REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...
ta'23.9.2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 rigward l-aġġornament tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 30f(5) tagħha,
Billi,
(1)Id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (EU ETS) ġiet riveduta u emendata bid-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
biex tiġi allinjata mar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
li jistabbilixxi mira ta’ tnaqqis ta’ mill-anqas 55 % tal-emissjonijiet netti sal-2030 meta mqabbel mal-1990.
(2)Wara l-emenda tad-Direttiva 2003/87/KE bid-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2023/959, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq biex jinkorpora d-definizzjonijiet meħtieġa u l-arranġamenti dettaljati għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet minn karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika u karburanti tal-karbonju riċiklat u wkoll biex jiġi żgurat allinjament xieraq mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-gassijiet serra stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport tas-CO2 b’mezzi oħra għajr il-pipelines għall-ħżin ġeoloġiku, l-emissjonijiet mill-avjazzjoni inkluż il-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, l-emissjonijiet mis-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għall-industrija li ma taqax taħt l-ETS.
(3)Skont l-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali, huwa meħtieġ li d-definizzjoni ta’ “konsumatur finali” fl-Artikolu 3(69) tipprevedi referenza aktar speċifika għad-definizzjoni ta’ entità regolata fl-Artikolu 3(ae) tad-Direttiva 2003/87/KE.
(4)L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jenħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti li l-kompletezza tal-monitoraġġ u tar-rapportar għandha tkopri l-emissjonijiet kollha tal-proċess u l-kombustjoni tal-installazzjoni stazzjonarja, mis-sorsi ta’ emissjonijiet u mill-flussi mis-sorsi kollha li jagħmlu parti mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u attivitajiet oħrajn assoċjati direttament f’konformità mal-Artikolu 3(e) ta’ dik id-Direttiva.
(5)Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-bijomassa, dwar il-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika (RFNBOs, renewable fuels of non-biological origin), dwar il-karburanti tal-karbonju riċiklat (RCFs, recycled carbon fuels), u dwar il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju u biex jiġi ffaċilitat ir-rapportar nazzjonali skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-operaturi jenħtieġ li jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet mill-frazzjoni tal-karbonju mingħajr klassifikazzjoni żero kif ukoll bi klassifikazzjoni żero ta’ dawn il-karburanti bħala element ta’ memo fir-rapporti dwar l-emissjonijiet. Għal dak l-għan, il-parametri li jikkonċernaw il-bijomassa mingħajr klassifikazzjoni żero kif ukoll bi klassifikazzjoni żero, l-RFNBOs u l-RCFs, jew il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju jenħtieġ li jiġu ddeterminati u rrapportati għal kull fluss minn sors korrispondenti skont il-metodoloġija standard għall-kalkolu skont l-Artikolu 24 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 u s-sistema ta’ bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 25 ta’ dak ir-Regolament. Huma meħtieġa regoli speċifiċi dwar id-determinazzjoni ta’ fatturi ta’ kalkolu relatati mal-kompożizzjoni li jikkonċernaw bijomassa mingħajr klassifikazzjoni żero kif ukoll bi klassifikazzjoni żero, l-RFNBOs u l-RCFs, u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, inkluża l-frazzjoni tal-karbonju mingħajr klassifikazzjoni żero kif ukoll bi klassifikazzjoni żero.
(6)Sabiex tiġi evitata sottovalutazzjoni sistematika tal-emissjonijiet totali fis-sistema ta’ bilanċ tal-massa meta jkun hemm karbonju mhux bi klassifikazzjoni żero fil-flussi tal-input u tal-output, huwa importanti li l-operaturi jiddeterminaw il-kontenut tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero tal-flussi tal-output. Hija meħtieġa evidenza ċara biex jintwera li ġiet evitata sottovalutazzjoni u li l-massa totali tal-frazzjonijiet tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero fil-materjali tal-output tkun ekwivalenti għall-massa totali tal-frazzjonijiet tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero li tinsab fil-materjali tal-input.
(7)Id-Direttiva 2003/87/KE, kif riveduta mid-Direttiva (UE) 2023/959, tispeċifika li l-fattur ta’ emissjoni tal-bijomassa jkun żero jekk il-bijomassa tikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-użu tal-karburanti tal-bijomassa stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001, filwaqt li jitqies kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-applikazzjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE, kif stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li skonthom l-emissjonijiet tal-bijomassa jistgħu jiġu kklassifikati żero u biex ikun hemm allinjament mad-Direttiva (UE) 2018/2001 riveduta, l-Artikolu 38(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jenħtieġ li jiġi emendat. Fejn il-kriterji rilevanti ta’ sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ma japplikawx għal tip speċifiku ta’ bijomassa, dik il-bijomassa tista’ tiġi kklassifikata żero direttament. Madankollu, f’dan il-każ, l-operaturi xorta jenħtieġ li juru li l-kriterji mhumiex applikabbli. Il-valutazzjoni tal-prova tal-applikabbiltà u tal-prova tas-sostenibbiltà hija parti essenzjali mill-verifika fejn il-verifikatur jivverifika l-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, inkluża l-klassifikazzjoni żero tal-bijomassa. Meta japplikaw il-kriterji għas-sostenibbiltà u għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10), hija meħtieġa l-konformità ma’ dawn il-kriterji għall-klassifikazzjoni żero. Il-bijomassa li ma tikkonformax mal-kriterji f’dan il-każ jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala karburant fossili. Il-klassifikazzjoni żero tal-emissjonijiet skont l-EU ETS hija distinta mill-iskemi ta’ appoġġ definiti fl-Artikolu 2, il-punt (5) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(8)L-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 emendata tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi bażi tad-data tal-Unjoni li permezz tagħha huwa possibbli t-traċċar ta’ karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi, karburanti tal-karbonju riċiklat u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju (“il-Bażi tad-data tal-Unjoni”). Sal-21 ta’ Novembru 2024, il-Bażi tad-data tal-Unjoni jenħtieġ li tkun kompletament operattiva. Meta tkun meħtieġa l-konformità mal-kriterji għas-sostenibbiltà u għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29, il-paragrafi (2) sa (7) u (10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, għall-bijomassa, u l-Artikolu 29a ta’ dik id-Direttiva, għall-karburanti rinnovabbli likwidi u gassużi u l-RCFs, jenħtieġ li l-prova tas-sostenibbiltà tingħata f’konformità mal-Artikolu 30 u 31 ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jiġi ffaċilitat dan il-proċess u jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddependu fuq l-evidenza pprovduta mill-operaturi tal-EU ETS, mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru u mill-entitajiet regolati mill-Bażi tad-Data tal-Unjoni dwar it-tranżazzjonijiet relatati ma’ kwalunkwe ammont ta’ karburant li jkun inxtara u ntuża matul is-sena ta’ rapportar u li jkun ġie konness mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-bażi tad-data tal-Unjoni. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data, l-awtorità kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.
(9)Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, il-kampjunar għandu jkun rappreżentattiv għal-lott speċifiku u jkun ħieles mill-preġudizzju. Fejn jintuża kampjunar kontinwu tal-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija, il-frekwenza tal-analiżi jenħtieġ li tiġi allinjata ma’ dan il-proċess u tkopri s-sena ta’ rapportar kollha mingħajr interruzzjoni.
(10)Id-Direttiva (UE) 2023/959 estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għar-raffinar ta’ kwalunkwe żejt, il-produzzjoni ta’ kwalunkwe ħadid, il-produzzjoni tal-alumina, il-produzzjoni tal-idroġenu u t-trasport tas-CO2 permezz ta’ mezzi oħra għajr il-pajpijiet. Sabiex jiġi żgurat l-allinjament mal-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, jeħtieġ li l-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jiġu aġġornati.
(11)Id-Direttiva 2003/87/KE tirrikonoxxi r-rwol potenzjali tal-RCFs u tal-RFNBOs għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’setturi li diffiċli jiġu dekarbonizzati. Biex jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni, l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom jeħtieġ li jissodisfa l-iffrankar minimu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbilit fl-Artikolu 29a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u jiġi kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fl-att adottat skont dak l-Artikolu.
(12)L-RCFs jew l-RFNBOs li fihom il-karbonju fil-kompożizzjoni kimika tagħhom, bħall-e-kerosin jew l-e-metanol, jeħtieġu materja prima tal-karbonju għall-produzzjoni tagħhom. Sakemm l-istadji kollha tal-ħajja ta' prodott, li fih jintuża l-karbonju maqbud, ikunu soġġetti għall-ipprezzar tal-karbonju, b'mod partikolari fl-istadju tal-inċinerazzjoni tal-iskart, id-dipendenza fuq il-kontabbiltà għall-emissjonijiet fil-punt tar-rilaxx tagħhom mill-prodotti fl-atmosfera tirriżulta f’sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet. Fejn l-RFNBOs jew l-RCFs jiġu prodotti minn CO2 maqbud taħt attività koperta mid-Direttiva 2003/87/KE, l-emissjonijiet jenħtieġ li jitqiesu taħt dik l-attività. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju u li jkun meħtieġ pagament doppju għall-istess emissjonijiet, l-emissjonijiet tas-CO2 mill-RCFs u l-RFNBOs li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 jenħtieġ li jkollhom fattur tal-emissjonijiet ta’ żero.
(13)Il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju jridu jikkonformaw mal-kriterji tal-iffrankar tal-gassijiet serra previsti fl-Artikolu 2, il-punt 13 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu. Il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju jeħtieġu materja prima tal-karbonju għall-produzzjoni tagħhom. Soġġett għal rieżami fir-rigward tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero maħruq f’installazzjonijiet li huma eżentati mill-EU ETS minħabba l-użu għoli tagħhom tal-bijomassa skont il-punt 1 tal-Anness I, biex jiġi evitat l-għadd doppju fl-EU ETS f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066, jekk il-kontenut tal-karbonju tal-karburanti jirriżulta mill-EU ETS u għalhekk ikun ġie kkunsidrat, inkluż meta l-fattur tal-emissjonijiet tiegħu jkun żero, l-emissjonijiet mill-karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jenħtieġ li jiġu klassifikati żero. L-emissjonijiet li jirriżultaw minn karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju b’kontenut ieħor ta’ karbonju jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala l-ekwivalenti ta’ karburanti fossili tagħhom. Meħtieġ li jiġu previsti regoli għad-determinazzjoni tal-frazzjoni ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero.
(14)L-RCFs jew l-RFNBOs li ma jissodisfawx l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbilit fl-Artikolu 29a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jitqiesu li ma jwasslux għal biżżejjed iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-karburanti fossili. Għalhekk, l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ tali RCFs jew RFNBOs jenħtieġ li jiġu trattati bħala l-ekwivalenti tal-karburanti fossili tagħhom. Peress li l-karburanti fossili jistgħu jitħalltu mal-RCFs jew mal-RFNBOs, jeħtieġ li jiġu pprovduti regoli għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-RCF jew tal-RFNBO bi klassifikazzjoni żero.
(15)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jenħtieġ li jiddetermina l-metodoloġija ta’ monitoraġġ li jenħtieġ li tiġi applikata għall-emissjonijiet mill-RFNBOs, l-RCFs jew il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero. Id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu inklużi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet totali tal-RFNBOs, l-RCFs u l-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, fil-każ meta l-operatur juża l-metodoloġija bbażata għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet totali tas-CO2. Meta jfasslu l-iskemi ta’ appoġġ għall-karburanti rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ karbonju, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jispeċifikaw kif jinċentivaw id-diversi RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju. .
(16)Barra minn hekk, meta tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl għall-karburanti u l-materjali li fihom il-bijomassa, jenħtieġ li jiżdiedu l-kundizzjonijiet meta l-frazzjoni tal-bijomassa tkun ugwali għall-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero. Jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll kjarifiki meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati u f’każ bħal dan, jenħtieġ li l-operatur isegwi d-dispożizzjonijiet użati relatati ma’ approċċ ibbażat fuq il-kalkolu.
(17)Meta l-metodoloġija proposta tal-installazzjoni tinvolvi kampjunar kontinwu mill-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija, u fl-istess ħin l-installazzjoni stazzjonarja tikkonsma gass naturali mill-grilja, biex jiġi evitat għadd doppju, is-CO2 li joriġina mill-bijogass jenħtieġ li jiġi ddeterminat permezz ta’ analiżi tal-laboratorju u dan l-ammont jenħtieġ li jitnaqqas rispettivament mit-total ta’ CO2 bi klassifikazzjoni żero ddeterminat qabel b’approċċ ibbażat fuq il-kalkolu.
(18)Id-Direttiva 2003/87/KE ma tirrikonoxxix l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra negattivi. Sabiex tiġi evitata l-ġenerazzjoni ta’ emissjonijiet negattivi, jenħtieġ li operatur ma jnaqqasx mill-emissjonijiet tiegħu l-ebda CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero. Fil-każ tal-qbid ta’ emissjonijiet minn taħlita ta’ sorsi bi klassifikazzjoni żero u mingħajr klassifikazzjoni żero, biex jiġu żgurati ċ-ċarezza u s-sempliċità, il-kwantità ta’ CO2 li tirriżulta minn sorsi mingħajr klassifikazzjoni żero li tista’ titnaqqas mill-emissjonijiet tal-operatur jenħtieġ li tiġi stabbilita abbażi tal-proporzjon tal-emissjonijiet bi klassifikazzjoni żero u mingħajr klassifikazzjoni żero.
(19)L-attivitajiet “trasport ta’ gassijiet serra għall-ħżin ġeoloġiku”, u “ħżin ġeoloġiku tal-gassijiet serra”, fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, ikopru s-CO2 kollu ttrasportat u maħżun f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, irrispettivament mill-oriġini ġeografika u fiżika tas-CO2. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe lakuna fil-qafas ta’ monitoraġġ u rapportar u biex jiġu pprovduti l-inċentivi għall-operaturi tal-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jew tas-siti tal-ħżin tas-CO2 biex jimminimizzaw it-tnixxijiet, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li dawn l-operaturi jenħtieġ li jimmonitorjaw u jirrapportaw kwalunkwe emissjoni mis-CO2 kollu għall-ħżin ġeoloġiku fil-kustodja tagħhom, inkluż jekk joriġinaw minn attivitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.
(20)Peress li s-CO2 għall-ħżin ġeoloġiku huwa mistenni li jiġi ttrasportat b’diversi modi, id-Direttiva (UE) 2023/959 estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attività “trasport ta’ gassijiet serra għall-ħżin ġeoloġiku” fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għal kwalunkwe mezz ta’ trasport. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ u rapportar relatati mal-attività tat-trasport tas-CO2 biex jiġi żgurat li dawn ikunu applikabbli għal infrastruttura tat-trasport tas-CO2 ibbażata fuq kwalunkwe mezz ta’ trasport. Fejn mezz ta’ trasport ikun kopert ukoll minn attività oħra skont id-Direttiva 2003/87/KE, biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet, l-emissjonijiet koperti mill-attività l-oħra skont dik id-Direttiva jenħtieġ li jiġu esklużi mill-konfini tal-attività tat-trasport tas-CO2.
(21)It-trasport tas-CO2 għall-ħżin ġeoloġiku jista’ jsir fuq distanzi twal. Għalhekk, is-CO2 jista’ jkun fi tranżitu għal perjodi twal. F’każijiet bħal dawn, huwa xieraq li l-operatur tal-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jingħata l-flessibbiltà li jnaqqas mill-emissjonijiet li għandhom jiġu rrapportati f’sena partikolari kwalunkwe ammont ta’ CO2 li jkun għadu fi tranżitu sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena, dment li l-vjeġġ tas-CO2 jasal fid-destinazzjoni tiegħu u jiġi ttrasferit għal sit tal-ħżin jew għal installazzjoni oħra tal-EU ETS mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.
(22)Id-Direttiva 2003/87/KE riveduta emendat id-definizzjoni ta’ emissjonijiet biex tinkludi wkoll gassijiet serra li ma jiġux rilaxxati direttament fl-atmosfera. Għalhekk, jenħtieġ li dawn jitqiesu wkoll bħala emissjonijiet skont l-EU ETS, sakemm ma jkunux maħżuna f’sit tal-ħżin f’konformità mad-Direttiva 2009/31/KE jew ma jkunux kimikament marbuta b’mod permanenti fi prodott b’tali mod li f’użu normali ma jidħlux fl-atmosfera, u ma jidħlux fl-atmosfera taħt xi attività normali li sseħħ wara tmiem il-ħajja tal-prodott. B’konsegwenza ta’ dan, l-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jeħtieġ li jiġu aġġornati kif xieraq biex iqisu l-gassijiet serra rilaxxati b’modi oħra għajr direttament fl-atmosfera, filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju tal-emissjonijiet fejn il-gassijiet serra li ma jiġux rilaxxati direttament fl-atmosfera jerġgħu jintużaw fl-istess installazzjoni jew f’installazzjonijiet oħra tal-EU ETS. Sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn għall-installazzjonijiet affettwati minn dawn il-bidliet, l-applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li tiġi posposta sal-1 ta’ Jannar 2025 biex ikun hemm biżżejjed żmien għall-adattamenti meħtieġa.
(23)Meta jiġi ddeterminat il-fattur ta’ ossidazzjoni jew ta’ konverżjoni ta’ fluss minn sors, il-monossidu tal-karbonju (CO) rilaxxat fl-atmosfera għandu jitqies bħala l-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2. CO li b’xi mod ieħor jiġi ttrasferit fi prodott jew bħala materja prima ma jitqiesx bħala emissjoni skont il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.
(24)L-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprevedi li l-kwoti ma għandhomx għalfejn jiġu ċeduti għal gassijiet serra li jitqiesu li jkunu nqabdu u ntużaw b’tali mod li jkunu saru kimikament marbuta b’mod permanenti fi prodott b’tali mod li ma jidħlux fl-atmosfera taħt użu normali, inkluża kwalunkwe attività normali li sseħħ wara t-tmiem tal-ħajja tal-prodott. Jeħtieġ li tiġi inkluża dispożizzjoni ġenerali għall-operaturi biex jiddeterminaw u jnaqqsu mill-emissjonijiet tagħhom l-ammont ta’ CO2 meqjus li huwa kimikament marbut b’mod permanenti fi prodott elenkat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE, li jissostitwixxi d-dispożizzjoni li ppermettiet it-tnaqqis tas-CO2 meqjus kimikament marbut mal-karbonat tal-kalċju preċipitat.
(25)Wara li kkunsidra l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-qafas ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika (MRV) tal-effetti mhux tas-CO2 jikkostitwixxi eżerċizzju awtonomu u distint mill-ipprezzar tal-karbonju. L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE dwar l-impatt u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 ilhom għaddejjin mill-1994 u jenħtieġ li jkomplu. Minħabba l-inċertezzi dwar l-impatti tal-effetti mhux tas-CO2, huwa kruċjali li l-MRV dwar l-effetti mhux tas-CO2 jinbeda bil-ħsieb li tiġi żgurata l-validazzjoni xjentifika tal-impatti.
(26)L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jimmonitorjaw l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jseħħu mill-1 ta’ Jannar 2025, mill-attivitajiet imwettqa minn ajruplani mgħammra b’magni ġett, li jippermettu l-kalkolu ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (CO2(e)) għal kull titjira. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jenħtieġ li jirrapportaw dawk l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 darba fis-sena. Madankollu, biex jiġi ffaċilitat il-bidu tal-MRV għall-effetti mhux tas-CO2, fl-2025 u fl-2026, filwaqt li r-rapportar jista’ jkopri r-rotot kollha, tali rapportar għandu jkun meħtieġ biss fir-rigward ta’ rotot li jinvolvu żewġ ajrudromi li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u rotot minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE li jitlaq lejn l-Iżvizzera jew lejn ir-Renju Unit. Fir-rigward tal-2025 u l-2026, ir-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jseħħu minn titjiriet oħra huwa possibbli.
(27)Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu pjan uniku ta’ monitoraġġ għall-emissjonijiet tas-CO2 u għall-effetti mhux tas-CO2.
(28)Il-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira jenħtieġ li jsir bl-użu tal-metrika ta’ Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWP) fi tliet perjodi ta’ żmien GWP20, GWP50 u GWP100, biex jinftiehmu aħjar dawk l-impatti fuq il-klima, bl-applikazzjoni tal-effikaċja, kif definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, u s-sistema ta’ trekkjar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 (NEATS) tal-Kummissjoni, biex tiġi rfinata l-metrika tal-GWP.
(29)Sabiex jiġi kkalkulat is-CO2(e) għall-effetti mhux tas-CO2, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jużaw approċċ tal-kalkolu tas-CO2(e). Dan l-approċċ jinkludi moduli għall-istima tal-ħruq tal-karburant u emissjonijiet differenti (NOx, CO, HC), mudelli li jikkalkulaw is-CO2(e) bl-użu tad-data tal-input u l-valuri prestabbiliti kif deskritt fl-Anness IIIa u l-Anness IIIb tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, fejn ikun hemm lakuni fid-data.
(30)Sabiex jiġi evitat li jiġi inċentivat in-nuqqas ta’ rapportar, jistgħu jintużaw valuri prestabbiliti konservattivi. Meta d-data miksuba mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma tkunx disponibbli, ix-xogħol jeħtieġ li jkompli jippermetti r-rapportar tal-valuri mkejla, abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli. Id-dipendenza fuq valuri prestabbiliti tnaqqas il-preċiżjoni tad-data.
(31)Filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza li jiġu pprovduti għodod xierqa biex jiġi limitat l-isforz amministrattiv tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jiddependu fuq l-għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni, in-NEATS, ipprovduta mill-Kummissjoni. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jagħżlu wkoll li jużaw l-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni tagħhom stess jew ta’ partijiet terzi dment li dawn l-għodod jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, b’mod partikolari l-Artikolu 56a, u dment li l-Kummissjoni tapprovahom.
(32)L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jenħtieġ li jiġbru u jaħżnu b’mod sigur id-data mmonitorjata, inklużi d-dettalji tat-titjira u l-informazzjoni dwar l-inġenji tal-ajru. Għal dan l-għan, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jiddependu fuq l-għodda tal-IT tal-Kummissjoni u/jew ir-riżorsi ta’ partijiet terzi, filwaqt li jiżguraw il-konformità mar-regoli ta’ kunfidenzjalità u l-aċċessibbiltà għall-finijiet ta’ verifika.
(33)F’sitwazzjoni fejn ma tiġi pprovduta l-ebda data mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, in-NEATS jenħtieġ li tkun tista’ tikkalkula s-CO2(e) awtomatikament, abbażi tad-data miġbura minn sorsi esterni u l-valuri prestabbiliti kif deskritt fl-Anness IIIa u l-Anness IIIb tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.
(34)F’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ għodod tal-IT, l-operaturi tal-inġenju tal-ajru jenħtieġ li jimmonitorjaw l-informazzjoni essenzjali u l-proprjetajiet tat-titjira u tal-inġenju tal-ajru bħala miżura interim.
(35)F’każ li l-mudell tat-tbassir numeriku tat-temp (NWP) ta’ referenza komuni ma jkunx disponibbli, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jenħtieġ li jużaw approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post biex jikkalkulaw is-CO2(e) tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 bħala miżura interim.
(36)Għall-fini tal-minimizzazzjoni tal-piż amministrattiv, l-emittenti ż-żgħar jistgħu jagħżlu li jużaw approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post biex jikkalkulaw is-CO2(e) tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2.
(37)Abbażi tal-feedback dwar l-implimentazzjoni tal-EU ETS, jeħtieġ li tiġi ffaċilitata aktar l-identifikazzjoni tal-operatur tal-inġenji tal-ajru skont l-Artikolu 3(o) tad-Direttiva 2003/87/KE u li jiġi inkluż pass addizzjonali f’dan il-proċess.
