoli aktar speċifiċi fir-Regolament (UE) 2022/2065 dwar ir-reklamar (l-Artikoli 26, 28(2) u 39) u dark patterns (l-Artikolu 25), il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jadottaw il-miżuri li ġejjin biex jiżguraw li s-servizz tagħhom jipprovdi livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni, għall-finijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065:

a.Jiżguraw li n-nuqqas ta’ litteriżmu kummerċjali tal-minorenni ma jiġix sfruttat billi jitqiesu l-età, il-vulnerabbiltajiet u l-kapaċità limitata tal-minorenni li jinteraġixxu ruħhom b’mod kritiku mal-prattiċi kummerċjali fuq il-pjattaforma u jipprovdu appoġġ rilevanti ( 72 ).

b.Jiżguraw li l-minorenni ma jkunux esposti għal reklamar dannuż, mhux etiku u illegali( 73 ). Dan jista’ jinvolvi, pereżempju, li titqies l-adegwatezza tal-kampanji ta’ reklamar għall-gruppi ta’ etajiet differenti, l-indirizzar tal-impatt negattiv tagħhom, u t-teħid ta’ miżuri ta’ sigurtà adegwati biex il-minorenni jiġu protetti, kif ukoll biex jiġi żgurat li jkollhom aċċess għal informazzjoni li tkun fl-aħjar interess tagħhom ( 74 ).

c.Jirrieżaminaw regolarment il-miżuri protettivi rilevanti f’konsultazzjoni mal-minorenni, mat-tuturi u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

d.Jiżguraw li l-minorenni ma jkunux esposti għal volumi totali, frekwenzi u rakkomandazzjonijiet eċċessivi ta’ kontenut kummerċjali, li jistgħu jwasslu għal infiq eċċessiv jew mhux mixtieq jew għal imġiba ta’ dipendenza u jkollhom effetti detrimentali fuq il-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tagħhom.

e.Jiżguraw li l-minorenni ma jkunux esposti għal sistemi tal-IA integrati fil-pjattaforma li jinfluwenzaw jew li jimbuttaw lit-tfal għall-finijiet kummerċjali, b’mod partikolari permezz ta’ formati ta’ konverżazzjoni jew ta’ konsulenza bħal chatbots ( 75 ).

f.Jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet tal-komunikazzjoni kummerċjali jkunu viżibbli b’mod ċar, adattati għat-tfal, xierqa għall-età u aċċessibbli (ara t-Taqsima 8.4 dwar it-Trasparenza) u użati b’mod konsistenti fis-servizz kollu, pereżempju bl-użu ta’ ikona jew ta’ sinjal simili biex jiġi indikat b’mod ċar li l-kontenut huwa reklamar ( 76 ). Dawn għandhom jiġu ttestjati u riveduti regolarment f’konsultazzjoni mal-minorenni, mat-tuturi tagħhom u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

g.Jiżguraw li l-minorenni ma jkunux esposti għall-kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ prodotti jew ta’ servizzi li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tagħhom, inkluż kif identifikat fir-rieżami tar-riskju tal-fornitur, inklużi dawk assoċjati mal-impatti negattivi fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħhom (ara t-Taqsima 5 dwar ir-Rieżami tar-riskju).

h.Jiżguraw li l-minorenni ma jkunux esposti għal reklamar moħbi jew qarrieqi, kemm jekk imqiegħed mill-fornitur tal-pjattaforma online kif ukoll mill-utenti tas-servizz( 77 ). F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li l-fornituri tal-pjattaformi online huma obbligati wkoll, skont l-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2022/2065, li jipprovdu lir-riċevituri tas-servizz b’funzjonalità biex jiddikjaraw jekk il-kontenut li jipprovdu huwiex jew fihx komunikazzjonijiet kummerċjali ( 78 ). Eżempji ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali qarrieqa jistgħu jinkludu, iżda ma humiex limitati għal, l-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali minn influwenzaturi, il-wiri tal-prodotti u forom oħra ta’ promozzjoni sottili li jistgħu jqarrqu bil-minorenni jew jimmanipulawhom biex jixtru prodotti jew servizzi.

i.Jiżguraw li t-tfal ma jkunux esposti għal tekniki li jista’ jkollhom l-effett li jnaqqsu t-trasparenza tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi u jistgħu jkunu qarrieqa għall-minorenni, bħal ċerti muniti virtwali ( 79 ) u tokens jew muniti oħra, li jistgħu jiġu skambjati ma’ flus reali (jew, fejn applikabbli, għax-xiri ta’ munita virtwali oħra) u użati biex jinxtraw oġġetti virtwali, u b’hekk jikkawżaw ukoll infiq mhux mixtieq ( 80 ) .

j.Jiżguraw li l-minorenni, meta jaċċessaw il-pjattaformi online jew partijiet u karatteristiċi tagħhom li huma ppreżentati jew li jidhru bla ħlas ( 81 ), ma jkunux esposti għal xiri fl-applikazzjoni jew waqt il-logħob li huma, jew li jidhru li huma, meħtieġa biex jaċċessaw jew jużaw is-servizz. Jekk il-minorenni jkunu esposti għal kwalunkwe xiri ieħor fl-applikazzjoni jew fil-logħba, dawn għandhom dejjem jiġu pprezzati fil-munita nazzjonali.

k.Jiżguraw li l-minorenni ma jkunux esposti għal prattiċi li jistgħu jwasslu għal infiq eċċessiv jew mhux mixtieq jew għal użu eċċessiv tal-pjattaforma jew għal imġiba kompulsiva jew ta’ dipendenza, billi jiżguraw li l-minorenni ma jkunux esposti għal oġġetti virtwali bħal loot boxes bi ħlas, prodotti oħra, fejn joffru eżiti każwali jew imprevedibbli jew karatteristiċi simili għal-logħob tal-azzard, u billi jintroduċu separazzjoni jew frizzjoni bejn il-kontenut u x-xiri ta’ prodotti relatati.

l.Jiżguraw li l-minorenni ma jkunux esposti għal tekniki ta’ disinn manipulattiv( 82 ), bħall-iskarsezza ( 83 ), il-premjijiet intermittenti jew każwali, jew tekniki ta’ disinn persważivi ( 84 ) li jistgħu jwasslu għal infiq eċċessiv, impulsiv jew mhux mixtieq jew għal imġiba ta’ dipendenza.

m.Jiżguraw li l-minorenni ma jkunux esposti għal xiri mhux mixtieq, eż. billi jqisu l-użu ta’ għodod effettivi għat-tuturi jew billi jissottomettu kwalunkwe impenn finanzjarju magħmul minn minorenni taħt ċerta età għar-rieżami jew għall-kunsens tat-tuturi (ara t-Taqsima 7.3 dwar l-Għodod għat-tuturi).

n.Jeżaminaw mill-ġdid il-politika tal-pjattaforma li toffri tranżazzjonijiet ekonomiċi, abbażi tal-kapaċitajiet li qed jevolvu tat-tfal, meta wieħed iqis li ċerti gruppi ta’ età ma għandhomx ikunu esposti jew permessi li jidħlu fi tranżazzjonijiet ekonomiċi peress li jkun għad ma għandhomx il-kapaċità li jifhmu l-infiq u l-flus.

6.7Moderazzjoni

70.Il-moderazzjoni tista’ tnaqqas l-esponiment tal-minorenni għal kontenut u imġiba li huma ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tagħhom, inkluż kontenut illegali jew kontenut li jista’ jxekkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tagħhom, u tista’ tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kriminalità.

71.Il-Kummissjoni tfakkar l-obbligi relatati ma’: it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2022/2065; ir-rappurtar tat-trasparenza previst fl-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament għall-fornituri ta’ servizzi intermedjarji, li jinkludu l-fornituri tal-pjattaformi online; mekkaniżmi ta’ avviż u ta’ azzjoni u dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet previsti rispettivament fl-Artikoli 16 u 17 ta’ dak ir-Regolament għall-fornituri tas-servizzi ta’ hosting, inklużi l-pjattaformi online; l-obbligi relatati ma’ senjalaturi fdati ( 85 ) għall-fornituri tal-pjattaformi online stabbiliti fl-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament. Hija tfakkar ukoll fil-Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-Ġlieda Kontra d-Diskors ta’ Mibegħda Illegali Online+ tal-2025 u l-Kodiċi ta’ Kondotta dwar id-Diżinformazzjoni li jikkostitwixxu Kodiċijiet ta’ Kondotta skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2022/2065.

72.Minbarra dawk l-obbligi, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jistabbilixxu l-miżuri li ġejjin biex jiżguraw li s-servizz tagħhom jipprovdi livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni għall-finijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065, filwaqt li jqisu l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja:

a.Jiddefinixxu b’mod ċar u trasparenti dak li l-pjattaforma tqis bħala kontenut u mġiba li huma ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni, f’kooperazzjoni mal-minorenni, mas-soċjetà ċivili u ma’ esperti indipendenti, inkluża l-akkademja. Dan għandu jinkludi kwalunkwe kontenut u mġiba li huma illegali skont id-dritt tal-UE jew dak nazzjonali. Il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jikkomunikaw informazzjoni dwar l-istandards u l-aspettattivi tagħhom rigward il-kontenut u l-imġiba b’mod ċar lill-minorenni li jużaw is-servizz tagħhom u din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli matul il-konfigurazzjoni tal-kont u faċli biex tiġi lokalizzata fuq il-pjattaforma.

b.Jistabbilixxu politiki u proċeduri ta’ moderazzjoni li jispeċifikaw kif jiġu skoperti l-kontenut u l-imġiba li huma ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni u kif dan se jiġi mmoderat bl-għan li jiġi limitat l-esponiment tal-minorenni għal kontenut ta’ ħsara. Il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jiżguraw ukoll li dawn il-politiki u/jew il-proċeduri jiġu infurzati fil-prattika.

c.Jivvalutaw u jirrieżaminaw l-politiki u l-proċeduri biex jiżguraw li dawn jibqgħu effettivi hekk kif jinbidlu t-teknoloġiji u l-imġiba online. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom iqisu l-fatturi li ġejjin meta jagħtu prijorità lill-moderazzjoni: il-probabbiltà u s-serjetà tal-kontenut li jikkawża ħsara lill-privatezza, is-sikurezza u/jew is-sigurtà tal-minorenni, l-impatt tal-ħsara fuq dak il-minorenni, vulnerabbiltajiet speċifiċi u l-għadd ta’ minorenni li tista’ ssirilhom ħsara. Barra minn hekk, ir-rapporti magħmula mill-minorenni għandhom jingħataw prijorità.

d.Jiżguraw li r-rieżami mill-bniedem ikun disponibbli flimkien mar-rieżami awtomatizzat tal-kontenut, u ma’ kwalunkwe għodda rilevanti oħra, għall-kontijiet jew għall-kontenut irrapportati li l-fornitur jissuspetta li jistgħu ikunu ta’ riskju ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza jew is-sigurtà tal-minorenni.

e.Jiżguraw li t-timijiet tal-moderazzjoni tal-kontenut ikunu mħarrġa sew u mgħammra bir-riżorsi u li l-mekkaniżmi tal-moderazzjoni jkunu attivi u jiffunzjonaw il-ħin kollu (24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa) biex ikun hemm moderazzjoni effettiva, inkluż mill-inqas impjegat wieħed li jkun disponibbli biex iwieġeb għal talbiet urġenti u emerġenzi l-ħin kollu.

f.Jiżguraw li s-sistemi u l-prattiċi ta’ moderazzjoni tal-kontenut ikunu disponibbli u operazzjonali fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun ipprovdut is-servizz.

g.Jistabbilixxu teknoloġiji effettivi, mekkaniżmi interni u miżuri preventivi biex jitnaqqas ir-riskju li lill-minorenni jiġu rakkomandati kontenut u mġiba li huma ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza jew is-sigurtà tal-minorenni, inkluż bl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet tekniċi effettivi biex jiġi indirizzat kontenut dannuż u illegali magħruf, bħall-konkordar tal-hashes u l-identifikazzjoni tal-URL. Il-fornituri għandhom jesploraw ukoll il-benefiċċji potenzjali miżjuda ta’ soluzzjonijiet tekniċi emerġenti bħall-klassifikaturi tal-IA sabiex jidentifikaw kontenut u mġiba ġodda jew mibdula.

h.Jimplimentaw soluzzjonijiet tekniċi li jipprevjenu lis-sistemi tal-IA fuq il-pjattaforma tagħhom milli jippermettu lill-utenti jaċċessaw, jiġġeneraw u jxerrdu kontenut li jkun ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u/jew is-sigurtà tal-minorenni.

I.Jintegraw fi kwalunkwe sistema tal-IA salvagwardji li jidentifikaw u jipprevjenu indikazzjonijiet li l-fornitur ikun identifika fil-politiki ta’ moderazzjoni tiegħu bħala ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u/jew is-sigurtà tal-minorenni. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, l-użu ta’ klassifikaturi tal-indikazzjonijiet, il-moderazzjoni tal-kontenut u filtri oħra ( 86 ).

II.Jikkooperaw ma’ fornituri oħra tal-pjattaformi online u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti bil-fini li jiġi identifikat kontenut li jikser il-politika u kontenut illegali u jiġu evitati t-tixrid ta’ dan il-kontenut illegali u l-imġiba bejn il-pjattaformi.

III.Meta fornitur ta’ pjattaforma online aċċessibbli għall-minorenni jospita tranżazzjonijiet finanzjarji, dan għandu jipprovdi mezz speċifiku għar-rapportar ta’ frodi u ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi.