(38)Sabiex id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u ta’ dan ir-Regolament rigward id-definizzjoni ta’ emittenti żgħar jiġu allinjati, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi aġġornat biex l-operaturi li jissodisfaw il-kriterji definiti fl-Artikolu 28a(4) ta’ dik id-Direttiva jkunu jistgħu jużaw l-għodod għall-istima tal-karburanti implimentati minn Eurocontrol.
(39)Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet u l-infurzar xierqa tal-leġiżlazzjoni. Sabiex jiġu ssimplifikati dawk ir-rekwiżiti ta’ rapportar, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli xierqa ta’ rapportar għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għall-użu ta’ tipi differenti ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi, inklużi l-bijokarburanti, l-RFNBOs, l-RCFs u karburanti oħra eliġibbli skont is-sistema ta’ appoġġ tal-EU ETS stabbilita f’konformità mal-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE.
(40)Il-livelli limiti tal-emissjonijiet japplikaw għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għall-inklużjoni tagħhom fl-EU ETS jew fl-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA, Carbon Offsetting and Reduction Scheme for International Aviation) tal-ICAO. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jitqiesu bħala emittenti żgħar jew jitħallew jużaw għodod simplifikati. F’konformità mal-iskop tal-EU ETS u l-prinċipji inklużi wkoll fl-iskema CORSIA tal-ICAO, il-kalkolu ta’ dawn il-limiti tal-emissjonijiet jenħtieġ li ma jqisx l-użu possibbli ta’ karburanti b’fattur ta’ emissjoni ta’ żero. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi stabbilit fattur ta’ emissjoni preliminari għall-fini ta’ kalkolu ta’ dawn il-limiti.
(41)F’konformità mad-Direttiva (UE) 2023/959, iċ-ċediment tal-kwoti skont l-iskema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali se jibda fl-2028 għall-emissjonijiet annwali tal-2027. Madankollu, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet skont is-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet se jibdew mill-1 ta’ Jannar 2025. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ċari dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-binjiet, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali kmieni biżżejjed, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ordnata fl-Istati Membri. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-metodoloġiji ta’ monitoraġġ u biex jinbena fuq l-esperjenzi mis-sistema eżistenti għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal installazzjonijiet stazzjonarji u għall-avjazzjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-regoli rilevanti għas-sistema l-ġdida.
(42)Sabiex jiġi żgurat livell robust ta’ preċiżjoni tal-monitoraġġ u biex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv għall-entitajiet regolati u għall-awtoritajiet kompetenti, il-fattur tal-ambitu jenħtieġ li jiġi applikat wara l-kategorizzazzjoni tal-entità regolata u l-flussi tal-karburant. Dan għandu jippermetti monitoraġġ aktar preċiż u għandu jevita bidliet bla bżonn fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ, li jnaqqsu l-piż amministrattiv għall-entitajiet regolati u għall-awtoritajiet kompetenti.
(43)Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv, huwa xieraq li jiġu pprovduti regoli speċifiċi għall-entitajiet regolati b’emissjonijiet baxxi u li tingħata flessibbiltà lill-awtoritajiet kompetenti fil-kategorizzazzjoni tal-entitajiet regolati.
(44)Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-miżuri l-ġodda, huwa xieraq li tiġi pprovduta deroga marbuta biż-żmien, qabel l-2027, għall-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu wara l-kategorizzazzjoni. Jixraq li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkwalifikaw entità regolata bħala entitajiet regolati b’emissjonijiet baxxi, jew jippermettu lill-entità regolata tikklassifika lilha nnifisha u kull fluss tal-karburant, abbażi tal-emissjonijiet wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina mill-karburanti bi klassifikazzjoni żero, fejn ikun jista’ jintwera għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fattur tal-ambitu applikat għall-klassifikazzjoni se jibqa’ wkoll rappreżentattiv fis-snin li ġejjin.
(45)Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika, huwa xieraq li l-operaturi tal-installazzjonijiet stazzjonarji, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, il-kumpaniji tat-tbaħħir u l-entitajiet regolati jissottomettu l-informazzjoni dwar il-karburanti użati għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE flimkien mar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet. Ma għandu jkun meħtieġ l-ebda rapport separat dwar l-ammonti ta’ karburanti akkwistati u użati. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 jiġi emendat skont dan.
(46)Sabiex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni ordnata u koerenti tal-pjan ta’ monitoraġġ għall-entitajiet regolati lill-awtoritajiet kompetenti, u meta jitqiesu d-dispożizzjonijiet li diġà ġew adottati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2122 tas-17 ta’ Ottubru 2023, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet kollha li jinsabu f’dan ir-Regolament relatati mal-iskambju l-ġdid ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, għat-trasport bit-triq u għal setturi addizzjonali, japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2024.
(47)Id-Direttiva 2003/87/KE diġà tipprevedi li l-emissjonijiet mill-RFNBOs użati għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom ikunu klassifikati żero qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din ir-reviżjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066. Għalhekk, sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, iċ-ċarezza u kundizzjonijiet ekwi, ir-regoli għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet minn RFNBO, RCF u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024.
(48)Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066 huwa emendat kif ġej:
(1)L-Artikoli 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal dawn li ġejjin:
(i)mill-1 ta’ Jannar 2021 u perjodi sussegwenti ta’ negozjar, il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-attivitajiet skont id-Direttiva 2003/87/KE fil-perjodu ta’ negozjar tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet;
(ii)mill-1 ta’ Jannar 2025, il-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/87/KE.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra speċifikati fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Annessi I u III tad-Direttiva 2003/87/KE, għad-data tal-attività minn installazzjonijiet stazzjonarji, għall-attivitajiet tal-avjazzjoni, inkluż l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, u għall-ammonti ta’ karburant rilaxxati mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.
Għandu japplika għal dan li ġej:
(i)mill-1 ta’ Jannar 2021, l-emissjonijiet, id-data dwar l-attivitajiet u l-ammonti ta’ karburant rilaxxat li jseħħu;
(ii)mill-1 ta’ Jannar 2025, l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2.
Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 mill-2025 għandhom ikopru l-effetti kollha li mhumiex CO2 mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I tad-Direttiva li jinvolvu ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE. Madankollu, fir-rigward tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jseħħu fl-2025 u l-2026, tali rapportar għandu jkun meħtieġ biss fir-rigward tar-rotot li jinvolvu żewġ ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE, u r-rotot minn ajrudrom li jinsab fiż-ŻEE li jitilqu lejn l-Iżvizzera jew lejn ir-Renju Unit. Fir-rigward tal-2025 u l-2026, l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jseħħu minn titjiriet oħra jistgħu jiġu rrapportati fuq bażi volontarja.”;
(2)L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
(a)il-punt (4)(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(b)
fil-każ ta’ metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament, waħda minn dawn li ġejjin:
(i)tip speċifiku ta’ karburant, materja prima jew prodott li jinkludi l-karbonju;
(ii)CO2 ittrasferit f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament;”;
(b)il-punt (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ (7) “fatturi ta’ kalkolu” tfisser valur kalorifiku nett, fattur ta’ emissjoni, fattur ta’ emissjoni preliminari, fattur ta’ ossidazzjoni, fattur ta’ konverżjoni, kontenut ta’ karbonju, frazzjoni fossili, frazzjoni tal-bijomassa, frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni bi klassifikazzjoni żero, jew fattur ta’ konverżjoni tal-unità;”,
(c)il-punt (15) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ (15) “fattur ta’ konverżjoni” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju rilaxxat bħala CO2 mal-karbonju totali inkluż fil-fluss minn sors qabel ma jseħħ il-proċess ta’ emissjoni, espress bħala frazzjoni, b’kunsiderazzjoni tas-CO rilaxxat fl-atmosfera bħala l-ammont molari ekwivalenti ta’ CO2. Fil-każ ta’ emissjonijiet ta’ CO2 meqjusa li huma kimikament marbuta b’mod permanenti fi prodott, fattur ta’ konverżjoni jfisser il-proporzjon ta’ CO2 marbut bħala karbonju fi prodott matul il-proċess mat-total ta’ CO2 li jinsab bħala karbonju fi prodott li jħalli dak l-istess proċess;”;
(d)jiddaħħlu l-punti (23b) sa (23h):
‘(23b)
“karburanti tal-avjazzjoni alternattivi” tfisser karburanti tal-avjazzjoni puri li fihom il-karbonju għajr dak li joriġina mill-karburanti fossili puri elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;
(23c)
“klassifikazzjoni żero” tfisser il-mekkaniżmu li bih jitnaqqas il-fattur ta’ emissjoni ta’ karburant jew materjal sabiex jiġu rikonoxxuti:
(a)fil-każ tal-bijomassa, il-konformità tagħha mal-kriterji ta’ sostenibbiltà jew tal-iffrankar tal-gassijiet serra previsti fl-Artikolu 29(2) sa (7) u (10) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kif speċifikat fl-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament;
(b)fil-każ ta’ RFNBO jew RCF, il-konformità tiegħu mal-kriterji tal-iffrankar tal-gassijiet serra f’konformità mal-Artikolu 29a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kif speċifikat fl-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament;
(c)fil-każ ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, il-konformità tagħhom mal-kriterji tal-iffrankar tal-gassijiet serra previsti fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 dwar ir-regoli komuni għas-swieq interni tal-gass rinnovabbli, il-gass naturali u l-idroġenu; u ċ-ċediment minn qabel tal-kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE għall-karbonju maqbud meħtieġ għall-produzzjoni tal-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, kif speċifikat fl-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament, sakemm dak il-karbonju maqbud ma jkunx karbonju bi klassifikazzjoni żero kif definit fl-Artikolu 3(38f).
(23d)
“karburanti bi klassifikazzjoni żero” tfisser bijokarburanti, bijolikwidi, karburanti tal-bijomassa, karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, RFNBO jew RCF jew frazzjonijiet ta’ karburanti jew materjali mħallta li jikkonformaw mal-kriterji kif speċifikat fl-Artikoli 38(5) jew 39a(3) jew 39a(4) ta’ dan ir-Regolament, kif applikabbli;
(23e)
“karburanti tal-karbonju riċiklat” (RCF) tfisser karburanti tal-karbonju riċiklat kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (35) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(23f)
“karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika” (RFNBO) tfisser fkarburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (36) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(23g)
“karburant pur” tfisser karburant fil-forma pura tiegħu li jinkludi biss waħda mill-frazzjonijiet li ġejjin:
(i)frazzjoni fossili;
(ii)frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero;
(iii)frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero;
(iv)frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero;
(v)frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero;
(vi)frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero;
(vii)frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero;
(viii)frazzjoni ta’ karburanti li fihom il-karbonju għajr dak li joriġina mill-karburanti fossili elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament jew mill-bijomassa, mill-RFNBO, mill-RCF jew mill-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju;
(23h)
“karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju” tfisser karburanti gassużi u likwidi, li l-kontenut enerġetiku tagħhom huwa derivat minn idroġenu b’livell baxx ta’ karbonju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, li jissodisfaw il-limitu ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 70 % meta mqabbel mal-komparatur tal-karburanti fossili għall-karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika stabbilit fil-metodoloġija adottata skont l-Artikolu 29a(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kif iċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.;”;
(e)il-punti (34) u (34a) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(34) “karburant imħallat” tfisser karburant li jinkludi mill-inqas tnejn minn dawn li ġejjin:
(i)karbonju li joriġina mill-bijomassa;
(ii)karbonju li joriġina minn RFNBO jew RCF;
(iii)karbonju li joriġina minn karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju;
(iv)karbonju fossili ieħor;
jew li jinkludi kemm karbonju bi klassifikazzjoni żero kif ukoll karbonju ieħor.
(34a) “karburant tal-avjazzjoni mħallat” tfisser karburant li jinkludi mill-inqas żewġ karburanti puri differenti;”;
(f)il-punti (36) u (38) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(36) “fattur ta’ emissjoni preliminari” tfisser il-fattur ta’ emissjoni totali preżunt ta’ karburant jew materjal ibbażat fuq il-kontenut totali ta’ karbonju tiegħu qabel ma jiġi mmultiplikat mal-frazzjoni ta’ fossili sabiex jipproduċi l-fattur ta’ emissjoni;(38)
“frazzjoni tal-bijomassa” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn bijomassa mqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant jew materjal, espress bħala frazzjoni, indipendentement minn jekk il-bijomassa tikkonformax mal-kriterji tal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament;”;
(g)il-punt (38a) jitħassar.
(h)il-punti (38b) sa (38h) jiddaħħlu kif ġej:
“(38b) “frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn bijomassa li jikkonforma mal-kriterji tal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament mqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant jew materjal, espress bħala frazzjoni;
(38c) “frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn RFNBO jew RCF imqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant, espress bħala frazzjoni, indipendentement minn jekk l-RFNBO jew l-RCF jikkonformawx mal-kriterji tal-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament;
(38d) “frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn RFNBO jew RCF li jikkonforma mal-kriterji tal-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament, imqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant, espress bħala frazzjoni;
(38e) “frazzjoni tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero” tfisser:
(i)fil-każ ta’ karburant, is-somma tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero tagħha, il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero tagħha mingħajr għadd doppju ta’ kwalunkwe karbonju;
(ii)fil-każ ta’ materjal, il-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero tiegħu.
(38f) “karbonju bi klassifikazzjoni żero” tfisser karbonju li jinsab f’karburant jew f’materjal li jappartjeni għall-frazzjoni tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero ta’ dak il-karburant jew materjal.
(38g) “frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju mqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant, espress bħala frazzjoni, indipendentement minn jekk il-karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jikkonformax mal-kriterji tal-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament;
(38h) “frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero” tfisser il-proporzjon ta’ karbonju li joriġina minn karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju li jikkonforma mal-kriterji tal-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament, imqabbel mal-kontenut totali ta’ karbonju ta’ karburant;”;
(i)il-punt (42) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(42) “karbonju fossili” tfisser karbonju inorganiku u organiku li ma jkunx karbonju bi klassifikazzjoni żero;”;
(j)il-punt (55) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(55) ‘trasport tas-CO2’ tfisser it-trasport ta’ CO2 għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;”;
(k)il-punt (63) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(63) ‘infrastruttura tat-trasport tas-CO2’ tfisser infrastruttura kif definita fl-Artikolu 3(29) tar-Regolament (UE) 2024/1735, ;”;
(l)jiddaħħal il-punt (63b):
“(63b)
“CO2 fi tranżitu” tfisser kwalunkwe ammont ta’ CO2 ittrasferit f’infrastruttura tat-trasport ta’ CO2 li ma jkunx ġie ttrasferit lejn installazzjoni oħra jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 fl-istess perjodu ta’ rapportar li jkun wasal;”;
(m)il-punt (69) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(69) “konsumatur finali” għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ entità regolata, f’konformità mal-Artikolu 3(ae) tad-Direttiva 2003/87/KE, f’dan ir-Regolament, tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li hija l-konsumatur tal-karburant, li l-konsum annwali tal-karburant tagħha ma jaqbiżx tunnellata ta’ CO2;”;
(n)jiddaħħlu l-punti (71) sa (80):
“(71) “effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2” tfisser effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 kif definiti fl-Artikolu 3(v) tad-Direttiva 2003/87/KE;
(72)
“CO2(e) għal kull titjira” tfisser l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li jsaħħnu l-atmosfera, espressi bħala l-ammont ekwivalenti ta’ emissjonijiet ta’ CO2 tat-titjira partikolari;
(73)
“sfurzar radjattiv” tfisser bidla imposta fil-bilanċ tal-enerġija planetarja, imkejla f’watts għal kull metru kwadru (W/m2);
(74)
“effikaċja” hija l-bidla fit-temperatura medja globali għal kull unità ta’ sfurzar radjattiv eżerċitat mill-aġent tal-klima, relattiva għar-rispons iġġenerat minn sfurzar standard tas-CO2 li tibda mill-istess stat klimatiku inizjali;
(75)
“mudell ta’ kalkolu tas-CO2(e)” tfisser mudell użat għall-kalkolu tal-impatt totali fuq il-klima tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament;
(76)
“approċċ ibbażat fuq it-temp” tfisser il-Metodu C, kif previst fit-Taqsima 4 tal-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament, li juża primarjament data mtejba dwar it-temp, kif ukoll informazzjoni dwar it-titjir, it-trajettorja, il-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru u l-proprjetajiet tal-karburant;
(77)
“approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post” tfisser il-Metodu D, kif previst fl-Anness IIIa, it-Taqsima 4 ta’ dan ir-Regolament, li primarjament juża data relatata mal-post tal-inġenju tal-ajru waqt it-titjira bħall-informazzjoni dwar it-titjir, it-trajettorja, iżda wkoll id-data bażika dwar it-temp u l-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru;
(78)
“sistema ta’ trekkjar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 (NEATS)” tfisser għodda tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), li hija pprovduta mill-Kummissjoni lill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, lill-verifikaturi akkreditati u lill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-iffaċilitar u, sa fejn ikun possibbli, tal-awtomatizzazzjoni tal-monitoraġġ, tar-rapportar u tal-verifika tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, skont l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2003/87/KE;
(79)
“proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru” tfisser il-kategorija ta’ informazzjoni li tal-inqas u għal kull titjira tinkludi t-tip ta’ inġenju tal-ajru, l-identifikatur(i) tal-magna/i tal-ajru u l-massa tal-inġenju tal-ajru.
(80)
“ajruplan” tfisser inġenju tal-ajru bil-magna, itqal mill-arja, li t-titjira tiegħu hija sostnuta prinċipalment minn reazzjonijiet ajrudinamiċi fuq superfiċji li jibqgħu fissi f’kundizzjonijiet partikolari ta’ titjir.”;
(3)L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“
Artikolu 4
L-operaturi u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom relatati mal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 skont id-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 9 ta’ dan ir-Regolament.”;
(4)fl-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u jkopru l-emissjonijiet kollha tal-proċess u l-kombustjoni mis-sorsi ta’ emissjonijiet u l-flussi mis-sorsi kollha li jagħmlu parti mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u attivitajiet rilevanti oħra inklużi skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll attivitajiet assoċjati inklużi fil-konfini tal-installazzjoni, u tal-gassijiet serra kollha speċifikati fir-rigward ta’ dawk l-attivitajiet, waqt li jiġi evitat l-għadd doppju.”;
(5)fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu 3:
“3. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jiksbu, jirreġistraw, jikkompilaw, janalizzaw u jiddokumentaw data ta’ monitoraġġ, inklużi suppożizzjonijiet, referenzi, data dwar l-attivitajiet u fatturi ta’ kalkolu, b’mod trasparenti li jippermetti r-riproduzzjoni tad-determinazzjoni tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 għal kull titjira mill-verifikatur u mill-awtorità kompetenti.”;
(6)L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 8
L-operaturi u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jippermettu li tiġi rrapportata assigurazzjoni raġonevoli tal-integrità tad-data tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2. Huma għandhom jiddeterminaw l-emissjonijiet u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 bl-użu tal-metodoloġiji ta’ monitoraġġ xierqa stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Id-data dwar l-emissjonijiet u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 irrapportata u l-iżvelar relatat għandhom ikunu ħielsa minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali kif definit fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (*), għandhom jevitaw il-preġudizzju fl-għażla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni, u għandhom jipprovdu rendikont kredibbli u bbilanċjat tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 ta’ installazzjoni jew operatur ta’ inġenju tal-ajru.
Fl-għażla tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ, it-titjib li jirriżulta minn akkuratezza ikbar għandu jiġi bbilanċjat mal-kostijiet addizzjonali. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandu jkollhom il-mira li jilħqu l-ogħla preċiżjoni li tista’ tinkiseb, għajr jekk dan ma jkunx teknikament vijabbli jew jimplika kostijiet irraġonevoli.
(*) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI:
http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/oj
).’;
(7)fl-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Kull operatur jew operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja l-emissjoniijet ta’ gassijiet serra, u effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 fuq il-bażi ta’ pjan ta’ monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, b’kunsiderazzjoni tan-natura u l-funzjonament tal-installazzjoni jew tal-attività ta’ avjazzjoni li japplika għalihom.”;
(8)fl-Artikolu 14(2), jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:
“(aa) iseħħu effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 minħabba attivitajiet ġodda li jkunu qegħdin jitwettqu;”;
(9)l-Artikolu 15(4) huwa emendat kif ġej:
(a)is-sentenza introduttorja tal-paragrafu (4) u s-sentenza introduttorja tal-punt (a) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“4. Modifiki sinifikanti fil-pjanijiet ta’ monitoraġġ ta’ operatur ta’ inġenju tal-ajru jinkludu:
(a)
fir-rigward tal-emissjonijiet:”;
(b)il-punt (a)(iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(iv) bidliet fl-istatus tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru bħala emittent żgħir fit-tifsira tal-Artikolu 55(1) ta’ dan ir-Regolament u jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandux l-intenzjoni li juża s-simplifikazzjoni skont l-Artikolu 28a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE.”;
(c)jiddaħħal il-punt (b):
“(b) fir-rigward tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2:
(i)(bidla fl-approċċ tal-kalkolu tas-CO2(e) magħżul, kif stabbilit fl-Artikolu 56a(4) ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari f’termini ta’ għodod tal-IT biex jiġu applikati l-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e);
(ii)bidliet fl-istatus tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru bħala emittent żgħir fit-tifsira tal-Artikolu 55(1) ta’ dan ir-Regolament.”;
(10)fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2), il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 19(2), l-Artikolu 19(5), l-Artikolu 38(1) u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 47(2), it-terminu “bijomassa” huwa sostitwit b’“karbonju bi klassifikazzjoni żero”.
(11)fl-Artikolu 19, jitħassar il-paragrafu 6.
(12)L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Skont il-metodoloġija standard, l-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet ta’ kombustjoni ta’ kull fluss minn sors bil-multiplikazzjoni tad-data tal-attivitajiet relatata mal-ammont ta’ karburant maħruq, espressa bħala terajoules ibbażata fuq il-valur kalorifiku nett (NCV), bil-fattur korrispondenti ta’ emissjoni, espress bħala tunnellati ta’ CO2 kull terajoule (t CO2/TJ) b’mod konsistenti mal-użu tal-NCV, u l-fattur korrispondenti ta’ ossidazzjoni.”;
(b)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
“1a. Għall-fini tar-rapportar tal-elementi ta’ memo, l-operatur għandu jikkalkula wkoll għal kull fluss minn sors maħruq u għall-karburanti użati bħala input ta’ proċess il-parametri li ġejjin li huma definiti minn dawn il-kalkoli:
(i)l-emissjonijiet preliminari totali għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tad-data tal-attivitajiet relatata mal-ammont ta’ karburant maħruq, espressa bħala tunnellati jew metri kubi normali, bil-fattur ta’ emissjoni preliminari korrispondenti u l-fattur korrispondenti ta’ ossidazzjoni;
(ii)l-emissjonijiet tal-bijomassa għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-bijomassa;
(iii)l-emissjonijiet tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero;
(iv)l-emissjonijiet mill-RFNBO, mill-RCF jew mill-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew bil-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju;
(v)l-emissjonijiet minn RFNBO, RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew bil-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero;”;
(c)jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
“2a. Għall-fini tar-rapportar tal-elementi ta’ memo, l-operatur għandu jikkalkula wkoll għal kull fluss minn sors relatat mal-emissjonijiet ta’ proċess il-parametri li ġejjin li huma definiti minn dawn il-kalkoli:
(i)L-emissjonijiet preliminari totali għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet relatata mal-konsum materjali, l-ipproċessar jew il-produzzjoni ta’ materjal, espressa f’tunnellati jew metri kubiċi normali, bil-fattur ta’ emissjoni korrispondenti, espress f’t CO2/t jew t CO2/Nm3, u l-fattur ta’ konverżjoni korrispondenti;
(ii)L-emissjonijiet tal-bijomassa għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-bijomassa rilevanti;
(iii) L-emissjonijiet tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero għandhom jiġu kkalkulati bil-multiplikazzjoni tal-emissjonijiet preliminari totali bil-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero rilevanti.”;
(13)L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1) Skont il-metodoloġija tal-bilanċ tal-massa, l-operatur għandu jikkalkula l-kwantità ta’ CO2 korrispondenti għal kull fluss minn sors inkluż fil-bilanċ tal-massa bil-multiplikazzjoni tad-data tal-attivitajiet relatata mal-ammont ta’ karburant, materjal jew CO2 li jkun dieħel fi jew ħiereġ mill-konfini tal-bilanċ tal-massa, bil-kontenut ta’ karbonju tal-karburant, tal-materjal jew tat-trasferiment tas-CO2 immultiplikat bil-frazzjoni fossili tiegħu u b’ 3,664 t CO2/t C, bl-applikazzjoni tat-Taqsima 3 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.”;
(b)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
“1a.
Għall-fini tar-rapportar tal-elementi ta’ memo, għal kull fluss minn sors kopert mill-bilanċ tal-massa, l-operatur għandu jikkalkula wkoll il-parametri li ġejjin li huma definiti minn dawn il-kalkoli:
(i)Il-kwantità preliminari totali ta’ CO2 għandha tiġi kkalkulata bil-multiplikazzjoni tad-data dwar l-attivitajiet relatata mal-ammont ta’ karburant jew materjal li jidħol fil-limiti tal-bilanċ tal-massa jew li joħroġ minnhom, mal-kontenut ta’ karbonju ta’ karburant jew materjal, u bi 3,664 t CO2/t C;
(ii)Il-kwantità ta’ CO2 relatata mal-bijomassa għandha tiġi kkalkulata billi l-kwantita preliminari totali ta’ CO2 tiġi mmultiplikata bil-frazzjoni tal-bijomassa;
(iii)Il-kwantità ta’ CO2 relatata mal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero għandha tiġi kkalkulata bil-multiplikazzjoni tal-kwantità preliminari totali ta’ CO2 bil-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero;
(iv)Jekk applikabbli, il-kwantità ta’ CO2 relatata ma’ RFNBO, RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju għandha tiġi kkalkulata bil-multiplikazzjoni tal-kwantità preliminari totali ta’ CO2 bil-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew bil-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju;
(v)Jekk applikabbli, il-kwantità ta’ CO2 relatata ma’ RFNBO, RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero għandha tiġi kkalkulata bil-multiplikazzjoni tal-kwantità preliminari totali ta’ CO2 bil-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew bil-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero.”;
(c)jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:
“3. Fejn l-operatur juża bilanċ tal-massa f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u l-karbonju bi klassifikazzjoni żero jkun jinsab fil-materjali ta’ input jew fil-karburanti, u l-materjali ta’ output ikun fihom il-karbonju, l-operatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti data dwar il-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero tal-kontenut tal-karbonju tal-flussi tal-output. B’hekk, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li l-emissjonijiet totali tal-installazzjoni ma jkunux sottovalutati sistematikament mill-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata u li l-massa totali tal-karbonju li tikkorrispondi għall-frazzjonijiet tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero tal-karbonju li jinsabu fil-materjali ta’ output rilevanti kollha, ma tkunx inqas mill-massa totali ta’ frazzjonijiet bi klassifikazzjoni żero tal-karbonju li tinsab fil-materjali ta’ input u fil-karburanti.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 39 għandhom japplikaw fir-rigward tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero tal-bijogass u tal-gass naturali użati bħala input.”;
(14)L-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 2, jitħassar l-aħħar subparagrafu.
(b)jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 3 li ġejjin:
“2a. L-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa biss għal karburanti jew materjali mħallta li fihom il-bijomassa. Għal karburanti jew materjali oħrajn għandu jintuża l-valur predefinit ta’ 0 % għall-frazzjoni tal-bijomassa ta’ karburanti fossili jew materjali, u valur predefinit ta’ 100 % frazzjoni tal-bijomassa għal karburanti tal-bijomassa jew materjali li jikkonsistu esklussivament minn bijomassa.
L-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju biss għal karburanti mħallta li fihom RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju. Għal karburanti oħra għandu jintuża l-valur predefinit ta’ 0 % għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju, u valur predefinit ta’ 100 % ta’ frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju li jikkonsistu esklussivament minn RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju.
L-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni sintetika b’livell baxx tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero biss meta l-operatur ikun irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero.
3. Fir-rigward tal-interdipendenza tal-fatturi ta’ kalkolu relatati mal-kompożizzjoni, l-operatur għandu japplika r-regoli li ġejjin:
(i)Meta karburant jew materjal ikun fih bijomassa, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa f’konformità mal-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament.
(ii)Meta l-frazzjoni tal-bijomassa ma tkunx żero u meta l-operatur ikun irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament.
(iii)Meta karburant ikun fih RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju f’konformità mal-Artikolu 39a(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.
(iv)Meta l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF ma tkunx żero u meta l-operatur ikun irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament.
(v)Meta l-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ma tkunx żero u meta l-operatur ikun irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni sintetika b’livell baxx tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament.
(vi)Meta l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero ma jkunux żero, l-operatur għandu jikkalkula l-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero bħala s-somma tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero. Il-frazzjoni fossili hija s-somma tal-frazzjonijiet kollha mingħajr klassifikazzjoni żero.
(vii)L-operatur għandu jikkalkula l-fattur ta’ emissjoni bħala l-fattur ta’ emissjoni preliminari mmultiplikat bil-frazzjoni fossili.
Għall-fini tal-punt (vi), meta l-operatur ma jikkalkulax il-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni fossili għandha tkun ta’ 100 %.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operatur jista’:
(i)jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bħala identika għall-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, jekk din tal-aħħar tiġi ddeterminata abbażi tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(ii)jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bħala identika għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero, jekk din tal-aħħar tiġi ddeterminata abbażi tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(iii)jiddetermina l-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bħala identika għall-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, jekk din tal-aħħar tiġi ddeterminata abbażi tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.”;
(15)fl-Artikolu 37(2), l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
Jekk jintużaw il-karburanti mħallta, l-operatur għandu jipprovdi evidenza li l-applikazzjoni tal-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu ma twassalx għal sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet.”;
(16)fit-taqsima 2, it-titolu tas-subtaqsima 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Trattament tal-bijomassa, tal-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, RFNBO u RCF;
(17)L-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, jitħassar l-aħħar subparagrafu;
(b)fil-paragrafu 2, jitħassar l-ewwel subparagrafu;
(c)il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:
(i)it-terminu “frazzjoni ta’ bijomassa” huwa sostitwit bi “frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero”;
(ii)l-aħħar subparagrafu jitħassar;
(d)il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
(i)l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti tal-bijomassa għandhom jissodisfaw il-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, sabiex jingħaddu mal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero ta’ fluss minn sors.”;
(ii)is-sitt subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva. Il-kriterji jistgħu jitqiesu ssodisfati wkoll jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ bijokarburant, bijolikwidu jew bijogass marbuta mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-Data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.”;
(iii)is-seba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Meta l-bijomassa użata ma tikkonformax ma’ dan il-paragrafu, il-kontenut tal-karbonju tagħha għandu jitqies bħala karbonju fossili.”;
(iv)jiddaħħal it-tmien subparagrafu li ġej:
“Meta skont l-ewwel sas-sitt subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 ma japplikawx għall-bijomassa, il-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero hija ugwali għall-frazzjoni tal-bijomassa tagħha.”;
(18)L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Għal karburanti jew materjali li fihom il-bijomassa, l-operatur jista’ jew jassumi l-assenza ta’ bijomassa u japplika frazzjoni tal-bijomassa predefinita ta’ 0 %, jew jiddetermina frazzjoni tal-bijomassa f’konformità mal-paragrafu 2, billi japplika livelli kif definit fit-Taqsima 2.4 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.”;
(b)fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn, soġġett għal-livell meħtieġ, l-operatur ikollu jwettaq analiżijiet biex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa, iżda jekk l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu mhix teknikament fattibbli jew ikollha kostijiet irraġonevoli, l-operatur għandu jissottometti metodu alternattiv ta’ stima sabiex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni. Għall-karburanti jew il-materjali li joriġinaw minn proċess ta’ produzzjoni bi flussi ta’ input definiti u traċċabbli, l-operatur jista’ jibbaża l-istima fuq bilanċ materjali tal-karbonju fossili u tal-bijomassa li jkun dieħel u ħiereġ mill-proċess.”;
(c)jitħassar il-paragrafu 2a.
(d)il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:
(i)fl-ewwel subparagrafu, ir-referenza għall-“Artikolu 43(4)” hija sostitwita b’“l-Artikolu 43(4b)”.
(ii)it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-operatur jista’ jiddetermina li ċerta kwantità ta’ gass naturali mill-grilja tal-gass hija bijogass bi klassifikazzjoni żero billi juża l-metodoloġija stabbilita fil-paragrafu 4. F’dan il-każ, permezz ta’deroga mill-Artikolu 30(3), l-operatur għandu jqis il-frazzjoni tal-bijomassa bħala identika għall-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero.”;
(e)il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:
(i)l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. L-operatur jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa u l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero tal-bijogass identika billi juża r-rekords tax-xiri ta’ bijogass b’kontenut ta’ enerġija ekwivalenti, sakemm l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:”;
(ii)l-aħħar subparagrafu huwa sostitiw b’dan li ġej:
“Għall-fini li tintwera l-konformità ma’ dan il-paragrafu, l-operatur jista’ juża d-data rreġistrata f’bażi tad-data stabbilita minn Stat Membru wieħed jew aktar li tippermetti t-traċċar tat-trasferimenti tal-bijogass. Il-konformità ma’ dan il-paragrafu tista’ titqies murija jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ bijogass konness mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.”;
(19)jiddaħħal l-Artikolu 39a li ġej:
“Artikolu 39a
Determinazzjoni ta’ RFNBO jew RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju u RFNBO jew RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero
1.Għal karburanti jew materjali li fihom RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju li għalihom l-operatur ma jistax jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju f’konformità mal-paragrafu 2, l-operatur għandu jassumi l-assenza ta’ RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju u japplika frazzjoni predefinita tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ta’ 0 %.
2.L-operatur għandu jiddetermina l-fatturi ta’ kalkolu li ġejjin relatati mal-kompożizzjoni tal-karburanti abbażi tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001:
(i)il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero;
(ii)il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju.
Permezz ta’deroga mill-ewwel subparagrafu, jekk l-operatur ma jkunx irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew għall-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju jistgħu jintużaw approċċi oħra bħal bilanċ materjali tal-proċess ta’ taħlit jew ta’ produzzjoni li minnu jinkiseb il-karburant jew il-materjal.
3.Il-kontenut tal-karbonju tal-karburanti li jikkwalifikaw bħala RFNBOs jew RCFs skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 li jikkonformaw mal-kriterji tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29a ta’ dik id-Direttiva, għandu jitqies bħala klassifikat żero.
Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva. Il-kriterji jistgħu jitqiesu ssodisfati wkoll jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ RFNBOs jew RCFs konnessi mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.
Meta l-RFNBO jew l-RCF ma jikkonformawx mal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-kontenut tal-karbonju tagħhom għandu jitqies bħala karbonju fossili.
4.Il-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju għandhom ikunu klassifikati żero meta l-kontenut tal-karbonju tagħhom ikun ġie soġġett għaċ-ċediment minn qabel tal-kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE, sakemm dak il-karbonju maqbud ma jkunx karbonju bi klassifikazzjoni żero kif definit fl-Artikolu 3(38f) ta’ dan ir-Regolament.
Il-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29a(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandha tiġi vvalutata f’konformità mal-Artikoli 30 u 31(1) ta’ dik id-Direttiva. Il-kriterji jistgħu jitqiesu ssodisfati wkoll jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju konnessi mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-Data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.
Fi kwalunkwe każ ieħor, il-kontenut tal-karbonju tal-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju għandu jitqies bħala karbonju fossili.
5.L-operatur jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF u frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF identiċi bi klassifikazzjoni żero tal-gass naturali fejn tali frazzjonijiet ikunu ġew injettati fi grilja tal-gass naturali bl-użu ta’ rekords tax-xiri ta’ RFNBO jew RCF ta’ kontenut ta’ enerġija ekwivalenti, dment li l-operatur jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:
(a) ma jkun hemm l-ebda għadd doppju tal-istess kwantità ta’ RFNBO jew RCF, b’mod partikolari li l-RFNBO jew l-RCF mixtrija ma jiġux iddikjarati li jintużaw minn ħadd ieħor, inkluż permezz ta’ divulgazzjoni ta’ garanzija tal-oriġini kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
(b) l-operatur u l-produttur tal-RFNBO jew tal-RCF huma konnessi mal-istess grilja tal-gass.
Il-konformità ma’ dan il-paragrafu tista’ titqies murija jekk l-operatur jipprovdi evidenza ta’ xiri ta’ kwantità ta’ RFNBO jew RCF gassużi konness mal-kanċellazzjoni tal-kwantità rispettiva fil-Bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001, jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti għandha tikkoreġi l-emissjonijiet ivverifikati kif xieraq.”;
(20)l-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:
(i)l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. Fejn rilevanti, l-operatur għandu jiddetermina separatament kwalunkwe ammont ta’ CO2 li jirriżulta minn bijomassa. Għal dan l-għan, l-operatur jista’ juża:”;
(ii)l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn il-metodu propost mill-operatur jinvolvi kampjunar kontinwu mill-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija, EN 15259 (Kwalità tal-arja — Kejl ta’ emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji — Rekwiżiti għal taqsimiet u postijiet ta’ kejl u għall-għan, il-pjan u r-rapport tal-kejl) għandu jiġi applikat. Il-pjan ta’ kampjunar skont l-Artikolu 33 għandu jkun proporzjonat mal-frekwenza tal-analiżi f’konformità mal-Anness VII ta’ dan ir-Regolament u jiżgura r-rappreżentattività biex ikopri s-sena kollha ta’ rapportar.”;
(b)jiddaħħlu l-paragrafi 4a, 4b u 4c li ġejjin:
“4a. L-operatur għandu juża l-frazzjoni tal-bijomassa ddeterminata f’konformità mal-paragrafu 4 bħala l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin għall-karburanti jew il-materjali kollha li jwasslu għal emissjonijiet li għalihom tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl:
(i)skont l-ewwel sas-sitt subparagrafi tal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 u 10 tal-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 ma japplikawx; jew
(ii)100 % tal-frazzjoni tal-bijomassa tal-karburant jew tal-materjal użat huma koperti mill-evidenza rilevanti skont l-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament.
Il-kundizzjoni (ii) għandha titqies issodisfata għall-bijogass immonitorjat f’konformità mal-Artikolu 39(4) ta’ dan ir-Regolament.
Fejn il-kundizzjonijiet (i) u (ii) ma jiġux issodisfati għal karburanti jew materjali li jwasslu għal emissjonijiet li għalihom tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, l-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero għal dawn il-karburanti jew materjali bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq il-kalkolu f’konformità mal-Artikoli 24 sa 39a ta’ dan ir-Regolament.
4b. L-operatur jista’ jnaqqas mill-emissjonijiet totali tas-sors ta’ emissjoni l-emissjonijiet minn bijomassa bi klassifikazzjoni żero ddeterminati f’konformità mal-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu.
Meta l-metodu propost mill-operatur għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero jinvolvi kampjunar kontinwu mill-fluss tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija u l-installazzjoni tikkonsma gass naturali mill-grilja, l-operatur għandu jiddetermina l-ammont fiżiku ta’ CO2 tal-bijogass użat f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 ta’ dan ir-Regolament u jnaqqas l-ammont ta’ CO2 rispettiv mis-CO2 bi klassifikazzjoni żero ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 4a ta’ dan l-Artikolu.
4c. Meta l-operatur juża RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero fi proċess li għalih tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, l-operatur jista’ jnaqqas mill-emissjonijiet totali l-emissjonijiet minn RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero.
L-emissjonijiet minn RFNBOs, RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero għandhom jiġu ddeterminati bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq il-kalkolu f’konformità mal-Artikoli 24 sa 39a ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu ugwali għad-data dwar l-attivitajiet tal-karburant rilevanti mmultiplikata bil-fattur ta’ emissjoni preliminari u l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero.”;
(c)fil-paragrafu 5, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a) kalkolu permezz ta’ bilanċ tal-materjal adattat, b’kunsiderazzjoni tal-parametri sinifikanti kollha fuq in-naħa tal-input, inkluż għall-emissjonijiet ta’ CO2 mill-inqas it-tagħbijiet tal-materjali ta’ input, il-fluss tal-arja tal-input u l-effiċjenza tal-proċess, kif ukoll fuq in-naħa tal-output, inkluża mill-inqas il-produzzjoni tal-prodott u l-konċentrazzjoni ta’ ossiġenu (O2), diossidu tal-kubrit (SO2) u ossidi tan-nitroġenu (NOx)”;
(21)fl-Artikolu 44(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-operatur għandu jikkalkula l-medji fis-siegħa għal kull parametru, inkluż il-konċentrazzjonijiet u l-fluss, rilevanti għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet jew tal-ammonti ta’ CO2 trasferit bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl bl-użu tal-punti kollha tad-data disponibbli għal dik is-siegħa speċifika.”;
(22)fl-Artikolu 46 u fl-Anness I, it-Taqsima 1, il-punti (7)(a), (b) u (c), it-terminu “network ta’ trasport” huwa sostitwit b’“infrastruttura tat-trasport tas-CO2”.
(23)fl-Artikolu 47(2), jitħassar l-aħħar subparagrafu.
(24)l-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Fejn CO2 inerenti joriġina minn attivitajiet koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew inklużi skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva u sussegwentement jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni bħala parti ta’ fluss minn sors lejn installazzjoni u attività oħra koperti b’dik id-Direttiva, ma għandux jingħadd bħala emissjonijiet tal-installazzjoni fejn joriġina. Għad-determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero tas-CO2 inerenti f’konformità mal-Artikolu 39 ta’ dan ir-Regolament, l-operatur tal-installazzjoni tat-trasferiment għandu jiżgura li l-metodoloġija ta’ monitoraġġ magħżula ma tissottovalutax b’mod sistematiku l-emissjonijiet totali tal-installazzjoni tat-trasferiment.”;
(b)fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. L-operaturi jistgħu jiddeterminaw kwantitajiet ta’ CO2 inerenti ttrasferiti barra mill-installazzjoni kemm fl-installazzjoni tat-trasferiment kif ukoll f’dik riċevitriċi. F’dak il-każ, il-kwantitajiet ta’ CO2 inerenti ttrasferiti u riċevuti rispettivament u l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero korrispondenti, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero għandhom ikunu identiċi.”;
(25)L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-operatur għandu jnaqqas mill-emissjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe ammont ta’ CO2 li joriġina mill-attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li ma joriġinax minn karbonju bi klassifikazzjoni żero u li ma jiġix rilaxxat mill-installazzjoni, iżda ttrasferit barra mill-installazzjoni għal kwalunkwe waħda mill-installazzjonijiet li ġejjin:
(i)installazzjoni għall-qbid għall-fini ta’ trasport u ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f’post ta’ ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;
(ii)infrastruttura tat-trasport tas-CO2 bl-iskop ta’ ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil f’post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE;
(iii)post tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE għall-fini ta’ ħżin ġeoloġiku fuq perjodu twil.”;
(b)il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“3. Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ CO2 ittrasferit minn installazzjoni waħda jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għal installazzjoni jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 oħra f’konformità mal-paragrafu 1, l-operatur għandu japplika, soġġett għad-dispożizzjonijiet ulterjuri stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, jew metodoloġija bbażata fuq il-kalkolu, jew metodoloġija bbażata fuq il-kejl, f’konformità mal-Artikoli 43, 44 u 45 ta’ dan ir-Regolament.
Meta tiġi applikata l-metodoloġija bbażata fuq il-kejl, is-sors tal-emissjonijiet għandu jikkorrispondi mal-punt tal-kejl u l-emissjonijiet għandhom jiġu espressi bħala l-kwantità ta’ CO2 ittrasferit.
4. Meta juża metodoloġija bbażata fuq il-kejl għad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ CO2 ittrasferit minn installazzjoni jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għal oħra, l-operatur għandu japplika l-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.
Madankollu, l-operatur jista’ japplika l-livell iktar baxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li huwa jistabbilixxi li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness VIII ma tkunx teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.”;
(c)jiddaħħlu l-paragrafi 6 u 7:
“6. Fil-każ tat-trasferiment ta’ CO2 lejn installazzjoni għall-qbid li jirriżulta minn materjali jew karburanti li fihom frazzjoni ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, l-installazzjoni ta’ trasferiment għandha tnaqqas biss mill-emissjonijiet irrapportati tagħha f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu l-kwantità ta’ CO2 proporzjonali għall-frazzjoni ta’ karbonju li ma joriġinax minn karbonju bi klassifikazzjoni żero.
Operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jew sit tal-ħżin għandu jimmonitorja l-emissjonijiet minn avvenimenti ta’ tnixxija, emissjonijiet li jaħarbu u emissjonijiet irrilaxxati apposta minn kwalunkwe CO2 imsemmi fl-ewwel subparagrafu, inkluż minn CO2 li joriġina minn entitajiet li ma jwettqux attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, u jirrapporta l-emissjonijiet daqslikieku s-CO2 kien fossili.
7. L-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jista’ jinkludi fl-emissjonijiet irrapportati f’perjodu ta’ rapportar partikolari, kwalunkwe CO2 fi tranżitu li jkun ġie ttrasferit lejn installazzjoni jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 oħra sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara. Kull sena, l-operatur għandu jiġbor inventarju tas-CO2 li jidħol u joħroġ mill-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 u jirrapporta separatament kwalunkwe CO2 fi tranżitu.”;
(26)jiddaħħal l-Artikolu 49a li ġej:
“Artikolu 49a
Emissjonijiet marbuta kimikament b’mod permanenti fi prodott
1.
L-operatur għandu jnaqqas mill-emissjonijiet tal-installazzjoni kwalunkwe ammont ta’ CO2 li joriġina minn karbonju mingħajr klassifikazzjoni żero f’attivitajiet koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li ma jiġix rilaxxat mill-installazzjoni, iżda kimikament marbut b’mod permanenti fi prodott elenkat fir-Regolament Delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE.
Fil-każ ta’ CO2 li jirriżulta minn materjali jew karburanti li fihom frazzjoni ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, l-operatur għandu jnaqqas biss mill-emissjonijiet tal-installazzjoni l-kwantità tas-CO2 kimikament marbut b’mod permanenti fi prodott elenkat fir-Regolament Delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE, proporzjonali għall-frazzjoni tal-karbonju li ma joriġinax minn karbonju bi klassifikazzjoni żero.
2.