73.Il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jaqsmu l-metriċi dwar il-moderazzjoni tal-kontenut, pereżempju kemm-il darba jirċievu rapporti tal-utenti, kemm-il darba jiskopru b’mod proattiv ksur tal-kontenut u l-imġiba, it-tipi ta’ kontenut u mġiba li qed jiġu rrappurtati u skoperti u kif il-pjattaforma wieġbet għal dawn il-kwistjonijiet.

74.L-ebda waħda mill-miżuri ta’ hawn fuq ma għandha tirriżulta f’obbligu ġenerali li jiġi mmonitorjat il-kontenut li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni jittrażmettu jew jaħżnu ( 87 ).

Prattika ħażina

SadShare hija pjattaforma tal-media soċjali li tippermetti lill-utenti jtellgħu u jaqsmu kontenut viżwali ma’ ħaddieħor. Il-politiki tal-pjattaforma ma jinkludux mekkaniżmi robusti ta’ moderazzjoni tal-kontenut biex jiġi identifikat u pprevenut li jittella’ kontenut ta’ ħsara u espliċitu, inkluż materjal ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal. Dan in-nuqqas ta’ moderazzjoni għalhekk jesponi lill-minorenni għal kontenut illegali, u jagħmilha possibbli għall-utenti malizzjużi li jużaw (mill-ġdid) immaġnijiet eżistenti. Dan imbagħad iżid id-domanda għall-materjal ta’ abbuż sesswali fuq it-tfal li b’mod mhux intenzjonat iwassal lil utenti oħra biex jabbużaw u jagħmlu ħsara lill-minorenni biex joħolqu materjal ġdid.

7Rapportar, appoġġ għall-utenti u għodod għat-tuturi

7.1Rapportar, feedback u lmenti mill-utenti

75.L-għodod għar-rappurtar, għall-feedback u għall-ilmenti mill-utenti li jkunu effettivi, viżibbli u adattati għat-tfal jippermettu lill-minorenni jesprimu u jindirizzaw karatteristiċi tal-pjattaformi online li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-livell tal-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tagħhom.

76.Il-Kummissjoni tfakkar fl-obbligi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2065, inklużi l-obbligi li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ avviż u ta’ azzjoni fl-Artikolu 16, li tiġi pprovduta dikjarazzjoni tar-raġunijiet fl-Artikolu 17, li jiġu nnotifikati s-suspetti ta’ reat kriminali fl-Artikolu 18, li tiġi stabbilita sistema interna għall-ġestjoni tal-ilmenti fl-Artikolu 20 u soluzzjoni ta’ tilwim barra mill-qorti fl-Artikolu 21, kif ukoll ir-regoli dwar is-senjalaturi fdati fl-Artikolu 22.

77.Minbarra dawk l-obbligi, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jistabbilixxu l-miżuri li ġejjin biex jiżguraw li s-servizz tagħhom jipprovdi livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni għall-finijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065:

a.Jimplimentaw mekkaniżmi ta’ rapportar, feedback u lmenti li:

I.Ikunu effettivi, viżibbli, adattati għat-tfal u faċilment aċċessibbli (ara t-Taqsima 6.4 dwar id-Disinn tal-interfaċċa online u għodod oħra u t-Taqsima 4 dwar il-Prinċipji ġenerali).

II.Jippermettu lill-minorenni jirrapportaw kontenut, attivitajiet, individwi, kontijiet, jew gruppi li huma jemmnu li jistgħu jiksru t-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaforma. Dan jinkludi kwalunkwe kontenut, utent jew attività li l-pjattaforma tqis li huma ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u/jew is-sigurtà tal-minorenni (ara t-Taqsima 5 dwar ir-Rieżami tar-riskju u t-Taqsima 6.7 dwar il-Moderazzjoni).

III.Jippermettu lill-utenti kollha jirrapportaw kontenut, attivitajiet, individwi, kontijiet, jew gruppi li huma jqisu mhux xierqa jew mhux mixtieqa għall-minorenni, jew meta ikunu skomdi bl-idea li kontenut, attivitajiet, individwi, kontijiet jew gruppi bħal dawn ikunu aċċessibbli għall-minorenni.

IV.Jippermettu lill-utenti kollha jirrapportaw kont suspettat taħt l-età, meta età minima hija ddikjarata fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaforma.

V.Jippermettu lill-minorenni jipprovdu feedback dwar il-kontenut, l-attivitajiet, l-individwi, il-kontijiet jew il-gruppi kollha li jintwerew fuq il-kontijiet tagħhom u li jġegħluhom iħossuhom skomdi jew li jridu jaraw aktar jew inqas minnhom. Dawn l-għażliet jistgħu jinkludu frażijiet bħal “Urini inqas/aktar”, “Ma rridx nara/M’inix interessat fi”, “Ma rridx nara kontenut minn dan il-kont”, “Dan iġegħelni nħossni skomdu”, “Aħbi dan”, “Dan ma jogħġobnix”, jew “Dan mhux għalija”. Il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jiżguraw li dawn l-għażliet jitfasslu b’tali mod li jkunu viżibbli biss għall-utent, sabiex ma jkunux jistgħu jintużaw ħażin minn oħrajn biex jagħmluha ta’ bully mal-minorenni jew jagħtuhom fastidju fuq il-pjattaforma. Il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jadattaw is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħhom b’reazzjoni għal dan il-feedback (ara t-Taqsima 6.5.2 dwar il-Kontroll u awtonomizzazzjoni tas-setgħa tal-utent) ( 88 ).

VI.Meta l-fornitur juża metodi ta’ assigurazzjoni tal-età, jippermetti li kwalunkwe utent jaċċessa sistema effettiva interna għall-ġestjoni tal-ilmenti li tippermettilhom jippreżentaw ilmenti, b’mod elettroniku u mingħajr ħlas, kontra valutazzjoni mill-fornitur tal-età tal-utent. Din is-sistema għall-ġestjoni tal-ilmenti għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2022/2065.

b.Jiżguraw li l-mekkaniżmi ta’ rapportar, feedback u lmenti stabbiliti skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2022/2065 ( 89 ):

I.Jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni.

II.Huma allinjati mad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-drittijiet tat-tfal.

III.Ikunu disponibbli għal aċċess intuwittiv u immedjat għall-minorenni kollha, inkluż għal dawk b’diżabilità u/jew ħtiġijiet ta’ aċċessibbiltà addizzjonali.

IV.Ikunu faċli għall-minorenni biex jużawhom u jifhmuhom, ikunu adattati għall-età u jiġbdu l-attenzjoni (ara t-Taqsima 6.4 dwar id-Disinn tal-interfaċċa online u għodod oħra u t-Taqsima 4 dwar il-Prinċipji ġenerali).

V.Ikunu disponibbli għal utenti mhux irreġistrati jekk ikunu jistgħu jaċċessaw il-kontenut tal-pjattaforma online.

c.Jiżguraw id-disponibbiltà ta’ għażla li tippermetti lill-minorenni jipprovdu r-raġunijiet tagħhom stess għal rapport jew ilment. Il-fornituri għandhom jevitaw il-kategoriji ta’ rapportar, iżda jekk dawn jintużaw, għandhom jiżguraw li dawn jiġu adattati għall-iżgħar utenti permessi fuq il-pjattaforma.

d.Jiżguraw li r-rapportar, il-feedback u l-ilmenti jkunu kunfidenzjali u anonimi b’mod awtomatiku, filwaqt li jipprovdu l-għażla għall-minorenni li jneħħu l-anonimità. Jekk titneħħa l-anonimità, il-fornitur għandu jispjega lill-minorenni meta, kif u liema informazzjoni relatata mar-rapporti u/jew mal-ilmenti huma jikkondividu ma’ utenti oħra jew ma’ partijiet terzi.

e.Jipprijoritizzaw ir-rapporti li jikkonċernaw il-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni. Il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jipprovdu għażla biex jindikaw jekk il-minorenni jaħseb li rapport jew ilment huwa urġenti, speċjalment meta jkun hemm indikazzjoni ta’ kwistjoni kontinwa ta’ privatezza, sikurezza jew sigurtà. Il-ħinijiet tar-rispons għandhom ikunu xierqa għall-kwistjoni li tkun qed tiġi rrapportata jew li dwarha jsir l-ilment. Dan ma għandux jaffettwa b’mod negattiv il-prijorità mogħtija lill-avviżi sottomessi minn senjalaturi fdati, f’konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065.

f.Jipprovdu lil kull minorenni li jissottometti rapport jew ilment b’konferma tal-wasla tar-rapport jew tal-ilment mingħajr dewmien żejjed. Il-minorenni għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw ukoll spjegazzjoni xierqa għall-età, tal-proċess li jkun se jiġi segwit meta jiġi rivedut ir-rapport jew l-ilment u spjegazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni meħuda. L-informazzjoni għandha tinkludi perjodu ta’ żmien indikattiv għad-deċiżjoni tar-rapport jew tal-ilment u r-riżultati possibbli. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li l-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jipprovdu mekkaniżmu għat-traċċar tal-progress u għall-komunikazzjoni mal-pjattaformi.

g.Jirrieżaminaw regolarment ir-rapporti, il-feedback u l-ilmenti li jirċievu. Għandhom jużaw din l-informazzjoni biex jidentifikaw u jindirizzaw kwalunkwe aspett tal-pjattaforma tagħhom li jista’ jikkomprometti l-privatezza, is-sikurezza u/jew is-sigurtà tal-minorenni, jirfinaw is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tagħhom u l-prattiċi ta’ moderazzjoni, itejbu l-istandards ġenerali tas-sikurezza, u jrawmu ambjent online aktar affidabbli u responsabbli. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati biex ikunu jistgħu jiġu rieżaminati.

Prattika ħażina

SadLearn hija pjattaforma online popolari mfassla għal utenti ta’ bejn 6 snin u 18-il sena. Hija toffri firxa ta’ kontenut edukattiv u ta’ divertiment. Biex jissenjala kontenut li huwa kontra t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ SadLearn, l-utent irid jikklikkja erba’ links differenti. Ladarba l-utent jasal fit-taqsima tal-ilmenti, irid jagħżel fost 15-il kategorija differenti ta’ lmenti li jagħmilha diffiċli biex il-minorenni jidentifikaw u jagħżlu l-kategorija t-tajba. Ma hemm l-ebda kategorija ta’ test liberu. Jekk l-utenti jirnexxielhom jissottomettu l-ilmenti, ma jirċievu l-ebda konferma jew spjegazzjoni ta’ x’se jiġri wara. Barra minn hekk, l-għodda ta’ rapportar hija disponibbli biss bl-Ingliż u l-lingwaġġ huwa adattat għal udjenza adulta.

7.2Miżuri ta’ appoġġ għall-utenti

78.L-istabbiliment ta’ karatteristiċi fuq il-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni li jgħinu lill-minorenni jinnavigaw is-servizzi tagħhom u jfittxu appoġġ fejn meħtieġ huwa mezz effettiv biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom:

a.Ikollhom għodod ta’ appoġġ ċari, faċilment identifikabbli u aċċessibbli li jippermettu lill-minorenni jfittxu l-għajnuna meta jiltaqgħu ma’ kontenut, kontijiet jew imġiba suspettużi, illegali jew mhux xierqa li jġegħluhom iħossuhom skomdi. Dan jinkludi l-provvista ta’ buttuni ta’ mblukkar u ta’ mute. L-għodod ta’ appoġġ għandhom ikunu adattati għat-tfal, viżibbli b’mod ċar, aċċessibbli immedjatament (ara t-Taqsima 6.4 dwar l-Interfaċċa online u għodod oħra) u għandhom jikkollegaw lill-minorenni direttament mal-aktar servizzi ta’ appoġġ xierqa għal-lokalità u l-età tagħhom, bħal dawk li jiffurmaw parti miċ-Ċentri nazzjonali għal Internet Aktar Sikur, in-networks INHOPE u l-helplines nazzjonali għat-tfal.

b.Jillimitaw l-użu ta’ għodod ta’ appoġġ ibbażati fuq l-IA, peress li dawn ma għandhomx jintużaw bħala l-mekkaniżmu ewlieni għall-interazzjoni mat-tfal.

c.Jintroduċu messaġġi ta’ twissija viżibbli direttament, links għal-linji ta’ appoġġ nazzjonali rilevanti ( 90 ) u sorsi awtorevoli oħra meta l-minorenni jfittxu, itellgħu, jiġġeneraw, jaqsmu u jirċievu kontenut li huwa potenzjalment illegali jew ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni (kif huwa spjegat fit-Taqsima 6.7 dwar il-Moderazzjoni). Il-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jirreferu wkoll lill-minorenni għal-linji nazzjonali ta’ appoġġ rilevanti meta minorenni jissottometti rapport relatat ma’ tali kontenut. Ir-riferiment għandu jsir immedjatament wara li l-fornitur tal-pjattaforma online jsir konxju tal-attività jew il-minorenni jissottometti rapport.

d.Jekk il-pjattaforma online tinkludi karatteristiċi jew funzjonalitajiet relatati mal-konnessjoni tal-utent, mal-pubblikazzjoni tal-kontenut jew mal-komunikazzjoni tal-utent, din għandha tipprovdi lill-minorenni bl-għażla li jimblukkaw jew jużaw il-funzjonalità mute b’mod anonimu fir-rigward ta’ kwalunkwe utent jew kont ieħor, inklużi dawk li ma humiex konnessi magħhom. Is-sistemi ta’ mblukkar għandhom ikunu faċli biex jinstabu u jkunu aċċessibbli. L-ebda informazzjoni dwar l-utent jew il-kont tagħhom ma għandha tkun disponibbli għal kwalunkwe kont li l-utent ikun imblokka.

e.Jekk il-pjattaforma online tippermetti kummenti dwar il-kontenut, għandha tipprovdi lill-minorenni bl-għażla li jillimitaw it-tipi ta’ utenti li jistgħu jikkummentaw dwar il-kontenut tagħhom u l-kontenut dwarhom u/jew jipprevjenu lil utenti oħra milli jikkummentaw dwar il-kontenut tagħhom u l-kontenut dwarhom, kemm fil-ħin tal-pubblikazzjoni kif ukoll wara, anke jekk il-possibbiltà li jikkummentaw tkun ristretta għal kontijiet li qabel kienu aċċettati bħala kuntatti mill-minorenni (kif irrakkomandat fit-Taqsima 6.3 dwar il-Konfigurazzjoni tal-kontijiet).

f.Jekk il-pjattaforma online toffri funzjonijiet ta’ grupp, għandha tiżgura li l-minorenni jingħaqdu fi grupp biss wara li jiġu nnotifikati bl-istedina u wara li jaċċettaw li jixtiequ jkunu parti minn dak il-grupp.