Għad-determinazzjoni tal-kwantità ta’ CO2 marbut fi prodott li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-operatur għandu jew japplika l-metodoloġija standard f’konformità mat-Taqsimiet 2 u 4 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament, jew japplika bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament bl-użu tal-karburanti u l-materjali li jkunu deħlin u ħerġin mill-proċess li fih is-CO2 ikun kimikament marbut bħala l-flussi minn sorsi rilevanti għal dan il-kalkolu, filwaqt li titqies kwalunkwe emissjoni ta’ kombustjoni relatata mal-proċess. Għal dan l-għan, l-ogħla livell kif definit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi applikat kif speċifikat fl-istess Anness għall-attività li minnha joriġina s-CO2. Madankollu, l-operatur jista’ japplika l-livell iktar baxx li jkun imiss bil-kundizzjoni li l-operatur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-applikazzjoni tal-ogħla livell kif iddefinit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament mhijiex teknikament fattibbli jew timplika kostijiet irraġonevoli.”;
(27)it-titolu tal-Kapitolu IV huwa sostitwit b’dan li ġej:
“MONITORAĠĠ TA’ EMISSJONIJIET U EFFETTI MHUX TAS-CO2 MILL-AVJAZZJONI”;
(28)L-Artikolu 51 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja u jirrapporta emissjonijiet u effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 mill-attivitajiet tal-avjazzjoni għat-titjiriet kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE li jitwettqu minn dak l-operatur ta’ inġenju tal-ajru matul il-perjodu ta’ rapportar u li għalihom l-operatur ta’ inġenju tal-ajru huwa responsabbli.”;
(b)Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li gej:
“3. Għall-fini li jiġi identifikat l-operatur ta’ inġenju tal-ajru uniku msemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun responsabbli għal titjira, għandu jintuża s-sinjal tas-sejħa użat għall-finijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif stabbilit fl-entrata 7 tal-pjan tat-titjira. Is-sinjal tas-sejħa għandu jiddetermina l-operatur ta’ inġenju tal-ajru kif ġej:
(a)meta l-entrata 7 jkun fiha d-deżinjatur tal-ICAO għall-aġenzija operattiva tal-inġenji tal-ajru, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru uniku għandu jkun l-aġenzija operattiva tal-inġenji tal-ajru li tkun ġiet assenjata dak id-diżenjatur tal-ICAO;
(b)meta l-entrata 7 jkun fiha n-nazzjonalità jew il-marka komuni, u l-marka tar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkun espliċitament elenkat f’ċertifikat tal-operatur tal-ajru (jew ekwivalenti) jew f’dokument maħruġ minn Stat u li jidentifika l-operatur ta’ inġenju tal-ajru, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru uniku għandu jkun il-persuna ġuridika jew fiżika li jkollha dak iċ-ċertifikat tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru (jew ekwivalenti) jew li tkun iddikjarata fid-dokument.”;
(c)jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:
“3a. Meta l-operatur ta’ inġenju tal-ajru uniku ma jkunx jista’ jiġi identifikat bl-użu tas-sinjal tas-sejħa kif imsemmi fil-paragrafu 3, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru uniku msemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/87/KE li jkun responsabbli għal titjira, ikun il-persuna ġuridika jew fiżika li jkollha relazzjoni ta’ impjieg jew kuntrattwali oħra mal-kaptan tat-titjira.”;
(29)Fl-Artikolu 52(1), l-ewwel żewġ subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:
“1. Mhux aktar tard minn 4 xhur qabel ma operatur ta’ inġenju tal-ajru jibda attivitajiet ta’ avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti pjan ta’ monitoraġġ għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, operatur ta’ inġenju tal-ajru li għall-ewwel darba jwettaq attività tal-avjazzjoni koperta bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, jew jimmonitorja u jirrapporta l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, li ma setgħux jiġu previsti 4 xhur qabel l-attività, għandu jissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed, iżda mhux aktar minn 6 ġimgħat wara li l-attività tkun twettqet. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa lill-awtorità kompetenti għala ma setax jissottometti pjan ta’ monitoraġġ 4 xhur qabel l-attività.”;
(30)L-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-emissjonijiet annwali ta’ CO2 minn attivitajiet tal-avjazzjoni billi jimmultiplika l-konsum annwali ta’ kull karburant pur (espress f’tunnellati) bil-fattur rispettiv ta’ emissjoni.
Għall-karburanti tal-avjazzjoni mħallta, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-ammont teoretiku ta’ kull karburant pur mill-ammont totali ta’ dak il-karburant tal-avjazzjoni mħallat u d-data ta’ kompożizzjoni rilevanti billi japplika dan li ġej:
(i)meta karburant ikun fih bijomassa, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa f’konformità mal-Artikolu 54;
(ii)meta karburant ikun fih RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju f’konformità mal-Artikolu 54b;
(iii)meta l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ma tkunx żero u meta l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jkun irid jagħmel użu minn klassifikazzjoni żero, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 54c;
(iv)meta l-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero ma jkunux żero, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jikkalkula l-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero bħala s-somma tal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero. Il-frazzjoni fossili hija s-somma tal-frazzjonijiet kollha mingħajr klassifikazzjoni żero.
(v)l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jikkalkula l-ammont ta’ kull karburant pur bħala l-ammont totali tal-karburant tal-avjazzjoni mħallat immultiplikat bil-frazzjoni rilevanti.
Għall-fini tal-punt (iv) ta’ dan il-paragrafu, meta l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jikkalkulax il-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero, il-frazzjoni fossili għandha tkun 100 %.”;
(b)jiddaħħlu l-paragrafi 1a u 1b li ġejjin:
“1a. B’deroga mill-paragrafu 1, għall-fini tal-valutazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 55(1) u 55(2) ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 28a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u fl-entrata “Avjazzjoni” tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-emissjonijiet tas-CO2 bil-multiplikazzjoni tal-konsum annwali ta’ kull karburant bil-fattur ta’ emissjonijiet preliminari tiegħu.
1b. Għall-fini tar-rapportar skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 (*), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina u jirrapporta l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-multiplikazzjoni tal-konsum annwali ta’ kull karburant bil-fattur ta’ emissjoni preliminari tiegħu.
(*)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta’ Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 10, ELI:
http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1603/oj
). ”;
(c)fil-paragrafu 6, l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għal karburanti tal-avjazzjoni alternattivi għajr bijokarburanti, RFNBO, RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-fattur ta’ emissjoni f’konformità mal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament. Għal karburanti bħal dawn, il-valur kalorifiku nett għandu jiġi ddeterminat u rrapportat bħala element ta’ memo.”
(31)jiddaħħal l-Artikolu 53a li ġej:
“Artikolu 53a
Regoli ta’ rapportar għall-użu ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi
1.L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja l-ammont ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi użati u jirrapporta dak l-ammont kif attribwit għal kull titjira jew par ta’ ajrudromi.
2.Meta l-karburanti tal-avjazzjoni alternattivi jiġu kkonsenjati lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni alternattiv huwa attribwit għat-titjira immedjatament wara l-ippumpjar tal-karburant ta’ dik it-titjira.
Meta jitwettqu diversi titjiriet sussegwenti mingħajr ippumpjar tal-karburant bejn dawn it-titjiriet, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jaqsam l-ammont ta’ karburant alternattiv u jassenjah lil dawn it-titjiriet b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet ikkalkulati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari.
3.Meta l-karburanti tal-avjazzjoni alternattivi ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti fiżikament f’ajrudrom għal titjira speċifika, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jattribwixxi l-karburant għat-titjiriet tiegħu li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet li jitilqu minn dak l-ajrudrom ikkalkulati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari.
F’dan ir-rigward, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jrid jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni alternattiv ġie kkonsenjat lis-sistema ta’ riforniment tal-karburant tal-ajrudrom tat-tluq fil-perjodu ta’ rapportar, jew 3 xhur qabel il-bidu, jew 3 xhur wara t-tmiem, ta’ dak il-perjodu ta’ rapportar.
4.Għall-fini tal-paragrafi 2 u 3, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:
(i)l-ammont totali ta’ karburant tal-avjazzjoni alternattiv mitlub ma jaqbiżx l-użu totali tal-karburant ta’ dak l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għal titjiriet li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, li joriġinaw mill-ajrudrom li fih jiġi fornut il-karburant tal-avjazzjoni alternattiv;
(ii)l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni alternattiv għal titjiriet li għalihom il-kwoti jridu jiġu ċeduti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE ma jaqbiżx il-kwantità totali ta’ karburant tal-avjazzjoni alternattiv mixtri li minnu titnaqqas il-kwantità totali ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi mibjugħa lil partijiet terzi;
(iii)il-proporzjon bejn il-karburanti tal-avjazzjoni alternattivi u l-karburanti fossili attribwiti għal titjiriet aggregati għal kull par ta’ ajrudromi ma jaqbiżx il-limitu massimu ta’ taħlit għal dak it-tip ta’ karburant kif iċċertifikat skont standard internazzjonali rikonoxxut;
(iv)ma hemm l-ebda għadd doppju tal-istess kwantità ta’ karburant tal-avjazzjoni alternattiv, b’mod partikolari li l-karburant tal-avjazzjoni alternattiv mixtri ma jiġix iddikjarat li jintuża f’rapport preċedenti jew minn xi operatur ta’ inġenju tal-ajru ieħor, jew f’sistema oħra tal-ipprezzar tal-karbonju.
Għall-fini tal-punti (i) sa (iii), kwalunkwe karburant li jibqa’ fit-tankijiet wara titjira u qabel l-ippumpjar tal-karburant huwa preżunt li huwa 100 % karburant fossili.
Għall-fini li tintwera l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (iv), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ juża d-data rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva.”;
(32)l-Artikoli 54 u 54a huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 54
Determinazzjoni tal-frazzjoni tal-bijomassa għall-bijokarburanti
1.L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa tal-karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom il-bijokarburanti. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jew jassumi n-nuqqas ta’ bijokarburant u japplika frazzjoni fossili prestabbilita ta’ 100 %, jew jiddetermina frazzjoni ta’ bijokarburant f’konformità mal-paragrafi 2 jew 3. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-valur prestabbilit tal-frazzjoni tal-bijomassa ta’ 100 % għall-bijokarburanti puri.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru li juża karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom il-bijokarburanti, jista’ jagħżel li jimmonitorja l-kontenut tal-bijokarburanti u l-kontenut tal-karburanti fossili tal-avjazzjoni, bħala flussi minn sorsi separati jekk l-evidenza pprovduta mill-fornituri tal-karburant tippermetti tali approċċ.
2.Fejn il-bijokarburanti jitħalltu fiżikament mal-karburanti fossili u jitwasslu lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jwettaq analiżijiet f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 biex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa, abbażi ta’ standard rilevanti u l-metodi analitiċi stabbiliti f’dawk l-Artikoli, sakemm l-użu ta’ dak l-istandard u ta’ dawk il-metodi analitiċi jiġi approvat mill-awtorità kompetenti. Fejn l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li tali analiżijiet iġarrbu kostijiet irraġonevoli jew ma jkunux teknikament fattibbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jibbaża l-istima tal-kontenut tal-bijokarburanti fuq bilanċ materjali tat-taħlit ta’ karburanti fossili u bijokarburanti mixtrija. Jekk il-frazzjoni tal-bijomassa tkun ġiet iddeterminata bl-użu tal-bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, ma għandha tkun meħtieġa l-ebda evidenza ta’ kostijiet irraġonevoli jew fattibbiltà teknika.
3.Fejn il-lottijiet ta’ bijokarburant mixtrija ma jitwasslux fiżikament lil inġenju tal-ajru speċifiku, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma għandux juża l-analiżijiet biex jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa tal-karburanti użati. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-bijomassa bl-użu ta’ rekords tax-xiri ta’ bijokarburant b’kontenut ta’ enerġija ekwivalenti.
Arikolu 54a
Dispożizzjonijiet speċifiċi għal karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli
1.Għall-fini tal-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru kummerċjali għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura bil-miktub sabiex jimmonitorja kwalunkwe ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli pur (f’tunnellati) użat għal titjiriet subsoniċi, u għandu jirrapporta l-ammonti ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli ddikjarati bħala element ta’ memo separat fir-rapport annwali tiegħu dwar l-emissjonijiet.
2.Għall-fini tal-paragrafu 1, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiżgura li kwalunkwe ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli mitlub jiġi ċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew ċertifikazzjoni oħra aċċettata skont ir-Regolament 2023/2405. L-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-operatur ta’ inġenju tal-ajru juża d-data rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sussegwenti rigward il-prova tas-sostenibbiltà tal-kwantitajiet ikkanċellati fil-bażijiet tad-data msemmija hawn fuq, l-Awtorità Kompetenti għandha tikkoreġi l-ammonti vverifikati ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli puri kif xieraq.
3.Għall-karburanti tal-avjazzjoni mħallta, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jew jassumi n-nuqqas ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli u japplika frazzjoni fossili predefinita ta’ 100 % jew jiddetermina l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli pur f’konformità mal-paragrafu 3a.
3a. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli pur bħala somma ta’ karburanti alternattivi puri eliġibbli skont l-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 53(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-karburanti eliġibbli puri għandhom jiġu attribwiti għal kull titjira jew par ta’ ajrudromi f’konformità mal-paragrafi 4 jew 5.
4.Meta l-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli jiġu kkonsenjati lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli huwa attribwit għat-titjira immedjatament wara l-ippumpjar tal-karburant ta’ dik it-titjira.
Meta jitwettqu diversi titjiriet sussegwenti mingħajr l-ippumpjar tal-karburant bejn dawn it-titjiriet, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jaqsam l-ammont tal-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli u jassenjah għal dawn it-titjiriet b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet ikkalkolati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari.
5.Meta l-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti fiżikament f’ajrudrom għal titjira speċifika, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jattribwixxi l-karburant għat-titjiriet tiegħu li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u t-titjiriet tiegħu koperti bl-Artikolu 3c(8) ta’ dik id-Direttiva, b’mod proporzjonali għall-emissjonijiet minn dawk it-titjiriet li jitilqu minn dak l-ajrudrom ikkalkulati bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari.
Għal dak l-għan, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jrid jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli ġie kkonsenjat lis-sistema ta’ riforniment tal-karburant tal-ajrudrom tat-tluq fil-perjodu ta’ rapportar, jew 3 xhur qabel il-bidu, jew 3 xhur wara t-tmiem, ta’ dak il-perjodu ta’ rapportar.
6.Għall-fini tal-paragrafi 4 u 5, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li:
(a)l-ammont totali ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli mitlub ma jaqbiżx l-użu totali tal-karburant ta’ dak l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għal titjiriet li għalihom iridu jiġu ċeduti kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u għal titjiriet koperti mill-Artikolu 3c(8) ta’ dik id-Direttiva, li joriġinaw mill-ajrudrom li fih jiġi fornut il-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli;
(b)l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli għal titjiriet li għalihom iridu jiġu ċeduti l-kwoti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u minn titjiriet koperti mill-Artikolu 3c(8) ta’ dik id-Direttiva ma jaqbiżx il-kwantità totali ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli mixtri li minnu titnaqqas il-kwantità totali ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli mibjugħa lil partijiet terzi;
(c)il-proporzjon bejn il-karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli u l-karburanti fossili attribwiti għal titjiriet aggregati għal kull par ta’ ajrudromi ma jaqbiżx il-limitu massimu ta’ taħlit għal dak it-tip ta’ karburant kif iċċertifikat skont standard internazzjonali rikonoxxut;
(d)ma hemm l-ebda għadd doppju tal-istess kwantità ta’ karburant tal-avjazzjoni eliġibbli, b’mod partikolari li l-karburant tal-avjazzjoni eliġibbli mixtri ma jiġix iddikjarat li jintuża f’rapport preċedenti jew minn xi operatur ta’ inġenju tal-ajru ieħor, jew f’sistema oħra tal-ipprezzar tal-karbonju.
Għall-fini tal-punti (a), (b) u (c), kwalunkwe karburant li jibqa’ fit-tankijiet wara titjira u qabel l-ippumpjar tal-karburant jitqies li huwa karburant 100 % mhux eliġibbli.
Għall-fini li tintwera l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-punt (d), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ juża d-data rreġistrata fil-bażi tad-data tal-Unjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew bażi tad-data nazzjonali stabbilita mill-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 31a(5) ta’ dik id-Direttiva.”;
(33)jiddaħħlu l-Artikoli 54b u 54c li ġejjin:
“Artikolu 54b
Determinazzjoni tal-RFNBO, tal-RCF jew tal-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju
1.L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju tal-karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jew jassumi n-nuqqas ta’ RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju u japplika frazzjoni fossili predefinita ta’ 100 %, jew jiddetermina frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju f’konformità mal-paragrafi 2 jew 3. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża valur predefinit ta’ frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF ta’ 100 %, jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ta’ 100 %, kif applikabbli, għal RFNBO jew RCF pur jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju pur.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru li juża karburanti tal-avjazzjoni mħallta li fihom RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju, jista’ jagħżel li jimmonitorja l-kontenut RFNBO jew RCF jew kontenut sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju u kontenut ieħor ta’ karburanti fossili tal-avjazzjoni, bħala flussi minn sorsi separati jekk l-evidenza pprovduta mill-fornituri tal-karburant tippermetti tali approċċ.
2.Meta l-RFNBO, l-RCF jew il-karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jitħalltu fiżikament mal-karburanti fossili u jiġu kkonsenjati lill-inġenju tal-ajru f’lottijiet fiżikament identifikabbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jibbaża l-istima tal-kontenut RFNBO jew tal-RCF jew tal-kontenut sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju fuq bilanċ tal-massa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li jirrifletti t-taħlit tal-karburanti fossili u RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju mixtri.
3.Meta l-RFNBO, l-RCF jew il-lottijiet tal-karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju mixtrija ma jiġux ikkonsenjati fiżikament lil inġenju tal-ajru speċifiku, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bl-użu ta’ rekords tax-xiri ta’ RFNBO, RCF jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju b’kontenut ta’ enerġija ekwivalenti.
Artikolu 54c
Kundizzjonijiet għal bijokarburanti, RFNBO, RCF u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru
1.L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jgħodd il-frazzjoni tal-bijomassa ta’ karburant tal-avjazzjoni mħallat mal-frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li l-kontenut tal-bijokarburant jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 38(5).
2.L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jgħodd il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF ta’ karburant tal-avjazzjoni mħallat mal-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li l-kontenut tal-RFNBO jew tal-RCF jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39a(3).
3.L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jgħodd il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju ta’ karburant tal-avjazzjoni mħallat mal-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li l-kontenut sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 39a(4).
4.L-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jiddikjara bijokarburanti bi klassifikazzjoni żero, RFNBO jew RCF bi klassifikazzjoni żero u karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero biss sal-punt li dawn il-karburanti bi klassifikazzjoni żero jikkonformaw mal-ammont massimu ta’ użu tal-karburant iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 53a ta’ dan ir-Regolament, għal titjiriet li għalihom il-kwoti jridu jiġu ċeduti f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2003/87/KE.”;
(34)fl-Artikolu 55(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. B’deroga mill-Artikolu 53, l-emittenti żgħar u l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru li jkollhom emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 3 000 tunnellata ta’ CO2 minn titjiriet għajr dawk imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 28a(1), u fl-Artikolu 3c(8) tad-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jistmaw il-konsum ta’ karburant abbażi tad-distanza għal kull par ta’ ajrudromi bl-użu ta’ għodod implimentati mill-Eurocontrol jew minn organizzazzjoni rilevanti oħra, li tista’ tipproċessa l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-traffiku tal-ajru u tevita kwalunkwe sottovalutazzjoni tal-emissjonijiet.”;
(35)jiddaħħlu l-Artikoli 56a u 56b li ġejjin:
“Artikolu 56a
Kalkolu tal-ekwivalenti tas-CO2 għall-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2
1.Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 mill-attivitajiet tiegħu mwettqa minn ajruplani mgħammra b’magni ġett f’ekwivalenti ta’ CO2 (CO2(e)) għal kull titjira.
2.L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jikkalkula s-CO2(e) għal kull titjira bl-użu tal-metrika tal-GWP, b’mod partikolari GWP20, GWP50 u GWP100, li jirriżultaw f’valuri ta’ CO2(e) għal tliet orizzonti ta’ żmien (20, 50 u 100 sena) għal kull waħda mit-titjiriet immonitorjati.
3.L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-effikaċja kif iddefinita f’dan ir-Regolament u fin-NEATS, biex jirfina l-GWP kif imsemmi fil-paragrafu 2 għall-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira sakemm l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jipprovdix evidenza lill-awtorità kompetenti li mhuwiex possibbli li tintuża l-effikaċja.
4.Għall-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira, kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu japplika approċċ ta’ kalkolu tas-CO2(e) li jkopri l-elementi li ġejjin:
(a)il-modulu tal-ħruq tal-karburant u l-modulu tal-istima tal-emissjonijiet, kif deskritt fl-Anness IIIa, it-Taqsima 3;
(b)il-Metodu C li jikkonsisti f’approċċ ibbażat fuq it-temp u l-Metodu D li jikkonsisti f’approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post, kif imsemmi fl-Anness IIIa, it-Taqsima 4;
(c)approċċ ta’ valuri predefiniti, użat f’każ ta’ lakuni fid-data, deskritt fl-Anness IIIa, it-Taqsima 5 u l-Anness IIIb.
Il-Metodu C u l-Metodu D għandhom ikunu bbażati fuq data tal-input mill-moduli msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, data mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru u data rilevanti dwar it-temp mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru jew minn sorsi terzi.
5.Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-Metodu C biex jikkalkula s-CO2(e) għal kull titjira.
6.B’deroga mill-paragrafu 5, emittenti żgħar, kif definiti fl-Artikolu 55(1), jistgħu jużaw il-Metodu D.
7.Sabiex japplikaw il-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e) għat-titjiriet tagħhom, l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, jew bl-użu tan-NEATS, skont l-Anness IIIa, it-Taqsima 2, għodod tal-IT proprji u ta’ partijiet terzi, jew kombinazzjoni tan-NEATS u ta’ dawn l-għodod:
(a)
dawn l-għodod jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IIIa, fir-rigward tal-modulu tal-istima tal-emissjonijiet fit-Taqsima 3, 4 u 5 ta’ dak l-Anness;
(b)
meta tkun meħtieġa data mtejba dwar it-temp kif definit fl-Anness IIIa, dawn l-għodod jużaw l-istess mudell ta’ referenza komuni għat-Tbassir Numeriku tat-Temp (NWP, Numerical Weather Prediction) u d-data dwar it-temp, bħal dak mogħti permezz ta’ NEATS;
(c)
permezz ta’ dawn l-għodod, għall-fini tal-verifika, huwa possibbli u faċilitat l-aċċess għad-data monitorjata f’konformità mal-Anness IIIa, it-Taqsima 4;
(d)
dawn l-għodod jiżguraw li d-data monitorjata tinħażen b’mod sigur għal mill-inqas sentejn, b’funzjonijiet ta’ backup u rkupru;
(e)
dawn l-għodod jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti bl-Artikolu 75(1).
8.Meta operatur ta’ inġenju tal-ajru jippjana li juża l-għodod imsemmija fil-paragrafu 7, għajr il-modulu tal-ħruq tal-karburant, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu l-ewwel jissottometti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-għodod lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ispeċifikazzjonijiet tal-għodod u, meta dawn l-għodod jikkonformaw mar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament, għandha tapprova l-għodod. Ladarba jiġu approvati, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-għodod u l-fluss tax-xogħol għandhom jiġu deskritti aktar mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru fil-pjan ta’ monitoraġġ.
Artikolu 56b
Monitoraġġ tad-data
1.L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja d-data msemmija fit-Taqsima 4 tal-Anness IIIa.
2.Id-data mmonitorjata kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkiseb mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru, inkluż minn tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira tal-inġenju tal-ajru, fejn disponibbli.
3.B’deroga mill-paragrafu 2, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jagħżel li jiddependi għall-monitoraġġ ta’ parti mid-data jew tad-data kollha, fuq dan li ġej:
(a) sorsi terzi indipendenti bħall-Eurocontrol;
(b) in-NEATS, kif deskritta fl-Anness IIIa, it-Taqsima 2.
4.Meta d-data tkun nieqsa u l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jkun wera li mhuwiex kapaċi jikseb dik id-data permezz tan-NEATS jew metodi oħra, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża valuri predefiniti kif previst fl-Anness IIIa, it-Taqsima 5 u l-Anness IIIb.
5.L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-verifikatur b’aċċess għad-data kollha li tkun meħtieġa għall-verifika, inkluża data kunfidenzjali. Fuq talba tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru, l-awtorità kompetenti għandha tittratta l-informazzjoni pprovduta mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru bħala kunfidenzjali.
6.Meta ma jkunx possibbli li tintuża n-NEATS minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tagħha, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja bħala minimu l-informazzjoni dwar it-titjira u l-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru għal kull titjira. F’każ bħal dan il-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira għandu jitwettaq fi stadju aktar tard mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru, mhux aktar tard mid-data li l-Kummissjoni tagħmel in-NEATS disponibbli.
7.Meta ma jkunx possibbli li jintuża mudell NWP ta’ referenza komuni minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà tiegħu fin-NEATS, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu, b’deroga mill-Artikolu 56a(5), juża l-Metodu D. Ladarba l-mudell NWP ta’ referenza komuni jsir disponibbli, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża l-metodu xieraq f’konformità mal-Artikolu 56a(5) u (6).
8.In-NEATS għandha tiġi aġġornata kif xieraq”;
(36)L-Artikolu 58 huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-operatur jew l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċeduri bil-miktub għall-attivitajiet ta’ fluss ta’ data għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 u jiżgura li r-rapport annwali dwar l-emissjonijiet li jirriżulta minn attivitajiet ta’ fluss ta’ data, ma jkunx jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti u jkun konformi mal-pjan ta’ monitoraġġ, dawk il-proċeduri bil-miktub u dan ir-Regolament.”;
(b)fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c) kull pass fil-fluss tad-data mid-data primarja għall-emissjonijiet annwali u l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 li għandu jirrifletti s-sekwenza u l-interazzjoni bejn l-attivitajiet tal-fluss tad-data, inklużi l-formuli rilevanti u l-passi tal-aggregazzjoni tad-data applikati”;
(37)L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Trattament ta’ lakuni fid-data għar-rapportar tal-emissjonijiet”;
(b)fil-paragrafu 2, l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn in-numru ta’ titjiriet b’lakuni fid-data msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi jaqbeż il-5 % tat-titjiriet annwali li jiġu rrapportati, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar dan mingħajr dewmien bla bżonn u għandu jieħu azzjoni ta’ rimedju għat-titjib tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ.
(38)fl-Artikolu 68, jiddaħħlu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:
“5. L-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti taħt l-istess kundizzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1, rapport separat bħala anness mar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, li jkopri l-effetti annwali tal-avjazzjoni mhux tas-CO2.
6. Ir-rapport separat imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness X, it-Taqsima 2a.”;
(39)fl-Artikolu 69(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Kull operatur għandu jivverifika regolarment jekk il-metodoloġija ta’ monitoraġġ applikata tistax tittejjeb.”;
(40)L-Artikolu 70 huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel stima konservattiva tal-emissjonijiet ta’ installazzjoni jew operatur ta’ inġenju tal-ajru u, fejn rilevanti, tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 ta’ operatur ta’ inġenju tal-ajru fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:”;
(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Fejn verifikatur ikun iddikjara, fir-rapport ta’ verifika skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067, l-eżistenza ta’ dikjarazzjonijiet skorretti mhux materjali li ma jkunux ġew ikkoreġuti mill-operatur jew mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru qabel il-ħruġ tar-rapport ta’ verifika, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta dawk id-dikjarazzjonijiet skorretti, u tagħmel stima konservattiva tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 tal-installazzjoni jew tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru fejn ikun xieraq. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-operatur jew lill-operatur ta’ inġenju tal-ajru jekk ikunux meħtieġa korrezzjonijiet u liema huma dawn il-korrezzjonijiet fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet. L-operatur jew l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-verifikatur.”;
(41)l-Artikolu 72(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-emissjonijiet annwali totali ta’ kull wieħed mill-gassijiet serra CO2, N2O u PFCs, kif ukoll l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 għandhom jiġu rrapportati bħala tunnellati approssimati ta’ CO2 jew CO2(e). L-emissjonijiet annwali totali tal-installazzjoni għandhom jiġu kkalkulati bħala t-total tal-valuri approssimati għas-CO2, l-N2O u l-PFCs.”;
(42)L-Artikolu 75d(3) huwa emendat kif ġej:
(a)fit-tieni subparagrafu, it-terminu “bijomassa” huwa sostitwit b’“karburanti bi klassifikazzjoni żero”;
(b)it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 38(5) u 39a(3), sakemm l-informazzjoni rilevanti dwar il-kriterji ta’ sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-karburanti bi klassifikazzjoni żero użati għall-kombustjoni tkun disponibbli għall-entità regolata.”;
(43)
l-Artikolu 75e huwa emendat kif ġej:
(a)fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
(a)“entità tal-kategorija A, fejn mill-2027 sal-2030, l-emissjonijiet annwali medji verifikati fis-sentejn qabel il-perjodu ta’ rapportar qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-iskop, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina mill-karburanti bi klassifikazzjoni żero, huma ugwali jew inqas minn 50 000 tunnellata ta’ CO2(e);
(b)entità tal-kategorija B, fejn mill-2027 sal-2030, l-emissjonijiet annwali medji verifikati fis-sentejn qabel il-perjodu ta’ rapportar qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina mill-karburanti bi klassifikazzjoni żero, huma iktar minn 50 000 tunnellata ta’ CO2(e).”;
(b)fil-paragrafu 3, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a)flussi ta’ karburant de minimis, fejn il-flussi ta’ karburant magħżula mill-entità regolata flimkien jammontaw għal inqas minn 1 000 tunnellata ta’ CO2 fossili fis-sena qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu;”;
(c)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“4. Fejn l-emissjonijiet annwali medji vverifikati użati biex tiġi ddeterminata l-kategorija tal-entità regolata kif imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunux disponibbli jew ma jibqgħux rappreżentattivi għall-fini tal-paragrafu 2, l-entità regolata għandha tuża stima konservattiva tal-emissjonijiet medji annwali kkalkulati qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, biex tiddetermina l-kategorija tal-entità regolata.”;
(d)jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:
“4a. B’deroga mill-paragrafi 2, 3 u 4, qabel l-2027, l-awtorità kompetenti tista’ tippermetti lill-entità regolata tikklassifika lilha nnifisha u lil kull fluss tal-karburant abbażi tal-emissjonijiet wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, meta l-entità regolata tkun tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fattur tal-ambitu applikat għall-klassifikazzjoni se jibqa’ rappreżentattiv fis-snin futuri.”;
(e)il-paragrafu 5 jitħassar.
(44)It-titolu tas-subtaqsima 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Trattament ta’ karburanti sintetiċi tal-bijomassa b’livell baxx ta’ karbonju, RFNBO u RCF”;
(45)l-Artikolu 75m huwa emendat kif ġej:
(a)it-titolu u l-ewwel paragrafu, is-sentenza introduttorja, huma sostitwiti b’dan li ġej:
“Artikolu 75m
Rilaxx ta’ flussi tal-karburant li fihom bijomassa, karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, RFNBO u RCF
1.
L-Artikolu 38, l-Artikolu 39, il-paragrafi 1, 3 u 4, u l-Artikolu 39a għandhom japplikaw. Għal dak il-għan:”;
(b)fil-paragrafu 3, it-terminu “frazzjoni tal-bijomassa” huwa sostitwit bi “frazzjoni tal-karbonju bi klassifikazzjoni żero”.
(46)l-Artikolu 75n huwa emendat kif ġej:
(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra entità regolata bħala entità regolata b’emissjonijiet baxxi meta tiġi ssodisfata tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) mill-2027 sal-2030, l-emissjonijiet annwali medji vverifikati fis-sentejn ta’ qabel il-perjodu ta’ rapportar qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, kienu inqas minn 1 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena;
(b) mill-2031, l-emissjonijiet annwali medji ta’ dik l-entità regolata rrapportati fir-rapporti vverifikati dwar l-emissjonijiet matul il-perjodu ta’ negozjar immedjatament qabel il-perjodu ta’ negozjar attwali, ikkalkulati qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu u bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, kienu inqas minn 1 000 tunnellata ta’ CO2 fis-sena;
(c) fejn l-emissjonijiet annwali medji msemmija fil-punt (a) ma jkunux disponibbli jew ma jibqgħux rappreżentattivi għall-fini tal-punt (a), iżda l-emissjonijiet annwali ta’ dik l-entità regolata għall-5 snin li ġejjin, ikkalkulati qabel l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu u bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, se jkunu, abbażi ta’ metodu ta’ stima konservattiva, inqas minn 1 000 tunnellata ta’ CO2(e) fis-sena.”;
(b)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
“1a. B’deroga mill-paragrafu 1, qabel l-2027, l-awtorità kompetenti tista’ tqis entità regolata bħala entità regolata b’emissjonijiet baxxi abbażi tal-emissjonijiet wara l-applikazzjoni tal-fattur tal-ambitu, bl-esklużjoni tas-CO2 li joriġina minn karburanti bi klassifikazzjoni żero, meta l-entità regolata tkun tista’ turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-fattur tal-ambitu applikat għall-klassifikazzjoni se jibqa’ rappreżentattiv fis-snin futuri.”;
(47)L-Anness I huwa emendat kif ġej:
(a)It-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:
(i)fil-punt (4), il-punt (g), it-terminu “bijomassa” huwa sostitwit b’“karburanti bi klassifikazzjoni żero”;
(ii) fil-punt (7), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(f) fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-metodu ta’ stima konservattiva użat għad-determinazzjoni tal-frazzjoni bi klassifikazzjoni żero u l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero ta’ CO2 inerenti jew ittrasferit f’konformità mal-Artikoli 48, 49 jew 49a;”;
(iii)il-punt (8) jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“8. deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ fejn is-CO2 huwa marbut kimikament f’konformità mal-Artikolu 49a, fejn xieraq fil-forma ta’ deskrizzjoni tal-proċeduri bil-miktub applikati, inklużi dawn li ġejjin:
(a)il-proċeduri għad-determinazzjoni ta’ jekk prodott li fih is-CO2 ikun marbut kimikament b’mod permanenti f’konformità mal-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament, jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament delegat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE u t-tipi ta’ użi ta’ dawk il-prodotti;
(b)deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-kalkolu għad-determinazzjoni tal-ammonti ta’ CO2 marbuta kimikament b’mod permanenti f’konformità mal-Artikolu 49a(2).
(iv)jiddaħħlu l-punti (9) u (9a) li ġejjin:
“9.
meta applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġi vvalutat jekk il-flussi minn sorsi bi klassifikazzjoni żero jikkonformawx mal-Artikolu 38(5) jew 39a(3) jew 39a(4);
9a. meta applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet tal-bijogass bi klassifikazzjoni żero abbażi tar-rekords ta’ xiri f’konformità mal-Artikolu 39(4), jew il-kwantitajiet ta’ RFNBO jew RCF bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 39a(5);”;
(b)It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
(i) il-punt (1) huwa emendat kif ġej:
- il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c) deskrizzjoni tal-proċeduri, is-sistemi u r-responsabbiltajiet użati biex tiġi aġġornata l-kompletezza tal-lista tas-sorsi tal-emissjonijiet matul is-sena ta’ monitoraġġ bl-għan li tiġi żgurata l-kompletezza tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet u tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 tal-inġenji tal-ajru li jkunu ta’ proprjetà tagħhom kif ukoll tal-inġenji tal-ajru mikrija;”;
- il-punti (k), (l) u (m) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(k) konferma jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandux l-intenzjoni li juża xi waħda mill-għodod imsemmija fl-Artikolu 55(2) ta’ dan ir-Regolament u jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandux l-intenzjoni li juża s-simplifikazzjoni skont l-Artikolu 28a(4) tad-Direttiva 2003/87/KE;
(l) fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġi vvalutat jekk bijokarburant bi klassifikazzjoni żero, RFNBO, RCF, jew karburant sintetiku b’livell baxx ta’ karbonju jikkonformawx mal-Artikolu 54c ta’ dan ir-Regolament;
(m) fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi f’konformità mal-Artikolu 53(1) u biex jiġi żgurat li l-karburanti puri rrapportati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 53a ta’ dan ir-Regolament;”;
- il-punt (o) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(o) meta applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġu ddeterminati l-kwantitajiet ta’ karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 54a(3) u biex jiġi żgurat li l-karburanti rrapportati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 54a(4) u 54a(5) ta’ dan ir-Regolament;”;
– jiddaħħlu l-punti (p) u (q) li ġejjin:
“(p) konferma dwar jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru joperax xi titjiriet skont l-Artikolu 56a(1);
(q) konferma dwar jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandux il-ħsieb li juża biss in-NEATS biex jiddetermina l-effetti tal-avjazzjoni marbuta mas-CO2, jekk għad-data monitorjata kollha jew parti minna, għandux il-ħsieb li juża l-għodod tal-IT tiegħu stess jew ta’ parti terza kif deskritt fl-Artikolu 56a(7);”;
(ii) fil-punt (2), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
“2. Għall-fini tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru li mhumiex emittenti żgħar f’konformità mal-Artikolu 55(1) jew li ma għandhomx il-ħsieb li jużaw għodda ta’ emittent żgħir f’konformità mal-Artikolu 55(2):”;
(iii) jiddaħħal il-punt (3) li ġej:
“3. Għall-iskop tal-monitoraġġ tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jkun fih, kif rilevanti, l-informazzjoni li ġejja għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru li ma jużawx biss in-NEATS biex jiddeterminaw l-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2:
(a)deskrizzjoni tal-modulu tal-ħruq tal-karburant u tal-istima tal-emissjonijiet, il-mudell ta’ kalkolu tas-CO2(e) u l-għodod tal-IT assoċjati li l-operaturi ta’ inġenji tal-ajru beħsiebhom jużaw;
(b)deskrizzjoni u dijagramma sekwenzjali tal-proċess ta’ monitoraġġ tad-data relatata mal-mudell ta’ kalkolu tas-CO2(e) kif deskritt fl-Anness IIIa, it-Taqsima 4 ta’ dan ir-Regolament;
(c)deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub biex jiġi żgurat li tintuża data xierqa biex jiddaħħlu fil-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e) f’konformità mal-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament u li jitqiesu l-effetti klimatiċi tal-aġenti kollha mhux marbuta mas-CO2 fuq bażi ta’ kull titjira;
(d)deskrizzjoni tal-proċedura bil-miktub għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-lakuni fid-data u l-applikazzjoni tal-valuri predefiniti deskritti fl-Anness IIIa, it-Taqsima 5 u l-Anness IIIb ta’ dan ir-Regolament, biex jimtlew il-lakuni fid-data.”;
(c)fit-Taqsima 4, il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3. fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-proċedura użata biex jiġi vvalutat jekk il-flussi ta’ karburant bi klassifikazzjoni żero jikkonformawx mal-Artikolu 38(5), jew 39a(3), jew 39a(4) u, fejn rilevanti, mal-Artikolu 75 m(2) ta’ dan ir-Regolament;”;
(48)L-Anness II huwa emendat kif ġej:
(a)It-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:
(i) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn it-Tabella 1 ma tinkludix attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE u l-bilanċ tal-massa stabbilit fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament ma jiġix applikat, l-operatur għandu juża l-livelli elenkati fit-Tabella 1 taħt “Kombustjoni ta’ karburanti u karburanti użati bħala input ta’ proċess” għal dawk l-attivitajiet.”;
(ii) it-Tabella 1 hija emendata kif ġej:
- il-ħdax-il ringiela, l-intestatura “Raffinerija ta’ żejt minerali”, hija sostitwita b’dan li ġej:
“Raffinerija ta’ żejt”;
- il-wieħed u ħamsin ringiela, l-intestatura “Produzzjoni ta’ aluminju primarju”, hija sostitwita b’dan li ġej:
“Produzzjoni ta’ aluminju primarju jew tal-alumina”;
- tiżdied ir-ringiela li ġejja fl-aħħar tat-Tabella:
“
|
Il-qbid, it-trasferiment u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fis-sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE
|
|
Bilanċ tal-massa ta’ CO2 ittrasferit
|
CO2 ittrasferit lejn jew barra minn installazzjoni, infrastruttura tat-trasport jew sit tal-ħżin, emissjonijiet ivventjati, rilokati jew li jaħarbu [t]
|
± 7,5 %
|
± 5 %
|
± 2,5 %
|
± 1,5 %
|
|
L-ivventjar tas-CO2, ir-rilokazzjoni, u l-emissjonijiet li jaħarbu
|
CO2 ivventjat, rilokat jew minn emissjonijiet li jaħarbu [t]
|
± 17,5 %
|
± 12,5 %
|
± 7,5 %
|
|
”;
(b)fit-Taqsima 2.1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn frazzjoni tal-bijomassa, jew frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju tiġi ddeterminata għal karburant jew materjal imħallat, il-livelli definiti għandhom ikunu relatati mal-fattur ta’ emissjoni preliminari. Għall-karburanti u l-materjali fossili, il-livelli għandhom ikunu relatati mal-fattur ta’ emissjoni.”;
(c)it-Taqsima 2.4, hija sostitwita b’dan li ġej:
“2.4 Livelli għall-frazzjoni tal-bijomassa
Livell 1: L-operatur għandu japplika valur applikabbli ppubblikat mill-awtorità kompetenti jew il-Kummissjoni, jew valuri f’konformità mal-Artikolu 31(1).
Livell 2: L-operatur għandu japplika metodu ta’ stima approvat f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 39(2).
Livell 3a: L-operatur għandu japplika analiżi f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(2), u f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35.
Livell 3b: Għall-karburanti li joriġinaw minn proċess ta’ produzzjoni bi flussi ta’ input definiti u traċċabbli, l-operatur jista’ jibbaża l-istima fuq bilanċ materjali tal-karbonju fossili u tal-bijomassa li jidħol u joħroġ mill-proċess, bħas-sistema ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Fejn operatur jassumi frazzjoni fossili ta’ 100 % f’konformità mal-Artikolu 39(1) ta’ dan ir-Regolament, ma għandu jiġi assenjat l-ebda livell għall-frazzjoni tal-bijomassa”;
(d)tiddaħħal it-Taqsima 2.5 li ġejja:
“2.5 Livelli għal frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju
Livell 1: L-operatur għandu jiddetermina l-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju abbażi tas-sistema tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Fejn operatur jassumi frazzjoni fossili ta’ 100 % f’konformità mal-Artikolu 39a(1) ta’ dan ir-Regolament, ma għandu jiġi assenjat l-ebda livell għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew għall-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju.”;
(e)It-Taqsima 3.1 hija emendata kif ġej:
(i)it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn frazzjoni tal-bijomassa jew frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju tiġi ddeterminata għal karburant jew materjal imħallat, il-livelli definiti għandhom jirrigwardaw il-kontenut totali ta’ karbonju. Il-frazzjoni tal-bijomassa tal-karbonju għandha tiġi ddeterminata bl-użu tal-livelli definiti fit-Taqsima 2.4 ta’ dan l-Anness. Il-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew il-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju għandha tiġi ddeterminata bl-użu tal-livelli definiti fit-Taqsima 2.5 ta’ dan l-Anness.”;
(ii)fis-subintestatura Livell 2b, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:
“Livell 2b: L-operatur għandu jidderiva l-kontenut tal-karbonju minn fatturi ta’ emissjoni għall-karburant abbażi ta’ waħda mill-alternattivi stabbiliti li ġejjin b’kombinazzjoni ma’ korrelazzjoni empirika kif iddeterminat mill-inqas darba fis-sena f’konformità mal-Artikoli 32 sa 35 ta’ dan ir-Regolament:”;
(f)tiżdied it-Taqsima 3.4 li ġejja:
“3.4 Livelli għal frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju
Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.5 ta’ dan l-Anness.”;
(g)(g) fit-Taqsima 4, qabel it-Taqsima 4.1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“B’deroga mid-dispożizzjonijiet f’din it-taqsima u s-subtaqsimiet li ġejjin, l-operaturi jistgħu jikklassifikaw l-emissjonijiet ta’ proċess minn materjali bħala żero, sakemm dawk il-materjali jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)ma jissodisfawx id-definizzjonijiet ta’ RFNBOs jew RCFs jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju;
(ii)ġew prodotti f’installazzjoni oħra koperta mid-Direttiva 2003/87/KE;
(iii)is-CO2 kien marbut kimikament biex jipproduċi l-materjali;
(iv)l-installazzjoni li emettiet is-CO2 fil-punt (iii), inkludiet dan is-CO2 fir-rapport annwali tagħha dwar l-emissjonijiet;
(v)ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjoni ta’ prodott li huwa elenkat fir-Regolament delegat adottat skont l-Artikolu 12(3b) tad-Direttiva 2003/87/KE.”;
(h) tiżdied it-Taqsima 4.7 li ġejja:
“4.7 Livelli għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju
Għandhom jintużaw il-livelli definiti fit-Taqsima 2.5 ta’ dan l-Anness.”;
(49)L-Anness IIa huwa emendat kif ġej:
(a)fit-Taqsima 2.1, jiddaħħal it-tieni subparagrafu wara l-ewwel subparagrafu:
“Fejn frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju tiġi ddeterminata għal karburant imħallat, il-livelli definiti għandhom ikunu relatati mal-fattur ta’ emissjoni preliminari”;
(b)tiddaħħal it-Taqsima 2.3a li ġejja:
“2.3a Livelli għal frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju
Livell 1: L-operatur għandu jiddetermina frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju abbażi tas-sistema tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
Meta operatur jassumi frazzjoni fossili ta’ 100 % f’konformità mal-Artikolu 39a(1) ta’ dan ir-Regolament, ma għandu jiġi assenjat l-ebda livell għall-frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF jew għall-frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju.”;
(50)fl-Anness III, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Metodoloġiji ta’ monitoraġġ għall-emissjonijiet mill-avjazzjoni
(Artikolu 53)’;
(51)jiddaħħlu l-Annessi IIIa u IIIb li ġejjin:
“ANNESS IIIa
Metodoloġiji ta’ monitoraġġ għall-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 (Artikolu 56a)
1.