Prattika tajba

NiceSpace hija pjattaforma tal-media soċjali għall-utenti ta’ aktar minn 13-il sena. Meta l-utenti jirreġistraw, dawn jiġu ppreżentati b’taħriġ interattiv “SafeSpace 101” li jispjega l-karatteristiċi tal-privatezza, tas-sikurezza u tas-sigurtà tal-pjattaforma, inklużi l-għażliet ta’ mblukkar u ta’ muting, il-kontroll tal-kummenti u l-istediniet minn gruppi. NiceSpace għandha wkoll buttuna prominenti ta’ “Għajnuna”, li tikkonnettja lill-utenti direttament mal-helpline taċ-Ċentru lokali tagħhom għal Internet Aktar Sikur. Meta jfittxu kontenut potenzjalment ta’ ħsara, NiceSpace twissi lill-utenti b’indikazzjonijiet kuntestwali u tidderiġihom mill-ġdid għal riżorsi aktar sikuri. L-informazzjoni kollha hija adattata għall-iżgħar utent permess fuq il-pjattaforma.

7.3Għodod għat-tuturi

79.L-għodod għat-tuturi huma software, karatteristiċi, funzjonalitajiet, jew applikazzjonijiet imfassla biex jgħinu lit-tuturi jakkumpanjaw l-attività online, il-privatezza, is-sikurezza u l-benesseri tal-minorenni tagħhom, filwaqt li jħarsu l-kapaċità tat-tfal li jieħdu azzjoni kif ukoll il-privatezza tagħhom.

80.Il-Kummissjoni tqis li l-għodod għat-tuturi għandhom jiġu ttrattati bħala komplementari għas-sikurezza sa mit-tfassil u l-miżuri prestabbiliti u għal kwalunkwe miżura oħra stabbilita biex tikkonforma mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065, inklużi dawk deskritti f’dawn il-linji gwida. Il-konformità mal-obbligu tal-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni li jiżguraw li s-servizzi tagħhom jipprovdu livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà qatt ma trid tiddependi esklużivament fuq l-għodod għat-tuturi. L-għodod għat-tuturi ma għandhomx jintużaw bħala l-unika miżura biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni fuq il-pjattaformi online, u lanqas ma għandhom jintużaw biex jissostitwixxu kwalunkwe miżura oħra stabbilita għal dak il-għan. Tali miżuri jistgħu jonqsu milli jirriflettu r-realtajiet ta’ ħajjet it-tfal, b’mod partikolari f’każijiet ta’ kustodja maqsuma, ta’ foster care, jew meta t-tuturi jkunu assenti jew mhux involuti. Barra minn hekk, l-effettività tal-kunsens tal-ġenituri hija limitata meta l-identità jew l-awtorità legali tal-adult li jagħti l-kunsens ma jiġux ivverifikati b’mod affidabbli. Għalhekk, il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni jridu jimplimentaw miżuri xierqa biex jipproteġu lill-minorenni u ma għandhomx ikunu ristretti li jiddependu fuq is-sorveljanza tal-ġenituri. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li, meta jintużaw flimkien ma’ miżuri oħra, l-għodod għat-tuturi jistgħu jikkontribwixxu għal livell għoli bħal dan.

81.Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jistabbilixxu għodod ta’ kontroll għat-tuturi għall-finijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 li għandhom:

a.Ikunu adattati għall-età u f’konformità mal-kapaċitajiet li qed jevolvu tal-minorenni. L-għodod għat-tuturi għandhom jissejsu fuq il-komunikazzjoni, it-tagħlim u l-awtonomizzazzjoni aktar milli fuq il-kontroll u jippermettu l-awtonomija u l-kapaċità tal-minorenni li jieħdu azzjoni. Għandhom ikunu effettivi u ma jillimitawx b’mod sproporzjonat id-drittijiet tal-minorenni għall-privatezza jew għas-servizzi ta’ aċċess, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minorenni, bħala kunsiderazzjoni primarja.

b.Ikunu faċli biex jintużaw, biex jiġu aċċessati u biex jiġu attivati pereżempju billi jippermettu lit-tutur juża l-għodda mingħajr ma joħloq kont fuq is-servizz.

c.Japplikaw irrispettivament mill-apparat jew mis-sistema operattiva użata għall-aċċess għas-servizz.

d.Jipprovdu notifika ċara lill-minorenni dwar l-attivazzjoni tagħhom mit-tuturi u jistabbilixxu salvagwardji oħrajn filwaqt li jqisu l-użu ħażin potenzjali tagħhom mit-tuturi bħal, pereżempju, billi jipprovdu sinjal ċar lill-minorenni f’ħin reali meta tiġi attivata kwalunkwe funzjonalità ta’ monitoraġġ.

e.Jiżguraw li l-bidliet ikunu jistgħu jsiru biss bl-istess grad ta’ awtorizzazzjoni meħtieġ fl-attivazzjoni inizjali tal-għodod.

f.Ikunu kompatibbli mal-għodod interoperabbli disponibbli li jipprovdu lit-tuturi b’punt uniku ta’ servizz li permezz tagħhom jiġbru l-konfigurazzjonijiet u l-għodod kollha.

82.L-għodod għat-tuturi jistgħu jinkludu karatteristiċi għall-ġestjoni tal-konfigurazzjonijiet prestabbiliti, l-issettjar ta’ limiti tal-ħin quddiem l-iskrin (ara t-Taqsima 6.4 dwar id-Disinn tal-interfaċċa online u għodod oħra), il-wiri tal-kontijiet li magħhom jikkomunika l-minorenni, il-ġestjoni tal-konfigurazzjonijiet tal-kont, l-issettjar ta’ limiti prestabbiliti ta’ nfiq għall-minorenni fejn applikabbli, jew karatteristiċi oħra għas-sorveljanza tal-użi tal-pjattaformi online li jistgħu jkunu ta’ detriment għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni.

8Governanza

83.Il-governanza tajba tal-pjattaforma hija mezz effettiv biex jiġi żgurat li l-protezzjoni tal-minorenni tingħata prijorità u tiġi ġestita kif xieraq fil-pjattaforma kollha, u b’hekk tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-livell għoli meħtieġ ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà tal-minorenni.

8.1Governanza (ġenerali)

84.Il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jistabbilixxu prattiċi effettivi ta’ governanza bħala mezz biex jiġi żgurat li s-servizzi tagħhom jipprovdu livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni għall-finijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065. Dan jinkludi, imma ma huwiex limitata għal:

a.L-implimentazzjoni ta’ politiki interni li jiddeskrivu kif il-fornitur tal-pjattaforma online jfittex li jiżgura li s-servizz tiegħu jipprovdi livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni.

b.L-għoti lil persuna jew lil tim apposta tar-responsabbiltà għall-iżgurar ta’ livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni. Din il-persuna jew dan it-tim għandu jkollhom biżżejjed riżorsi kif ukoll biżżejjed awtorità biex ikollhom aċċess dirett għall-korp maniġerjali superjuri tal-fornitur tal-pjattaforma online u għandhom ikunu wkoll punt ċentrali ta’ kuntatt għar-regolaturi, l-utenti u s-senjalaturi fdati fi kwistjonijiet relatati mal-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni.

c.It-trawwim ta’ kultura ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni fis-servizz. Din tinkludi:

I.It-trawwim u l-prijoritizzazzjoni ta’ kultura ta’ parteċipazzjoni tat-tfal fit-tfassil u fil-funzjonament tal-pjattaforma. Dan għandu jsir b’modi sikuri, etiċi, inklużivi u sinifikanti, fl-aħjar interessi tat-tfal, u għandu jipprevedi mekkaniżmi ta’ feedback biex jispjegaw lill-minorenni kif tqiesu l-fehmiet tagħhom( 91 ).

II.Sensibilizzazzjoni dwar kif il-fornitur isostni d-drittijiet tat-tfal fuq il-pjattaforma tiegħu u r-riskji li l-minorenni fuq il-pjattaforma jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom għall-privatezza, is-sikurezza u/jew is-sigurtà tagħhom. ( 92 ). 

III.Il-forniment ta’ taħriġ u informazzjoni rilevanti lill-persuni responsabbli għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni, lill-iżviluppaturi, lill-persuni responsabbli għall-moderazzjoni u/jew lil dawk li jirċievu r-rapporti jew l-ilmenti mingħand il-minorenni( 93 ).

IV.L-istabbiliment ta’ proċeduri biex jiżguraw monitoraġġ regolari tal-konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065.

V.L-iżgurar li kwalunkwe soluzzjoni teknoloġika u organizzazzjonali użata għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida tkun “tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku” u tkun allinjata mal-gwida nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-minorenni,( 94 ) id-drittijiet tat-tfal u l-ogħla standards disponibbli( 95 ).

VI.L-istabbiliment ta’ proċess għall-ġbir u r-reġistrazzjoni regolari tad-data dwar il-ħsarat u r-riskji relatati mal-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni fuq il-pjattaforma, li għandha tiġi rrapportata perjodikament lill-maniġment tal-fornitur kif ukoll lill-persuna jew lit-tim maħtur għall-protezzjoni tal-minorenni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-fornituri tal-VLOPs u tal-VLOSEs li jirriżultaw mill-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (UE) 2022/2065.

VII.L-iskambju bejn il-pjattaformi u l-fornituri, kif ukoll mal-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, mas-senjalaturi fdati, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mal-akkademiċi u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra, ta’ prattiċi tajbin u soluzzjonijiet teknoloġiċi li huma mmirati biex jiżguraw livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni. Il-kollaborazzjoni bejn il-pjattaformi għandha tinkludi l-identifikazzjoni tar-riskji, l-istandards tad-disinn, u l-kollaborazzjoni fir-riċerka ma’ atturi fdati.

8.2Termini u kundizzjonijiet

85.It-termini u l-kundizzjonijiet jipprovdu qafas biex tiġi rregolata r-relazzjoni bejn il-fornitur tal-pjattaforma online u l-utenti tagħha. Jistabbilixxu r-regoli u l-aspettattivi għall-imġiba online u jaqdu rwol importanti fl-istabbiliment ta’ ambjent sikur, sigur u li jħares il-privatezza ( 96 ).

86.Il-Kummissjoni tfakkar l-obbligi għall-fornituri kollha tas-servizzi intermedjarji fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2022/2065, li jinkludu l-obbligu għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji li jispjegaw il-kundizzjonijiet u kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu tas-servizz b’lingwaġġ ċar, sempliċi, li jinftiehem, faċli għall-utent u mhux ambigwu. Barra minn hekk, l-Artikolu 14(3) ta’ dak ir-Regolament jispeċifika li s-servizzi intermedjarji primarjament immirati lejn il-minorenni jew użati b’mod predominanti minnhom, għandhom jipprovdu din l-informazzjoni b’mod li tinftiehem mill-minorenni( 97 ) ( 98 ).

87.Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jiżguraw li t-termini u l-kundizzjonijiet tas-servizz li jipprovdu:

a.Jinkludu informazzjoni dwar:

I.Il-passi li l-utenti jeħtieġ li jieħdu mill-ħolqien tal-kont sat-tħassir tiegħu.

II.Il-linji gwida komunitarji li jippromwovu atmosfera pożittiva, sikura u inklużiva u li jispjegaw liema mġiba hija mistennija u pprojbita fis-servizz tagħhom, u x’inhuma l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità.

III.It-tipi ta’ kontenut u mġiba li huma meqjusa bħala ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u/jew is-sigurtà tal-minorenni. Dan jinkludi iżda ma huwiex limitat għall-kontenut illegali li huwa ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u/jew is-sigurtà tal-minorenni u t-tixrid ta’ dan il-kontenut.

IV.Kif il-minorenni huma protetti minn dan il-kontenut u din l-imġiba.

V.L-għodod li jintużaw għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u l-moderazzjoni tal-kontenut, tal-imġiba u tal-karatteristiċi li huma illegali jew ta’ ħsara għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni, u l-proċess tal-ilmenti.

b.Ikunu faċli biex jinstabu u jiġu mfittxija matul l-esperjenza tal-utent fuq il-pjattaforma.

c.Ma jirrestrinġux bla bżonn kwalunkwe dritt tal-minorenni, inkluż id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

d.Jiġu rrispettati u implimentati fil-prattika.

88.Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jiżguraw li l-bidliet fit-termini u l-kundizzjonijiet jiġu rreġistrati u ppubblikati( 99 ).

Prattika tajba

HappyExplore hija pjattaforma online fejn il-minorenni jistgħu jilagħbu logħob, joħolqu u jesploraw ħlejqiet u dinjiet li jistgħu jaqsmu ma’ xulxin. HappyExplore għandha karattru imsejjaħ “Pixel Pioneer” li jgħallem lill-utenti kif ikunu esploraturi responsabbli. L-utenti kollha huma mħeġġa jieħdu l-“Wegħda ta’ ġentilezza”, fejn jitgħallmu u jwiegħdu li jġibu ruħhom b’ġentilezza u sigurtà online. Pixel Pioneer jispjega wkoll l-importanza tad-deċiżjonijiet dwar il-moderazzjoni u s-sigurtà lill-utenti hekk kif jesploraw il-pjattaforma, bħal pereżempju għaliex għandhom jaħsbu sew qabel ma jaqsmu l-ħlejqiet jew id-dinjiet tagħhom.