DEFINIZZJONIJIET RELATATI MAL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2
1.“informazzjoni dwar it-titjira” tfisser mill-inqas is-sinjal tas-sejħa kif previst fl-Artikolu 51 ta’ dan ir-Regolament, il-jum u l-ħin tat-tluq u tal-wasla tat-titjira, espress fil-ħin universali koordinat (UTC) u l-kodiċi tal-ICAO u/jew l-identifikaturi tal-post tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) għall-ajruporti tal-oriġini u tad-destinazzjoni li permezz tagħhom tista’ ssir identifikazzjoni unika tat-titjira partikolari;
2.“informazzjoni dwar il-fażi tat-titjira” tfisser il-qsim tad-data (eż. il-pożizzjoni 4D tal-inġenju tal-ajru, il-fluss ta’ karburant) skont il-fażijiet operattivi tat-titjira (qtugħ mill-art, tlugħ, cruising, eċċ.);
3.“envelopp tat-titjira tal-operazzjoni” tfisser il-konfini tal-altitudni, il-veloċità tal-inġenju tal-ajru, u l-fattur tat-tagħbija għal kull fażi tat-titjira;
4.“veloċità tal-ajru reali” tfisser il-veloċità tal-inġenju tal-ajru relattiva għall-massa tal-arja li minnha jkun qed itir, f’metri kull sekonda (m/s);
5.“pożizzjoni 4D tal-inġenju tal-ajru” tfisser il-pożizzjoni b’erba’ dimensjonijiet ta’ inġenju tal-ajru ddefinita mil-latitudni tiegħu, fi grad deċimali; lonġitudni, fi grad deċimali; u l-altitudni, fl-altitudni tal-pressjoni, fi kwalunkwe mument partikolari bejn il-bidu u t-tmiem tat-titjira;
6.“kronogramma” tfisser stampa tad-data (eż. il-pożizzjoni 4D tal-inġenju tal-ajru, il-fluss ta’ karburant) li tikkorrispondi għal kwalunkwe mument partikolari, f’sekondi, matul it-titjira u li għandha titqies flimkien mal-intervall ta’ ħin;
7.“intervall ta’ ħin” tfisser il-ħin, f’sekondi, bejn żewġ kronogrammi matul it-titjira, li ma jaqbiżx is-60 sekonda;
8.“l-aħħar pjan tat-titjira” tfisser l-aħħar pjan tat-titjira disponibbli u rikonoxxut mis-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru rilevanti għal titjira partikolari, qabel ma sseħħ. L-aħħar pjan tat-titjira jista’ jkun il-Mudell Tattiku tat-Titjira Regolat (RTFM, Regulated Tactical Flight Model) tal-Eurocontrol), jew inkella l-Mudell Tattiku tat-Titjira Reġistrat (FTFM, Filed Tactical Flight Model) tal-Eurocontrol jew ekwivalenti mil-lat ta’ preċiżjoni tad-data;
9.“trajettorja tat-titjira li jkun tar” tfisser it-trajettorja segwita mill-inġenju tal-ajru mill-punt tal-oriġini (tluq) sad-destinazzjoni tiegħu (wasla), magħmula mill-kronogrammi kollha, irreġistrati matul it-titjira. It-trajettorja tat-titjira li jkun tar tista’ tinkiseb mit-tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira jew minn parti terza. Il-preċiżjoni tagħha għandha tkun ekwivalenti, meta possibbli, għall-Mudell Tattiku tat-Titjira Kurrenti (CTFM, Current Tactical Flight Model) tal-Eurocontrol;
10.“tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira” tfisser apparat elettroniku speċjalizzat installat fl-inġenju tal-ajru għall-fini tar-reġistrazzjoni ta’ diversi parametri u avvenimenti matul l-operazzjonijiet ta’ titjir. Dawn il-parametri jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għal inputs tal-kontroll tat-titjir, informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-inġenji tal-ajru, data tal-magna, informazzjoni dwar in-navigazzjoni.
11.“varjabbli radjattivi tridimensjonali” tfisser għadd ta’ varjabbli bħad-densità tal-fluss radjattiv, ir-rati ta’ tisħin radjattivi, li jiddeskrivu kif ir-radjazzjoni tvarja skont l-ispazju, inkluż il-wiċċ u l-atmosfera tad-Dinja, u kif tinbidel maż-żmien;
12.“pressjoni” tfisser il-forza, f’Pascals (Pa), eżerċitata bil-piż tal-arja fl-atmosfera ’l fuq minn punt partikolari fejn l-inġenju tal-ajru jkun jinsab fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira filwaqt li jitqiesu varjabbli radjattivi tridimensjonali;
13.“temperatura tal-arja ambjentali” tfisser it-temperatura tal-arja, f’Kelvin (K), madwar inġenju tal-ajru fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħtija għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;
14.“umdità speċifika” tfisser il-proporzjon ta’ fwar tal-ilma għal kull kilogramma tal-massa totali tal-arja (kg/kg) madwar inġenju tal-ajru fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħti għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;
15.“Atmosfera Standard Internazzjonali (ISA)” tfisser standard li miegħu titqabbel l-atmosfera attwali fi kwalunke punt u ħin, abbażi tal-valuri speċifiċi tal-pressjoni, tad-densità, u tat-temperatura fil-livell medju tal-baħar, li kull wieħed minnhom jonqos meta jiżdied l-għoli;
16.“data bażika dwar it-temp” tfisser il-kategorija ta’ informazzjoni raggruppata għal kull titjira, mill-inqas il-pressjoni, it-temperatura tal-arja ambjentali u l-umdità speċifika, użata fil-modulu tal-ħruq tal-karburant u l-modulu tal-istima tal-emissjonijiet. Hawnhekk, dawn il-valuri jistgħu jiġu stmati mill-inqas permezz ta’ korrezzjoni standardizzata li tiddependi mill-altitudni u/jew ikunu bbażati fuq osservazzjonijiet ta’ wara l-operazzjoni minn partijiet terzi;
17.“umdità relattiva fuq is-silġ” tfisser il-konċentrazzjoni tal-fwar tal-ilma, f’perċentwal, preżenti fl-arja meta mqabbla mal-konċentrazzjoni tiegħu fil-punt ta’ saturazzjoni tas-silġ;
18.“riħ fid-direzzjoni tal-Lvant u fid-direzzjoni tat-Tramuntana” tfisser il-veloċità orizzontali tal-arja li timxi lejn il-Lvant jew it-Tramuntana, f’metri kull sekonda, fi kwalunkwe mument partikolati ta’ żmien waqt titjira u mogħtija għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;
19.“veloċità vertikali” tfisser il-veloċità tal-moviment tal-arja fid-direzzjoni ’l fuq jew ’l isfel (f’Pa/s), fejn il-valuri negattivi tal-veloċità vertikali jindikaw moviment ’il fuq. Huwa meħtieġ li jiġu kkalkulati, eż., l-avvezzjoni u l-gradjent tar-riħ;
20.“kontenut speċifiku tal-ilma tas-silġ fis-sħab” tfisser il-massa ta’ partikoli tas-silġ fis-sħab għal kull kilogramma tal-massa totali tal-arja niedja (kg/kg) madwar inġenju tal-ajru fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħtija għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;
21.“ġeopotenzjal” tfisser il-qawwa tal-kamp gravitazzjonali esperjenzata minn inġenju tal-ajru f’altitudnijiet differenti, fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira, f’metri kwadri għal kull sekonda kwadrata (m2/s2) u mogħtija għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;
22.“radjazzjoni b’mewġa twila ħierġa” tfisser ir-radjazzjoni totali rilaxxata fl-ispazju mis-sistema tal-atmosfera tad-dinja, f’W/m2, fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħtija għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;
23.“radjazzjoni solari riflessa” tfisser il-porzjon tad-dawl tax-xemx li huwa rifless lura fl-ispazju mill-wiċċ tad-dinja, is-sħab, l-aerosols, u partikoli atmosferiċi oħra, f’W/m2, fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħti għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;
24.“radjazzjoni solari diretta” tfisser il-porzjon tad-dawl tax-xemx li jilħaq il-wiċċ tad-Dinja direttament mix-Xemx mingħajr ma jiġi mxerred jew rifless mill-atmosfera jew mis-sħab, f’W/m2, fi kwalunkwe mument partikolari matul it-titjira u mogħti għal varjabbli radjattivi tridimensjonali;
25.“mudell ta’ referenza komuni għat-Tbassir Numeriku tat-Temp (NWP)” tirreferi għal sistema komputazzjonali utilizzata fil-meteoroloġija, li tinkludi algoritmi u formulazzjonijiet matematiċi implimentati f’software, imfassla biex jissimulaw, u jbassru l-kundizzjonijiet atmosferiċi fuq dominju spazjali u temporali definit (grilja spazjali). Fil-każ tad-data mtejba dwar it-temp, il-Kummissjoni tipprovdi mudell NWP ta’ referenza komuni permezz tan-NEATS;
26.“data mtejba dwar it-temp” tfisser il-kategorija ta’ informazzjoni għal kull titjira, li tinkludi l-pressjoni, it-temperatura ambjentali, l-umdità speċifika, l-umdità relattiva fuq is-silġ, ir-riħ fid-direzzjoni tal-Lvant u fid-direzzjoni tat-Tramuntana, il-veloċità vertikali, il-kontenut speċifiku tal-ilma tas-silġ fis-sħab, il-ġeopotenzjal, il-longwave ’il barra, ir-radjazzjoni solari riflessa u solari diretta riflessa, meħuda bħala input minn mudell NWP ta’ referenza komuni, ipprovdut mill-Kummissjoni permezz tan-NEATS;
27.“identifikatur tal-magna” tfisser in-numru tal-identifikatur uniku tal-magna tal-inġenju tal-ajru kif jinsab fil-bank tad-data tal-emissjonijiet tal-magna tal-ICAO, jew ekwivalenti, li jippermetti l-identifikazzjoni inekwivokabbli tal-magni mwaħħla mal-inġenju tal-ajru, permezz ta’ listi standardizzati rikonoxxuti internazzjonalment;
28.“massa tal-inġenju tal-ajru” tfisser il-massa f’kilogrammi tal-inġenju tal-ajru tul it-trajettorja, li hija ugwali għat-tnaqqis mill-massa tal-qtugħ, tal-ħruq tal-karburant matul it-titjira fi kwalunkwe mument partikolari. Jekk il-massa tal-inġenju tal-ajru ma tkunx disponibbli, din tista’ tiġi approssimata abbażi tal-massa waqt il-qtugħ mill-art jew tal-fattur tat-tagħbija, u jew il-fluss ta’ karburant partikolari jew il-fluss ta’ karburant kif ikkalkulat minn simulazzjoni tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru bl-użu tal-modulu tal-ħruq tal-karburant;
29.“massa waqt il-qtugħ” tfisser il-massa tal-inġenju tal-ajru fil-bidu tal-ġirja tal-qtugħ, inkluż dak kollu li jinġarr f’dak il-mument, f’kilogrammi. Tintuża biex tiġi approssimata l-massa tal-inġenju tal-ajru jekk din tal-aħħar ma tiġix ipprovduta. Jekk il-massa waqt il-qtugħ ma tkunx disponibbli, din tista’ tiġi approssimata abbażi tal-fattur tat-tagħbija;
30.“massa massima waqt il-qtugħ” hija l-massa massima, f’kilogrammi, li fiha l-bdot ta’ inġenju tal-ajru jitħalla jitlaq, kif speċifikat mill-manifattur tal-inġenju tal-ajru;
31.“massa massima tat-tagħbija utli” hija l-massa massima ta’ passiġġieri u bagalji relatati, il-massa tal-merkanzija, inklużi l-posta u l-bagalji tal-idejn, li jistgħu jiġu ttrasportati minn inġenju tal-ajru. Il-valuri għat-tagħbija utli massima jistgħu jinkisbu mill-modulu tal-ħruq tal-karburant applikat;
32.“fattur tat-tagħbija” tfisser il-piż tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-bagalji, inklużi l-posta u l-bagalji tal-idejn, espress bħala frazzjoni tal-massa tat-tagħbija utli massima. Il-fattur tat-tagħbija jintuża biex tiġi approssimata l-massa waqt il-qtugħ jekk din tal-aħħar ma tkunx ipprovduta. Jekk il-fattur tat-tagħbija ma jkunx disponibbli, għandu jintuża valur predefinit konservattiv, f’konformità mal-Anness IIIa, it-Taqsima 5;
33.“fluss ta’ karburant” tfisser il-massa ta’ karburant f’kilogrammi li jgħaddi mis-sistema tal-karburant tal-inġenju tal-ajru u fil-magni tal-inġenju tal-ajru kull sekonda matul it-titjira. Jista’ jiġi mmudellat matul l-ippjanar tat-titjira, imkejjel waqt it-titjira, jew stmat permezz tal-modulu tal-ħruq tal-karburant;
34.“effiċjenza tal-magna tal-inġenju tal-ajru” tfisser il-perċentwal ta’ forza propulsiva utli ġġenerata minn magna tal-inġenju tal-ajru meta mqabbla mal-input tal-enerġija mill-karburant;
35.“prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru” tfisser il-kategorija ta’ informazzjoni li tinkludi l-fluss ta’ karburant u l-effiċjenza tal-magna tal-inġenju tal-ajru permezz tal-kronogrammi kollha;
36.“proporzjon ta’ idroġenu għall-karbonju (H/C) ta’ karburant għal kull titjira” tfisser l-għadd ta’ atomi tal-idroġenu (H) għal kull atomu tal-karbonju (C) għal kull molekula tal-karburant użat għal kull titjira;
37.“kontenut aromatiku ta’ karburant għal kull titjira” tfisser il-perċentwal ta’ idrokarburi aromatiċi preżenti fil-karburant użat għal kull titjira;
38.“proprjetajiet tal-karburant ta’ titjira” tfisser il-kategorija ta’ informazzjoni li għal kull titjira tinkludi l-proporzjon tal-idroġenu għall-karbonju, il-kontenut aromatiku, u l-valur kalorifiku nett tal-karburant abbord;
2.
SISTEMA TA’ TREKKJAR TAL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA TAS-CO2 (NEATS)
In-NEATS hija pprovduta mill-Kummissjoni lill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru, lill-verifikaturi akkreditati u lill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-iffaċilitar u, sa fejn ikun possibbli, tal-awtomatizzazzjoni tal-monitoraġġ, tar-rapportar u tal-verifika tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, sabiex jiġi minimizzat kwalunkwe piż amministrattiv.
In-NEATS hija allinjata mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 75(1) ta’ dan ir-Regolament u tipprovdi interfaċċa tal-utent iddedikata u sigura għal kull operatur ta’ inġenju tal-ajru, verifikatur u awtorità kompetenti.
Monitoraġġ:
In-NEATS tissimplifika l-proċess ta’ monitoraġġ peress li tinkorpora direttament, jew tagħti aċċess għal, data disponibbli dwar it-trajettorji tat-titjiriet u t-temp miġbura minn partijiet terzi li tippermetti li jiġi minimizzat il-monitoraġġ mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru għall-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru, kif ukoll għall-proprjetajiet tal-karburant, fejn meħtieġ, kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness IIIa jew li jsir kompletament awtomatiku skont l-użu tal-valuri predefiniti.
In-NEATS tinkorpora l-approċċi tal-kalkolu tas-CO2(e) kif elenkati fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 56a ta’ dan ir-Regolament u tipprovdi mudell NWP ta’ referenza komuni, fejn tkun meħtieġa data mtejba dwar it-temp (il-Metodu C). Dan jirriżulta fil-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira bħala parti mid-data mmonitorjata.
Rapportar:
In-NEATS tissimplifika l-eżerċizzju ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 68(5) ta’ dan ir-Regolament. L-għodda tiġġenera awtomatikament it-tabella XML imsemmija fit-Taqsima 2a(9) tal-Anness X ta’ dan ir-Regolament fi tmiem kull sena ta’ rapportar, filwaqt li timminimizza l-piż amministrattiv assoċjat mar-rapportar.
Verifika:
In-NEATS tissimplifika l-verifika u l-kontroverifiki li jsiru rispettivament mill-verifikatur u mill-awtorità kompetenti. Dan jipprovdi l-mezzi biex jiġi vverifikat is-CO2(e) għal kull titjira, filwaqt li tiġi protetta data kunfidenzjali.
Ħżin tad-data:
In-NEATS tippermetti li tinħażen id-data kollha (mill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru u minn partijiet terzi), u tikkodifika u tipproteġi b’mod sigur mir-rilaxx ta’ data kunfidenzjali, meta tali data tittella’ mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru fuq in-NEATS, sakemm tiġi identifikata bħala kunfidenzjali mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru.
Trasparenza:
In-NEATS tiddependi fuq mudelli tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex tikkalkula s-CO2(e) għall-effetti mhux tas-CO2. L-operaturi ta’ inġenji tal-ajru jistgħu jiżviluppaw l-għodod tagħhom stess jew jużaw għodod ta’ partijiet terzi, dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness.
In-NEATS għandha tikkontribwixxi għal sit web pubbliku li jiġbor fil-qosor id-data mhux kunfidenzjali u s-CO2(e) għal kull titjira u għal kull operatur ta’ inġenju tal-ajru.
3.
MODULI TAL-ĦRUQ TAL-KARBURANT U TAL-ISTIMA TAL-EMISSJONIJIET GĦALL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2
Modulu tal-ħruq tal-karburant:
Il-modulu tal-ħruq tal-karburant huwa bbażat fuq approċċ kinetiku għall-immudellar tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, li jippermetti li jiġu mbassra b’mod preċiż it-trajettorji tal-inġenji tal-ajru u l-konsum assoċjat tal-karburant tul l-envelopp tat-titjira tal-operat kollu u fil-fażijiet kollha ta’ titjira. Il-mudell jipproċessa l-prinċipji fundamentali teoretiċi biex jikkalkula l-parametri tal-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru, inkluża informazzjoni dwar ir-reżistenza, l-irfigħ, il-piż, il-forza propulsiva, il-konsum tal-karburant, kif ukoll il-veloċitajiet għall-fażijiet tat-tlugħ, tal-kruċiera u tal-inżul ta’ inġenju tal-ajru, jekk wieħed jassumi operazzjonijiet normali tal-inġenju tal-ajru. Barra minn hekk, il-koeffiċjenti speċifiċi għall-inġenji tal-ajru huma inputs tad-data ewlenin għall-komputazzjoni tal-ippjanar tat-trajettorja tat-titjira ta’ tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru.
Modulu tal-istima tal-emissjonijiet:
Il-modulu tal-istima tal-emissjonijiet jippermetti li jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-magni tal-inġenji tal-ajru ta’ NOx, HC, u CO permezz ta’ ekwazzjonijiet ta’ korrelazzjoni mingħajr mudelli ta’ prestazzjoni tal-ajruplan u tal-magna proprjetarji flimkien ma’ karatterizzazzjonijiet tal-emissjonijiet mill-magni proprjetarji. Dan il-modulu japplika indiċijiet tal-emissjonijiet tal-egżost (EIs) miċ-ċertifikazzjoni tat-tip ta’ magna tal-ICAO taħt kundizzjonijiet ta’ referenza predefiniti fuq l-art u jistma l-EIs korrispondenti matul il-kundizzjonijiet tat-titjir bis-suppożizzjoni ta’ kundizzjonijiet tal-atmosfera standard internazzjonali (ISA) bl-użu ta’ fatturi ta’ korrezzjoni għad-differenzi fil-kundizzjonijiet ISA tat-temperatura, il-pressjoni u l-umdità.
4.
MUDELLI TA’ KALKOLU TAS-CO2(e) GĦAL EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2
Kriterji ġenerali:
Fil-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e), l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jikkunsidra l-effetti klimatiċi tal-aġenti kollha mhux tas-CO2 fuq bażi ta’ kull titjira inklużi t-trajettorji tat-titjira (il-pjan tat-titjira u t-trajettorji tat-titjira li jkun tar), kif ukoll il-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru u tal-karburant ta’ titjira. L-emissjonijiet minn kull titjira għandhom jitqiesu bħala emissjonijiet f’impuls. Meta jiġu applikati l-mudelli ta’ kalkolu tas-CO2(e), id-data dwar l-emissjonijiet tal-inġenji tal-ajru dipendenti mit-trajettorja tat-titjira għandha tintuża biex jiġu kkalkulati l-elementi kollha li ġejjin:
(a)
bidliet fil-kompożizzjoni;
(b)
evoluzzjoni temporali ta’ sfurzar radjattiv ikkawżat minn bidliet fil-kompożizzjoni;
(c)
bidliet fit-temperatura qrib is-superfiċje kkawżati minn emissjonijiet tal-inġenji tal-ajru dipendenti fuq it-trajettorja tat-titjira.
L-isforzi amministrattivi u komputazzjonali għandhom jinżammu baxxi biex tiġi żgurata l-fattibbiltà għall-partijiet ikkonċernati kollha. Il-mudell(i) għandu/hom ikun(u) trasparenti u adattat(i) għall-użu operazzjonali.
Skont il-mudell, hemm żewġ tipi ta’ listi ta’ rekwiżiti:
Metodu C:
Għall-approċċ ibbażat fuq it-temp, għandhom jitqiesu l-effetti klimatiċi dettaljati tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 tal-inġenji tal-ajru kollha f’post u f’ħin speċifiku filwaqt li titqies l-informazzjoni attwali dwar it-temp biex jiġu kkalkulati t-trajettorji b’erba’ dimensjonijiet ottimizzati għall-klima għall-ippjanar individwali tat-titjiriet. Sabiex tkun tista’ ssir kontabbiltà dettaljata tal-effetti klimatiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet atmosferiċi attwali, inġenji tal-ajru, tipi ta’ propulsjoni, kif ukoll proprjetajiet tal-karburant differenti għandhom jiġu kkunsidrati b’mod espliċitu fil-mudelli. Għandhom jiġu inklużi stimi għall-formazzjoni, iċ-ċiklu tal-ħajja u l-effetti klimatiċi ta’ kondensazzjoni għal titjiriet individwali kif ukoll il-ħinijiet ta’ residenza għall-H2O u l-NOx rilaxxati u l-impatt tagħhom fuq il-kompożizzjoni atmosferika. Biex tkun tista’ tinħareġ informazzjoni avvanzata għall-użu fl-ippjanar tat-titjir ta’ kuljum, il-mudell(i) għandu/hom ikun(u) effiċjenti fil-komputazzjoni.
Kull operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jimmonitorja d-data li ġejja għal kull titjira:
(a)l-informazzjoni dwar it-titjira;
(b)it-trajettorja tat-titjira, definita bħala minimu, bħala l-aħħar pjan tat-titjira;
(c)data mtejba dwar it-temp;
(d)il-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru;
(e)(fakultattiva) l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Il-fluss ta’ karburant ippjanat għandu jintuża b’mod preferenzjali, sabiex ikun hemm allinjament mal-aħħar data disponibbli dwar il-pjan tat-titjira;
(f)il-proprjetajiet tal-karburant ta’ titjira.
Metodu D:
Għall-approċċ simplifikat ibbażat fuq il-post, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu juża mudell(i) ta’ rispons għall-klima biex jistma l-impatt tal-effetti kollha mhux marbuta mas-CO2 għal kull titjira fuq bażi klimatoloġika. L-għodda/għodod għandha/għandhom tintuża/jintużaw biex jiġi vvalutat il-benefiċċju klimatiku tal-possibbiltajiet ġenerali tar-rotot, filwaqt li jitqiesu d-differenzi ġenerali fl-inġenji tal-ajru, fit-tipi ta’ propulsjoni u fil-proprjetajiet tal-karburant permezz tal-parametrizzazzjonijiet fiżiċi tagħhom. Is-CO2(e) ikkalkulat bl-approċċ simplifikat ibażat fuq il-post għandu jagħti medja ta’ kwalunkwe devjazzjoni kbira għal titjiriet individwali fuq perjodu itwal ta’ żmien. Il-mudell(i) jenħtieġ li jiżgura/jiżguraw sforzi mnaqqsa fil-ħtiġijiet, il-komputazzjoni u l-immaniġġjar tad-data, meta mqabbla mal-mudell(i) għall-approċċ ibbażat fuq it-temp.
B’deroga tal-Metodu C, emittenti żgħar, kif definiti fl-Artikolu 55(1) ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jimmonitorjaw id-data li ġejja għal kull titjira:
(a)l-informazzjoni dwar it-titjira;
(b)it-trajettorja tat-titjira, definita mit-trajettorja tat-titjira li jkun tar;
(c)data bażika dwar it-temp;
(d)il-proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru;
(e)(fakultattiv) informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru matul it-titjira;
(f)(fakultattiv) il-proprjetajiet tal-karburant ta’ titjira.
5.
UŻU TAL-VALURI PRESTABBILITI GĦALL-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2
Soġġett għal aktar skrutinju mill-awtorità kompetenti u l-Kummissjoni, l-użu tal-valuri prestabbiliti għandu dejjem jirriżulta f’CO2(e) għal kull titjira ogħla meta mqabbel mad-data monitorjata.
1.
Trajjettorja tat-titjira:
(a)Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Metodu C, għandu jingħata l-aħħar pjan tat-titjira. Jekk l-RTFM, jew l-ekwivalenti, ma jkunx disponibbli, l-RTFM jew l-ekwivalenti jista’ jintuża bħala valur prestabbilit. F’dan il-każ, meta d-data bil-kronogramma ma tkunx disponibbli, din tista’ tiġi kkalkulata permezz ta’ interpolazzjoni lineari tad-data mkejla li tirriżulta miż-żewġ ħinijiet tal-kejl l-eqreb qabel u wara l-kronogramma kkunsidrata, fl-istess fażi tat-titjira, dment li dan jirriżulta fi trajettorja tat-titjira omoġenja għall-fażi partikolari tat-titjira, speċjalment il-fażi tal-cruising.
(b)Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Metodu D:
(i)it-trajettorja tat-titjira li jkun tar għandha dejjem tiġi pprovduta. Jekk is-CTFM, jew l-ekwivalenti, ma jkunx disponibbli, jista’ jintuża l-RTFM jew l-FTFM.
(ii)meta d-data bil-kronogramma ma tkunx disponibbli, din tista’ tiġi kkalkulata permezz ta’ interpolazzjoni lineari tad-data mkejla li tirriżulta miż-żewġ ħinijiet tal-kejl l-eqreb qabel u wara l-kronogramma kkunsidrata, fl-istess fażi tat-titjira, dment li dan jirriżulta fi trajettorja tat-titjira omoġenja għall-fażi partikolari tat-titjira, speċjalment il-fażi tal-cruising.
2.
Proprjetajiet tal-inġenju tal-ajru:
(a)
Identifikatur tal-magna: meta ma jiġi pprovdut l-ebda identifikatur tal-magna jew ekwivalenti, għandhom jintużaw valuri predefiniti konservattivi għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru, kif definit fl-Anness IIIb ta’ dan ir-Regolament.
(b)
Massa tal-inġenju tal-ajru: jekk il-massa tal-inġenju tal-ajru ma tiġix ipprovduta, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ jissimula l-massa tal-inġenju tal-ajru billi juża l-massa waqt il-qtugħ. Jekk la l-massa tal-inġenju tal-ajru, u lanqas il-massa waqt il-qtugħ ma jkunu disponibbli, il-fattur tat-tagħbija jista’ jintuża biex tiġi approssimata l-massa waqt il-qtugħ. Jekk ma jiġi pprovdut l-ebda fattur tat-tagħbija, jintuża l-valur predefinit ta’ 1.
3.
Prestazzjoni tal-inġenju tal-ajru:
Fluss ta’ karburant: jekk il-fluss tal-karburant ma jiġix ipprovdut mit-tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru jista’ juża mezzi oħra biex jikseb il-fluss ta’ karburant, f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament li jiddefinixxi l-fluss ta’ karburant, filwaqt li jqis il-forza propulsiva li tiddependi fuq il-massa tal-inġenju tal-ajru u l-veloċità reali tal-ajru.
4.
Proprjetajiet tal-karburant ta’ titjira:
Jekk ma tiġi pprovduta l-ebda proprjetà tal-karburant ta’ titjira, jiġu preżunti l-limiti massimi tal-karburant Jet A-1 skont l-Ispeċifikazzjoni Standard għall-Karburanti tat-Turbini tal-Avjazzjoni tal-ASTM:
(a)Kontenut aromatiku: Volum ta’ 25 %;
(b)Kubrit: 0,3 % tal-massa;
(c)Naftalen: Volum ta’ 3,0 %.
ANNESS IIIb
Identifikaturi konservattivi prestabbiliti tal-magna għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru
|
ICAO
|
L-ewwel UID
|
|
A148
|
13ZM003
|
|
A19N
|
01P22PW163
|
|
A20N
|
01P22PW163
|
|
A21N
|
01P20CM132
|
|
A306
|
1PW048
|
|
A30B
|
1GE007
|
|
A310
|
1PW027
|
|
A318
|
7CM049
|
|
A319
|
1IA001
|
|
A320
|
1IA001
|
|
A321
|
3IA008
|
|
A332
|
4PW067
|
|
A333
|
4PW067
|
|
A337
|
3RR029
|
|
A338
|
04P24RR146
|
|
A339
|
02P23RR141
|
|
A343
|
2CM015
|
|
A346
|
8RR045
|
|
A358
|
01P18RR125
|
|
A359
|
01P21RR125
|
|
A35K
|
01P21RR125
|
|
A388
|
9EA001
|
|
A3ST
|
1GE021
|
|
AN72
|
1ZM001
|
|
B38M
|
01P20CM138
|
|
B39M
|
01P20CM138
|
|
B463
|
1TL003
|
|
B701
|
1PW001
|
|
B703
|
1PW001
|
|
B721
|
1PW008
|
|
B731
|
01P20CM138
|
|
B732
|
1PW008
|
|
B733
|
1CM007
|
|
B734
|
1CM007
|
|
B735
|
1CM007
|
|
B736
|
3CM031
|
|
B737
|
2CM015
|
|
B738
|
2CM015
|
|
B739
|
3CM034
|
|
B741
|
8PW088
|
|
B742
|
1RR011
|
|
B743
|
1PW029
|
|
B744
|
1RR010
|
|
B748
|
13GE157
|
|
B74S
|
8PW088
|
|
B752
|
1RR011
|
|
B753
|
3RR034
|
|
B762
|
1PW026
|
|
B763
|
5GE085
|
|
B764
|
5GE085
|
|
B772
|
3GE060
|
|
B773
|
2RR024
|
|
B77L
|
01P21GE217
|
|
B77W
|
01P21GE217
|
|
B778
|
01P21GE217
|
|
B779
|
01P21GE217
|
|
B788
|
02P23RR138
|
|
B789
|
02P23RR138
|
|
B78X
|
02P23RR138
|
|
BCS1
|
16PW111
|
|
BCS3
|
16PW111
|
|
C550
|
1PW037
|
|
C560
|
1PW037
|
|
C650
|
1AS002
|
|
C680
|
7PW077
|
|
C68A
|
7PW077
|
|
C700
|
01P18HN013
|
|
C750
|
6AL024
|
|
CL30
|
11HN003
|
|
CL35
|
01P14HN011
|
|
CL60
|
10GE130
|
|
CRJ2
|
01P05GE189
|
|
CRJ7
|
01P11GE202
|
|
CRJ9
|
01P08GE190
|
|
CRJX
|
01P08GE193
|
|
E135
|
01P10AL033
|
|
E145
|
6AL006
|
|
E170
|
01P08GE197
|
|
E190
|
10GE130
|
|
E195
|
10GE130
|
|
E290
|
04P20PW200
|
|
E295
|
04P20PW201
|
|
E35L
|
6AL006
|
|
E545
|
11HN003
|
|
E550
|
01P14HN016
|
|
E55P
|
01P14HN016
|
|
E75L
|
01P08GE197
|
|
E75S
|
01P08GE197
|
|
F100
|
1RR020
|
|
F2TH
|
01P07PW146
|
|
F900
|
1AS001
|
|
FA10
|
1AS002
|
|
FA50
|
1AS002
|
|
FA7X
|
03P16PW192
|
|
FA8X
|
03P15PW193
|
|
G280
|
01P11HN012
|
|
GA5C
|
01P22PW142
|
|
GA6C
|
01P22PW141
|
|
GALX
|
7PW077
|
|
GL5T
|
4BR004
|
|
GL7T
|
21GE185
|
|
GLEX
|
4BR004
|
|
GLF4
|
11RR048
|
|
GLF5
|
4BR004
|
|
GLF6
|
4BR004
|
|
H25B
|
1AS001
|
|
H25C
|
7PW077
|
|
HA4T
|
01P07PW146
|
|
IL62
|
1KK001
|
|
IL86
|
1KK003
|
|
LJ35
|
1AS001
|
|
LJ45
|
1AS002
|
|
LJ55
|
1AS002
|
|
MD11
|
5GE085
|
|
MD90
|
1IA001
|
|
RJ85
|
1TL004
|
|
SU95
|
01P11PJ004
|
|
T154
|
1KK001
|
”;
(52)L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
(a)It-titolu tat-Taqsima 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Raffinar taż-żejt kif elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE”;
(b)It-Taqsima 5 hija emendata kif ġej:
(1)it-titolu tat-Taqsima 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar kif elenkat fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE”;
(2)fit-Taqsima 5, il-punt (B), l-ewwel paragrafu, it-terminu “ħadid mhux maħdum” huwa sostitwit b’“ħadid”;
(c)fit-Taqsima 6, il-punt (A), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-operatur ma għandux japplika d-dispożizzjonijiet f'din it-taqsima għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-produzzjoni tal-ħadid u mill-azzar u l-aluminju primarju.”;
(d)It-Taqsima 7 hija emendata kif ġej:
(i)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Emissjonijiet ta’ CO2 mill-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ aluminju primarju jew alumina kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE”;
(ii)fil-Punt (A), l-ewwel u t-tieni paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:
“L-operatur għandu japplika d-dispożizzjonijiet ta’ din it-taqsima għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-produzzjoni tal-alumina (Al2O3), il-produzzjoni ta’ elettrodi għat-tidwib tal-aluminju primarju, inklużi l-impjanti awtonomi għall-produzzjoni ta’ elettrodi bħal dawn, u l-konsum tal-elettrodi matul l-elettroliżi.
L-operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali li ġejjin għal emissjonijiet ta’ CO2: il-karburanti għall-produzzjoni ta’ sħana jew fwar, il-produzzjoni ta’ Al2O3, il-produzzjoni tal-elettrodi, ir-riduzzjoni ta’ Al2O3 waqt l-elettroliżi relatata mal-konsum tal-elettrodi, u l-użu ta’ rmied tas-soda jew karbonati oħra għat-tisfija mill-impuritajiet tal-gass ta’ skart.”;
(e)fit-Taqsima 10, il-punt (A), it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn il-ġir maħruq u s-CO2 li joriġina mill-ġebla tal-ġir jintuża għall-proċessi ta’ purifikazzjoni, is-CO2 għandu jitqies bħala rilaxxat, sakemm is-CO2 ma jkunx marbut fi prodott li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament.”;
(f)fit-Taqsima 17, il-punt (B), it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn CO2 mill-produzzjoni tal-ammonja jintuża bħala materja prima għall-produzzjoni tal-urea jew sustanzi kimiċi oħra, jew jiġi ttrasferit barra mill-installazzjoni għal kwalunkwe użu mhux kopert bl-Artikolu 49(1) ta’ dan ir-Regolament, l-ammont relatat ta’ CO2 għandu jiġi kkunsidrat bħala rilaxxat mill-installazzjoni li tipproduċi s-CO2, sakemm is-CO2 ma jkunx marbut fi prodott li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament.”;
(g)It-Taqsima 20 hija emendata kif ġej:
(i) fil-Punt (A), il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(b) materja prima, inkluż gass tal-ivventjar mill-kalċinazzjoni tal-ġebla tal-ġir;
(c) gassijiet ta’ skart minn ħasil jew passi ta’ filtrazzjoni wara l-karbonazzjoni.”;
(ii) il-Punt (B) huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘B. Regoli speċifiċi ta’ monitoraġġ
L-emissjonijiet mill-proċessi ta’ kombustjoni, inkluż it-tisfija mill-impuritajiet tal-gass mit-tromba ta’ ċumnija għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness. L-emissjonijiet tal-proċess mill-komponenti tal-materja prima u l-addittivi għandhom jiġu mmonitorjati skont it-Taqsima 4 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Is-CO2 intermedjarju għall-produzzjoni tal-irmied tas-soda għandu jitqies bħala rilaxxat mill-installazzjoni li tipproduċi s-CO2, sakemm is-CO2 ma jkunx marbut fi prodott li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament.”;
(h)It-Taqsima 21 hija emendata kif ġej:
(i) fil-Punt (A), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Il-qbid ta’ CO2 għandu jitwettaq jew minn installazzjoni dedikata li tirċievi CO2 permezz ta’ trasferiment minn installazzjoni waħda jew aktar, jew permezz tal-istess installazzjoni li tkun qiegħda twettaq l-attivitajiet li jipproduċu s-CO2 maqbud taħt l-istess permess għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Il-partijiet kollha tal-installazzjoni relatati mal-qbid tas-CO2, u t-trasferiment lejn infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jew lejn sit għall-ħżin ġeoloġiku tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-CO2, inkluża kwalunkwe faċilità anċillari konnessa funzjonalment, bħall-ħżin intermedju tas-CO2, booster, likwefazzjoni, gassifikazzjoni, stazzjonijiet tal-purifikazzjoni jew ħiters, għandhom jiġu inklużi fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għandu jkun hemm rendikont tagħhom fil-pjan ta’ monitoraġġ assoċjat. F’każ li l-installazzjoni twettaq attivitajiet oħra koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, l-emissjonijiet ta’ dawk l-attivitajiet għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mat-taqsimiet rilevanti l-oħra ta’ dan l-Anness.”;
(ii) il-Punt (B) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“B. Kwantifikazzjoni ta’ ammonti ta’ CO2 ittrasferiti u rilaxxati
B.1. Kwantifikazzjoni tal-livell ta’ installazzjoni
Kull operatur għandu jikkalkula l-emissjonijiet billi jqis l-emissjonijiet potenzjali ta’ CO2 mill-proċessi rilevanti kollha ta’ emissjoni fl-installazzjoni, kif ukoll l-ammont ta’ CO2 maqbud u ttrasferit għall-infrastruttura tas-CO2, bl-użu tal-formula li ġejja:
Einstallazzjoni għall-qbid = Tinput + Emingħajr qbid – Tgħall-ħżin
Fejn:
Einstallazzjoni għall-qbid = Emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-installazzjoni għall-qbid;
Tinput = Ammont ta’ CO2 ittrasferit għall-installazzjoni tal-qbid, iddeterminat jew abbażi ta’ fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikolu 40 sa 46 u l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.
Emingħajr qbid = L-emissjonijiet tal-installazzjoni jekk is-CO2 ma jinqabadx, jiġifieri s-somma tal-emissjonijiet mill-attivitajiet l-oħra kollha fl-installazzjoni, immonitorjati f’konformità mat-taqsimiet rilevanti tal-Anness IV, inkluż il-Metodu B fit-Taqsima 22 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament għal kwalunkwe faċilità anċillari konnessa funzjonalment;
Tgħall-ħżin = L-ammont ta’ CO2 ittrasferit lejn infrastruttura tat-trasport tas-CO2 jew sit tal-ħżin, iddeterminat jew abbażi ta’ fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikolu 40 sa 46 u l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.
F’każijiet fejn il-qbid tas-CO2 jitwettaq mill-istess installazzjoni li minnha jkun oriġina s-CO2 maqbud, l-operatur għandu juża żero għat-Tinput.
F’każijiet ta’ installazzjonijiet għall-qbid awtonomi, l-operaturi ta’ dawn l-installazzjonijiet għandhom jikkunsidraw dan li ġej:
(a) l-operatur għandu jikkunsidra Emingħajr qbid biex jirrappreżenta l-ammont ta’ emissjonijiet li jseħħu minn sorsi oħrajn minbarra s-CO2 trasferit fl-installazzjoni għall-qbid. L-operatur għandu jiddetermina dawk l-emissjonijiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
(b) b’deroga mill-metodoloġija ta’ monitoraġġ deskritta f’din it-taqsima, l-operatur jista’ jimmonitorja l-emissjonijiet tal-installazzjoni billi juża l-Metodu B kif deskritt fit-Taqsima 22 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Fil-każ ta’ installazzjonijiet għall-qbid awtonomi, l-operatur tal-installazzjoni li tkun qiegħda tittrasferixxi CO2 għall-installazzjoni għall-qbid għandu jnaqqas l-ammont Tinput mill-emissjonijiet tal-installazzjoni tiegħu abbażi ta’ fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.
B.2. Determinazzjoni tas-CO2 ittrasferit
Kull operatur għandu jiddetermina l-ammont ta’ CO2 ittrasferit minn u lejn l-installazzjoni għall-qbid ibbażata jew bħala fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.”;
(i) it-Taqsima 22 hija sostitwita b’dan li ġej:
“22. Determinazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport tas-CO2 għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE
A.
Kamp ta’ Applikazzjoni
Il-konfini għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport tas-CO2 għandhom jiġu stabbiliti fil-permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-infrastruttura tat-trasport tas-CO2, inklużi l-impjanti anċillari kollha li jkunu konnessi b’mod funzjonali mal-infrastruttura tat-trasport, bħall-ħżin intermedju tas-CO2, il-booster, il-likwefazzjoni, il-gassifikazzjoni, l-istazzjonijiet tal-purifikazzjoni jew il-ħiters. Kull infrastruttura tat-trasport għandu jkollha minimu ta’ punt tal-bidu wieħed u punt tat-tmiem wieħed, kull waħda konnessa ma’ installazzjonijiet jew ma’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 oħra li jwettqu waħda jew aktar mill-attivitajiet: qbid, trasport jew ħżin ġeoloġiku ta’ CO2. Il-punti tal-bidu u tat-tmiem jistgħu jiġu stabbiliti fil-biforkazzjonijiet tal-infrastruttura tat-trasport u fil-konfini tranżnazzjonali. Il-punti tal-bidu u tat-tmiem kif ukoll l-installazzjonijiet jew l-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 li jkunu konnessi magħhom, għandhom jiġu stabbiliti fil-permess għal emissjonijiet ta’ gassijiet serra.
Kull operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet li ġejjin għall-emissjonijiet ta’ CO2: kombustjoni u proċessi oħra f’installazzjonijiet funzjonalment konnessi mal-infrastruttura tat-trasport inklużi stazzjonijiet booster u stazzjonijiet tal-likwefazzjoni; l-unitajiet tal-kombustjoni, inklużi l-unitajiet tal-kombustjoni interna fil-vetturi tat-trasport tas-CO2, sal-punt li l-emissjonijiet ma jkunux soġġetti għal obbligi ta’ ċediment relatati mal-attivitajiet elenkati fl-Annessi I jew III tad-Direttiva 2003/87/KE f’dik l-istess sena ta’ rapportar; emissjonijiet li jaħarbu mill-infrastruttura tat-trasport; emissjonijiet ivventjati mill-infrastruttura tat-trasport; u l-emissjonijiet minn inċidenti ta’ tnixxija fl-infrastruttura tat-trasport.
Is-CO2 ittrasportat għal skopijiet oħra għajr għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE ma għandux ikun parti mill-konfini għall-monitoraġġ u għar-rapportar tal-emissjonijiet mill-infrastruttura tat-trasport tas-CO2. F’każijiet fejn l-istess infrastruttura tintuża għat-trasport tas-CO2 għal skopijiet multipli, inkluż għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, b’mod li ma tkunx tista’ ssir distinzjoni bejn il-konsenji differenti, l-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jindika dan fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jistabbilixxi metodu għar-reġistrazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-volumi ta’ CO2 ittrasportati għal finijiet oħra għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE. L-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jimmonitorja l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-volum totali ta’ CO2 ittrasportat iżda għandu jirrapporta kif rilaxxat is-sehem tal-emissjonijiet li jikkorrispondi għall-volum ta’ CO2 ittrasportat għall-ħżin ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE diviż bil-volum totali ta’ CO2 ittrasportat.
B.
Metodoloġiji ta’ Kwantifikazzjoni għas-CO2
L-operatur tal-infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jiddetermina l-emissjonijiet bl-użu ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
(a)
Metodu A (bilanċ tal-massa ġenerali tal-flussi kollha tal-input u tal-produzzjoni) stabbilit fis-subtaqsima B.1;
(b)
Metodu B (monitoraġġ tas-sorsi tal-emissjonijiet individwalment) stabbilit fis-subtaqsima B.2.
L-operatur għandu japplika l-Metodu B sakemm l-operatur ma jkunx jista’ juri lill-awtorità kompetenti li l-applikazzjoni tal-Metodu A se twassal għal riżultati aktar affidabbli b’inqas inċertezza tal-emissjonijiet ġenerali, bl-użu tal-aqwa teknoloġija u għarfien disponibbli fil-ħin tal-applikazzjoni għall-permess għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-approvazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ, mingħajr ma twassal għal kostijiet irraġonevoli. Fejn jiġi applikat il-Metodu B, kull operatur għandu juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-inċertezza ġenerali għal-livell annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-infrastruttura tat-trasport tal-operatur ma taqbiżx is-7,5 %.
L-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 li juża l-Metodu B ma għandux iżid is-CO2 riċevut minn installazzjoni oħra jew minn infrastruttura tat-trasport tas-CO2 permessa f’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE mal-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu, u ma għandux inaqqas mil-livell ikkalkulat ta’ emissjonijiet tiegħu kwalunkwe CO2 ittrasferit għal installazzjoni oħra jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 permessa f’konformità mad-Direttiva 2003/87/KE.
Kull operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu juża l-Metodu A għall-validazzjoni tar-riżultati tal-Metodu B mill-inqas darba fis-sena. Għal dik il-validazzjoni, l-operatur jista’ juża livelli iżjed baxxi għall-applikazzjoni tal-Metodu A.
B.1.
Metodu A
Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet skont il-formula li ġejja:
Emissjonijiet [t CO2]=Einfrastruttura tat-trasport +∑iTIN,i − ∑iTOUT,i− ΔEfi tranżitu
Fejn:
Emissjonijiet = Emissjonijiet totali ta’ CO2 tal-infrastruttura tat-trasport [t CO2];
Einfrastruttura tat-trasport = L-ammont ta’ CO2 [t CO2] mill-attività tal-infrastruttura tat-trasport stess, jiġifieri mhux emissjonijiet li joriġinaw mis-CO2 ittrasportat, iżda li jiġu rilaxxati minn proċessi ta’ kombustjoni jew proċessi oħra konnessi b’mod funzjonali mal-infrastruttura tat-trasport, immonitorjati skont it-taqsimiet rilevanti tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;
TIN,i = L-ammont ta’ CO2 ittrasferit għall-infrastruttura tat-trasport fil-punt tad-dħul i, iddeterminat jew abbażi ta’ fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.
TOUT,i = L-ammont ta’ CO2 ittrasferit mill-infrastruttura tat-trasport fil-punt ta’ ħruġ i, iddeterminat jew abbażi ta’ fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija tal-bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew abbażi ta’ metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikoli 40 sa 46 u l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament.