8.3Monitoraġġ u evalwazzjoni

89.Il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jadottaw prattiċi effettivi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni biex jiżguraw li s-servizz tagħhom jipprovdi livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni għall-finijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065. Dan jinkludi, imma ma huwiex limitata għal:

a.Monitoraġġ u evalwazzjoni regolari tal-effettività ta’ kwalunkwe element tal-pjattaforma li jikkonċerna l-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni fuq il-pjattaforma. Dan jinkludi, pereżempju, l-interfaċċa online tal-pjattaforma, is-sistemi, il-konfigurazzjonijiet, l-għodod, il-funzjonalitajiet u l-karatteristiċi u l-mekkaniżmi ta’ rapportar, feedback u lmenti, u l-miżuri meħuda għall-konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065( 100 ). Il-fornituri għandhom iqisu li jagħmlu dawn l-evalwazzjonijiet disponibbli għar-rieżami u l-kontribut minn partijiet terzi indipendenti bħal esperti jew partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

b.Konsultazzjoni regolari mal-minorenni, mat-tuturi, mal-akkademiċi, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mal-esperti tad-drittijiet tat-tfal u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra dwar it-tfassil u l-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe element tal-pjattaforma li jikkonċerna l-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni fuq il-pjattaforma. Dan għandu jinkludi l-ittestjar ta’ dawn l-elementi mal-minorenni u l-kunsiderazzjoni tal-feedback tagħhom. Sabiex jikkontribwixxu għan-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà, il-fornituri għandhom, fejn possibbli, jinvolvu f’dawn il-konsultazzjonijiet minorenni minn firxa diversa ta’ sfondi kulturali u lingwistiċi, ta’ etajiet differenti, b’diżabilità u/jew bi ħtiġijiet addizzjonali ta’ aċċessibbiltà.

c.L-aġġustament tad-disinn u l-funzjonament tal-elementi msemmija hawn fuq abbażi tar-riżultati ta’ dawn il-konsultazzjonijiet u tal-żviluppi tekniċi, tar-riċerka, tal-bidliet fl-imġiba tal-utent jew fil-politika, tal-evoluzzjonijiet tal-prodott u tal-użu, u tal-bidliet fil-ħsarat u r-riskji għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni fuq il-pjattaforma tagħhom.

8.4Trasparenza 

90.Il-Kummissjoni tfakkar l-obbligi ta’ trasparenza skont l-Artikoli 14, 15 u 24 tar-Regolament (UE) 2022/2065. Fid-dawl tal-istadji tal-iżvilupp tal-minorenni u tal-kapaċitajiet tagħhom li qed jevolvu, huma meħtieġa kunsiderazzjonijiet addizzjonali dwar it-trasparenza tal-funzjonament ta’ pjattaforma online biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament.

91.Il-Kummissjoni tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni għandhom jagħmlu l-informazzjoni kollha meħtieġa u rilevanti dwar il-funzjonament tas-servizzi tagħhom aċċessibbli faċilment għall-minorenni biex jiżguraw li s-servizzi tagħhom jipprovdu livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà. Hija tqis li l-fornituri tal-pjattaformi online għandhom jagħmlu disponibbli għall-minorenni u, fejn rilevanti, għat-tuturi tagħhom, fuq interfaċċa aċċessibbli fuq il-pjattaformi online tagħhom, l-informazzjoni li ġejja:

a.Informazzjoni dwar kwalunkwe miżura stabbilita biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u/jew sigurtà għall-minorenni fuq il-pjattaforma. Din tinkludi informazzjoni dwar:

I.kwalunkwe metodu ta’ assigurazzjoni tal-età użat, kif jaħdmu dawn il-metodi, u kwalunkwe parti terza użata biex tipprovdi kwalunkwe metodu ta’ verifika jew ta’ stima tal-età.

II.il-funzjonament tas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni użati fil-pjattaforma kollha u l-għażliet differenti disponibbli għall-utenti (ara t-Taqsima 6.5.2 dwar il-Kontroll u awtonomizzazzjoni tal-utenti).

III.il-proċessi għar-rispons għal kwalunkwe rapport, feedback u lmenti magħmula jew imressqa mill-minorenni, inklużi l-perjodi ta’ żmien indikattivi, u l-eżiti u l-impatt possibbli ta’ dawn il-proċessi.

IV.l-għodod, il-prodotti u l-karatteristiċi tal-IA li huma inkorporati fil-pjattaforma, il-limitazzjonijiet tagħhom u l-konsegwenzi potenzjali tal-użu tagħhom.

V.il-proċess tar-reġistrazzjoni meta dan jiġi offrut.

VI.kwalunkwe għodda offruta għat-tuturi, filwaqt li jiġi spjegat kif din għandha tintuża u kif tipproteġi lill-minorenni online, u liema tipi ta’ informazzjoni dwar l-attività online tal-minorenni t-tuturi jistgħu jiksbu permezz tal-użu ta’ tali għodda.

VII.kif il-kontenut li jikser it-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaforma jiġi mmoderat u l-konsegwenzi ta’ din il-moderazzjoni.

VIII.kif jintużaw l-għodod differenti ta’ rapportar, ilmenti, rimedju u appoġġ imsemmija f’dawn il-linji gwida.

IX.it-termini u l-kundizzjonijiet tal-pjattaforma online.

X.kwalunkwe miżura oħra rrakkomandata f’dawn il-linji gwida u stabbilita mill-fornitur tal-pjattaforma online.

XI.kwalunkwe miżura oħra adottata, jew il-bidliet li saru lis-servizzi tagħhom biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza jew sigurtà għall-minorenni fuq il-pjattaforma.

b.Jiżguraw li din l-informazzjoni, it-twissijiet kollha u kwalunkwe komunikazzjoni oħra rakkomandata f’dawn il-linji gwida jkunu:

I.faċli għat-tfal, xierqa għall-età, faċli biex jinftiehmu u aċċessibbli għall-minorenni kollha, inklużi dawk b’diżabilità u/jew bi ħtiġijiet ta’ aċċessibbiltà addizzjonali.

II.ippreżentati b’mod ċar li jkun faċli biex jinftiehem u li jkun sempliċi u konċiż kemm jista’ jkun. Pereżempju, meta t-termini u l-kundizzjonijiet jirreferu għal funzjoni speċifika, l-informazzjoni ewlenija dwar din il-funzjoni tiġi ppreżentata meta l-minorenni jinteraġixxi magħha.

III.ippreżentati lill-minorenni b’modi li huma faċli li jiġu riveduti u li jipprovdu aċċess immedjat u intuwittiv, fil-punti li fihom isiru rilevanti.

IV.ippreżentati fil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li fih huwa pprovdut is-servizz.

V.attraenti għall-minorenni. Dan jista’ jirrikjedi l-użu ta’ grafika, videos, u/jew karattri jew tekniki oħra.

VI.mogħtija lill-minorenni gradwalment u maż-żmien biex tiġi massimizzata ż-żamma mill-utent.

c.Kwalunkwe miżura u bidla implimentata għall-konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tista’ tiġi kkomunikata internament u ssir pubblika sa fejn ikun possibbli.

Prattika tajba

HappyTerms hija pjattaforma online għal dawk bejn it-13 u t-18-il sena. Din toffri lill-minorenni l-opportunità li jipparteċipaw fil-komunitajiet u li jiskambjaw ideat u informazzjoni dwar interessi kondiviżi. HappyTerms turi l-informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tagħha b’intestaturi ċari akkumpanjati minn ikoni ta’ spjegazzjoni u stampi b’ħafna kuluri. Ir-regoli huma mqassma f’taqsimiet qosra u faċli biex jinqraw u jużaw lingwaġġ sempliċi biex jispjegaw ir-regoli. Hemm ukoll infografika li tgħin lill-minorenni jifhmu ma’ xiex ikunu qed jaqblu, u li tidher meta ssir rilevanti għal karatteristiċi partikolari jew bidla fil-konfigurazzjonijiet. L-utenti jistgħu jsibu wkoll ir-regoli, u meta jikklikkjaw fuq “Dak li għandi bżonn inkun naf”, isibu ikona li tillinkja lill-utent mar-regoli rilevanti, għodod relatati u links utli minn kwalunkwe parti tal-pjattaforma. HappyTerms toffri wkoll kwiżż interattiv fejn il-minorenni jistgħu jivverifikaw jekk fehmux it-termini u l-kundizzjonijiet.

9Reviżjoni

92.Il-Kummissjoni se tirrieżamina dawn il-linji gwida hekk kif ikun meħtieġ u mhux aktar tard minn wara perjodu ta’ 12-il xahar, fid-dawl tal-esperjenza prattika miksuba fl-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065 u l-pass tal-iżviluppi teknoloġiċi, soċjetali u regolatorji f’dan il-qasam.

93.Il-Kummissjoni se tħeġġeġ lill-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni, lill-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, lill-komunità tar-riċerka u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jikkontribwixxu għal dan il-proċess. Wara dan ir-rieżami, il-Kummissjoni tista’, f’konsultazzjoni mal-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali, tiddeċiedi li temenda dawn il-linji gwida.

Anness

Tipoloġija tal-5Cs tar-riskji online għat-tfal

94.L-OECD( 101 ) u r-riċerkaturi ( 102 ) kklassifikaw ir-riskji ( 103 ) li l-minorenni jistgħu jiltaqgħu magħhom online, sabiex il-fornituri tal-pjattaformi online aċċessibbli għall-minorenni, l-akkademiċi u dawk li jfasslu l-politika jifhmu u janalizzawhom aħjar. Din il-klassifikazzjoni tar-riskji hija magħrufa bħala t-tipoloġija tal-5Cs tar-riskji online għat-tfal. Hija tgħin fl-identifikazzjoni tar-riskji u tinkludi ħames kategoriji ta’ riskji: il-kontenut, l-imġiba, il-kuntatti, ir-riskji għall-konsumatur, ir-riskji trażversali. Dawn ir-riskji jistgħu jidhru meta ma jkunux fis-seħħ il-miżuri xierqa u proporzjonati biex jiġi żgurat li s-servizz jipprovdi livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni, li jikkawża ksur potenzjali ta’ għadd ta’ drittijiet tat-tfal.

95.Tipoloġija tal-5Cs tar-riskji online għat-tfal( 104 )

Riskji għat-tfal fl-ambjent diġitali

Kategoriji tar-riskji

Kontenut

Imġiba

Kuntatti

Konsumatur

Riskji trażversali

Riskji addizzjonali għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà

Riskji teknoloġiċi avvanzati

Riskji għas-saħħa u l-benesseri

Riskji ta’ użu ħażin

Manifestazzjoni tar-riskju

Kontenut ta’ mibegħda

Imġiba ta’ mibegħda

Kuntatti ta’ mibegħda

Riskji tal-kummerċjalizzazzjoni

Kontenut ta’ ħsara

Imġiba ta’ ħsara

Kuntatti ta’ ħsara

Riskji għat-tfassil tal-profili kummerċjali

Kontenut illegali

Imġiba illegali

Kuntatti illegali

Riskji finanzjarji

Diżinformazzjoni

Imġiba problematika ġġenerata mill-utent

Kuntatti problematiċi oħra

Riskji għas-sigurtà

96.Riskji marbuta mal-kontenut: Il-minorenni jistgħu jkunu esposti b’mod mhux mistenni u mhux intenzjonat għal kontenut li potenzjalment jagħmlilhom ħsara: a. kontenut ta’ mibegħda; b. kontenut ta’ ħsara; c. kontenut illegali; d. diżinformazzjoni. Dawn it-tipi ta’ kontenut jitqiesu b’mod wiesa’ li għandhom konsegwenzi negattivi serji fuq is-saħħa mentali u l-benesseri fiżiku tal-minorenni, pereżempju kontenut li jippromwovi l-awtomutilazzjoni, is-suwiċidju, id-disturbi alimentari jew il-vjolenza estrema. 

97.Riskju marbut mal-imġiba: Jirreferu għall-imġiba li l-minorenni jistgħu jadottaw b’mod attiv online, u li tista’ toħloq riskji kemm għalihom infushom kif ukoll għal oħrajn bħal a. imġiba ta’ mibegħda (eż. minorenni li jippubblikaw/jibagħtu kontenut/messaġġi ta’ mibegħda); b. imġiba ta’ ħsara (eż. minorenni li jippubblikaw/jibagħtu kontenut vjolenti jew pornografiku); c. imġiba illegali (eż., minorenni li jippubblikaw/jibagħtu materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal jew kontenut terroristiku); u d. imġiba problematika ġġenerata mill-utent (eż., parteċipazzjoni fi sfidi perikolużi; sexting). 

98.Riskji marbuta mal-kuntatti: Jirreferu għal sitwazzjonijiet li fihom il-minorenni huma l-vittmi tal-interazzjonijiet, għall-kuntrarju tal-attur: a. kuntatti ta’ mibegħda; b. kuntatti ta’ ħsara (eż. il-kuntatt iseħħ bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-minorenni); c. kuntatti llegali (eż. jistgħu jittieħdu passi skont id-dritt kriminali); u d. kuntatti problematiċi oħra. Eżempji ta’ riskji marbuta mal-kuntatti jinkludu, iżda ma humiex limitati għal, il-grooming online, il-koerċizzjoni u l-estorsjoni sesswali online, l-abbuż sesswali permezz ta’ webcam, il-bullying ċibernetiku u t-traffikar tal-bnedmin għall-finijiet tal-isfruttament sesswali. Dawn ir-riskji jestendu wkoll għall-prattiċi ta’ frodi online bħall-phishing, il-frodi tas-suq, u s-serq tal-identità. 

99.Riskji għall-konsumatur: Il-minorenni jistgħu jiffaċċaw ukoll riskji bħala konsumaturi fl-ekonomija diġitali: a. riskji tal-kummerċjalizzazzjoni (eż. loot boxes, advergames); b. riskji ta’ tfassil ta’ profili kummerċjali (eż. l-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali jew li jirċievu reklamar maħsub għall-adulti bħas-servizzi ta’ dating); c. riskji finanzjarji (eż. frodi jew l-infiq ta’ ammonti kbar ta’ flus mingħajr l-għarfien jew il-kunsens tat-tuturi tagħhom); d. riskji għas-sigurtà u e. riskji relatati max-xiri u l-konsum ta’ drogi, mediċini, alkoħol, u prodotti illegali jew perikolużi oħra. Ir-riskji għall-konsumatur jinkludu wkoll ir-riskji relatati ma’ kuntratti, pereżempju l-bejgħ tad-data tal-utenti jew termini u kundizzjonijiet żleali. 

100.Riskji trażversali: Dawn huma r-riskji li jolqtu l-kategoriji kollha tar-riskji u jitqiesu problematiċi ħafna peress li jistgħu jaffettwaw b’mod sinifikanti l-ħajjiet tal-minorenni b’diversi modi. Dawn huma:  

a.Ir-riskji teknoloġiċi avvanzati li jinvolvu lill-minorenni li jiltaqgħu ma’ perikli ġodda hekk kif tiżviluppa t-teknoloġija, bħaċ-chatbots tal-IA li jistgħu jipprovdu informazzjoni ta’ ħsara jew jintużaw għall-grooming billi jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet, jew l-użu ta’ teknoloġiji bijometriċi li jistgħu jwasslu għal abbuż, frodi tal-identità u esklużjoni.

b.Ir-riskji għas-saħħa u l-benesseri li jinkludu ħsara potenzjali għall-benesseri mentali, emozzjonali jew fiżiku tal-minorenni. Pereżempju, żieda fl-obeżità/fl-anoressija u fil-kwistjonijiet ta’ saħħa mentali marbuta mal-użu jew mal-użu eċċessiv tal-pjattaformi online, li f’xi każijiet jistgħu jirriżultaw f’impatti negattivi fuq is-saħħa fiżika u mentali u l-benesseri tal-minorenni, bħad-dipendenza, id-depressjoni, id-disturbi ta’ ansjetà, il-mudelli ta’ rqad deregolati u l-iżolament soċjali.  

c.Ir-riskji addizzjonali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data li jinbtu mill-aċċess għall-informazzjoni dwar il-minorenni u mill-periklu tal-karatteristiċi tal-ġeolokalizzazzjoni li l-predaturi jistgħu jisfruttaw biex jillokalizzaw u javviċinaw lill-minorenni. 

101.Riskji trażversali oħrajn ( 105 ) jistgħu jinkludu wkoll:

a.Ir-riskji addizzjonali għas-sikurezza u s-sigurtà li huma relatati mas-sikurezza tal-minorenni, b’mod partikolari s-sikurezza fiżika, kif ukoll mal-kwistjonijiet kollha taċ-ċibersigurtà. 

b.Ir-riskji ta’ użu ħażin li huma relatati mar-riskji jew mal-ħsarat għall-minorenni li jirriżultaw mill-użu ħażin tal-pjattaforma online, jew tal-karatteristiċi tagħha.

(1) ()    F’dawn il-linji gwida, “wild”, “tfal” u “minorenni” jirreferu għal persuna taħt l-età ta’ 18-il sena.
(2) ()    Fil-linji gwida attwali, “tuturi” tirreferi għall-persuni li għandhom ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri.
(3) ()    Il-kontenut illegali jinkludi iżda ma huwiex limitat għall-kontenut li juri t-traffikar illeċitu tad-droga, il-kontenut estremist terroristiku u vjolenti, u l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal. Dak li jikkostitwixxi kontenut illegali ma huwiex definit mir-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) iżda minn liġijiet oħra jew fil-livell tal-UE jew fil-livell nazzjonali.
(4) ()    Tipoloġija tar-riskji li għalihom il-minorenni huma esposti meta jaċċessaw il-pjattaformi online, abbażi ta’ qafas żviluppat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD, Organisation for Economic Co-operation and Development), hija inkluża fl-Anness I ta’ dawn il-linji gwida.
(5) ()    Ara t-Taqsima 6.1 dwar l-assigurazzjoni tal-età.
(6) ()    Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1.
(7) ()    Ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR, General Data Protection Regulation)), ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(8)

()    L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/2065 jiddefinixxi “pjattaforma online” bħala servizz ta’ hosting li, meta jintalab minn riċevitur tas-servizz, jaħżen u jiddissemina informazzjoni lill-pubbliku, sakemm dik l-attività ma tkunx funzjoni minuri u purament anċillari ta’ servizz ieħor jew funzjonalità minuri tas-servizz ewlieni u, għal raġunijiet oġġettivi u tekniċi, ma tistax tintuża mingħajr dak is-servizz l-ieħor, u l-integrazzjoni tal-funzjoni jew tal-funzjonalità fis-servizz l-ieħor mhix mezz biex tkun evitata l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament.

(9) ()    Ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE tiddefinixxi intrapriża żgħira bħala intrapriża li tħaddem inqas minn 50 persuna u li l-fatturat annwali tagħha u/jew it-total annwali tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jkunux aktar minn EUR 10 miljun. Mikrointrapriża hija ddefinita bħala intrapriża li tħaddem inqas minn 10 persuni li l-fatturat annwali u/jew it-total annwali tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jkunux aktar minn EUR 2 miljun. Hawnhekk il-Kummissjoni tfakkar il-premessa 10 tar-Regolament (UE) 2022/2065 li tiddikjara li r-Regolament (UE) 2022/2065 huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2010/13. Id-Direttiva msemmija hawn fuq tirrikjedi li l-fornituri kollha tal-pjattaformi ta’ video-sharing (VSP, video-sharing platform), tkun xi tkun il-kwalifika tagħhom bħala intrapriżi mikro jew żgħar, jistabbilixxu u jħaddmu sistemi ta’ verifika tal-età għall-utenti tal-pjattaformi ta’ video-sharing fir-rigward tal-kontenut li jista’ jfixkel l-iżvilupp fiżiku jew mentali tal-minorenni.
(10) ()    Dan jinkludi l-obbligi li jinsabu fid-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (UE) 2022/2065: L-Artikolu 14 dwar it-Termini u l-Kundizzjonijiet, l-Artikoli 16 u 17 dwar il-Mekkaniżmi ta’ avviż u ta’ azzjoni u d-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet, l-Artikolu 25 dwar id-Disinn u l-organizzazzjoni ta’ interfaċċi online, l-Artikoli 15 u 24 dwar it-Trasparenza, l-Artikolu 26 dwar ir-Reklami, l-Artikolu 27 dwar is-Sistemi ta’ rakkomandazzjoni u l-Artikolu 44 dwar l-Istandards.
(11) ()    Dan jinkludi, iżda ma huwiex limitat għad-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament (UE) 2022/2065: L-Artikoli 34 u 35 dwar il-Valutazzjoni tar-riskju u l-Mitigazzjoni tar-riskji, l-Artikolu 38 dwar is-Sistemi ta’ rakkomandazzjoni, l-Artikolu 40 dwar l-Aċċess u l-iskrutinju tad-data u l-Artikolu 44(j) dwar standards għal miżuri mmirati għall-protezzjoni tal-minuri online.
(12) ()    Dan jinkludi, iżda ma huwiex limitat għall-Artikoli 34 u 35 dwar il-Valutazzjoni tar-riskju u l-Mitigazzjoni tar-riskji, l-Artikolu 38 dwar is-Sistemi ta’ rakkomandazzjoni u l-Artikolu 40 dwar l-Aċċess u l-iskrutinju tad-data.
(13)

()    Dan l-approċċ jinkludi l-istrateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal (BIK+, Better Internet for Kids strategy), id-Direttiva 2010/13/UE (“id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva”), ir-Regolament (UE) 2024/1689 (“l-Att dwar l-IA”), ir-Regolament (UE) 2016/679 (“GDPR”), id-Direttiva 2011/93/UE dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal, id-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiki kummerċjali żleali (il-“UCPD”, unfair commercial practices directive), il-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali u s-soluzzjoni ta’ verifika tal-età għal żmien qasir, il-pjan ta’ azzjoni li ġej kontra l-bullying ċibernetiku, l-inkjesta madwar l-UE dwar l-impatti usa’ tal-media soċjali fuq il-benesseri, l-Istrateġija ProtectEU, il-Pjan Direzzjonali tal-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata, il-Forum tal-UE dwar l-Internet, l-Istrateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal , l-Istrateġija tal-UE kontra t-traffikar tal-bnedmin 2021-2025. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2022/2065 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, inklużi r-Regolamenti (UE) 2017/2394 u (UE) 2019/1020 u d-Direttivi 2001/95/KE u 2013/11/UE. Id-Direttiva 2005/29 dwar il-prattiċi kummerċjali żleali, b’mod partikolari l-Artikoli 5 sa 9 wkoll jipproteġu lill-minorenni u, pereżempju, il-punt 28 tal-Anness I jipprojbixxi, f’reklam, tħeġġiġ dirett lit-tfal sabiex jixtru prodotti reklamati jew biex jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jew lil adulti oħrajn sabiex jixtrulhom il-prodotti reklamati. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll fil-Kontroll tal-Idoneità tal-Kummissjoni Ewropea tad-dritt tal-konsumatur tal-UE dwar il-ġustizzja diġitali.  

(14) ()    L-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri stabbiliti f’dawn il-linji gwida ma jimplikawx il-konformità mal-GDPR jew ma’ kwalunkwe liġi applikabbli oħra dwar il-protezzjoni tad-data. Fid-determinazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065, l-awtoritajiet responsabbli huma għalhekk imħeġġa jikkooperaw mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data.
(15) ()    Il-Kummissjoni żviluppat il-linji gwida billi wettqet riċerka bir-reqqa bbażata fuq id-dokumentazzjoni, filwaqt li ġabret ir-rispons tal-partijiet ikkonċernati permezz ta’ sejħa għal evidenza, workshops u konsultazzjoni pubblika mmirata. Il-Kummissjoni qagħdet ukoll fuq l-għarfien espert taċ-Ċentru Ewropew tat-Trasparenza Algoritmika matul il-proċessi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonsultat maż-żgħażagħ, inklużi l-ambaxxaturi taż-żgħażagħ għal Internet Aħjar għat-Tfal u organizzat gruppi ta’ fokus mat-tfal f’seba’ Stati Membri, bl-appoġġ taċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur.
(16) ()    Dan jinkludi pereżempju d-Direttivi u r-Regolamenti msemmija fin-nota 13 f’qiegħ il-paġna, il-linji gwida li ġejjin mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB, European Data Protection Board) dwar l-ipproċessar tad-data personali tal-minorenni f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 (GDPR).
(17) ()    An Coimisiún um Chosaint Sonraí. (2021). Fundamentals for a child-oriented approach to data processing. Disponibbli fuq: https://www.dataprotection.ie/sites/default/files/uploads/2021-12/Fundamentals%20for%20a%20Child-Oriented%20Approach%20to%20Data%20Processing_FINAL_EN.pdf; Coimisiún na Meán. (2024). Online safety code. Disponibbli fuq: https://www.cnam.ie/app/uploads/2024/11/Coimisiun-na-Mean-Online-Safety-Code.pdf; IMY (L-Awtorità Żvediża għall-Protezzjoni tal-Privatezza). (2021). The rights of children and young people on digital platforms. Disponibbli fuq: https://www.imy.se/en/publications/the-rights-of-children-and-young-people-on-digital-platforms/; Il-Ministeru Netherlandiż tal-Intern u tar-Relazzjonijiet tar-Renju. (2022). Code for children’s rights. Disponibbli fuq: https://codevoorkinderrechten.waag.org/wp-content/uploads/2022/02/Code-voor-Kinderrechten-EN.pdf CNIL. (2021). CNIL publishes 8 recommendations to enhance protection of children online. Disponibbli fuq: https://www.cnil.fr/en/cnil-publishes-8-recommendations-enhance-protection-children-online; Unabhängiger Beauftragter für Fragen des sexuellen Kindesmissbrauchs. (mingħajr data). Rechtsfragen Digitales. Disponibbli fuq: https://beauftragte-missbrauch.de/themen/recht/rechtsfragen-digitales; CEN-CENELEC (2023) Workshop Agreement 18016 Age Appropriate Digital Services Framework ; Disponibbli fuq: https://www.cencenelec.eu/media/CEN-CENELEC/CWAs/ICT/cwa18016_2023.pdf ; OECD. (2021). Children in the digital environment - Revised typology of risks. Disponibbli fuq: https://www.oecd.org/en/publications/children-in-the-digital-environment_9b8f222e-en.html.
(18) ()    Dawn id-drittijiet huma elaborati mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal fir-rigward tal-ambjent diġitali fil-Kummenti Ġenerali tagħhom Nru 25. L-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem. (2021). Il-Kumment Ġenerali Nru 25 (2021) dwar id-drittijiet tat-tfal fir-rigward tal-ambjent diġitali. Disponibbli fuq: https://www.ohchr.org/en/documents/general-comments-and-recommendations/general-comment-no-25-2021-childrens-rights-relation.
(19) ()    It-tfal għandu jkollhom id-dritt għal tali protezzjoni u kura kif meħtieġ għall-benesseri tagħhom (l-Artikolu 24 tal-Karta).
(20) ()    Huma jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom liberament. Dawn il-fehmiet għandhom jitqiesu fil-kwistjonijiet li jirrigwardawhom skont l-età u l-maturità tagħhom (l-Artikolu 24 tal-Karta).
(21) ()    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar l-importanza tal-aċċessibbiltà, inkluż kif regolat fid-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (“id-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà għall-Web”), kif ukoll il-parteċipazzjoni tat-tfal matul it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-miżuri kollha ta’ sikurezza, sigurtà u privatezza li jikkonċernaw lit-tfal online.
(22) ()    Skont l-Artikolu 25 tal-GDPR, l-operaturi li jipproċessaw id-data personali tal-minorenni diġà jridu jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-drittijiet tas-suġġett tad-data (protezzjoni tad-data sa mit-tfassil u b’mod awtomatiku). Dan l-obbligu huwa infurzat mill-awtoritajiet kompetenti tal-protezzjoni tad-data f’konformità mal-Artikolu 51 tal-GDPR. Ara l-Linji gwida 4/2019 dwar il-Protezzjoni tad-data sa mit-tfassil u b’Mod Awtomatiku skont l-Artikolu 25. Disponibbli fuq: https://www.edpb.europa.eu/our-work-tools/our-documents/guidelines/guidelines-42019-article-25-data-protection-design-and_mt.
(23) ()    OECD (2024), Towards Digital Safety by Design for Children. Disponibbli fuq: https://doi.org/10.1787/c167b650-en.
(24) ()    Dan jeħtieġ li jiġu prijoritizzati l-karatteristiċi, il-funzjonalità, il-kontenut jew il-mudelli li huma kompatibbli mal-kapaċitajiet li qed jevolvu tat-tfal, kif ukoll li jitqiesu d-differenzi soċjokulturali. Disinn adattat għall-età huwa kruċjali għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tat-tfal: pereżempju, mingħajr informazzjoni xierqa għall-età, jista’ jkun li t-tfal ma jkunux jistgħu jifhmu, jużaw jew igawdu karatteristiċi, konfigurazzjonijiet jew għodod oħra tal-privatezza jew tas-sigurtà. CEN-CENELEC (2023) Workshop Agreement 18016 Age Appropriate Digital Services Framework , disponibbli fuq https://www.cencenelec.eu/media/CEN-CENELEC/CWAs/ICT/cwa18016_2023.pdf; L-etajiet u l-istadji tal-iżvilupp disponibbli, fost l-oħrajn bħala Anness għall-Kodiċi Netherlandiż tat-Tfal. Disponibbli fuq: https://codevoorkinderrechten.waag.org/wp-content/uploads/2022/02/Code-voor-Kinderrechten-EN.pdf 
(25) ()    L-Artikolu 3 tal-UNCRC; L-Artikolu 24 tal-Karta: Id-dritt tat-tfal li jiġu vvalutati l-aħjar interessi tagħhom u li dawn jittieħdu bħala kunsiderazzjoni primarja meta jkunu qed jitqiesu diversi interessi, sabiex tintlaħaq deċiżjoni dwar il-kwistjoni involuta li tikkonċerna wild, grupp ta’ tfal identifikati jew mhux identifikati jew it-tfal inġenerali. Id-determinazzjonijiet tal-aħjar interessi, meta jkun meħtieġ, ma għandhomx jitwettqu mill-kumpaniji, iżda abbażi tal-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. LSE Digital Futures for Children (2024), The Best interests of the child in the digital environment. Disponibbli fuq: https://www.digital-futures-for-children.net/digitalfutures-assets/digitalfutures-documents/Best-Interests-of-the-Child-FINAL.pdf.
(26) ()    Nondiskriminazzjoni: Id-drittijiet tat-tfal japplikaw għal kwalunkwe tifel jew tifla, mingħajr ebda diskriminazzjoni, skont l-Artikolu 21 tal-Karta. Id-drittijiet tat-tfal, skont l-Artikolu 24 tal-Karta, jinkludu d-drittijiet tat-tfal għal din il-protezzjoni u l-kura kif meħtieġ għall-benesseri tagħhom; it-tfal jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom b’mod ħieles. Dawn il-fehmiet għandhom jitqiesu fil-kwistjonijiet li jikkonċernawhom skont l-età u l-maturità tagħhom; fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi kif ukoll minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu kunsiderazzjoni primarja. Id-drittijiet tat-tfal jinkludu wkoll, bħal kulħadd, id-dritt għall-ħajja, skont l-Artikolu 2 tal-Karta u d-dritt għall-ħarsien tal-integrità fiżika u mentali tiegħu jew tagħha, skont l-Artikolu 3 tal-Karta. Id-drittijiet tat-tfal huma minquxa wkoll u ddettaljati aktar fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (“il-UNCRC” United Nations Convention on the Rights of the Child), li l-Istati Membri kollha rrattifikaw.
(27) ()    Il-Kummissjoni tfakkar b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-EDPB dwar il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data (DPIA, Data Protection Impact Assessment) u d-determinazzjoni dwar jekk l-ipproċessar “x’aktarx li jirriżulta f’riskju għoli” għall-finijiet tar-Regolament 2016/679.
(28) ()    Eżempji ta’ bidliet sinifikanti huma l-introduzzjoni ta’ karatteristiċi ġodda li jaffettwaw l-interazzjoni tal-utent, il-modifiki għas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni, il-konfigurazzjonijiet tal-kontijiet, il-moderazzjoni, ir-rapportar jew karatteristiċi oħra tad-disinn li jbiddlu b’mod sinifikanti l-esperjenza tat-tfal fuq il-pjattaforma, il-bidliet fil-prattiċi tal-ġbir tad-data, l-espansjoni għal gruppi ġodda ta’ utenti, l-integrazzjoni ta’ għodod ġenerattivi tal-IA, jew il-bidliet relatati mal-miżuri ta’ assigurazzjoni tal-età jew il-fornituri tagħhom.
(29) ()    UNICEF. (2024). Children’s rights impact assessment: A tool to support the design of AI and digital technology that respects children’s rights. Disponibbli fuq: https://www.unicef.org/childrightsandbusiness/workstreams/responsible-technology/D-CRIA; (2021) MO-CRIA: Child Rights Impact Self-Assessment Tool for Mobile Operators, Disponibbli fuq: https://www.unicef.org/reports/mo-cria-child-rights-impact-self-assessment-tool-mobile-operators
(30) ()    Il-Ministeru Netherlandiż tal-Intern u tar-Relazzjonijiet tar-Renju (BZK). (2024). Child Rights Impact Assessment (Formola li Timtela). Disponibbli fuq: https://www.nldigitalgovernment.nl/document/childrens-rights-impact-assessment-fill-in-document/.
(31) ()    Ara b’mod partikolari l-Kapitolu 14 ta’ CEN-CENELEC (2023) Workshop Agreement 18016 Age Appropriate Digital Services Framework , Disponibbli fuq: https://www.cencenelec.eu/media/CEN-CENELEC/CWAs/ICT/cwa18016_2023.pdf.
(32)

() Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija, iċ-Ċentru għal-Liġi u t-Teknoloġiji Diġitali (eLaw), LLM, Raiz Shaffique, M. u van der Hof, S. (2024). Mapping age assurance typologies and requirements – Research report. Disponibbli fuq: https://data.europa.eu/doi/10.2759/455338

(33) ()    ibid; CEN-CENELEC. (2023). Workshop Agreement 18016 Age Appropriate Digital Services Framework : https://www.cencenelec.eu/media/CEN-CENELEC/CWAs/ICT/cwa18016_2023.pdf.
(34)

() Ir-rieżami tar-riskji u l-għodod tal-valutazzjoni tal-impatt tad-drittijiet tat-tfal deskritti fit-Taqsima 5 dwar ir-Rieżami tar-riskju jistgħu jgħinu lill-fornituri tal-pjattaformi online iwettqu din il-valutazzjoni.

(35) ()    Ara d-Dikjarazzjoni 1/2025 tal-EDPB dwar l-Assigurazzjoni tal-Età. Disponibbli fuq: https://www.edpb.europa.eu/our-work-tools/our-documents/statements/statement-12025-age-assurance_en
(36) ()    Dawn ir-riskji jistgħu jiġu identifikati permezz tar-rieżami tar-riskji stabbilit fit-Taqsima 5.
(37) ()    F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar l-obbligi tal-Istati Membri stipulati bid-Direttiva UE 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1) u l-proċeduri rilevanti għall-abbozzi tar-regolamenti tekniċi stabbiliti fiha.
(38) ()    Il-Kummissjoni bħalissa qed tittestja soluzzjoni ta’ verifika tal-età tal-UE biex tiffaċilita l-verifika tal-età sal-istandard meħtieġ f’dawn il-linji gwida, qabel ma ssir disponibbli l-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali. Soluzzjonijiet oħra, kompatibbli mal-istandard stabbilit f’dawn il-linji gwida jistgħu jkunu disponibbli kummerċjalment, jew fi Stati Membri individwali iżda mhux f’oħrajn. Il-fornituri tal-pjattaformi online li jagħtu prova ta’ din iċ-ċirkostanza xorta għandhom jibdew l-ittestjar u jużaw il-metodi ta’ verifika tal-età li jħarsu l-kriterji tat-Taqsima 6.1.4 malli dawn isiru disponibbli. Dan il-perjodu tranżitorju jista’ jiġi aġġustat fid-dawl tal-introduzzjoni tas-soluzzjoni ta’ verifika tal-età tal-UE;
(39) ()    . Ħarsa ġenerali lejn il-metodi differenti ta’ stima tal-età hija disponibbli fil-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija, iċ-Ċentru għal-Liġi u t-Teknoloġiji Diġitali (eLaw), Raiz Shaffique, M. u van der Hof, S. (2024) Mapping age assurance typologies and requirements – Research report. Disponibbli fuq: https://data.europa.eu/doi/10.2759/455338
(40) ()    Il-fornitur tas-servizz jeħtieġ li jkun jaf biss jekk l-utent ikunx ’il fuq minn jew taħt limitu ta’ età. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta’ approċċ bit-tokens ibbażat fuq il-parteċipazzjoni ta’ fornitur terz, li fih il-fornitur tas-servizzi jara biss ir-riżultat funzjonali tal-proċess tal-assigurazzjoni tal-età (eż. “’il fuq minn” jew “taħt“ il-limitu tal-età). Fornitur terz iwettaq kontroll tal-età u jipprovdi lill-utent “token tal-età” li l-utent jista’ jippreżenta lill-fornitur tas-servizz mingħajr il-ħtieġa li jerġa’ jagħti prova tal-età tiegħu. It-token tal-età jista’ jkun fih attributi differenti tal-utent u informazzjoni dwar meta, fejn jew kif twettaq il-kontroll tal-età. Ara wkoll id-Dikjarazzjoni 1/2025 tal-EDPB dwar l-Assigurazzjoni tal-Età. Disponibbli fuq: https://www.edpb.europa.eu/our-work-tools/our-documents/statements/statement-12025-age-assurance_en
(41) ()    Prova li turi konoxxenza żero hija protokoll li fih parti waħda (dak li jipprova) tista’ turi lil parti oħra (il-verifikatur) li xi dikjarazzjoni partikolari hija vera, mingħajr ma twassal lill-verifikatur kwalunkwe informazzjoni lil hinn mis-sempliċi fatt tal-verità ta’ dik id-dikjarazzjoni.
(42) ()    Kif previst fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, kif emendat bir-Regolament (UE) 2024/1183.
(43) ()    L-istandard ta’ referenza tal-UE huwa disponibbli fuq https://ageverification.dev
(44) ()    Dawn il-metodi huma allinjati sew mas-sejħa tal-EDPB fil-paragrafu 34 tad-Dikjarazzjoni 1/2025 tagħha dwar l-Assigurazzjoni tal-Età għal soluzzjonijiet li jipprevjenu l-illinkjar u t-tfassil tal-profili. Dawn l-approċċi għall-ħarsien tal-privatezza huma wkoll ippreferuti mir-riċerka akkademika bħala skalabbli, inklużivi, u effettivi għall-minimizzazzjoni tar-riskji għall-minorenni filwaqt li jħarsu d-drittijiet fundamentali. Disponibbli fuq: https://www.edpb.europa.eu/our-work-tools/our-documents/statements/statement-12025-age-assurance_en
(45) ()    Meta tintuża verifika tal-età f’dawn il-każijiet, din tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu separat fuq il-fornitur, eż. li dan jintalab jivvaluta jekk il-minorenni bħala konsumatur kienx kbir biżżejjed fl-età biex jidħol legalment f’kuntratt. Dan jiddependi mil-liġi applikabbli tal-Istat Membru fejn il-minorenni jkun residenti.
(46) ()    F’xi każijiet, jista’ jkun possibbli għall-fornitur li jivverifika li l-minorenni ġie rreġistrat mit-tuturi tiegħu.
(47) ()    Dawn ir-riskji jistgħu jiġu identifikati permezz tar-rieżami tar-riskji stabbilit fit-Taqsima 5.
(48) ()    L-eżempji kollha ta’ prattika tajba u ħażina f’dawn il-linji gwida jirreferu għal pjattaformi fittizji online.
(49) ()    Il-fornitur jista’ jkun jixtieq jintegra dan il-mekkaniżmu fis-sistema interna tiegħu għall-ġestjoni tal-ilmenti skont l-Artikolu 20. Ara wkoll it-Taqsima 7.1 ta’ dan id-dokument.
(50) ()    Assigurazzjoni mhux akkurata tal-età tista’ twassal għall-esklużjoni ta’ riċevituri li jkunu eliġibbli biex jużaw servizz jew tippermetti lir-riċevituri ineliġibbli jaċċessaw is-servizz minkejja l-miżura ta’ assigurazzjoni tal-età fis-seħħ.
(51) ()    Assigurazzjoni mhux xierqa tal-età tista’ toħloq riskji bla bżonn għad-drittijiet tar-riċevituri għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza filwaqt li assigurazzjoni ġenerali tal-età tista’ tillimita l-aċċess għas-servizzi lil hinn minn dak li huwa fil-fatt meħtieġ.
(52) ()    Ara l-Premessa 71 tar-Regolament (UE) 2022/2065 li tenfasizza l-ħtieġa li l-fornituri josservaw il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data previst fl-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679.
(53) ()    Ara d-Dikjarazzjoni 1/2025 tal-EDPB dwar l-Assigurazzjoni tal-Età, il-punti 2.3 u 2.4. Disponibbli fuq: https://www.edpb.europa.eu/our-work-tools/our-documents/statements/statement-12025-age-assurance_en
(54) ()    Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija, iċ-Ċentru għal-Liġi u t-Teknoloġiji Diġitali (eLaw), Raiz Shaffique, M. u van der Hof, S. (2024) Mapping age assurance typologies and requirements – Research report. Disponibbli fuq: https://data.europa.eu/doi/10.2759/455338
(55) ()    Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti addizzjonali li jirriżultaw minn liġijiet oħra, bħall-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/679.
(56) ()    Kif deskritt fit-Taqsima 6.1, il-Kummissjoni ma tqisx li awtodikjarazzjoni hija metodu xieraq ta’ assigurazzjoni tal-età biex jiġi żgurat livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u sigurtà għall-minorenni f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2022/2065
(57)

() Willis, L. E. (2014). Why not privacy by default? Berkeley Technology Law Journal, 29(1), 61. Disponibbli fuq: https://www.btlj.org/data/articles2015/vol29/29_1/29-berkeley-tech-l-j-0061-0134.pdf; Cho, H., Roh, S., & Park, B. (2019). Of promoting networking and protecting privacy: Effects of defaults and regulatory focus on social media users’ preference settings. Computers in Human Behavior, 101, 1-13. Disponibbli fuq: https://doi.org/10.1016/j.chb.2019.07.001. Eżempji ta’ konfigurazzjonijiet li jistgħu jqiegħdu l-privatezza, is-sikurezza jew is-sigurtà tal-minorenni f’riskju jinkludu, iżda ma humiex limitati għal, li jippermettu l-kondiviżjoni tal-lokalizzazzjoni, li jaqilbu għal profil pubbliku, li jippermettu lil utenti oħra jaraw il-listi ta’ kuntatt jew is-segwaċi tagħhom, li jippermettu l-kondiviżjoni ta’ fajls tal-media, u l-hosting jew il-parteċipazzjoni fi streaming dirett.

(58) ()    Il-minorenni jesperjenzaw stadji differenti ta’ żvilupp u għandhom livelli differenti ta’ maturità u fehim f’etajiet differenti. Dan huwa rikonoxxut fost l-oħrajn fil-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Kumment Ġenerali Nru 25 dwar id-drittijiet tat-tfal fir-rigward tal-ambjent diġitali 2021, il-paragrafi 19–21. Hemm disponibbli tabella prattika dwar l-etajiet u l-istadji tal-iżvilupp, fost l-oħrajn bħala Anness għall-Kodiċi tat-Tfal Netherlandiż. Disponibbli fuq: https://codevoorkinderrechten.waag.org/wp-content/uploads/2022/02/Code-voor-Kinderrechten-EN.pdf
(59) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li d-Direttiva 2005/29/KE tipprojbixxi prattiċi kummerċjali żleali, inkluż fl-Anness I, il-punt 7 tagħha, fejn il-kummerċjant jiddikjara b’mod falz li prodott sejjer ikun disponibbli biss għal żmien limitat ħafna, jew li sejjer ikun disponibbli biss skont kondizzjonijiet partikolari għal żmien limitat ħafna sabiex iqanqal deċiżjoni immedjata u jċaħħad lill-konsumaturi mill-opportunità jew minn biżżejjed żmien sabiex jagħmlu għażla informata.
(60) ()    Il-Kummissjoni tfakkar l-obbligu għall-fornituri ta’ sistemi tal-IA li huma maħsuba biex jinteraġixxu direttament mal-persuni fiżiċi biex jiżguraw li dawn jiġu ddisinjati u jiġu żviluppati b’tali mod li l-persuni fiżiċi kkonċernati jiġu informati li qed jinteraġixxu ma’ sistema tal-IA f’konformità mal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2024/1689 (“l-Att dwar l-IA”). Kwalunkwe miżura meħuda fuq din ir-rakkomandazzjoni għandha tinftiehem skont u mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda biex jikkonformaw mal-Artikolu 50(1) tal-Att dwar l-IA, inkluż ir-reġim superviżorju u ta’ infurzar tiegħu stess.
(61) ()    Il-Kummissjoni tfakkar il-Linji Gwida dwar il-prattiċi projbiti tal-intelliġenza artifiċjali stabbiliti mir-Regolament (UE) 2024/1689 (l-Att dwar l-IA).
(62) ()    Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, il-Kummissjoni tfakkar li, f’konformità mal-Artikolu 3(s) tar-Regolament (UE) 2022/2065, is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni jinkludu sistemi użati għal rakkomandazzjonijiet ta’ kontenut, rakkomandazzjonijiet ta’ prodotti, rakkomandazzjonijiet ta’ reklami, rakkomandazzjonijiet ta’ kuntatti, l-awtokompletar tat-tiftix u r-riżultati.
(63) ()    Munn, L. (2020). Angry by design: Toxic communication and technical architectures. Humanities and Social Sciences Communications, 7(53). Disponibbli fuq: https://doi.org/10.1057/s41599-020-00550-7; Milli, S. et al. (2025). Engagement, user satisfaction, and the amplification of divisive content on social media. PNAS Nexus, 4(3) pgaf062. Disponibbli fuq: https://doi.org/10.1093/pnasnexus/pgaf062; Piccardi, T. et al. (2024). Social Media Algorithms Can Shape Affective Polarization via Exposure to Antidemocratic Attitudes and Partisan Animosity. Disponibbli fuq: 10.48550/arXiv.2411.14652; Harriger, J. A., Evans, J. L., Thompson, J. K., & Tylka, T. L. (2022). The dangers of the rabbit hole: Reflections on social media as a portal into a distorted world of edited bodies and eating disorder risk and the role of algorithms. Body Image, 41, 292-297. Disponibbli fuq: https://doi.org/10.1016/j.bodyim.2022.03.007; Amnesty International. (2023). Driven into darkness: How TikTok’s ‘For You’ feed encourages self-harm and suicidal ideation. Disponibbli fuq: https://www.amnesty.org/en/documents/pol40/7350/2023/en/; Hilbert, M., Ahmed, S., Cho, J., & Chen, Y. (2024). #BigTech @Minors: Social media algorithms quickly personalize minors’ content, lacking equally quick protection. Disponibbli fuq: http://dx.doi.org/10.2139/ssrn.4674573. Sala, A., Porcaro, L., Gómez, E. (2024). Social Media Use and adolescents’ mental health and well-being: An umbrella review, Computers in Human Behavior Reports, Volume 14, 100404, ISSN 2451-9588. Disponibbli fuq: https://doi.org/10.1016/j.chbr.2024.100404
(64) ()    Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li liġijiet oħra tal-Unjoni jew nazzjonali jista’ jkollhom impatt fuq id-disinn u l-funzjonament tas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni, bil-għan li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi legali fil-qasam ta’ kompetenza tagħhom, li jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ privatezza, sikurezza u protezzjoni tad-drittijiet fundamentali online.
(65) ()    Pereżempju, il-feedback tal-minorenni dwar il-kontenut, l-attivitajiet, l-individwi, il-kontijiet jew il-gruppi li jġegħluhom iħossuhom skomdi jew li jridu jaraw aktar jew inqas minnhom għandu jitqies fil-klassifikazzjoni tas-sistemi ta’ rakkomandazzjoni. Dan jinkludi feedback bħal “Urini inqas/aktar”, “Ma rridx nara/M’inix interessat”, “Ma rridx nara kontenut minn dan il-kont”, “Dan iġegħelni nħossni skomdu”, “Aħbi dan”, “Dan ma jogħġobnix,” jew “Dan mhux għalija.” Ara wkoll it-Taqsima 7.1 dwar ir-rapportar, il-feedback u l-ilmenti tal-utenti ta’ dawn il-linji gwida.
(66) ()    Eżempji ta’ termini jistgħu jinstabu fil-Pakkett ta’ Għarfien dwar il-Ġlieda kontra l-Bejgħ tad-Droga Online, li ġie żviluppat bħala parti mill-Forum tal-Internet tal-UE u jiġbor aktar minn 3 500 terminu, emoji u slang użati mit-traffikanti tad-droga biex ibigħu d-droga online - ara r-referenza fil-Pjan Direzzjonali tal-UE għall-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata, COM/2023/641 final.
(67) ()     Ara l-Artikoli 27(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2022/2065.
(68) ()    Il-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Kumment Ġenerali Nru 25, il-paragrafu 112; UNICEF. (2019). Discussion paper: Digital marketing and children’s rights. Disponibbli fuq: https://www.unicef.org/childrightsandbusiness/media/256/file/Discussion-Paper-Digital-Marketing.pdf.
(69) ()    Dan jagħmilha diffiċli għalihom, pereżempju, biex jiddistingwu bejn kontenut kummerċjali u mhux kummerċjali, li jirreżistu għall-pressjoni bejn il-pari biex jixtru kontenut waqt il-logħob jew fl-applikazzjoni li jkun attraenti għall-minorenni jew saħansitra meħtieġ biex isir progress fil-logħba, jew biex jifhmu l-valur tal-munita reali tal-muniti fl-applikazzjoni, jew li l-okkorrenza tal-aktar kontenut mixtieq bħal aġġornamenti, mapep u avatars tista’ tkun inqas frekwenti f’xiri każwali fl-applikazzjoni jew fil-logħba milli kontenut inqas mixtieq.
(70) ()    M. Ganapini, E. Panai (2023) An Audit Framework for Adopting AI-Nudging on Children. Disponibbli fuq: https://arxiv.org/pdf/2304.14338
(71) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065 tagħha, dan huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/13/UE, il-liġi tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, ir-Regolament (UE) 2021/784, ir-Regolament (UE) 2019/1148, ir-Regolament (UE) 2019/1150, il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti (inkluża d-Direttiva (UE) 2005/29 u l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali), il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, il-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u Direttiva li tistabbilixxi r-regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-fini tal-ġbir ta’ evidenza fil-proċedimenti kriminali. Barra minn hekk, dan ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE. Skont l-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-Kummissjoni għandha l-mandat li tevalwa u tirrapporta, sas-17 ta’ Novembru 2025, dwar il-mod kif dan ir-Regolament jinteraġixxi ma’ atti legali oħra, b’mod partikolari l-atti msemmija hawn fuq.
(72) ()    L-UNICEF jipprovdi riżorsi u gwida għall-pjattaformi relatati mal-ekosistema tal-kummerċjalizzazzjoni diġitali, inkluż il-UNICEF (2025) Discussion Paper on digital marketing and children’s rights. Disponibbli fuq https://www.unicef.org/childrightsandbusiness/workstreams/responsible-technology/digital-marketing.
(73) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li, pereżempju, in-negozjanti huma soġġetti għall-projbizzjoni skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2005/29/KE li jwettqu prattiċi kummerċjali żleali u l-punt 28 tal-Anness I tad-Direttiva jipprojbixxi it-tħeġġiġ dirett lit-tfal sabiex jixtru l-prodotti reklamati jew jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jew lil adulti oħra biex jagħmlu dan. Din l-imġiba kummerċjali hija fiċ-ċirkostanzi kollha meqjusa bħala żleali.
(74) ()    Il-Kumment Ġenerali Nru 25 (2021) tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar id-drittijiet tat-tfal fir-rigward tal-ambjent diġitali jipprevedi li l-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu “kunsiderazzjoni primarja meta jiġu regolati r-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni indirizzati lit-tfal u aċċessibbli għalihom. L-isponsorizzazzjoni, l-inklużjoni ta’ prodotti kummerċjali u l-forom l-oħra kollha ta’ kontenut xprunat kummerċjalment għandhom ikunu distinti b’mod ċar mill-kontenut l-ieħor kollu u ma għandhomx ikomplu jxerrdu sterjotipi tas-sessi jew tar-razza.”
(75) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li tali sistemi tal-IA jistgħu jikkostitwixxu prattiki pprojbiti skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2024/1689, jekk jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tat-tfal b ’mod li jikkawża jew li raġonevolment aktarx jikkawża ħsara sinifikant. Kwalunkwe miżura meħuda skont din ir-rakkomandazzjoni għandha tmur lil hinn mill-miżuri meħuda biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ dik il-projbizzjoni. Is-superviżjoni u l-infurzar tal-miżuri meħuda għall-konformità mal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2024/1689 jibqgħu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti skont dak ir-Regolament.
(76) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2005/29/KE, id-divulgazzjoni tal-element kummerċjali trid tkun ċara u xierqa, filwaqt li jitqies il-mezz li fih isseħħ il-kummerċjalizzazzjoni, inkluż il-kuntest, it-tqegħid, it-twaqqit, id-durata, il-lingwa, jew l-udjenza fil-mira. Ara wkoll il- Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE .
(77) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li d-Direttiva 2005/29/KE, fl-Artikolu 7(2) u fl-Anness I, il-punt 22, tipprojbixxi meta l-kummerċjant bil-qerq isostni jew joħloq l-impressjoni li huwa ma jkunx qiegħed jaġixxi għall-finijiet konnessi mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni tiegħu, jew bil-qerq juri ruħu bħala konsumatur. Tfakkar ukoll li d-Direttiva 2010/13/UE tipprojbixxi li wieħed iħajjar direttament lill-minorenni sabiex jixtru jew jikru prodott jew servizz, jinkoraġġuhom sabiex jipperswadu lill-ġenituri tagħhom jew lil persuni oħra biex jixtru l-prodotti jew is-servizzi rriklamati, jisfruttaw il-fiduċja speċjali li l-minorenni għandhom fil-ġenituri, l-għalliema jew persuni oħra. Skont il-premessa 10 tar-Regolament 2022/2065, ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur inkluża d-Direttiva 2005/29 dwar prattiċi kummerċjali żleali bejn in-negozji u l-konsumaturi fis-suq intern.
(78) ()    Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li d-Direttiva 2010/13/UE tipprevedi li l-pjattaformi ta’ video-sharing jeħtieġ li jkollhom funzjonalità li tiddikjara li l-kontenut imtella’ jkun fih komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi.
(79) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li l-kunċett ta’ munita virtwali huwa definit fid-Direttiva (UE) 2018/843 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.
(80) ()    L-eżempju użat f’din ir-rakkomandazzjoni huwa irrelevanti fir-rigward ta’ kwalunkwe klassifikazzjoni legali jew ta’ definizzjoni ta’ muniti fil-logħba fid-dritt tal-Unjoni eżistenti u/jew ta’ kwalunkwe interpretazzjoni tagħhom fir-rigward tal-implikazzjonijiet tal-użu ta’ dawn l-istrumenti.
(81) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li d-Direttiva 2005/29/KE fl-Anness I tagħha, il-punt 20, tipprojbixxi li l-kummerċjant jiddeskrivi prodott bħala “gratis”, “b’xejn”, “mingħajr ħlas” jew simili jekk il-konsumatur għandu jħallas xi ħaġa oħra barra l-prezz li inevitabbilment kellu jħallas sabiex wieġeb għall-prattika kummerċjali u sabiex ġabar jew ħallas għall-kunsinna tal-oġġett.
(82) ()    Kif stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2022/2065. Il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 25(2), il-projbizzjoni fl-Artikolu 25(1) ma għandhiex tapplika għall-prattiċi koperti mid-Direttiva 2005/29/KE jew mir-Regolament (UE) 2016/679.
(83) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li d-Direttiva 2005/29/KE fl-Anness I tagħha, il-punt 7, tipprojbixxi li wieħed jiddikjara b’mod falz li prodott sejjer ikun disponibbli biss għal żmien limitat ħafna, jew li sejjer ikun disponibbli biss taħt kondizzjonijiet partikolari għal żmien limitat ħafna, sabiex iqanqal deċiżjoni immedjata u jċaħħad lill-konsumaturi mill-opportunità jew minn biżżejjed żmien suffiċjenti sabiex jagħmlu għażla informata. Għalhekk, in-negozjanti huma soġġetti għall-projbizzjoni li jużaw tekniki ta’ skarsezza inklużi tekniki ta’ skarsezza
(84) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li, fil-każ tal-logħob, skont l-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva 2005/29/KE, in-negozjanti ma għandhomx jisfruttaw preġudizzji fl-imġiba jew jintroduċu elementi manipulattivi relatati ma’, eż. iż-żmien tal-offerti fi ħdan il-logħob (l-offerta ta’ mikrotranżazzjonijiet matul mumenti kritiċi fil-logħba), l-użu ta’ effetti viżwali u akustiċi biex issir pressjoni żejda fuq il-parteċipant.
(85) ()    Senjalaturi fdati huma entitajiet b’għarfien espert u kompetenza partikolari fl-identifikazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ kontenut illegali, u l-avviżi li jissottomettu fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza deżinjat tagħhom iridu jingħataw prijorità u jiġu pproċessati mill-fornituri tal-pjattaformi online mingħajr dewmien żejjed. L-istatus ta’ senjalatur fdat jingħata mill-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità, dment li l-entità tkun uriet l-għarfien espert, il-kompetenza, l-indipendenza tagħha mill-pjattaformi online, kif ukoll id-diliġenza, l-akkuratezza u l-oġġettività tagħha fis-sottomissjoni tal-avviżi.
(86) ()    Il-Kummissjoni tfakkar li tali sistemi tal-IA jistgħu jikkostitwixxu prattiċi pprojbiti skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2024/1689, jekk jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet tat-tfal b’mod li jikkawża jew li huwa raġonevolment probabbli li jikkawża ħsara sinifikanti. Kwalunkwe miżura meħuda skont din ir-rakkomandazzjoni għandha tmur lil hinn mill-miżuri meħuda biex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ dik il-projbizzjoni. Is-superviżjoni u l-infurzar tal-miżuri meħuda għall-konformità mal-Artikolu 50(1) tar-Regolament (UE) 2024/1689 jibqgħu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti skont dak ir-Regolament.
(87) ()    Ara l-Artikolu 8 tar-Regolament 2022/2065.
(88) ()    Ara t-taqsima 6.5.2 ta’ dawn il-linji gwida għal informazzjoni dwar kif din l-informazzjoni għandha taffettwa s-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tal-fornitur.
(89) ()    Kwalunkwe referenza fil-bqija ta’ din it-Taqsima għal “ilment” jew “ilmenti” tinkludi kwalunkwe lment li jitressaq kontra l-valutazzjoni tal-fornitur tal-età tal-utent u kwalunkwe ilment li jitressaq kontra d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2022/2065. L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2022/2065 jirrikjedi li l-fornituri tal-pjattaformi online jipprovdu lir-riċevituri tas-servizz bl-aċċess għal sistema interna effettiva tat-trattament tal-ilmenti kontra erba’ tipi ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-fornitur tal-pjattaforma online. Dawn huma (a) deċiżjonijiet dwar jekk jitneħħiex jew jiġix diżattivat l-aċċess jew tiġix ristretta l-viżibbiltà tal-informazzjoni; (b) deċiżjonijiet dwar jekk jiġix sospiż jew terminat il-forniment tas-servizz, kollu jew parti minnu, lir-riċevituri; (c) deċiżjonijiet dwar jekk jiġix sospiż jew terminat il-kont tar-riċevituri; u (d) deċiżjonijiet dwar jekk tiġix sospiża, terminata jew b’xi mod ieħor ristretta l-kapaċità ta’ monetizzazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mir-riċevituri.
(90) ()    Bħal dawk li jiffurmaw parti miċ-Ċentri nazzjonali għal Internet Aktar Sikur u n-networks INHOPE jew helplines nazzjonali oħra għat-tfal bħal https://childhelplineinternational.org/.
(91) ()    Il-gwida tal-UNICEF dwar l-interazzjoni tal-partijiet ikkonċernati mat-tfal toffri passi konkreti dwar attivitajiet responsabbli ta’ parteċipazzjoni tat-tfal. UNICEF. (2025). Spotlight guidance on best practices for stakeholder engagement with children in D-CRIAs. Disponibbli fuq: https://www.unicef.org/childrightsandbusiness/media/1541/file/D-CRIA-Spotlight-Guidance-Stakeholder-Engagement.pdf.
(92) ()    Dan l-approċċ huwa konformi mal-istrateġija Internet aħjar għat-tfal (BIK+), li tenfasizza l-importanza tal-għarfien u tal-edukazzjoni fil-promozzjoni tas-sikurezza online u tappoġġa l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2065 f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, iċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur, stabbiliti f’kull Stat Membru, juru l-valur tal-isforzi ta’ sensibilizzazzjoni fil-prevenzjoni u r-rispons għall-ħsarat u r-riskji online.
(93) ()    Dan it-taħriġ jista’ jkopri, pereżempju, id-drittijiet tat-tfal, ir-riskji u l-ħsarat għall-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni online, kif ukoll prattiċi effettivi ta’ prevenzjoni, rispons u mitigazzjoni.
(94)

()    An Coimisiún um Chosaint Sonraí. (2021). Fundamentals for a child-oriented approach to data processing. Disponibbli fuq: https://www.dataprotection.ie/sites/default/files/uploads/2021-12/Fundamentals%20for%20a%20Child-Oriented%20Approach%20to%20Data%20Processing_FINAL_EN.pdf; Coimisiún na Meán. (2024). Online safety code. Disponibbli fuq: https://www.cnam.ie/app/uploads/2024/11/Coimisiun-na-Mean-Online-Safety-Code.pdf; IMY (L-Awtorità Żvediża għall-Protezzjoni tal-Privatezza). (2021). The rights of children and young people on digital platforms. Disponibbli fuq: https://www.imy.se/en/publications/the-rights-of-children-and-young-people-on-digital-platforms/; Il-Ministeru Netherlandiż tal-Intern u tar-Relazzjonijiet tar-Renju. (2022). Code for children’s rights. Disponibbli fuq: https://codevoorkinderrechten.waag.org/wp-content/uploads/2022/02/Code-voor-Kinderrechten-EN.pdf ; CNIL. (2021). CNIL publishes 8 recommendations to enhance protection of children online. Disponibbli fuq: https://www.cnil.fr/en/cnil-publishes-8-recommendations-enhance-protection-children-online; Unabhängiger Beauftragter für Fragen des sexuellen Kindesmissbrauchs. (mingħajr data). Rechtsfragen Digitales. Disponibbli fuq: https://beauftragte-missbrauch.de/themen/recht/rechtsfragen-digitales.

(95) ()    CEN-CENELEC (2023) Workshop Agreement 18016 Age Appropriate Digital Services Framework ; OECD. (2021). Children in the digital environment - Revised typology of risks. https://www.oecd.org/en/publications/children-in-the-digital-environment_9b8f222e-en.html.
(96) ()    L-Istandard P2089.2™ għat-Termini u l-Kundizzjonijiet għall-Involviment Online tat-Tfal jipprovdi proċessi u prattiċi biex jiġu żviluppati t-termini u l-kundizzjonijiet li jgħinu fil-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-isferi diġitali.
(97) ()    Il-Kummissjoni tfakkar ukoll ir-rekwiżiti fl-Artikolu 28b tad-Direttiva 2010/13/UE għall-fornituri tal-pjattaformi tal-’ video-sharing biex jipproteġu lill-minorenni minn programmi, videos iġġenerati mill-utenti u komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi li jistgħu jfixklu l-iżvilupp fiżiku, mentali jew morali tagħhom. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu evalwati u, potenzjalment, riveduti sad-19 ta’ Diċembru 2026.
(98) ()    Kif huwa indikat fl-Introduzzjoni ta’ dawn il-linji gwida, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/2065 inkluż l-Artikolu 14, il-punti (5) u (6), jimponu obbligi addizzjonali fuq il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna (“VLOPs”). Sal-punt li l-obbligi espressi fih huma relatati wkoll mal-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni skont it-tifsira tal-Artikolu 28(1), dawn il-linji gwida jibnu fuq dawn id-dispożizzjonijiet.
(99) ()    Pereżempju, billi jippubblikawhom fil-bażi tad-data tat-termini u l-kundizzjonijiet tas-servizzi diġitali: https://platform-contracts.digital-strategy.ec.europa.eu/
(100) ()    Kif indikat fil-Kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-linji gwida (it-Taqsima 2), ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2022/2065, inkluż it-Taqsima 5 tal-Kapitolu III, jimponu obbligi addizzjonali fuq il-fornituri tal-pjattaformi online kbar ħafna (“VLOPs”) u il-magni tat-tiftix kbar ħafna (“VLOSEs”). Sal-punt li l-obbligi espressi fih jikkonċernaw ukoll il-privatezza, is-sikurezza u s-sigurtà tal-minorenni skont it-tifsira tal-Artikolu 28(1), dawn il-linji gwida jibnu fuq dawn id-dispożizzjonijiet, u l-VLOPs ma għandhomx jistennew li l-adozzjoni tal-miżuri deskritti f’dawn il-linji gwida, parzjalment jew bis-sħiħ, tkun biżżejjed biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi tagħhom skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2022/2065.
(101) ()    OECD. (2021). Children in the digital environment - Revised typology of risks. https://www.oecd.org/en/publications/children-in-the-digital-environment_9b8f222e-en.html
(102) ()    Livingstone, S., & Stoilova, M. (2021). The 4Cs: Classifying Online Risk to Children. (CO:RE Short Report Series on Key Topics). Hamburg: Leibniz-Institut für Medienforschung | Hans-Bredow-Institut (HBI); CO:RE - Children Online: Research and Evidence. https://doi.org/10.21241/ssoar.71817
(103) ()    Ara wkoll analiżi tar-riskju pprovduta mill-Bundeszentrale für Kinder- und Jugendmedienschutz (BZKJ). (2022). Gefährdungsatlas. Digitales Aufwachsen. Vom Kind aus denken. Zukunftssicher handeln. Aktualisierte und erweiterte 2. Auflage. - Bundeszentrale für Kinder- und Jugendmedienschutz. Disponibbli fuq: https://www.bzkj.de/resource/blob/197826/5e88ec66e545bcb196b7bf81fc6dd9e3/2-auflage-gefaehrdungsatlas-data.pdf
(104) ()    OECD. (2021). Children in the digital environment - Revised typology of risks. p.7. https://www.oecd.org/en/publications/children-in-the-digital-environment_9b8f222e-en.html
(105) ()    Livingstone, S., & Stoilova, M. (2021). The 4Cs: Classifying Online Risk to Children. (CO:RE Short Report Series on Key Topics). Hamburg: Leibniz-Institut für Medienforschung | Hans-Bredow-Institut (HBI); CO:RE - Children Online: Research and Evidence. https://doi.org/10.21241/ssoar.71817
Top