ΔEfi tranżitu = L-ammont ta’ CO2 ittrasferit għall-infrastruttura tat-trasport fil-punt tad-dħul i, li ma jiġix ittrasferit lejn installazzjoni oħra jew infrastruttura tat-trasport tas-CO2 fl-istess perjodu ta’ rapportar iżda sal-iskadenza indikata fl-Artikolu 49(7) ta’ dan ir-Regolament fis-sena ta’ wara l-perjodu ta’ rapportar. L-ammonti korrispondenti ma għandhomx jitqiesu għal TOUT,i għall-perjodu ta’ rapportar sussegwenti.
B.2.
Metodu B
Kull operatur għandu jiddetermina l-emissjonijiet billi jikkunsidra l-proċessi kollha rilevanti ta’ emissjoni fl-installazzjoni kif ukoll l-ammont ta’ CO2 maqbud u trasferit fl-infrastruttura tat-trasport, u bl-użu tal-formula li ġejja:
Emissjonijiet [t CO2]= E li jaħrab + Eivventjat + Eavvenimenti ta’ tnixxija + Einfrastruttura tat-trasport
Fejn:
Emissjonijiet = Emissjonijiet totali ta’ CO2 tal-infrastruttura tat-trasport [t CO2];
E li jaħrab= L-ammont ta’ emissjonijiet li jaħarbu [t CO2] minn CO2 ittrasportat fl-infrastruttura tat-trasport, inkluż minn siġilli, valvi, stazzjonijiet intermedji ta’ kompressjoni u faċilitajiet ta’ ħżin intermedji;
Eivventjat = L-ammont ta’ emissjonijiet ivventjati [t CO2] minn CO2 ittrasportat fl-infrastruttura tat-trasport;
Eavvenimenti ta’ tnixxija = L-ammont ta’ CO2 [t CO2] ittrasportat fl-infrastruttura tat-trasport, li jiġi rilaxxat bħala riżultat tal-ħsara ta’ komponent wieħed jew aktar tal-infrastruttura tat-trasport;
Einfrastruttura tat-trasport = L-ammont ta’ CO2 [t CO2] mill-attività tal-infrastruttura tat-trasport stess, jiġifieri mhux emissjonijiet li jirriżultaw mis-CO2 ittrasportat, iżda li jiġu rilaxxati minn proċessi ta’ kombustjoni jew proċessi oħra konnessi b’mod funzjonali mal-infrastruttura tat-trasport, immonitorjati skont it-taqsimiet rilevanti tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;
B.2.1.
Emissjonijiet li jaħarbu mill-infrastruttura tat-trasport
L-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jikkunsidra l-emissjonijiet li jaħarbu minn tal-inqas kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ tagħmir li ġejjin:
(a)siġilli;
(b)strumenti tal-kejl;
(c)valvoli;
(d)stazzjonijiet intermedji ta’ kompressjoni;
(e)faċilitajiet intermedji ta’ ħżin inklużi dawk immuntati fuq vetturi tat-trasport tas-CO2.
L-operatur għandu jiddetermina r-rati medji tal-emissjonijiet ER (espressi f’g CO2/unità ta’ ħin) għal kull biċċa tagħmir għal kull okkorrenza fejn jista’ jiġi mistenni li jseħħu emissjonijiet li jaħarbu fil-bidu tal-operat, u l-aktar tard sal-aħħar tal-ewwel sena ta’ rapportar li fiha l-infrastruttura tat-trasport tkun qiegħda topera. L-operatur għandu jirrieżamina dawk ir-rati mill-inqas kull 5 snin fid-dawl tal-aqwa tekniki u għarfien.
L-operatur għandu jikkalkula l-emissjonijet li jaħarbu billi jimmultiplika l-għadd ta' bċejjeċ ta’ tagħmir f’kull kategorija bir-rata ta’ emissjonijiet u jgħodd ir-riżultati għall-kategoriji singoli kif muri fl-ekwazzjoni li ġejja:
L-għadd ta’ okkorrenzi (Noccurr) għandu jkun l-għadd ta’ biċċiet tat-tagħmir speċifiku għal kull kategorija, immultiplikat bl-għadd ta’ unitajiet ta’ ħin fis-sena.
B.2.2.
Emissjonijiet minn avvenimenti ta’ tnixxija
L-operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jipprovdi evidenza tal-integrità tas-sistema billi juża data rappreżentattiva (relatata mal-ispazju u ż-żmien) dwar it-temperatura u l-pressjoni. Fejn id-data tindika li tkun seħħet tnixxija, l-operatur għandu jikkalkula l-ammont ta’ CO2 li jkun ħareġ b’metodoloġija adattata ddokumentata fil-pjan ta’ monitoraġġ, ibbażata fuq linji gwida tal-aqwa prattiki tal-industrija, inkluż bl-użu tad-differenzi fid-data tat-temperatura u l-pressjoni mqabbla ma’ valuri medji tal-pressjoni u t-temperatura relatati mal-integrità.
B.2.3. Emissjonijiet ivventjati
Kull operatur ta’ infrastruttura tat-trasport tas-CO2 għandu jipprovdi fil-pjan ta’ monitoraġġ analiżi dwar is-sitwazzjonijiet potenzjali ta’ vventjar ta’ emissjonijiet, inkluż għal raġunijiet ta’ manutenzjoni jew emerġenza, u jipprovdi metodoloġija adattata ddokumentata sabiex jikkalkula l-ammont ta’ CO2 ivventjat, abbażi tal-linji gwida dwar l-aħjar prattiki tal-industrija.”;
(j) it-Taqsima 23 hija emendata kif ġej:
(i) fil-Punt (A), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“
L-awtorità kompetenti għandha tibbaża l-limiti għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fuq id-delimitazzjoni tal-post tal-ħżin u l-kumpless tal-ħżin kif speċifikat fil-permess skont id-Direttiva 2009/31/KE, kif ukoll il-faċilitajiet anċillari kollha funzjonalment konnessi mal-kumpless tal-ħżin, bħall-ħżin intermedju tas-CO2, il-booster, il-likwefazzjoni, il-gassifikazzjoni, l-istazzjonijiet tal-purifikazzjoni jew il-ħiters. Meta jiġu identifikati tnixxijiet mill-kumpless tal-ħżin u dawn iwasslu għal emissjonijiet jew rilaxx tas-CO2 fil-kolonna tal-ilma, l-operatur għandu jwettaq minnufih dan kollu li ġej:
(a)jinnotifika lill-awtorità kompetenti;
(b)jinkludi t-tnixxija bħala fluss minn sors jew sors ta’ emissjoni għall-installazzjoni rispettiva;
(c)jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet.”
(ii) fil-Punt (B), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“L-operatur tal-attività ta’ ħżin ġeoloġiku ma għandux iżid is-CO2 riċevut minn installazzjoni oħra mal-livell ikkalkulat ta’ emissjonijiet tiegħu, u mil-livell ikkalkulat ta’ emissjonijiet tiegħu ma għandu jnaqqas l-ebda CO2 li jkun maħżun b’mod ġeoloġiku fil-post tal-ħżin jew li jiġi ttrasferit lejn installazzjoni oħra. L-operatur għandu jimmonitorja l-emissjonijiet minn kwalunkwe faċilità anċillari konnessa b’mod funzjonali mal-kumpless tal-ħżin f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 22 tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.”;
(iii) il-Punt (B1), it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Kull operatur għandu jiddetermina l-V CO2 bħala fluss minn sors wieħed jew aktar bħal f’metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa f’konformità mal-Artikolu 25 jew billi juża metodoloġija bbażata fuq il-kejl f’konformità mal-Artikoli 41 sa 46 ta’ dan ir-Regolament. B’deroga mill-ewwel sentenza u mal-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, l-operatur jista’ jinkludi fil-pjan ta’ monitoraġġ metodoloġija xierqa għad-determinazzjoni tal-V CO2 abbażi tal-aħjar prattiki tal-industrija, fejn l-applikazzjoni ta’ metodoloġiji ta’ monitoraġġ imsemmija fl-ewwel sentenza ikunu jistgħu jwasslu għal kostijiet irraġonevoli jew l-operatur ikun jista’ juri li l-metodoloġija bbażata fuq l-aħjar prattiki tal-industrija tippermetti li l-ammonti jiġu ddeterminati b’mill-inqas l-istess preċiżjoni bħall-metodoloġiji bbażati fuq il-kejl.”;
(iv) il-Punt (B2), l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Kull operatur għandu jikkunsidra mill-inqas is-sorsi ta’ emissjonijiet addizzjonali potenzjali li ġejjin mill-irkupru mtejjeb tal-idrokarburi (EHR):”;
(53)l-Anness V huwa emendat kif ġej:
(a) it-Tabella 1 hija emendata kif ġej:
(i) it-tnax-il ringiela, l-intestatura “Raffinerija ta’ żejt minerali” hija sostitwita b’dan li ġej:
“Raffinerija ta’ żejt”;
(ii) is-sebgħa u għoxrin ringiela, l-intestatura “Produzzjoni ta’ aluminju primarju” hija sostitwita b’dan li ġej:
“Produzzjoni ta’ aluminju primarju jew ta’ alumina”;
(iii) tiżdied ir-ringiela li ġejja fl-aħħar tat-Tabella:
“
|
Qbid, trasferiment u ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fis-sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE
|
|
Bilanċ tal-massa ta’ CO2 ittrasferit
|
2
|
m.a.
|
m.a.
|
2
|
m.a.
|
m.a.
|
|
L-ivventjar tas-CO2, ir-rilokazzjoni u l-emissjonijiet li jaħarbu
|
2
|
m.a.
|
m.a.
|
2
|
m.a.
|
m.a.
|
”;
(54)fit-Tabella tal-Anness VII, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu wara t-tieni ringiela, l-intestatura “gass naturali”:
“
|
CO2 ittrasferit
|
Mill-inqas darba fil-ġimgħa
|
|
Gass mit-tromba ta’ ċumnija għall-iskop tal-Artikolu 43(4)
|
Kull 50 000 tunnellata ta’ CO2 totali, iżda mill-inqas darba fix-xahar
|
”;
(55)L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
(a) it-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
(i) it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Elementi speċifiċi għal installazzjonijiet stazzjonarji:”
(ii) fil-punt (6), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
“Għall-produzzjoni tal-aluminju primarju jew tal-alumina, l-elementi addizzjonali li ġejjin:”;
(iii) fil-punt (7), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“data ta’ pressjonijiet u temperaturi aggregata b’mod rappreżentattiv minn infrastruttura tat-trasport”;
(iv) jiddaħħal il-punt (8) li ġej:
“8. Għal CO2 marbut kimikament b’mod permanenti, fejn applikabbli, l-elementi addizzjonali li ġejjin:
(a) dokumentazzjoni tal-ammont ta’ CO2 marbut kimikament b’mod permanenti;
(b) it-tipi ta’ prodotti li s-CO2 kien marbut kimikament magħhom, l-ammonti tagħhom prodotti u l-użi rispettivi tal-prodotti.”;
(b) it-Taqsima 3 hija emendata kif ġej:
(i) il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet, id-dokumentazzjoni dwar il-metodoloġija għal-lakuni fid-data fejn applikabbli, l-għadd ta’ titjiriet fejn seħħew lakuni fid-data, id-data użata biex jingħalqu l-lakuni fid-data, fejn seħħew, u, fejn l-għadd ta’ titjiriet b’lakuni fid-data qabeż il-5 % tat-titjiriet li ġew irrapportati, ir-raġunijiet għal-lakuni fid-data kif ukoll id-dokumentazzjoni tal-azzjonijiet rimedjali meħuda;”;
(ii) jiddaħħlu l-punti (5) u (6) li ġejjin:
“(5) Għall-iskop tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, id-data kollha mmonitorjata mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru skont l-Artikolu 56b(2) ta’ dan ir-Regolament, fejn tali data tintuża għall-kalkolu tas-CO2(e) għal kull titjira f’konformità mal-metodu msemmi fl-Artikolu 56a ta’ dan ir-Regolament;
(6) Għall-fini tal-monitoraġġ tal-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2 u meta l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jużax in-NEATS, l-għadd ta’ titjiriet fejn seħħew lakuni fid-data u l-valuri prestabbiliti xierqa użati tal-Anness IIIa, it-Taqsima 5 u l-Anness IIIb ta’ dan ir-Regolament biex jingħalqu l-lakuni fid-data.”;
(56)l-Anness X huwa emendat kif ġej:
(a) it-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:
(i) it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Rapporti dwar l-emissjonijiet annwali ta’ installazzjonijiet stazzjonarji”;
(ii) fil-punt (6), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“l-emissjonijiet totali espressi bħala t CO2(e), inkluż is-CO2 minn flussi minn sorsi ta’ bijomassa li ma jikkonformawx mal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament, jew minn flussi minn sorsi RFNBO jew RCF li ma jikkonformawx mal-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament, jew minn flussi minn sorsi ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju li ma jikkonformawx mal-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament;”;
(iii) fil-punt (6), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“fatturi ta’ emissjoni, espressi f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 36(2) ta’ dan ir-Regolament; frazzjoni tal-bijomassa; frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, fatturi ta’ ossidazzjoni u ta’ konverżjoni, espressi bħala frazzjonijiet mingħajr dimensjoni;”;
(iv) il-punt (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Fejn tiġi applikata metodoloġija ta’ bilanċ tal-massa, il-fluss tal-massa, u l-kontenut ta’ karbonju għal kull fluss minn sors li jidħol u joħroġ mill-installazzjoni; frazzjoni tal-bijomassa, frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, u valur kalorifiku nett, fejn rilevanti;”;
(v)fil-punt (8), il-punti (a), (b), (c), (d) u (e) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“
(a)ammonti ta’ bijomassa u ta’ bijomassa bi klassifikazzjoni żero maħruqa jew ammonti ta’ RFNBO jew RCF u ta’ RFNBO jew RCF bi klassifikazzjoni żero maħruqa, jew ammonti ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju u ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero, espressi f’TJ, jew użati fi proċessi, espressi f’t jew Nm3;
(b)emissjonijiet ta’ CO2 mill-bijomassa u minn bijomassa bi klassifikazzjoni żero jew emissjonijiet minn RFNBO jew RCF u minn RFNBO jew RCF bi klassifikazzjoni żero, jew emissjonijiet minn karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju u ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero espressi f’t CO2, fejn tintuża metodoloġija bbażata fuq il-kejl biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet;
(c)indikatur għall-valur kalorifiku nett tal-bijomassa jew RFNBO jew RCF jew flussi minn sorsi ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju użati bħala karburant, fejn rilevanti;
(d)emissjonijiet, ammonti u kontenut tal-enerġija tal-karburanti tal-bijomassa u tal-bijolikwidi maħruqa jew RFNBO jew RCF maħruqa, jew karburanti sintetiċi b’livell baxx tal-karbonju maħruqa espressi f’t u TJ, u informazzjoni li l-karburanti tal-bijomassa u l-bijolikwidi bi klassifikazzjoni żero jew RFNBO jew RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju jikkonformaw mal-Artikolu 38(5) jew l-Artikolu 39a(3) jew l-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament;
(e)CO2 jew N2O ttrasferit lejn installazzjoni jew riċevut minn installazzjoni u kwalunkwe CO2 fi tranżitu, fejn japplika l-Artikolu 49 jew 50 ta’ dan ir-Regolament, espress f’t CO2(e);”;
(vi) fil-punt (8), jiddaħħlu l-punti (i) u (j):
“(i) l-ammont ta’ CO2 marbut kimikament fil-prodott f’konformità mal-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament, espress f’t CO2;
(j) it-tipi u l-ammonti ta’ prodotti prodotti li fihom is-CO2 kien marbut kimikament f’konformità mal-Artikolu 49a(1) ta’ dan ir-Regolament, espressi f’t tal-prodott;”;
(vii) fil-punt (9), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(c) fejn applikabbli, indikatur għall-kontenut tal-enerġija mill-karburanti u l-materjali fossili u mill-bijomassa użata bħala karburanti u materjali kif ukoll minn RFNBO jew RCF jew karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju.”;
(b) it-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:
(i) il-punti (8) u (9), huma sostitwiti b’dan li ġej:
“8. Massa ta’ karburant pur (f’tunnellati) għal kull tip ta’ karburant għal kull par ta’ Stati, inkluża informazzjoni dwar dan kollu li ġej:
(a)(a) Jekk il-karburant tal-avjazzjoni alternattiv għandux klassifikazzjoni bi klassifikazzjoni żero f’konformità mal-Artikolu 54c ta’ dan ir-Regolament;
(b)(b) Jekk il-karburant huwiex karburant tal-avjazzjoni eliġibbli;
(c)(c) Għal karburanti tal-avjazzjoni eliġibbli, it-tip ta’ karburant kif definit fl-Artikolu 3c(6) tad-Direttiva 2003/87/KE;
9. L-emissjonijiet totali ta’ CO2 f’tunnellati ta’ CO2 bl-użu tal-fattur ta’ emissjoni preliminari kif ukoll il-fattur ta’ emissjoni diżaggregat mill-Istat Membru tat-tluq u tal-wasla;”;
(ii) il-punt (12) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“12. Elementi ta’ memo:
(a)
l-ammont ta’ karburanti tal-avjazzjoni alternattivi użati matul is-sena ta’ rapportar (f’tunnellati) elenkati għal kull tip ta’ karburant, u jekk il-karburanti jikkonformawx mal-Artikolu 54c ta’ dan ir-Regolament;
(b)
il-valur kalorifiku nett tal-karburanti alternattivi;”;
(iii) il-punt (13) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Bħala anness għar-rapport annwali dwar l-emissjonijiet, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jinkludi l-emissjonijiet annwali u n-numri annwali ta’ titjiriet għal kull par ta’ ajrudromi. Jekk applikabbli, l-ammont ta’ karburant tal-avjazzjoni alternattiv u karburant tal-avjazzjoni eliġibbli (f’tunnellati) għandu jiġi indikat għal kull par ta’ ajrudromi. Fuq talba tal-operatur l-awtorità kompetenti għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala kunfidenzjali.”;
(c) tiddaħħal it-Taqsima 2a:
“2a.
RAPPORTI ANNWALI TAL-OPERATURI TA’ INĠENJI TAL-AJRU DWAR L-EFFETTI TAL-AVJAZZJONI MHUX MARBUTA MAS-CO2
Għall-effetti tal-avjazzjoni mhux marbuta mas-CO2, ir-rapport separat kif imsemmi fl-Artikolu 68(5) ta’ dan ir-Regolament għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
1.Data li tidentifika l-operatur ta’ inġenju tal-ajru, u s-sinjal tas-sejħa jew deżinjaturi uniċi oħra użati għal finijiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll dettalji ta’ kuntatt rilevanti;
2.Isem u indirizz tal-verifikatur tar-rapport;
3.Is-sena ta’ rapportar;
4.Referenza għal u n-numru tal-verżjoni tal-aħħar pjan ta’ monitoraġġ approvat u d-data li minnha huwa applikabbli, ir-referenza għal u n-numru tal-verżjoni ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ oħrajn rilevanti għas-sena ta’ rapportar;
5.Tibdil rilevanti fl-operat u devjazzjonijiet mill-pjan ta’ monitoraġġ approvat matul il-perjodu ta’ rapportar;
6.In-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru użati fil-perjodu kopert mir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ avjazzjoni koperti bl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE mwettqa mill-operatur ta’ inġenju tal-ajru;
7.L-għadd totali ta’ titjiriet għal kull par ta’ Stati koperti mir-rapport;
8.Is-somma ta’ CO2(e) tat-titjiriet immonitorjati tal-operatur ta’ inġenju tal-ajru għal kull par ta’ ajrudromi, espressa fil-metrika klimatika prevista fl-Artikolu 56a(2) ta’ dan ir-Regolament.
9.It-tabella XML li jkun fiha għal kull titjira u kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness IIIa ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni dwar it-titjira, it-tip ta’ inġenju tal-ajru, l-identifikatur tal-magna u CO2(e), espressi fil-metrika klimatika prevista fl-Artikolu 56a(2) ta’ dan ir-Rgolament;
10.Jekk l-operatur ta’ inġenju tal-ajru ma jkunx qed juża n-NEATS biex jikkalkula s-CO2(e), iżda l-għodod tal-IT tiegħu stess jew ta’ partijiet terzi kif imsemmi fl-Artikolu 56a(7)(b) ta’ dan ir-Regolament, deskrizzjoni ta’ kif tiġi applikata l-effikaċja f’dawk l-għodod, f’konformità ma’ dan ir-Regolament u n-NEATS, biex jirfina l-GWP. Jekk l-effikaċja ma ġietx applikata fl-għodod, l-operatur ta’ inġenju tal-ajru għandu jipprovdi deskrizzjoni li tispjega r-raġunijiet għaliex ma applikax l-effikaċja.”;
(d) it-Taqsima 4 hija emendata kif ġej:
(i) il-punt (6) huwa emendat kif ġej:
- il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(a) l-emissjonijiet totali espressi bħala t CO2, inkluż is-CO2 minn flussi ta’ karburant tal-bijomassa li ma jikkonformawx mal-Artikolu 38(5) ta’ dan ir-Regolament, jew minn flussi minn sorsi RFNBO jew RCF li ma jikkonformawx mal-Artikolu 39a(3) ta’ dan ir-Regolament, jew minn flussi minn sorsi ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju li ma jikkonformawx mal-Artikolu 39a(4) ta’ dan ir-Regolament;”;
- il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(d) il-fatturi ta’ emissjoni, espressi f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 75f ta’ dan ir-Regolament; frazzjoni tal-bijomassa, frazzjoni tal-bijomassa bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF, frazzjoni tal-RFNBO jew tal-RCF bi klassifikazzjoni żero, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju, frazzjoni sintetika b’livell baxx ta’ karbonju bi klassifikazzjoni żero espressi bħala frazzjonijiet mingħajr dimensjoni;”;
(ii) fil-punt (7), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(a) indikatur għall-valur kalorifiku nett tal-bijomassa, RFNBO jew RCF jew flussi ta’ karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju, fejn rilevanti;
(b) l-emissjonijiet, l-ammonti u l-kontenut tal-enerġija tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi, tal-karburanti tal-bijomassa, tal-RFNBOs u tal-RCFs, tal-karburanti sintetiċi b’livell baxx ta’ karbonju rilaxxati għall-konsum, espressi f’t u TJ, u l-informazzjoni dwar jekk jikkonformawx mal-Artikolu 38(5) jew 39a(3) jew 39a(4) ta’ dan ir-Regolament;”;
(57)fl-Anness Xa, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
“Flimkien mal-informazzjoni li tinsab fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet skont l-Anness X ta’ dan ir-Regolament, l-operatur għandu jissottometti l-informazzjoni li ġejja għal kull karburant mixtri kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (af) tad-Direttiva 2003/87/KE:”;
(58)fl-Anness Xb, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:
“Flimkien mal-informazzjoni li tinsab fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet skont l-Anness X ta’ dan ir-Regolament, l-entità regolata għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja għal kull karburant mixtri kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (af), tad-Direttiva 2003/87/KE: “;
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Madankollu, l-Artikolu 1, il-punti (2)(m), (42) sa (46), (49), (57) u (58) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2024.
L-Artikolu 1, il-punti (3), (5) sa (8), (9)(c), (21), (25) sa (27), (28)(a), (29), (35), (36), (38), (40), (41), (47)(a) (ii) u (iii), (47)(b)(i) l-ewwel u r-raba’ sing, (47)(b)(iii), (48)(a)(ii), (51), (52)(d), (52)(e), (52)(f), (52)(g)(ii), (52)(h), (52)(i), (52)(j), (53), (55)(a)(ii), (55)(a)(iii), (55)(a)(iv), (55)(b)(ii), (56)(a)(vi), (56)(c) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23.9.2024
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN