EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C(2023)3851

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../... li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom, attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar u l-protezzjoni tagħhom, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, jew għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi u għad-determinazzjoni ta’ jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi

C/2023/3851 final

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-ATT DELEGAT

1.1. Sfond ġenerali u objettiv

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew 1 u t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u sostenibbli sal-2050 jippreżentaw opportunitajiet iżda wkoll sfidi għall-UE. L-investiment fit-tranżizzjoni ekoloġika se jgħin biex l-Ewropa ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima, se jgħin biex jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-UE, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. L-investimenti fl-enerġija nadifa u fl-effiċjenza enerġetika se jsaħħu l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni u jnaqqsu d-dipendenza tagħna fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili ta’ pajjiżi terzi, u b’hekk jgħinu biex jimmoderaw il-prezzijiet tal-enerġija fil-futur. L-investimenti fil-kapaċità tagħna li niżviluppaw u nimmanifatturaw teknoloġiji nodfa se jsaħħu wkoll il-kompetittività tal-UE. Biex tikseb dan, l-Unjoni se jkollha bżonn tinvesti EUR 700 biljun addizzjonali kull sena biex tilħaq l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku 2 . Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-investimenti se jkollhom jiġu minn finanzjament privat. Dan huwa wkoll konformi mal-prijorità tal-Kummissjoni li tibni ekonomija lesta għall-futur li taħdem għan-nies u twassal għal stabbiltà, impjiegi, tkabbir u investiment.

Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 (ir-“Regolament dwar it-Tassonomija”) għandu l-għan li jgħin biex il-kapital jiġi dirett lejn attivitajiet li jikkontribwixxu sostanzjalment biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, bħan-newtralità u r-reżiljenza tal-klima, it-tniġġis żero, il-preservazzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar. Billi jipprovdi lill-kumpaniji, lill-investituri u lil dawk li jfasslu l-politika b’definizzjonijiet ta’ attivitajiet ekonomiċi li jistgħu jitqiesu bħala ambjentalment sostenibbli, ir-Regolament dwar it-Tassonomija huwa mistenni li jgħin biex l-investimenti jiġu diretti f’setturi ekonomiċi fejn huma l-aktar meħtieġa għal tranżizzjoni ekoloġika ġusta.

Dan il-qafas jgħin biex tiżdied it-trasparenza, jittaffa r-riskju ta’ “greenwashing” u tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq li tista’ tiġi kkawżata minn nuqqas ta’ fehim komuni dwar x’jikkostitwixxi attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Ir-Regolament dwar it-Tassonomija ma jimponi l-ebda obbligu fuq l-investituri li jinvestu f’dawk l-attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw kriterji speċifiċi stabbiliti f’dak ir-Regolament.

Ir-Regolament dwar it-Tassonomija jistabbilixxi l-qafas għat-Tassonomija tal-UE billi jistabbilixxi erba’ kundizzjonijiet li attività ekonomika trid tissodisfa sabiex tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli. Attività li tikkwalifika trid:

(i)    tikkontribwixxi sostanzjalment għal wieħed jew aktar minn fost is-sitt objettivi ambjentali 4 stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament dwar it-Tassonomija f’konformità mal-Artikoli 10 sa 16 ta’ dak ir-Regolament;

(ii)    la tagħmilx ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament;

(iii)    titwettaq f’konformità mas-salvagwardji (soċjali) minimi stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament dwar it-Tassonomija;

(iv)    tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati f’konformità mal-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament dwar it-Tassonomija. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar iħaddmu l-kundizzjonijiet (i) u (ii) billi jispeċifikaw ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni għal kwalunkwe attività ekonomika li tiddetermina taħt liema kundizzjonijiet dik l-attività: (i) tagħti kontribut sostanzjali għal objettiv ambjentali partikolari; u (ii) ma tagħmilx ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali l-oħrajn.

Fl-4 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 5 billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (l-“Att Delegat dwar il-Klima tat-Tassonomija”). Fis-6 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 6 li jispeċifika l-kontenut, il-metodoloġija, u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi divulgata kemm mill-impriżi mhux finanzjarji kif ukoll minn dawk finanzjarji li huma meħtieġa jirrapportaw dwar l-eliġibbiltà u l-allinjament tal-attivitajiet tagħhom mat-Tassonomija tal-UE (l-“Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet Tassonomiċi”). Fid-9 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 7 li jemenda l-Att Delegat dwar il-Klima tat-Tassonomija u l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet Tassonomiċi. Dawn l-emendi inkludew ċerti attivitajiet fit-Tassonomija tal-UE dwar il-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-enerġija nukleari u mill-gass naturali u stabbilew rekwiżiti speċifiċi ta’ divulgazzjoni għal dawk l-attivitajiet.

Dan l-Att Delegat (l-“Att Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija”) jispeċifika l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li taħthom ċerti attivitajiet ekonomiċi fis-setturi tal-manifattura, tal-provvista tal-ilma, tad-drenaġġ, tal-ġestjoni u tar-rimedju tal-iskart, tal-kostruzzjoni, tal-inġinerija ċivili, tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri, tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, tal-attivitajiet ta’ protezzjoni u restawr ambjentali u ta’ akkomodazzjoni, jikkwalifikaw bħala li jikkontribwixxu sostanzjalment għal: (i) l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar; (ii) it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; (iii) il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis; jew (iv) il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi. Dan l-Att jispeċifika wkoll kriterji għad-determinazzjoni ta’ jekk dawk l-attivitajiet ekonomiċi jikkawżawx ħsara sinifikanti lil kwalunkwe objettiv ambjentali ieħor. Dan l-Att jagħti prijorità lil dawk l-attivitajiet u s-setturi ekonomiċi li ġew identifikati bħala li għandhom l-akbar potenzjal li jagħtu kontribut sostanzjali għal wieħed jew aktar mill-erba’ objettivi ambjentali u li għalihom kien possibbli li jiġu żviluppati jew irfinuti l-kriterji rakkomandati mingħajr aktar dewmien. Għal ċerti setturi u attivitajiet, bħall-agrikoltura, il-forestrija jew is-sajd, kif ukoll għal ċerti attivitajiet ta’ manifattura, se jkunu meħtieġa valutazzjoni u kalibrar ulterjuri tal-kriterji 8 .

Peress li t-tibdil fil-klima x’aktarx li jaffettwa s-setturi kollha tal-ekonomija, is-setturi kollha tal-ekonomija se jeħtieġu li jiġu adattati għall-impatt negattiv tal-klima kurrenti u l-klima futura mistennija. Għalhekk, l-Att Delegat dwar il-Klima tat-Tassonomija stabbilixxa kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-adattament għat-tibdil fil-klima għas-setturi u l-attivitajiet ekonomiċi kollha li kienu koperti mill-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Minħabba restrizzjonijiet ta’ żmien, f’dan l-istadju l-Pjattaforma u l-Kummissjoni ma setgħux jiżviluppaw kriterji ta’ adattament ukoll għall-attivitajiet inklużi fl-Att Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija biex jagħmluhom adattati għat-tibdil fil-klima. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tiżviluppa kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet rilevanti biex tagħmilhom adattati għat-tibdil fil-klima fil-futur.

Dan l-Att Delegat jemenda wkoll l-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet Tassonomiċi biex jiżgura li r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fih ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Att Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija u biex jikkoreġi għadd żgħir ta’ żbalji tekniċi u inkonsistenzi.

L-Att Delegat emendatorju huwa parti minn pakkett regolatorju li jinkludi wkoll l-Att Delegat li jemenda l-Att Delegat dwar il-Klima tat-Tassonomija, li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima għal attivitajiet ekonomiċi addizzjonali li għadhom ma humiex inklużi f’dak l-Att Delegat. Dan jintroduċi wkoll emendi limitati ta’ natura teknika biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-Att Delegat dwar il-Klima tat-Tassonomija.

1.2. Sfond ġuridiku

Dan l-Att Delegat huwa bbażat fuq is-setgħat stabbiliti fl-Artikoli 8(4), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament dwar it-Tassonomija. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar huma stabbiliti f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament.

F’konformità mal-Artikolu 31 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Regolamentazzjoni Aħjar 9 , dan l-Att Delegat jikkombina ħames setgħat interrelatati tar-Regolament dwar it-Tassonomija f’att wieħed. Dawn huma s-setgħat stabbiliti fl-Artikoli 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) relatati mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis u l-protezzjoni, u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi rispettivament u responsabilizzazzjoni fl-Artikolu 8(4) dwar l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata minn impriżi li huma soġġetti għal obbligu li jippubblikaw informazzjoni mhux finanzjarja skont l-Artikolu 19a jew l-Artikolu 29(a) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 (Id-“Direttiva dwar il-Kontabbiltà”).

2.KONSULTAZZJONIJIET QABEL L-ADOZZJONI TAL-ATT

Dan l-Att Delegat jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli (PSF), grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni stabbilit fl-2020 magħmul minn diversi partijiet ikkonċernati mis-settur privat u pubbliku. Il-PSF hija awtorizzata skont l-Artikolu 20 tar-Regolament dwar it-Tassonomija biex tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għas-sitt objettivi ambjentali tat-Tassonomija tal-UE.

Filwaqt li tibni fuq il-prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi bl-akbar potenzjal li jagħtu kontribut sostanzjali għal wieħed mill-erba’ objettivi ambjentali tat-Tassonomija tal-UE, il-Pjattaforma żviluppat abbozz ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal għadd ta’ attivitajiet.

L-abbozz tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar propost mill-Pjattaforma ġie ppubblikat għal feedback mill-partijiet ikkonċernati minn Awwissu sa Settembru 2021. Il-feedback ipprovdut mill-partijiet ikkonċernati tqies mill-Pjattaforma qabel il-pubblikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet finali tagħha f’Marzu u f’Novembru 2022 11 . Ir-rakkomandazzjonijiet finali tal-Pjattaforma ġew diskussi wkoll mal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri (MSEG) tal-Kummissjoni f’diversi okkażjonijiet b’mod partikolari fis-6 ta’ April, fit-8 ta’ Lulju, fl-4 ta’ Ottubru u fil-15 ta’ Diċembru 2022 u fl-24 ta’ Jannar 2023.

Il-Kummissjoni qieset il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar rakkomandati żviluppati mill-Pjattaforma u wettqet aktar ħidma biex tiżgura li l-kriterji jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament dwar it-Tassonomija. L-abbozz tal-att delegat ġie kondiviż mal-MSEG u mal-Pjattaforma fil-5 ta’ April 2023 u ġie ppubblikat, flimkien mal-emendi proposti għall-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima u l-emendi għall-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet tat-Tassonomija, għal 4 ġimgħat biex jinġabar il-feedback tal-partijiet ikkonċernati mill-5 ta’ April sat-3 ta’ Mejju 2023. B’kollox, 636 rispondent ipprovdew feedback 12 .

L-abbozz tal-att delegat ġie diskuss ukoll mal-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli fid-19 ta’ April u fl-24 ta’ Mejju 2023. L-abbozz tal-att delegat ġie ppreżentat u diskuss ukoll mal-esperti u l-osservaturi tal-Istati Membri mill-Parlament Ewropew, fil-laqgħat tal-MSEG fl-20 ta’ April 2023 u fil-25 ta’ Mejju 2023. Fil-25 ta’ Mejju 2023 saret ukoll diskussjoni ad hoc mal-Membri tal-Parlament Ewropew.

B’mod ġenerali, il-Pjattaforma, l-MSEG u l-feedback tal-partijiet ikkonċernati kienu pożittivi u laqgħu l-inklużjoni ta’ objettivi u setturi ġodda fit-Tassonomija tal-UE. Ġie espress tħassib divers, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti setturi meqjusa bħala kritiċi, filwaqt li ġew innutati l-implikazzjonijiet potenzjali għall-impriżi li l-attivitajiet tagħhom mhumiex koperti mit-Tassonomija. Il-kummenti kienu fil-biċċa l-kbira polarizzati bejn dawk li jipproponu kriterji ftit jew wisq stretti. Xi wħud qiesu l-kalibrazzjoni tal-kriterji għal ċerti attivitajiet bħala mhux ambizzjuża biżżejjed. Oħrajn qiesu xi wħud mill-kriterji bħala ambizzjużi, kumplessi jew dojoq wisq. Ħafna kummenti ffukaw ukoll fuq l-użu tal-kriterji, il-modalitajiet ta’ rappurtar u l-kjarifiki tekniċi.

Abbażi ta’ eżami bir-reqqa tal-feedback riċevut, saru xi kalibrazzjonijiet immirati ta’ ċerti kriterji kif ukoll modifiki tekniċi oħra matul il-finalizzazzjoni tar-Regolament Delegat. Dawn jikkonċernaw, b’mod partikolari, kjarifiki tekniċi, allinjamenti biex tiġi żgurata konsistenza akbar mal-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti, l-inklużjoni ta’ referenzi għar-rieżamijiet li ġejjin, kif ukoll allinjamenti biex tittejjeb il-koerenza tal-kriterji “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal diversi attivitajiet.

Il-biċċa l-kbira tal-kummenti kienu relatati mal-attivitajiet li jikkontribwixxu għall-objettiv tal-ekonomija ċirkolari, b’mod partikolari fis-setturi tal-manifattura, tal-kostruzzjoni u tal-attivitajiet tal-ilma u tal-iskart. Sommarju tal-feedback riċevut matul il-perjodu ta’ feedback pubbliku huwa stabbilit fl-Anness 7.2 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja dan ir-Regolament Delegat. Il-bidliet ewlenin introdotti għall-kriterji wara l-perjodu ta’ feedback huma deskritti fil-Kapitolu 4 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal, ikklassifikati skont l-objettiv u s-settur.

Attivitajiet li jagħtu kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar – l-Anness I

Abbażi tal-feedback riċevut, il-bidliet kienu fil-biċċa l-kbira tekniċi. Saru emendi mmirati, speċjalment għall-attività Trattament tal-Ilma Urban Mormi biex jiġu ċċarati kwistjonijiet tekniċi u jkun hemm allinjament aħjar mal-qafas tal-ilma tal-UE. Għal soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, id-deskrizzjoni tal-attività ġiet emendata biex ikun estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha biex tkopri l-lagi peress li huma parti min-network tax-xmajjar. Barra minn hekk, il-kriterji tad-DNSH inbidlu biex tiġi żgurata l-koerenza bejn din l-attività u attivitajiet oħra relatati mill-qrib inklużi fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima (u l-emendi tiegħu) u l-Att Delegat Ambjentali.

Attivitajiet li jagħtu kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari – l-Anness II

Għall-manifattura, il-bidliet kienu ffukati l-aktar fuq it-titjib tal-użabbiltà tal-kriterji. Għall-manifattura ta’ oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik, fil-biċċa l-kbira l-feedback riċevut kien jitlob li l-kriterji tat-Tassonomija jiġu allinjati mal-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni emendat it-test dwar l-użu tal-kontenut riċiklat, id-disinn għall-użu mill-ġdid, ir-rotazzjonijiet u s-sistemi għall-użu mill-ġdid, kif ukoll dwar ir-riċiklabbiltà tal-prodott. Il-Kummissjoni aġġustat ukoll il-livell ta’ ambizzjoni tal-kriterji għall-użu ta’ materja prima ċirkolari u introduċiet miri ġodda bbażati fuq impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi li ġew ivvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ. Il-miri aġġornati jiżguraw li l-kriterji tat-Tassonomija jkunu aktar stretti mil-leġiżlazzjoni riveduta li ġejja, iżda fl-istess ħin ikunu jistgħu jintużaw aktar minħabba d-disponibbiltà teknoloġika kurrenti. Għall-kriterji dwar il-manifattura ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, il-Kummissjoni ċċarat li l-kriterji japplikaw biss fejn rilevanti għal prodott speċifiku u ma jeskludux prodotti fejn ikun impossibbli li jikkonformaw mal-kriterji minħabba n-natura tal-prodott. Il-Kummissjoni emendat ukoll id-dispożizzjoni inizjali dwar il-komponenti “rikki fil-materja prima kritika” biex id-dispożizzjoni tkun aktar ċara u aktar utilizzabbli fil-prattika.

Għall-attivitajiet tal-kostruzzjoni u tal-proprjetà immobbli inklużi fl-att delegat, ġew introdotti bidliet limitati biex jipprovdu kjarifiki jew definizzjonijiet tat-termini tekniċi użati u biex jallinjaw il-formulazzjoni tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali fl-attivitajiet inklużi f’dan is-settur. Barra minn hekk, il-kriterji tad-DNSH ġew modifikati biex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-attivitajiet u attivitajiet oħra relatati mill-qrib inklużi fl-Att Delegat dwar it-Tassonomija dwar il-Klima (u l-emendi tiegħu) u l-Att Delegat Ambjentali.

Ġew introdotti wkoll modifiki għall-attività Provvediment ta’ soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data biex din issir koerenti mal-attività relatata għall-objettiv tal-ilma, u biex tittejjeb l-użabbiltà tal-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali. Pereżempju, għall-kriterji ta’ kontribuzzjoni sostanzjali minn 2 sa 7, ġie speċifikat li l-operaturi jridu jissodisfaw biss waħda (jew tnejn) mill-kapaċitajiet elenkati għal kull soluzzjoni tal-IT/OT xprunata mid-data biex jikkonformaw mal-kriterju rispettiv.

Fir-rigward tal-attivitajiet tal-iskart u tal-ilma kif ukoll tal-attivitajiet ta’ servizzi, il-biċċa l-kbira tal-bidliet kienu tekniċi jew kellhom l-għan li jipprovdu kjarifiki.

Attivitajiet li jagħtu kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis – l-Anness III

Fir-rigward tal-manifattura ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi (active pharmaceutical ingredients, API) jew sustanzi mediċinali u ta’ prodotti farmaċewtiċi, kif ukoll attivitajiet ta’ skart u rimedju, il-bidliet kienu fil-biċċa l-kbira tekniċi jew immirati biex jgħinu jiċċaraw id-deskrizzjoni tal-attività jew l-applikazzjoni tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar.

Attivitajiet li jagħtu kontribut sostanzjali għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi – l-Anness IV

Abbażi tad-diversità tal-feedback riċevut, saru bidliet immirati fl-attività ta’ konservazzjoni. Il-bidliet ewlenin kienu jikkonċernaw il-kjarifika tal-formulazzjoni rigward it-tpaċija, sabiex jiġi ċċarat li l-kisbiet netti tal-bijodiversità biss jistgħu jingħaddu taħt l-attività ta’ konservazzjoni. Barra minn hekk, saru bidliet li jillimitaw l-użu ta’ fertilizzanti inkluż id-demel għal fejn ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni u restawr u biex jiġu segwiti l-aħjar prattiki u f’konformità mal-liġi applikabbli.

Saru wkoll bidliet limitati għall-attività turistika, b’mod partikolari billi ġie ċċarat li hija meħtieġa analiżi tal-hekk imsejħa “intensità tat-turiżmu”, jiġifieri l-għadd massimu ta’ persuni li jistgħu jżuru destinazzjoni turistika fl-istess ħin mingħajr ma jikkawżaw qerda, u li dan iġib aktar flessibbiltà fir-rigward tar-rekwiżiti relatati mal-akkwist ta’ prodotti ċċertifikati.

Bidliet fl-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet tat-Tassonomija – l-Annessi V sa VIII

Il-partijiet ikkonċernati laqgħu l-emendi proposti għall-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet biex jakkomodaw ir-rapportar fl-isfond tal-objettivi ambjentali kollha fil-qafas tar-rapportar, inklużi l-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament. Huma laqgħu wkoll il-korrezzjonijiet tekniċi li jtejbu l-użu tal-qafas ta’ rapportar.

Saru korrezzjonijiet tekniċi addizzjonali abbażi tal-feedback li wasal mingħand il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-Pjattaforma u l-Istati Membri. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-armonizzazzjoni tal-kodiċijiet għall-attivitajiet ekonomiċi u aktar konsistenza u titjib fl-użabbiltà fl-Annessi tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet għall-impriżi mhux finanzjarji u finanzjarji. Xi partijiet ikkonċernati talbu aktar żmien għall-implimentazzjoni jew għamlu aktar proposti sostantivi għal modifiki tal-qafas ta’ rapportar, bħall-inklużjoni ta’ skoperturi għall-SMEs fid-divulgazzjonijiet bankarji, li jistgħu jitqiesu aktar tard fir-rieżami usa’ tal-qafas ta’ rapportar previst skont l-Artikolu 9 tal-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet.

3.VALUTAZZJONI TAL-IMPATTI

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatti tal-Att Delegat. Il-valutazzjoni tal-impatti ma ħaditx il-forma ta’ valutazzjoni tal-impatt formali. Dan għaliex l-Att Delegat isegwi l-għażliet ta’ politika li diġà saru fir-Regolament dwar it-Tassonomija u, fil-biċċa l-kbira, fl-Att Delegat dwar il-Klima tat-Tassonomija. Ir-Regolament dwar it-Tassonomija kien soġġett għal valutazzjoni tal-impatt 13 li pprovdiet valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tar-rapportar fl-ambitu tat-Tassonomija tal-UE. L-Att Delegat dwar il-Klima tat-Tassonomija kien akkumpanjat minn valutazzjoni tal-impatt proporzjonata 14 li spjegat fid-dettall l-approċċi ġenerali meħuda biex jiġu speċifikati l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar. Dik il-valutazzjoni tibqa’ rilevanti għall-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-objettivi ambjentali.

Dan l-Att Delegat huwa appoġġat minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal analitiku 15 li: (i) jiddeskrivi l-kuntest u l-iskop tal-inizjattiva; (ii) jispjega l-approċċ meħud għad-definizzjoni tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar speċifiċi, inkluż kif dawk il-kriterji huma mistennija jaħdmu fil-prattika; (iii) jispjega kwalunkwe diverġenza jew żieda magħmula fir-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma; (iv) jiġbor fil-qosor il-benefiċċji u l-kostijiet mistennija ta’ din l-inizjattiva, inklużi, b’mod partikolari, il-kostijiet amministrattivi; u (v) jiddeskrivi kif din l-inizjattiva se tiġi mmonitorjata u evalwata.

Il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza ta’ dan l-Att Delegat mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 u bl-objettiv li jkun żgurat il-progress fl-adattament kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

F’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament dwar it-Tassonomija, il-Kummissjoni kkalibrat il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex tiżgura li l-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għal wieħed mill-objettivi ambjentali ma jikkawżawx ħsara sinifikanti (DNSH) għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima biex tiżgura li l-ebda attività li twassal għal emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet serra (greenhouse gas, GHG) ma tista’ titqies li hija ambjentalment sostenibbli. Il-potenzjal ta’ emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra u għalhekk ħsara sinifikanti għall-objettiv ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima ġie meqjus għal kull attività ekonomika. Għal attivitajiet li għandhom dan il-potenzjal, ġew żviluppati d-DNSH għall-kriterji ta’ mitigazzjoni. Għal attivitajiet li għandhom riskju baxx ta’ emissjonijiet għoljin ta’ GHG, ma ġie propost l-ebda kriterju. Kull fejn ikun possibbli u xieraq, dawn id-DNSH għall-kriterji ta’ mitigazzjoni jagħmlu kontroreferenza għall-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fid-dritt tal-UE. Fejn il-leġiżlazzjoni tal-UE ma tippreskrivix prestazzjoni minima speċifika relatata mal-ambizzjoni ambjentali, intużat metrika kwantitattiva fil-leġiżlazzjoni, bħad-data tal-installazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU Emission Trading System, ETS) tal-UE. Il-kriterji jistgħu jkunu kemm kwantitattivi, bħall-emissjonijiet ta’ GHG, kif ukoll kwalitattivi, bħal rekwiżit li jkun hemm pjan ta’ monitoraġġ tat-tnixxija tal-metan.

Bl-istess mod, il-Kummissjoni kkalibrat il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex tiżgura li l-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għal wieħed mill-objettivi ambjentali ma jikkawżawx ħsara sinifikanti għall-adattament għat-tibdil fil-klima. Dan jiżgura li l-ebda attività ma tista’ titqies li hi ambjentalment sostenibbli jekk twassal għal żieda fl-impatt negattiv fuq il-klima kurrenti u l-klima futura mistennija, fuq l-attività nnifisha jew fuq in-nies, in-natura jew l-assi.

L-approċċ meħud biex jiġi stabbilit id-DNSH għall-adattament jirrifletti l-idea li l-adattament huwa r-responsabbiltà ta’ kulħadd u li l-livelli kollha ta’ governanza jenħtieġ li jagħmlu d-deċiżjonijiet u l-operazzjonijiet tagħhom reżistenti għall-klima, inklużi individwi privati u operaturi ekonomiċi. Id-DNSH għall-adattament huwa bbażat fuq jekk l-attività hijiex reżistenti għall-klima, jiġifieri jekk ġewx identifikati xi impatti eżistenti u futuri li huma rilevanti għall-attività, u jinstabu soluzzjonijiet li jimminimizzaw jew jevitaw telf jew impatt possibbli fuq il-kontinwità tan-negozju. Il-kriterji tad-DNSH jistabbilixxu rekwiżit ibbażat fuq il-proċess li huwa l-istess fl-attivitajiet ekonomiċi kollha. Dan ir-rekwiżit ibbażat fuq il-proċess huwa propost għall-attivitajiet kollha skont l-approċċ li t-tibdil fil-klima se jaffettwa l-ekonomija kollha.

4.ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-ATT DELEGAT

Id-dritt ta’ adozzjoni ta’ atti delegati huwa previst fl-Artikoli 8(4), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament dwar it-Tassonomija.

L-Artikolu 1 jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar.

L-Artikolu 2 jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

L-Artikolu 3 jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis.

L-Artikolu 4 jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi.

L-Artikolu 5 jistabbilixxi l-emendi fl-Att Delegat dwar id-Divulgazzjonijiet Tassonomiċi.

L-Artikolu 6 jistabbilixxi r-regoli tad-dħul fis-seħħ u d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta’ 27.6.2023

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom, attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar u l-protezzjoni tagħhom, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, jew għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi u għad-determinazzjoni ta’ jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 17 , u b’mod partikolari l-Artikoli 8(4), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tiegħu,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) 2020/852 jistabbilixxi l-qafas ġenerali għad-determinazzjoni ta’ jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala attività ambjentalment sostenibbli għall-finijiet li jiġi stabbilit sa liema punt investiment ikun ambjentalment sostenibbli. Dak ir-Regolament japplika għall-miżuri adottati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-parteċipanti jew għall-emittenti fis-swieq finanzjarji fir-rigward ta’ prodotti finanzjarji jew ta’ bonds korporattivi li jkunu disponibbli bħala ambjentalment sostenibbli, għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jagħmlu disponibbli prodotti finanzjarji, u għall-impriżi li jkunu soġġetti għall-obbligu li jippubblikaw dikjarazzjoni mhux finanzjarja skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 jew dikjarazzjoni mhux finanzjarja konsolidata skont l-Artikolu 29a ta’ dik id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi jew l-awtoritajiet pubbliċi li ma humiex koperti bir-Regolament (UE) 2020/852 jistgħu japplikaw ukoll dak ir-Regolament fuq bażi volontarja.

(2)L-Artikoli 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jirrikjedu li l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom attività ekonomika speċifika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis jew għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, rispettivament, u biex, għal kull objettiv ambjentali rilevanti stabbilit fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament, jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti għall-wieħed minn dawk l-objettivi ambjentali, jew aktar.

(3)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2021 “Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli” 19 ħabbret l-istabbiliment ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-objettivi ambjentali li jkopru l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi. Dawk il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jenħtieġ li jiġu adottati flimkien mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 20 .

(4)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-objettivi ambjentali li jkopru l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, jenħtieġ li, bħall-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2139, fejn possibbli, isegwu l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita fis-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 . Sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni mill-impriżi u mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji tal-attivitajiet ekonomiċi rilevanti li għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar, jenħtieġ li d-deskrizzjoni speċifika ta’ attività ekonomika tinkludi wkoll referenzi indikattivi għall-kodiċijiet NACE li jistgħu jiġu assoċjati ma’ dik l-attività. Dawk ir-referenzi jenħtieġ li jinftiehmu bħala indikattivi u jenħtieġ li ma jipprevalux fuq id-definizzjoni speċifika tal-attività ekonomika provduta fid-deskrizzjoni tagħha.

(5)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi jenħtieġ li jiżguraw li l-attività ekonomika kkonċernata jkollha impatt pożittiv fuq wieħed minn dawk l-objettivi. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jirreferu għal limiti jew għal livelli ta’ prestazzjoni li l-attività ekonomika jenħtieġ li tilħaq sabiex tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għal wieħed minn dawk l-objettivi. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (do no significant harm, DNSH) jenħtieġ li jiżguraw li l-attività ekonomika ma jkollha l-ebda impatt ambjentali negattiv sinifikanti, inklużi impatti relatati mal-klima. Konsegwentement, dawk il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jenħtieġ li jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li l-attività ekonomika jenħtieġ li tissodisfa sabiex tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli.

(6)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tikkontribwix sostanzjalment għal wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 u ma tagħmilx ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra jenħtieġ li, fejn rilevanti, jibnu fuq id-dritt eżistenti tal-Unjoni, l-aħjar prattiki, standards u metodoloġiji, u standards, prattiki u metodoloġiji stabbiliti sew żviluppati minn entitajiet pubbliċi magħrufa fuq livell internazzjonali. Fejn dawk l-istandards, il-prattiki u l-metodoloġiji ma jkunux disponibbli għal qasam ta’ politika speċifiku, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jenħtieġ li jibnu fuq standards stabbiliti sew żviluppati minn korpi privati magħrufa fuq livell internazzjonali.

(7)Skont l-Artikolu 19(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2020/852, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jenħtieġ li jqisu n-natura u l-iskala tal-attività ekonomika u tas-settur li jirreferu għalihom, u jekk l-attività ekonomika hijiex attività abilitanti kif imsemmija fl-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament. Biex il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2020/852 b’mod effettiv u bbilanċjat, jenħtieġ li dawn il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jiġu stabbiliti bħala limitu kwantitattiv jew rekwiżit minimu, bħala titjib relattiv, bħala sett ta’ rekwiżiti kwalitattivi tal-prestazzjoni, bħala rekwiżiti bbażati fuq proċess jew prattika, jew bħala deskrizzjoni preċiża tan-natura tal-attività ekonomika nnifisha fejn dik l-attività min-natura tagħha tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għall-objettivi ambjentali.

(8)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex ikun determinat b’liema kundizzjonijiet attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar jenħtieġ li jirriflettu l-ħtieġa li jinkiseb status tajjeb għall-korpi kollha tal-ilma u status ambjentali tajjeb għall-baħar, u biex jiġi pprevenut id-deterjorament tal-korpi tal-ilma li diġà għandhom status tajjeb jew tal-baħar li diġà għandhom status ambjentali tajjeb. Għalhekk, huwa xieraq li l-ewwel ikun hemm fokus fuq dawk l-attivitajiet u s-setturi ekonomiċi li għandhom l-akbar potenzjal sabiex jilħqu dawk l-għanijiet.

(9)Il-qafas tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ilma 22 jiżgura approċċ integrat għall-ġestjoni tal-ilma, li jirrispetta l-integrità tal-ekosistemi kollha. Għalhekk, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jenħtieġ li jkollhom l-għan li jindirizzaw l-effetti avversi tal-iskariki urbani u industrijali tal-ilma mormi, biex b’hekk jipproteġu s-saħħa tal-bniedem mill-impatt avvers ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, itejbu l-ġestjoni u l-effiċjenza tal-użu tal-ilma, jiżguraw l-użu sostenibbli tas-servizzi tal-ekosistema tal-baħar, jikkontribwixxu għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar u għall-kisba u ż-żamma ġenerali ta’ status tajjeb jew ta’ potenzjal tajjeb ta’ korpi tal-ilma, inklużi korpi tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma tal-pjan. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għat-trattament tal-ilma urban mormi bħala attività li tipprovdi kontribut sostanzjali għal objettiv ambjentali wieħed jew aktar jenħtieġ li jiġu rieżaminati u fejn meħtieġ riveduti, filwaqt li titqies il-liġi rilevanti tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE 23 .

(10)Fir-rigward ta’ soluzzjonijiet ispirati u appoġġati min-natura, li jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu biex tinbena r-reżiljenza, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jenħtieġ li jkollhom l-għan li jipprevjenu u jipproteġu kontra l-għargħar jew in-nixfiet filwaqt li jtejbu ż-żamma tal-ilma naturali, il-bijodiversità u l-kwalità tal-ilma.

(11)It-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari hija faċilitatur tas-sostenibbiltà ambjentali li tiġġenera benefiċċji sinifikanti għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-bijodiversità, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-ekonomija ċirkolari tirrifletti l-ħtieġa għal attivitajiet ekonomiċi biex jippromwovu l-użu effiċjenti tar-riżorsi permezz ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ xierqa tar-riżorsi. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex ikun determinat b’liema kundizzjonijiet attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari għalhekk jenħtieġ li jiżguraw li fil-fażi tad-disinn u tal-produzzjoni, l-operatur iqis iż-żamma tal-valur fit-tul u t-tnaqqis tal-iskart tal-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Matul il-fażi tal-użu tiegħu, il-prodott jenħtieġ li jkun soġġett għal manutenzjoni biex tiġi estiża l-ħajja tiegħu, filwaqt li jitnaqqas l-ammont ta’ skart. Il-prodott jenħtieġ li jiġi żmantellat jew ittrattat wara l-użu tiegħu biex jiġi żgurat li jkun jista’ jintuża mill-ġdid jew jiġi rriċiklat għall-manifattura ta’ prodott ieħor. Dak l-approċċ jista’ jillimita d-dipendenza tal-ekonomija tal-Unjoni fuq materjali importati minn pajjiżi terzi, li huwa partikolarment importanti fir-rigward ta’ materja prima kritika. Għalhekk, huwa xieraq li l-ewwel ikun hemm fokus fuq dawk l-attivitajiet u s-setturi ekonomiċi li għandhom l-akbar potenzjal sabiex jilħqu dawk l-għanijiet.

(12)Meta titqies iċ-ċirkolarità ta’ prodott, il-fażijiet tad-disinn u tal-produzzjoni huma kruċjali biex jiġu żgurati d-durabbiltà u l-użu mill-ġdid potenzjali tal-prodott u għar-riċiklabbiltà tiegħu. Dawk il-fażijiet huma wkoll essenzjali għat-tnaqqis tal-kontenut ta’ sustanzi perikolużi u għas-sostituzzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib għoli ħafna f’materjali u prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet ta’ manifattura li jikkontribwixxu sostanzjalment għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari jistabbilixxu rekwiżiti tad-disinn għal-lonġevità, il-possibbiltà ta’ tiswija u l-użu mill-ġdid tal-prodotti, kif ukoll rekwiżiti dwar l-użu ta’ materjali, sustanzi u proċessi li jippermettu r-riċiklaġġ tal-kwalità tal-prodott. L-użu ta’ sustanzi perikolużi jenħtieġ li jiġi mminimizzat. Fejn possibbli, il-kriterji jenħtieġ li jirrikjedu wkoll l-użu ta’ materjali riċiklati għall-manifattura tal-prodott innifsu.

(13)Fis-segwitu għall-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 “il-Patt Ekoloġiku Ewropew” 24 , tat-3 ta’ Marzu 2020 dwar Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari ġdid 25 , tas-16 ta’ Jannar 2018 Strateġija Ewropea għall-Plastiks 26 , u tat-30 ta’ Novembru 2022 dwar Qafas ta’ politika tal-UE dwar plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli 27 , il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-manifattura tal-imballaġġ tal-plastik jenħtieġ li jiġu kkomplementati, rieżaminati u fejn meħtieġ riveduti u b’kont meħud tad-dritt tal-Unjoni rilevanti, inkluża d-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 u r-reviżjonijiet futuri tagħha.

(14)Fin-nuqqas ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà maqbula legalment dwar ir-rwol tal-bijomassa fl-imballaġġ tal-plastik, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-manifattura tal-imballaġġ tal-plastik jagħtu kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b’enfasi fuq l-użu tal-materja prima tal-bijoskart. Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi futuri fit-teknoloġija u fil-politika, inkluż ir-rieżami tad-Direttiva 2018/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 , kif ukoll il-kontribut possibbli għal objettivi ambjentali oħra, jista’ jkun hemm bżonn li dawk il-kriterji jiġu rieżaminati.

(15)L-immaniġġar tajjeb tal-iskart huwa element importanti tal-ekonomija ċirkolari u jgħin biex jipprevjeni li l-iskart ikollu impatt negattiv fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart 30 ittejjeb l-immaniġġjar tal-iskart billi tistabbilixxi “ġerarkija tal-iskart” li taħtha l-prevenzjoni tal-iskart, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ huma l-għażliet preferuti, segwiti minn irkupru ieħor, inkluż l-irkupru tal-enerġija u biss bħala l-aħħar alternattiva, ir-rimi bħall-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija jew rimi fil-landfills. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom attività ekonomika speċifika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari jenħtieġ għalhekk li jkollhom l-għan li jipprevjenu jew inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart, iżidu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart, jevitaw id-downcycling u r-rimi tal-iskart. Filwaqt li jitqies li l-materjali adatti biex jiġu introdotti mill-ġdid fl-ekonomija ċirkolari, bħall-metalli u l-imlieħi inorganiċi, jistgħu jiġu rriċiklati minn prodotti ta’ kombustjoni, b’mod partikolari minn irmied tal-qiegħ minn inċinerazzjoni ta’ skart mhux perikoluż, għandu jiġi kkunsidrat l-istabbiliment ta’ kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal dik l-attività ta’ riċiklaġġ.

(16)Il-kostruzzjoni u d-demolizzjoni huma responsabbli għal 37 % tal-iskart fl-Unjoni 31 . L-iżgurar li l-materjali użati fil-proċess tal-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-binjiet u ta’ oġġetti oħrajn tal-inġinerija ċivili jiġu prinċipalment minn materjali (materja prima sekondarja) użati mill-ġdid jew riċiklata; u min-naħa tagħhom huma ppreparati għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ meta l-assi mibni jkun demolit, għalhekk jista’ jkollhom rwol importanti fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda, għar-rinnovazzjoni ta’ binjiet eżistenti, għat-twaqqigħ jew għat-tkissir ta’ binjiet u ta’ strutturi oħrajn, għall-manutenzjoni ta’ toroq u ta’ awtostradi u għall-użu ta’ konkrit fi proġetti ta’ inġinerija ċivili. Il-kunsiderazzjonijiet taċ-ċirkolarità tal-materjali u tal-assi mibni jeħtieġ li jitqiesu fil-fażi tad-disinn, sal-fażi ta’ żmantellament. Għalhekk, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jenħtieġ li jsegwu l-prinċipji tad-disinn u tal-produzzjoni ċirkolari tal-assi mibni, kif ukoll l-użu ċirkolari tal-materjali użati għall-produzzjoni ta’ dak l-assi.

(17)Firxa sħiħa ġdida ta’ servizzi sostenibbli, mudelli ta’ negozju ta’ prodotti daqslikieku kienu servizzi u soluzzjonijiet diġitali jġibu magħhom kwalità ta’ ħajja aħjar, impjiegi innovattivi u għarfien u ħiliet imtejba. F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2020 “Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari ġdid għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva” 32 , l-ekonomija ċirkolari tipprovdi prodotti ta’ kwalità għolja, funzjonali u sikuri, li huma effiċjenti u affordabbli, li jservu aktar u huma mfassla għall-użu mill-ġdid, għat-tiswija u għar-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja. Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom is-servizzi sostenibbli innovattivi jikkwalifikaw li jikkontribwixxu sostanzjalment għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari jenħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti għal attivitajiet li jikkontribwixxu biex tittawwal il-ħajja tal-prodotti.

(18)Is-soluzzjonijiet diġitali, inkluż l-użu ta’ passaporti ta’ prodotti diġitali, jistgħu jipprovdu data f’ħin reali dwar il-post, il-kundizzjoni u d-disponibbiltà ta’ oġġett, u jżidu t-traċċabbiltà tal-materjali u b’dak il-mod itejbu ż-żamma tal-valur f’kull deċiżjoni tad-disinn, tal-manifattura u tal-konsumatur. Dan min-naħa tiegħu jippermetti lill-atturi ekonomiċi jiċċaqilqu għal mudelli tan-negozju ċirkolari, inkluż mudell tan-negozju tal-prodotti bħala servizz, li fl-aħħar mill-aħħar jissepara l-attivitajiet ekonomiċi mill-użu tar-riżorsi naturali u jtejjeb l-impatti ambjentali ta’ attività ekonomika. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal soluzzjonijiet diġitali ġodda li jistgħu jtejbu t-trasparenza u l-effiċjenza tal-monitoraġġ u l-infurzar regolatorju ambjentali, inkluż it-teħid ta’ deċiżjonijiet f’ġestjoni integrata tar-riżorsi tal-ilma.

(19)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex ikun determinat b’liema kundizzjonijiet attività ekonomika tikkwalifika bħala tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis jenħtieġ li jirriflettu l-ħtieġa li jiġi eliminat it-tniġġis fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija, fl-organiżmi ħajjin u fir-riżorsi tal-ikel. It-tniġġis jista’ jikkawża mard u b’konsegwenza ta’ dan jista’ jwassal għal imwiet prematuri. L-aktar impatti ta’ ħsara tiegħu fuq is-saħħa tal-bniedem tipikament jiġġarrbu mill-aktar gruppi vulnerabbli 33 . It-tniġġis jhedded ukoll il-bijodiversità u jikkontribwixxi għall-estinzjoni tal-massa tal-ispeċijiet. Kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd - Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” 34 , il-benefiċċji ekonomiċi tal-ġlieda kontra t-tniġġis huma sostanzjali u l-benefiċċji għas-soċjetà jisbqu bil-kbir il-kostijiet meħtieġa.

(20)Skont l-ambizzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 “Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità” 35 , sabiex jgħin fil-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, huwa partikolarment importanti li progressivament jitneħħew l-aktar sustanzi ta’ ħsara mill-prodotti għall-użu mill-konsumatur jew professjonali ħlief meta l-użu tagħhom ikun ġie ppruvat li huwa essenzjali għas-soċjetà u li jiġu sostitwiti jew minimizzati l-produzzjoni u l-użu ta’ sustanzi tħassib, kemm jista’ jkun.

(21)It-tniġġis ikkawżat minn ċerti ingredjenti farmaċewtiċi jista’ joħloq riskji għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2019 “Approċċ Strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent” 36 . Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-manifattura ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi jew ta’ sustanzi attivi u għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali jenħtieġ għalhekk li jkollhom l-għan li jippromwovu l-produzzjoni u l-użu ta’ ingredjenti li huma sustanzi li jinsabu fin-natura jew li huma klassifikati bħala faċilment bijodegradabbli.

(22)Il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fil-fażi ta’ tmiem il-ħajja tal-prodotti, u t-tindif tat-tniġġis eżistenti, għandhom potenzjal sinifikanti biex jipproteġu l-ambjent mit-tniġġis u biex itejbu l-istat tal-ambjent. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-ġbir, it-trasport u t-trattament ta’ skart perikoluż li joħloq riskju akbar għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem mill-iskart mhux perikoluż, kif ukoll għar-rimedju ta’ landfills mhux konformi u siti tar-rimi tal-iskart abbandunati jew illegali u ta’ siti u żoni kkontaminati.

(23)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex ikun determinat b’liema kundizzjonijiet attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi jenħtieġ li jirriflettu l-ħtieġa li tiġi protetta, ikkonservata jew irrestawrata l-bijodiversità biex tinkiseb il-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi jew biex jiġu protetti l-ekosistemi li diġà huma f’kundizzjoni tajba. It-telf tal-bijodiversità u l-kollass tal-ekosistemi huma fost l-akbar theddidiet li se tiffaċċja l-umanità fid-diċenju li ġej 37 .

(24)Il-konservazzjoni tal-bijodiversità għandha benefiċċji ekonomiċi diretti għal ħafna setturi tal-ekonomija. Għalhekk, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar jenħtieġ li jkollhom l-għan li jżommu jew itejbu l-istatus u x-xejriet tal-ħabitats terrestri, tal-ilma ħelu u tal-baħar, tal-ekosistemi u tal-popolazzjonijiet ta’ speċijiet ta’ fawna u flora relatati.

(25)Il-valur tal-bijodiversità u tas-servizzi assoċjati pprovduti minn ekosistemi b’saħħithom huwa importanti għat-turiżmu peress li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-attraenza u l-kwalità tad-destinazzjonijiet turistiċi, u għalhekk għall-kompetittività tagħhom. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni turistika u jenħtieġ li jkollhom l-għan li jiżguraw li dawk l-attivitajiet isegwu prinċipji xierqa u rekwiżiti minimi għall-protezzjoni u s-sostenn tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, u li jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tagħhom.

(26)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għal wieħed mill-objettivi ambjentali jikkawżawx ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn jenħtieġ li jaraw li jiżguraw li l-kontribut għal wieħed mill-objettivi ambjentali ma jsirx a skapitu ta’ objettivi ambjentali oħrajn. Għalhekk, il-kriterji ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għandhom rwol essenzjali fl-iżgurar tal-integrità ambjentali tal-klassifikazzjoni ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli. Il-kriterji ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għal objettiv ambjentali partikolari jenħtieġ li jiġu speċifikati għal dawk l-attivitajiet li jippreżentaw riskju li jikkawżaw ħsara sinifikanti lil dak l-objettiv. Dawn il-kriterji jenħtieġ li jqisu r-rekwiżiti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni eżistenti u jibnu fuqhom.

(27)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi żgurat li l-attivitajiet li jikkontribwixxu sostanzjalment għal wieħed mill-objettivi ambjentali ma jikkawżawx ħsara sinifikanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jenħtieġ li jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu sostanzjalment għall-objettivi ambjentali minbarra l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima ma jwasslux għal emissjonijiet sinifikanti tal-gassijiet serra. 

(28)It-tibdil fil-klima x’aktarx li jaffettwa s-setturi kollha tal-ekonomija. Għalhekk, jenħtieġ li l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għal wieħed mill-objettivi ambjentali ma jikkawżawx ħsara sinifikanti lill-adattament għat-tibdil fil-klima, japplikaw għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi kollha. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jiżguraw li r-riskji eżistenti u futuri li huma rilevanti għall-attività ekonomika jiġu identifikati u jiġu implimentati soluzzjonijiet ta’ adattament biex jimminimizzaw jew jevitaw telf jew impatti possibbli fuq il-kontinwità tan-negozju.

(29)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar jenħtieġ li jiġu speċifikati għall-attivitajiet kollha li jistgħu jxekklu dan l-użu sostenibbli u l-protezzjoni. Jenħtieġ li l-għan ta’ dawn il-kriterji jkun li jevitaw li l-attivitajiet ekonomiċi jkunu ta’ detriment għall-istatus tajjeb jew għall-potenzjal ekoloġiku tajjeb ta’ korpi tal-ilma, inklużi l-ilma tal-wiċċ u l-ilma tal-pjan, jew għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, billi jkunu jeħtieġu li r-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali jiġu identifikati u indirizzati, f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma jew mal-istrateġiji marittimi tal-Istati Membri.

(30)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari jenħtieġ li jitfasslu skont l-attivitajiet ekonomiċi speċifiċi sabiex jiġi żgurat li dawn l-attivitajiet ma jwasslux għal ineffiċjenzi fl-użu tar-riżorsi jew għal mudelli ta’ produzzjoni lineari ta’ intrappolament, u li l-iskart jiġi evitat u jitnaqqas u, fejn dan ma jkunx jista’ jiġi evitat, ġestit f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-attivitajiet ekonomiċi ma jfixklux l-objettiv ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

(31)Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal “la tagħmilx ħsara sinifikanti” għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis jenħtieġ li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet tas-settur sabiex jindirizzaw is-sorsi u t-tipi rilevanti ta’ tniġġis fl-arja, fl-ilma jew fl-art, b’riferiment, fejn rilevanti, għall-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli stabbiliti fl-ambitu tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 .

(32)Il-kriterji għal “la tagħmilx ħsara sinifikanti” lill-protezzjoni u lir-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi jenħtieġ li jiġu speċifikati għall-attivitajiet kollha li jistgħu joħolqu riskji għall-istat jew għall-kundizzjoni tal-ħabitats, tal-ispeċijiet jew tal-ekosistemi u jenħtieġ li dawn jirrikjedu li, fejn rilevanti, isiru valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali jew valutazzjonijiet xierqa oħrajn u li jiġu implimentati l-konklużjonijiet minn dawn il-valutazzjonijiet. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jiżguraw li anke fin-nuqqas ta’ rekwiżit sabiex titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew valutazzjoni xierqa oħra, l-attivitajiet ma jwasslux għad-disturb, għall-qbid jew għall-qtil ta’ speċijiet protetti legalment jew għad-deterjorament ta’ ħabitats protetti legalment.

(33)Peress li t-tibdil fil-klima x’aktarx li jaffettwa s-setturi kollha tal-ekonomija, is-setturi kollha tal-ekonomija se jeħtieġu li jiġu adattati għall-impatt negattiv tal-klima kurrenti u l-klima futura mistennija. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima fil-futur għas-setturi u għall-attivitajiet ekonomiċi kollha li huma koperti mill-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis jew għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(34)L-inklużjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi ġodda li jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali skont l-Artikoli 12(2), 13(2), 14(2), u 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 se twessa’ l-kopertura tad-divulgazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 39 , li ġie adottat abbażi tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/852, jiġi emendat biex jirrifletti dak il-kamp ta’ applikazzjoni estiż. Sabiex jiġu indirizzati ċerti inkonsistenzi tekniċi u legali identifikati mill-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178, jenħtieġ li jiġu introdotti wkoll emendi mmirati għal dak ir-Regolament.

(35)Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(36)L-erba’ objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (c) sa (f), tar-Regolament (UE) 2020/852 u fl-Artikoli 12, 13, 14 u 15 ta’ dak ir-Regolament huma interkonnessi mill-qrib f’termini tal-mezzi li bihom jintlaħaq objettiv u l-benefiċċji li jista’ jkollu l-ilħuq ta’ wieħed mill-objettivi fuq objettivi oħrajn. Id-dispożizzjonijiet li jiddeterminaw jekk attività ekonomika tikkontribwixxix sostanzjalment għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis jew għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, huma għalhekk interrelatati mill-qrib, u huma marbuta mill-qrib mal-ħtieġa li jiġu estiżi l-obbligi ta’ divulgazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawn id-dispożizzjonijiet, li jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, biex il-partijiet ikkonċernati jingħataw perspettiva komprensiva tal-qafas legali u biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/852, huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi f’Regolament uniku.

(37)Sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/852 tevolvi mal-iżviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi, tas-suq u tal-politika, dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi rieżaminat regolarment u, fejn xieraq, emendat fir-rigward tal-attivitajiet meqjusa li qed jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, u l-kriterji tekniċi korrispondenti ta’ skrinjar.

(38)Dan ir-Regolament huwa konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 u jiżgura progress dwar l-adattament kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex tiżgura li l-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu sostanzjalment għal wieħed mill-objettivi ambjentali ma jikkawżawx ħsara sinifikanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-adattament għat-tibdil fil-klima bl-objettiv u bil-miri tar-Regolament (UE) 2021/1119 kif meħtieġ mill-Artikolu 6(4) ta’ dak ir-Regolament.

(39)Huwa meħtieġ li l-impriżi mhux finanzjarji u finanzjarji jingħataw biżżejjed żmien biex jivvalutaw jekk l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jikkonformawx mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’dan ir-Regolament, u biex jirrapportaw abbażi ta’ din il-valutazzjoni f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178. Għalhekk, jenħtieġ li d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita, filwaqt li jenħtieġ li l-emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 jiżguraw li l-impriżi mhux finanzjarji u finanzjarji jkollhom biżżejjed żmien biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rapportar tagħhom skont dak ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar relatati mal-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex ikun determinat f’liema kundizzjonijiet attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar u għad-determinazzjoni ta’ jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, huma stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar relatati mat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex ikun determinat f’liema kundizzjonijiet attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u biex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, huma stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar relatati mal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex ikun determinat f’liema kundizzjonijietattività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis u biex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, huma stabbiliti fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar relatati mal-protezzjoni u mar-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar biex ikun determinat f’liema kundizzjonijiet attività ekonomika tikkwalifika li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-protezzjoni u għar-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi u biex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, huma stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178

Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 8, jitħassar il-paragrafu 5;

(2)fl-Artikolu 10, jiżdiedu il-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

“6.Mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jiddivulgaw biss il-proporzjon ta’ attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija u mhux eliġibbli għat-Tassonomija skont ir-Regolament [ir-Regolament Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija] u t-Taqsimiet 3.18 sa 3.21, it-Taqsimiet 6.18 sa 6.20 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 u t-Taqsimiet 5.13, 7.8, 8.4, 9.3, 14.1 u 14.2 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fil-fatturat totali, fin-nefqa kapitali u operazzjonali tagħhom u fl-informazzjoni kwalitattiva msemmija fit-Taqsima 1.2 tal-Anness I rilevanti għal dik id-divulgazzjoni.

L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-impriżi finanzjarji għandhom ikopru l-attivitajiet ekonomiċi stabbiliti fir-Regolament [ir-Regolament Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija] u t-Taqsimiet 3.18 sa 3.21, it-Taqsimiet 6.18 sa 6.20 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 u t-Taqsimiet 5.13, 7.8, 8.4, 9.3, 14.1 u 14.2 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 mill-1 ta’ Jannar 2025.

7.    Mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-impriżi finanzjarji għandhom jiddivulgaw biss:

(a)il-proporzjon fl-assi koperti tagħhom ta’ skoperturi għal attivitajiet ekonomiċi mhux eliġibbli għat-Tassonomija u eliġibbli għat-Tassonomija skont ir-Regolament [ir-Regolament Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija] u t-Taqsimiet 3.18 sa 3.21, it-Taqsimiet 6.18 sa 6.20 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 u t-Taqsimiet 5.13, 7.8, 8.4, 9.3, 14.1 u 14.2 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139;

(b)l-informazzjoni kwalitattiva msemmija fl-Anness XI relatata mal-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-punt (a).

L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-impriżi finanzjarji għandhom ikopru l-attivitajiet ekonomiċi stabbiliti fir-Regolament [ir-Regolament Delegat Ambjentali dwar it-Tassonomija] u t-Taqsimiet 3.18 sa 3.21, it-Taqsimiet 6.18 sa 6.20 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 u t-Taqsimiet 5.13, 7.8, 8.4, 9.3, 14.1 u 14.2 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 mill-1 ta’ Jannar 2026.”

(3)L-Annessi I, II, III, IV, V, VII, IX u X huma emendati f’konformità mal-Anness V għal dan ir-Regolament.

(4)L-Anness VI huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament;

(5)L-Anness VIII huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27.6.2023

   Għall-Kummissjoni

   F’isem il-President
   Mairead McGUINNESS
   Membru tal-Kummissjoni

(1)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(2)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment u d-disponibbiltajiet ta’ finanzjament biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ manifattura ta’ teknoloġija b’emmissjonijiet Żero Netti tal-UE, SWD (2023) 68 final. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika, COM (2021) 662 final.Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali 2022, Naqilbu l-paġna permezz tal-konformità ambjentali, COM(2022) 438 final.
(3)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(4)    Is-sitt objettivi ambjentali kif iddefiniti fir-Regolament dwar it-Tassonomija huma kif ġej: (a) il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; (b) l-adattament għat-tibdil fil-klima; (c) l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar; (d) it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari; (e) il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis; u (f) l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi.
(5)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).
(6)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 lli jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).
(7)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi (ĠU L 188, 15.7.2022, p. 1).
(8)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja dan ir-Regolament jipprovdi aktar kjarifika dwar l-għażla tas-setturi u l-attivitajiet koperti.
(9)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar Regolamentazzjoni Aħjar (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(10)    Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(11)    Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-Pjattaforma huma disponibbli fuq: https://finance.ec.europa.eu/sustainable-finance/overview-sustainable-finance-old/platform-sustainable-finance_en#activities
(12)    Il-kummenti kollha li waslu huma disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/13237-Investiment-sostenibbli-tassonomija-ambjentali-tal-UE_mt .
(13)    Valutazzjoni tal-Impatt tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li Jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli u Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar divulgazzjonijiet relatati ma’ investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341 u Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011dwar parametri referenzjarji b’livell baxx ta’ karbonju u parametri referenzjarji b’livell ta’ karbonju b’impatt pożittiv, SWD/2018/264 final.
(14)    Ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Impatt tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li Jakkumpanja d-dokument Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) .../.... li jissuplementa r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom attività ekonomika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima jew għall-adattament għall-bidla fil-klima u għad-determinazzjoni ta’ jekk l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali oħrajn, SWD/2021/0152 final.
(15)    [Spazju riżervat għal referenza għan-numru SWD.]
(16)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(17)    ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.
(18)    Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(19)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2021 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli, COM/2021/390 final.
(20)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).
(21)    Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(22)    B’mod partikolari d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1), id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348,, p. 24.12.2008, p. 84), id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19), id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1), id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19), id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(23)    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(24)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final).
(25)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari ġdid għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM/2020/98 final).
(26)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari (COM/2018/028 final).
(27)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Qafas ta’ politika tal-UE dwar plastiks b’bażi bijoloġika, bijodegradabbli u kompostabbli (COM(2022) 682 final).
(28)    Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
(29)    Id-Direttiva 2018/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(30)    Ara b’mod partikolari l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(31)    Il-bażi tad-data tal-Eurostat Statistics Explained, li tippreżenta d-data miġbura f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).
(32)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2020 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari ġdid għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva, COM/2020/98 final.
(33)    Ir-Rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent Nru 22/2018, Esponiment mhux ugwali u impatti mhux ugwali: il-vulnerabbiltà soċjali għat-tniġġis tal-arja, l-istorbju u t-temperaturi estremi fl-Ewropa.
(34)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b'Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, COM/2021/400 final.
(35)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità, COM/2020/667 final.
(36)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2019 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Approċċ Strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent, COM/2019/128 final.
(37)    Il-Forum Ekonomiku Dinji (2020), The Global Risks Report 2020.
(38)    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(39)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178 tas-6 ta’ Lulju 2021 lli jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni li għandha tiġi żvelata minn impriżi soġġetti għall-Artikoli 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE dwar attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, u li jispeċifika l-metodoloġija biex ikun hemm konformità ma’ dan l-obbligu ta’ żvelar (ĠU L 443, 10.12.2021, p. 9).
(40)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
Top

WERREJ

ANNESS I    3

1.Manifattura3

1.1.Manifattura, installazzjoni u servizzi assoċjati għat-teknoloġiji ta’ kontroll ta’ tnixxijiet li jippermettu t-tnaqqis u l-prevenzjoni ta’ tnixxijiet fis-sistemi tal-provvista tal-ilma3

2.Provvista ta’ ilma, sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u attivitajiet ta’ rimedju5

2.1.Provvista tal-ilma5

2.2.Trattament tal-Ilma Urban Mormi8

2.3.Sistemi sostenibbli ta’ drenaġġ urban (Sustainable urban drainage systems, SUDS)10

3.Ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru12

3.1.Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-prevenzjoni u għall-protezzjoni tar-riskju tal-għargħar u tan-nixfa12

4.Informazzjoni u komunikazzjoni16

4.1.Il-forniment ta’ soluzzjonijiet xprunati mid-data tal-IT/OT għat-tnaqqis ta’ tnixxijiet16

ANNESS I

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom attività ekonomika tikkwalifika bħala waħda li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u r-riżorsi tal-baħar u biex jiġi ddeterminat jekk din l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali oħrajn

1.Il-manifattura

1.1.Manifattura, installazzjoni u servizzi assoċjati għat-teknoloġiji ta’ kontroll ta’ tnixxijiet li jippermettu tnaqqis u prevenzjoni ta’ tnixxijiet fis-sistemi tal-provvista tal-ilma

Deskrizzjoni tal-attività

L-attività ekonomika timmanifattura, tinstalla, jew tipprovdi servizzi assoċjati għal teknoloġiji ta’ kontroll ta’ tnixxijiet li jippermettu t-tnaqqis u l-prevenzjoni ta’ tnixxijiet fis-sistemi tal-provvista tal-ilma (water supply systems , WSSs).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E36 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(1)(e) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1. L-attività timmanifattura, tinstalla jew tipprovdi manutenzjoni, tiswijiet jew servizzi professjonali għal teknoloġiji ta’ kontroll ta’ tnixxijiet f’sistemi ġodda jew eżistenti tal-provvista tal-ilma, immirati biex jikkontrollaw il-pressa f’żona ta’ metraġġ separat (district metering areas, DMAs) tas-sistema tal-provvista tal-ilma għal pressa minima. It-teknoloġiji għall-kontroll tat-tnixxijiet jinkludu b’mod partikolari valvi għall-kontroll tal-pressa, trażmettituri tal-pressa, miters tal-fluss u apparati ta’ komunikazzjoni u xogħlijiet ċivili speċjali, inklużi manholes għall-manutenzjoni tal-valvi għall-kontroll tal-pressa.

2. Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-evitar tal-istress fuq l-ilma huma identifikati u indirizzati bil-għan li jinkiseb status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definit fl-Artikolu 2(22) u (23) tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE 1 u f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konformità ma’ din id-Direttiva għall-korp jew għall-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Meta titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 u meta din il-valutazzjoni tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-ilma f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni addizzjonali tal-impatt fuq l-ilma, dment li r-riskji identifikati jkunu ġew indirizzati.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (do no significant harm, “DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)id-disinjar għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)l-immaniġġar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)informazzjoni dwar sustanzi ta’ tħassib matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti manifatturati u t-traċċabilità tagħhom.

(5) Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.L-attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġ, tal-ġestjoni u tar-rimedju tal-iskart

2.1.Provvista tal-ilma

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni, it-tħaddim u t-tiġdid tas-sistemi tal-ġbir, tat-trattament u tal-provvista tal-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem fuq il-bażi tal-astrazzjoni ta’ riżorsi naturali tal-ilma minn sorsi tal-ilma tal-wiċċ jew tal-art.

L-attività ekonomika tinkludi l-astrazzjoni tar-riżorsa tal-ilma, it-trattament meħtieġ biex il-kwalità tal-ilma tkun konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli u d-distribuzzjoni lill-popolazzjoni u lill-operaturi tan-negozju tal-ikel f’sistemi tal-pajpijiet.

L-attività ekonomika ma tkoprix l-irrigazzjoni u l-astrazzjoni tar-riżorsi tal-ilma għad-desalinizzazzjoni tal-ilma baħar jew tal-ilma salmastru.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E36.00 u F42.9, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1. Għat-tħaddim ta’ sistema eżistenti tal-provvista tal-ilma li tipprovdi provvista tal-ilma fi kwalità suffiċjenti u tajba għas-saħħa lill-konsumaturi, u li tikkontribwixxi għall-effiċjenza fir-riżorsi tal-ilma, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)is-sistema tal-provvista tal-ilma tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2020/2184, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/679 3 , u atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva;

(b)il-livell ta’ tnixxija tas-sistema jew jiġi kkalkolat permezz tal-metodu ta’ klassifikazzjoni tal-Indiċi ta’ Tnixxija Infrastrutturali (ILI) 4 u l-valur ta’ limitu jkun ta’ 2,0 jew anqas, jew jiġi kkalkolat permezz ta’ metodu xieraq ieħor u l-valur ta’ limitu jiġi stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2020/2184. Dak il-kalkolu għandu jiġi applikat tul il-firxa ta’ parti speċifikata ta’ network (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma, jiġifieri fil-livell taż-żona tal-provvista tal-ilma, żona/i ta’ metraġġ separat (DMAs) jew żona/i ta’ ġestjoni tal-pressa (pressure measured areas, PMAs);

(c)is-sistemi tal-provvista tal-ilma jinkludu l-kejl fil-livell tal-konsumatur, fejn l-ilma jitwassal sa punt ta’ twassil kuntrattwali tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb tal-konsumaturi stess.

2. Għall-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ sistema ġdida tal-provvista tal-ilma, jew estensjoni ta’ sistema eżistenti tal-provvista tal-ilma li tipprovdi l-ilma għal żoni ġodda jew ittejjeb dik il-provvista tal-ilma għal żoni eżistenti, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)is-sistema tal-provvista tal-ilma tikkonforma mad-Direttiva (UE) 2020/2184, inklużi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(8) ta’ dik id-Direttiva, fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/679, u f’atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva;

(b)il-livell ta’ tnixxija tas-sistema ġdida jew estiża jiġi kkalkolat jew permezz tal-metodu ta’ klassifikazzjoni tal-Indiċi ta’ Tnixxija Infrastrutturali (Infrastructure Leakage Index, ILI) u l-valur ta’ limitu jkun ta’ 1,5 jew anqas, jew jiġi kkalkolat permezz ta’ metodu xieraq ieħor u l-valur ta’ limitu jiġi stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2020/2184. Dak il-kalkolu għandu jiġi applikat tul il-firxa tal-parti affettwata u speċifikata tan-network (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jiġifieri fil-livell taż-żona tal-provvista tal-ilma, iż-żona/i ta’ metraġġ separat (DMAs) jew iż-żona/i ta’ ġestjoni tal-pressa (pressure managed areas, PMAs);

(c)is-sistema tal-provvista tal-ilma tinkludi l-kejl fil-livell tal-konsumatur, fejn l-ilma jitwassal sa punt ta’ twassil kuntrattwali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb tal-konsumaturi stess.

3. Għal tiġdid tas-sistemi eżistenti tal-provvista tal-ilma, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)l-attività tnaqqas id-distakk b’tal-anqas 20 % jew bejn il-livell attwali ta’ tnixxija fuq medja ta’ tliet snin, ikkalkolat permezz tal-metodu ta’ klassifikazzjoni tal-Indiċi ta’ Tnixxija Infrastrutturali (ILI) u ILI ta’ 1,5, jew bejn il-livell attwali ta’ tnixxija fuq medja ta’ tliet snin, ikkalkolat permezz ta’ metodu xieraq ieħor, u l-valur ta’ limitu stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2020/2184. Il-livell kurrenti ta’ tnixxija fuq medja ta’ 3 snin jiġi kkalkolat fuq il-firxa tal-parti affettwata u speċifikata tan-network (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jiġifieri għan-network imġedded (ta’ distribuzzjoni) tal-provvista tal-ilma f’żona/i ta’ metraġġ separat (DMAs) jew f’żoni ta’ ġestjoni tal-pressa (PMAs);

(b)pjan b’għanijiet u bi skedi ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-kejl fil-livell tal-konsumatur jinħareġ mill-fornitur tal-ilma u jiġi approvat mill-awtoritajiet kompetenti.

4. Is-sistema talprovvista tal-ilma rċeviet il-permessi meħtieġa għall-astrazzjoni tal-ilma. Dawk l-astrazzjonijiet huma inklużi fir-reġistru għall-astrazzjonijiet tal-ilma, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE. Twettqet valutazzjoni tal-potenzjal reali għall-astrazzjoni, biex jiġi żgurat li r-riżorsa disponibbli tal-ilma tal-pjan ma tinqabiżx bir-rata medja annwali ta’ astrazzjoni fit-tul jew li l-korp tal-ilma tal-wiċċ li minnu l-ilma jiġi estratt ma jitwaqqafx milli jikseb status ekoloġiku u potenzjal ekoloġiku tajbin u l-astrazzjonijiet ma jiddeterjorawx l-istatus jew il-potenzjal ta’ dawk il-korpi tal-ilma.

It-tħaddim tas-sistema tal-provvista tal-ilma ma jirriżultax f’deterjorament tal-istatus tal-korpi tal-ilma affettwati, u lanqas ma jipprevjeni lill-korp tal-ilma milli jikseb status tajjeb u potenzjal ekoloġiku tajjeb f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE 5 .

L-informazzjoni fir-rigward tal-astrazzjonijiet, ir-reġistru tal-astrazzjonijiet, l-istatus tal-korpi tal-ilma u l-pressa u l-impatti fuq dawn hija inkluża fi pjan ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara, jew, għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, fi pjan ekwivalenti ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma. 

L-attività ma tinvolvix il-kostruzzjoni ta’ sistemi ta’ provvista ġodda jew estensjonijiet ta’ sistemi ta’ provvista eżistenti fejn potenzjalment jaffettwaw korp tal-ilma wieħed jew aktar li ma humiex fi status jew potenzjal tajjeb għal raġunijiet relatati mal-kwantità.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5) Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Mhux applikabbli

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.2.Trattament tal-Ilma Urban Mormi

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni, l-aġġornament, it-tħaddim u t-tiġdid ta’ infrastruttura tal-ilma urban mormi inklużi impjanti ta’ trattament, networks tad-drenaġġ, strutturi tal-ġestjoni tal-ilma tal-maltemp, konnessjonijiet mal-infrastruttura tal-ilma mormi, faċilitajiet deċentralizzati tat-trattament tal-ilma mormi, inklużi sistemi individwali u sistemi xierqa oħra, u strutturi ta’ skariku għall-effluwent ittrattat. L-attività titsa’ tinkludi trattamenti innovattivi u avvanzati, inkluża t-tneħħija ta’ mikrosustanzi niġġiesa.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E37.00 u F42.9, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1. Is-sistema tat-trattament tal-ilma mormi ma tirriżultax f’deterjorament tal-istatus tajjeb u l-potenzjal ekoloġiku tajjeb tal-ebda wieħed mill-korpi tal-ilma affettwati u tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kisba ta’ status u potenzjal tajjeb tal-korpi tal-ilma affettwati, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE 6 .

L-informazzjoni relatata mal-istatus tal-korpi tal-ilma, mal-attivitajiet li potenzjalment jagħmlu impatt fuq l-istatus u mal-miżuri meħuda biex jiġu evitati jew minimizzati tali impatti, hija inkluża fi pjan ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara, jew, għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, fi pjan ekwivalenti ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma. Is-sistema tat-trattament tal-ilma mormi tissodisfa r-rekwiżiti ta’ skariku stabbiliti mill-awtoritajiet lokali kompetenti. Is-sistema tat-trattament tal-ilma mormi tikkontribwixxi wkoll biex jinkiseb jew jinżamm l-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar f’konformità mad-Direttiva 2008/56/KE, fejn applikabbli.

2. Is-sistema tat-trattament tal-ilma mormi għandha sistema ta’ ġbir u l-provvista ta’ trattament sekondarju. Is-sistema tat-trattament tal-ilma mormi tikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti u speċifiċi għad-daqs għall-iskariki minn impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE, b’mod partikolari l-Artikoli minn 3 sa 8 u l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva u l-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

3. Meta l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi jkollu kapaċità ta’ 100 000 ekwivalent ta’ popolazzjoni (population equivalent, p.e.) 7 jew aktar, jew ta’ dħul ta’ tagħbija ta’ domanda bijokimika ta’ ossiġenu fuq 5 ijiem (BOD5) ta’ aktar minn 6 000 kg ta’ kuljum, dan juża trattament tal-ħama bħad-diġestjoni anaerobika jew teknoloġija bl-istess domanda netta għall-enerġija jew b’domanda netta għall-enerġija aktar baxxa (b’kunsiderazzjoni kemm tal-ġenerazzjoni tal-enerġija kif ukoll tal-konsum), biex jistabbilizza l-ħama.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Twettqet valutazzjoni tal-emissjonijiet GHG diretti mis-sistema ċentralizzata tal-ilma mormi, li tinkludi l-ġbir (network tad-drenaġġ) u t-trattament. Ir-riżultati jiġu żvelati lill-investituri u lill-klijenti meta ssir talba għalihom 8 .

Għad-diġestjoni anaerobika tal-ħama tad-drenaġġ, hemm fis-seħħ pjan ta’ monitoraġġ għat-tnixxija tal-metan fil-faċilità.

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5) Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-iskariki fl-ilmijiet riċeventi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE jew kif meħtieġ mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jiddikjaraw il-livelli massimi permissibbli ta’ sustanzi niġġiesa mill-iskariki fl-ilmijiet riċeventi.

Ġew implimentati miżuri sabiex jiġu evitati u mmitigati fajdiet tal-ilma mill-maltempati dannużi mis-sistema ta’ ġbir tal-ilma mormi, li jistgħu jinkludu soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, sistemi separati għall-ġbir tal-ilma tal-maltemp, tankijiet ta’ ritenzjoni u t-trattament tat-tisfija min-naqal.

Il-ħama tad-drenaġġ tintuża f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE 9 jew kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali relatata mat-tifrix tal-ħama fuq il-ħamrija jew ma’ kwalunkwe applikazzjoni oħra tal-ħama fuq u fil-ħamrija.

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.3.Sistemi urbani tad-drenaġġ sostenibbli (SUDS)

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni, it-tħaddim u t-tiġdid ta’ faċilitajiet ta’ sistemi urbani ta’ drenaġġ li jimmitigaw il-perikli tat-tniġġis u tal-għargħar minħabba l-iskariki ta’ ilma urban li jiskula u jtejbu l-kwalità u l-kwantità tal-ilma urban, billi jisfruttaw proċessi naturali, bħall-infiltrazzjoni u ż-żamma.

L-attività tinkludi SUDS li jippromwovu l-infiltrazzjoni, l-evaporazzjoni u trattamenti oħra tal-ilma tal-maltemp (inklużi tankijiet tal-ilma, it-tqassim u l-ġestjoni tas-sit, bankini permeabbli, katusi tal-filtri, swales, stripep li jiffiltraw, għadajjar, artijiet mistagħdra, bjar tal-infiltrar, kanali u baċiri tal-infiltrazzjoni, bjut ħodor, żoni ta’ bijoritenzjoni u apparat tal-pretrattament tal-ilma tal-maltemp, inklużi l-filtri tar-ramel jew it-tagħmir għat-tneħħija tax-xaħx 10 ) u sistemi innovattivi oħrajn.

L-attività ma tinkludix soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-prevenzjoni u għall-protezzjoni tar-riskju tal-għargħar u tan-nixfa barra mill-ambjent urban (ara t-Taqsima 3.1. ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E36.00, E37.00 u F42.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività twassal għal żamma tal-ilma tax-xita f’żona speċifika jew għal titjib fil-kwalità tal-ilma billi tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)il-kostruzzjoni u t-tħaddim tas-sistema sostenibbli tad-drenaġġ urban huma integrati fis-sistema tat-trattament tad-drenaġġ urban u tal-ilma mormi, kif muri permezz ta’ pjan ta’ ġestjoni tar-riskju tal-għargħar jew ta’ għodod rilevanti oħra għall-ippjanar urban. L-attività tikkontribwixxi sostanzjalment għall-ilħuq tal-istatus tajjeb u tal-potenzjal ekoloġiku tajjeb ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma tal-pjan jew għall-prevenzjoni tad-deterjorament ta’ korpi tal-ilma li diġà għandhom status tajjeb u potenzjal tajjeb, u titwettaq biex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 2000/60/KE 11 u mad-Direttiva 2008/56/KE;

(b)tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-perċentwal ta’ żona speċifika, bħal żona residenzjali jew kummerċjali, fejn l-ilma tax-xita ma jitbattalx direttament iżda jinżamm fis-sit taż-żona;

(c)id-disinn tas-sistema sostenibbli tad-drenaġġ urban jikseb mill-inqas wieħed mill-effetti li ġejjin:

(i)perċentwal kwantifikat ta’ ilma tax-xita fil-baċir tal-iskular tas-sistema tad-drenaġġ jinżamm u jiġi skarikat b’dewmien gradwali fil-korpi tal-ilma riċeventi;

(ii)perċentwal kwantifikat ta’ sustanzi li jniġġsu, inklużi ż-żejt, il-metalli tqal, is-sustanzi kimiċi perikolużi u l-mikroplastiks, jitneħħa mill-ilma tax-xeba’ urban qabel ma jintrema fil-korpi tal-ilma riċeventi;

(iii)l-ogħla fluss tal-ilma tax-xeba’, b’perjodu ta’ ritorn f’konformità mar-rekwiżiti tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar jew ta’ dispożizzjonijiet lokali oħra fis-seħħ, jitnaqqas b’perċentwal kwantifikat.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(5) Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

Skont l-oriġini tal-ilma riċevut u t-tagħbija differenti ta’ sustanzi niġġiesa, bħall-ilma tax-xita, ix-xita li tiskula minn fuq is-soqfa, xita li tiskula mit-tororq, jew l-ilma tal-maltemp, l-SUDS tittratta dawn l-ilmijiet qabel ma tarmi jew tinfiltra l-ilma f’mezzi ambjentali oħrajn.

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

L-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi evitata jew it-tixrid tagħhom jiġi ġestit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 .

3.Ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru

3.1.Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-prevenzjoni u għall-protezzjoni tar-riskju tal-għargħar u tan-nixfa

Deskrizzjoni tal-attività

L-ippjanar, il-kostruzzjoni, l-estensjoni, u t-tħaddim ta’ ġestjoni tal-għargħar jew tan-nixfa fuq skala kbira bbażata fuq in-natura u miżuri ta’ restawr kostali, ekosistemi akwatiċi ta’ tranżizzjoni jew interni li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni u għall-protezzjoni kontra l-għargħar jew in-nixfiet, u għat-titjib taż-żamma tal-ilma naturali, tal-bijodiversità u tal-kwalità tal-ilma.

Dawn il-miżuri ta’ ġestjoni tal-għargħar jew tan-nixfa fuq skala kbira bbażati fuq in-natura huma applikati f’żoni periurbani, rurali u kostali u huma kkoordinati fuq skala ta’ baċir tax-xmara, reġjonali jew lokali, bħal dik muniċipali.

L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu:

(a)miżuri relatati max-xmajjar jew mal-lagi, inklużi:

(i)l-iżvilupp ta’ veġetazzjoni tax-xatt tax-xmara jew tal-pjanura tal-għargħar jew ir-restawr tal-pjanura tal-għargħar, inkluża l-konnessjoni mill-ġdid ta’ xmara jew lag mal-pjanura tal-għargħar tagħha jew it-titjib tal-konnettività lil hinn mill-kanal/laterali tagħha biex tiġi restawrata l-kapaċità ta’ żamma tal-pjanura tal-għargħar u l-funzjoni tal-ekosistema tagħha;

(ii)riserpeġġjar tax-xmajjar bil-ħolqien ta’ kors ta’ serpeġġjar ġdid jew ir-rikonnessjoni ta’ liwja mejta jew ir-rikonnessjoni ta’ lag jew grupp ta’ lagi ma’ xmara;

(iii)ir-restawr tal-konnettività lonġitudinali u laterali ta’ xmara (inklużi liwjiet mejta) billi jitneħħew l-ostakli obsoleti, inklużi d-digi u t-tqassib jew ostakli żgħar tul ix-xmara jew li jaqsmuha;

(iv)is-sostituzzjoni tal-protezzjoni artifiċjali tax-xtut tax-xmajjar jew tal-lagi b’soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-istabbilizzazzjoni tax-xtut jew tal-qiegħan bħala miżuri għar-restawr tax-xmajjar u tal-lagi;

(v)miżuri mmirati biex itejbu d-diversifikazzjoni tal-fond u tal-wisa’ tax-xmajjar jew tal-lagi biex tiżdied il-varjetà tal-ħabitat.

(b)miżuri għall-artijiet mistagħdra, inklużi:

(i)l-installazzjoni ta’ gandotti għat-tixrib mill-ġdid, għat-tneħħija ta’ installazzjonijiet tad-drenaġġ, għas-sostituzzjoni ma’ installazzjonijiet li jikkontrollaw l-iskarika, jew għall-issettjar lura ta’ digi biex jippermettu l-għargħar;

(ii)l-implimentazzjoni ta’ artijiet mistagħdra mibnija għaż-żamma u t-trattament tal-ilma, kemm fuq l-art kif ukoll tul korpi tal-ilma mhux veġetati, f’kuntesti rurali u urbani;

(iii)baċiri ta’ detenzjoni u għadajjar taż-żamma.

(c)miżuri kostali, inklużi:

(i)il-konservazzjoni jew ir-restawr ta’ artijiet mistagħdra kostali inklużi foresti tal-mangrovja jew alka tal-qiegħ, li joperaw bħala ostaklu naturali;

(ii)miżuri li jikkonsistu f’bidliet morfoloġiċi u t-tneħħija ta’ ostakli biex tiġi mminimizzata l-ħtieġa ta’ nutrizzjoni artifiċjali tax-xatt u biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-ekosistemi kostali, iġġustifikati fuq il-bażi ta’ studju tal-bilanċ tas-sediment;

(iii)it-tisħiħ u r-restawr tad-duni, inkluż it-tħawwil ta’ veġetazzjoni tad-duni;

(iv)il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-iskoll kostali;

(v)nutrijenti tar-ramel fiż-żona kostali.

(d)miżuri ta’ ġestjoni għall-baċir tax-xmara kollu, inklużi:

(i)il-miżuri ta’ ġestjoni tal-art, inkluża l-afforestazzjoni ta’ żoni ta’ ġbir tal-ilma tal-ġibjuni, żoni ta’ protezzjoni tal-għejun jew tas-sorsi tal-bjar u tributarji tal-baċir tax-xmara b’mod ġenerali;

(ii)ir-restawr tal-infiltrazzjoni naturali għar-riforniment tal-ilma tal-pjan billi jiġu ffaċilitati jew miżjudin il-kapaċità ta’ żamma u l-infiltrazzjoni tal-ħamrija;

(iii)Riforniment Immaniġġat tal-Akwifer (MAR) 13 .

L-attività ma tinkludix soluzzjonijiet fuq skala żgħira bbażati fuq in-natura biex jitnaqqsu l-għargħar u n-nixfa, inklużi soluzzjonijiet ħodor u blu applikati f’ambjent urban, bħal bjut ħodor, swales, uċuħ permeabbli u baċiri tal-infiltrazzjoni għal finijiet ta’ ġestjoni tal-ilma urban tal-maltemp jew Sistemi Sostenibbli ta’ Drenaġġ Urban (ara t-Taqsima 2.3. ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi F42.91 tan-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1. L-attività hija miżura kwantifikabbli u marbuta maż-żmien biex jintlaħqu l-objettivi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ għargħar f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar ikkoordinat fuq skala tal-baċiri tax-xmajjar u żviluppat skont id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 . Fir-rigward tat-tnaqqis tar-riskju tan-nixfa, l-attività hija miżura kwantifikabbli u marbuta maż-żmien biex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE f’konformità ma’ pjan ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara, jew pjan ta’ ġestjoni tan-nixfa li huwa parti minn pjan ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara.

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, l-attività hija identifikata bħala tnaqqis tar-riskju ta’ għargħar jew miżura ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ nixfa jew fi pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma fuq skala tal-baċir tax-xmara jew fi pjan ta’ ġestjoni integrat ta’ żona kostali tul kosta. Dawk il-pjanijiet isegwu l-objettivi għall-ġestjoni tar-riskji ta’ għargħar u ta’ nixfa biex jitnaqqsu l-konsegwenzi avversi, fejn applikabbli għas-saħħa tal-bniedem, għall-ambjent, għall-patrimonju kulturali u għall-attività ekonomika.

2. Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-evitar tal-istress fuq l-ilma u mal-prevenzjoni tad-deterjorament tal-istatus tal-korpi tal-ilma affettwati huma identifikati u indirizzati biex jinkiseb status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definiti fl-Artikolu 2(22) u (23) tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, u skont pjan tal-ġestjoni tal-baċir tax-xmara, żviluppat skont dan għall-korp jew għall-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar huma identifikati u indirizzati bil-għan li jinkiseb jew jinżamm status ambjentali tajjeb kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE.

3. L-attività tinkludi azzjonijiet ta’ restawr tan-natura jew ta’ konservazzjoni li juru kobenefiċċji speċifiċi tal-ekosistema, li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ status jew ta’ potenzjal tajjeb tal-ilma f’konformita mad-Direttiva 2000/60/KE, status ambjentali tajjeb f’konformità mad-Direttiva 2008/56/KE, u l-miri tar-restawr u tal-konservazzjoni tan-natura speċifikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 dwar “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030” 15 . L-attività fiha miri ċari u vinkolanti dwar ir-restawr jew il-konservazzjoni tan-natura fuq perjodu ta’ żmien definit b’mod ċar u tiddeskrivi miżuri biex jintlaħqu dawk il-miri. Il-partijiet ikkonċernati lokali huma involuti mill-bidu fil-fażi tal-ippjanar u tad-disinn. L-attività hija bbażata fuq il-prinċipji deskritti mill-Istandard Globali tal-IUCN għal soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura.

Għall-attivitajiet f’pajjiżi terzi, l-attività tqis l-Istrateġiji u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Bijodiversità għall-istabbiliment tal-miri ta’ konservazzjoni u restawr tan-natura u għad-deskrizzjoni tal-miżuri biex jintlaħqu dawn il-miri.

4. Hemm fis-seħħ programm ta’ monitoraġġ biex tiġi evalwata l-effettività ta’ skema ta’ soluzzjoni bbażata fuq in-natura fit-titjib tal-istatus tal-korp tal-ilma affettwat, fl-ilħuq tal-miri ta’ konservazzjoni u restawr u fl-adattament għal kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu. Il-programm jiġi riżaminat skont l-approċċ perjodiku tal-pjanijiet ta’ mmaniġġar tal-baċir tax-xmara (inklużi l-pjanijiet ta’ mmaniġġar tan-nixfa, fejn rilevanti) u l-pjanijiet ta’ mmaniġġar tar-riskju ta’ għargħar.

Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, il-programm jiġi rieżaminat mill-inqas darba f’kull perjodu ta’ programmazzjoni u fi kwalunkwe każ kull 10 snin. Il-programm jaderixxi mad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji prevalenti u jallinja magħhom, filwaqt li jistabbilixxi b’mod ċar min għandu r-responsabbiltajiet u l-obbligazzjonijiet legali. Il-programm jinvolvi b’mod attiv lill-komunitajiet lokali u lil partijiet ikkonċernati oħra affettwati.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art u tal-ambjent tal-baħar b’ħażna għolja tal-karbonju 16 .

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-operaturi jillimitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi relatati mal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni u jqisu l-aħjar tekniki disponibbli. Talanqas 70 % (skont il-piż) tal-iskart mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni (eskluż il-materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fuq is-sit tal-kostruzzjoni jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ backfilling li jużaw l-iskart sabiex jissostitwixxi materjali oħra, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni 17 . L-operaturi jużaw d-demolizzjoni selettiva biex jippermettu t-tneħħija u l-immaniġġar sikur ta’ sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja.

(5) Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-użu tal-pestiċidi jkun minimizzat u approċċi jew tekniki alternattivi, li jistgħu jinkludu alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi, jingħataw preferenza, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , bl-eċċezzjoni ta’ okkażjonijiet li fihom l-użu tal-pestiċidi jkun meħtieġ għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard. L-attività timminimizza l-użu tal-fertilizzanti u ma tużax demel.

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Addizzjonalment, dan li ġej għandu jiġi żgurat:

(a)fl-UE, b’rabta mas-siti ta’ Natura 2000: l-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000 fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE 19 ;

(b)fl-UE, fi kwalunkwe żona: l-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tal-poplazzjonijiet tal-ispeċi protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. L-attività lanqas ma hija ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE fi status ta’ konservazzjoni favorevoli;

(c)fl-UE, l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi prevenuta, jew it-tixrid tagħhom jiġi ġestit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014;

(d)barra mill-UE, l-attivitajiet jitwettqu f’konformità mal-liġi applikabbli relatata mal-konservazzjoni tal-ħabitat, tal-ispeċijiet u l-immaniġġar ta’ speċijiet aljeni invażivi.

4.Informazzjoni u komunikazzjoni

4.1.Forniment ta’ soluzzjonijiet xprunati mid-data tal-IT/OT għat-tnaqqis tat-tnixxija

Deskrizzjoni tal-attività

L-attività timmanifattura, tiżviluppa, tinstalla, tiskjera, jew tmantni, issewwi u tipprovdi servizzi professjonali, inkluża konsultazzjoni teknika għad-disinn jew għall-monitoraġġ, għal soluzzjonijiet xprunati mid-data tat-teknoloġija tal-informazzjoni (information technology, IT) jew tat-teknoloġija operazzjonali (operational technology, OT) 21 għall-kontroll, ġestjoni, tnaqqis u mitigazzjoni ta’ tnixxijat f’sistemi tal-provvista tal-ilma (WSSs).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E36, F42.99 u J62 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(1)(e) tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1. L-attività ekonomika timmanifattura, tiżviluppa, tinstalla, tiskjera, tmantni, issewwi jew tipprovdi servizzi professjonali, inkluża konsultazzjoni teknika għad-disinn jew għall-monitoraġġ, lil waħda jew aktar mis-soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data li ġejjin għall-kontroll, ġestjoni, tnaqqis u mitigazzjoni ta’ tnixxijat f’sistemi tal-provvista tal-ilma ġodda jew f’dawk eżistenti:

(a)sistemi ta’ monitoraġġ inklużi sistemi olistiċi tal-IT/OT, jew żidiet/estensjonijiet għal għodod bħal dawn li jipprovdu identifikazzjoni, traċċar u sejbien ta’ tnixxija tal-ilma;

(b)soluzzjonijiet tal-IT/OT, jew żidiet/estensjonijiet għal tali għodod, li jipprovdu kontroll, ġestjoni u mitigazzjoni tat-tnixxija tal-ilma;

(c)soluzzjonijiet tal-IT/OT, jew żidiet/estensjonijiet għal tali għodod, li jiżguraw l-interoperabbiltà tas-sistemi fiż-żoni ta’ metraġġ separat meta jiġu installati sistemi ġodda ta’ monitoraġġ jew soluzzjonijiet tal-IT/OT.

2. Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-evitar tal-istress fuq l-ilma huma identifikati u indirizzati bil-għan li jinkiseb status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definiti fl-Artikolu 2(22) u (23) tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE 22 u skont pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat bix-xieraq għall-korp jew għall-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġar u r-riċiklaġġ tal-iskart li magħdux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi.

Jitwettqu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, l-irkupru jew ir-riċiklaġġ, jew għat-trattament adegwat, inkluża t-tneħħija tal-fluwidi kollha u trattament selettiv f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 .

(5) Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

It-tagħmir użat jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 għas-servers u l-prodotti tal-ħżin tad-data.

It-tagħmir użat ma fihx is-sustanzi ristretti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , ħlief meta l-valuri ta’ konċentrazzjoni skont il-piż f’materjali omoġeni ma jaqbżux il-valuri massimi elenkati f’dak l-Anness.

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli



Appendiċi A: Kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima

I. Kriterji

Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fit-tabella fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà tal-klima skont il-passi li ġejjin:

(a)    skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)    meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà tal-klima sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)    valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà tal-klima hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)    għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)    għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri 26 konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

Il-proġettazzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima 27 , ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ 28 jew bi ħlas.

Għal attivitajiet eżistenti u għal attivitajiet ġodda li jużaw assi fiżiċi eżistenti, l-operatur ekonomiku jimplimenta soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”), fuq perjodu sa 5 snin, li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi identifikati bħala l-aktar importanti li jkunu rilevanti għal dik l-attività. Jitfassal kif xieraq pjan ta’ adattament għall-implimentazzjoni ta’ dawk is-soluzzjonijiet.

Għal attivitajiet ġodda u għal attivitajiet eżistenti li jużaw assi fiżiċi mibnija ġodda, l-operatur ekonomiku jintegra s-soluzzjonijiet ta’ adattament li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi l-aktar importanti identifikati li jkunu rilevanti għal dik l-attività fiż-żmien tad-disinn u tal-kostruzzjoni u jkun implimentahom qabel il-bidu tal-operazzjonijiet.

Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn; huma konsistenti mal-istrateġiji u mal-pjanijiet ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali; u jikkunsidraw l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura 29 jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra 30 sa fejn ikun possibbli.

II. Klassifikazzjoni tal-perikli relatati mal-klima 31

Relatati mat-temperatura

Relatati mar-riħ

Relatati mal-ilma

Relatati mal-massa solida

Kroniċi

Tibdil fit-temperatura (arja, ilma ħelu, ilma baħar)

Tibdil fix-xejriet tar-riħ

Tibdil fix-xejriet u fit-tipi ta’ preċipitazzjoni (xita, silġ, borra)

Erożjoni kostali

Stress termiku

Varjabbiltà fil-preċipitazzjoni jew idroloġika

Degradazzjoni tal-ħamrija

Varjabbiltà fit-temperatura

Aċidifikazzjoni tal-oċeani

Erożjoni tal-ħamrija

Taħlil tal-permafrost

Intrużjoni salina

Soliflussjoni

Żieda fil-livell tal-baħar

Stress fuq l-ilma

Akuti

Mewġa ta’ sħana

Ċiklun, uragan, tifun

Nixfa

Valanga

Mewġa ta’ kesħa/ġlata

Maltempata (inklużi maltempati tas-silġ, tat-trab u tar-ramel)

Preċipitazzjoni qawwija (xita, silġ, borra/silġ)

Uqigħ tal-art

Nirien mhux kontrollati

Tromba tal-arja

Għargħar (kostali, fjuvjali, pluvjali, tal-ilma tal-pjan)

Ċediment

Kollass ta’ lag glaċjali



Appendiċi C: Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis fir-rigward tal-użu u tal-preżenza ta’ sustanzi kimiċi

L-attività ma twassalx għall-manifattura, għat-tqegħid fis-suq jew għall-użu ta’:

(a) sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 , ħlief fil-każ ta’ sustanzi preżenti bħala kontaminant bi traċċi mhux intenzjonat;

(b) il-merkurju u l-komposti tal-merkurju, it-taħlitiet tagħhom u l-prodotti miżjudin bil-merkurju kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 ;

(c) sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlita jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 ;

(d) sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE, ħlief meta jkun hemm konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva;

(e) sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġett, elenkati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 , ħlief meta jkun hemm konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet speċifikati f’dak l-Anness;

(f) sustanzi, kemm jekk waħedhom, jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (w/w) u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li kienu identifikati f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament għal perjodu ta’ mill-inqas 18-il xahar, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati 36 .

Addizzjonalment, l-attività ma twassalx għall-manifattura, il-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew it-tqegħid fis-suq, ta’ sustanzi oħra, kemm jekk waħedhom jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (wieght by weight, w/w) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għal waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew mill-kategoriji ta’ periklu msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) 1907/2006, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw taħt kundizzjonijiet ikkontrollati 37 .



Appendiċi D: Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-protezzjoni u għar-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Tlestiet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew skrinjar 38 f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE 39 .

Meta twettqet VIA, jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom (inkluż in-network ta’ żoni protetti ta’ Natura 2000, siti ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO u Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa 40 , fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa 41 .

(1)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali jew mal-istandards internazzjonali applikabbli li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) jiġi vvalutat l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew il-potenzjal ekoloġiku ta’ korp jew korpi tal-ilma potenzjalment affettwati u 2) jiġi evitat id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status/potenzjal ekoloġiku tajjeb.
(2)    Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
(3)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/679 tad-19 ta’ Jannar 2022 li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi u komposti ta’ tħassib għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif previst fid-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 124, 27.4.2022, p. 41).
(4)    L-Indiċi ta’ Tnixxija Infrastrutturali (Infrastructure Leakage Index, ILI) huwa kkalkolat bħala telf reali annwali attwali (current annual real losses, CARL)/telf reali annwali inevitabbli (unavoidable annual real losses, UARL). It-telf reali annwali attwali (CARL) jirrappreżenta l-ammont ta’ ilma li effettivament jintilef min-network tad-distribuzzjoni (jiġifieri ma jasalx għand l-utenti finali). It-telf reali annwali inevitabbli (UARL) jieħu f’kunsiderazzjoni li dejjem se jkun hemm xi tnixxija f’network ta’ distribuzzjoni tal-ilma. Il-UARL huwa kkalkolat fuq il-bażi ta’ fatturi bħat-tul tan-network, in-numru ta’ konnessjonijiet tas-servizz u l-pressa li biha jopera n-network.
(5)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali jew mal-istandards internazzjonali applikabbli li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) jiġi vvalutat l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew il-potenzjal ekoloġiku ta’ korp jew korpi tal-ilma potenzjalment affettwati u 2) jiġi evitat id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status/potenzjal ekoloġiku tajjeb.
(6)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali jew mal-istandards internazzjonali applikabbli li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) jiġi vvalutat l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew il-potenzjal ekoloġiku ta’ korp jew korpi tal-ilma potenzjalment affettwati u 2) jiġi evitat id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status/potenzjal ekoloġiku tajjeb.
(7)    Ekwivalenti ta’ popolazzjoni (p.e.) tfisser il-piż organiku biodegradabbli li jkollu domanda bijokimika ta’ ossiġenu fuq 5 ijiem (BOD5) ta’ 60 g ta’ ossiġnu kuljum.
(8)    Pereżempju, f’konformita mal-linji gwida tal-IPCC għall-inventarji nazzjonali tal-GHG għat-trattament tal-ilma mormi, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] li tinsab fuq https://www.ipcc-nggip.iges.or.jp/public/2019rf/pdf/5_Volume5/19R_V5_6_Ch06_Wastewater.pdf.
(9)    Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).
(10)    Kif definit fid-dokument JRC Publications Repository - Best Environmental Management Practice for the Public Administration Sector (europa.eu).
(11)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali jew mal-istandards internazzjonali applikabbli li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u l-protezzjoni tal-ilma, żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) jiġi vvalutat l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew il-potenzjal ekoloġiku ta’ korp jew korpi tal-ilma potenzjalment affettwati u 2) jiġi evitat id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status/potenzjal ekoloġiku tajjeb.
(12)    Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
(13)    Riforniment Immaniġġat tal-Akwifer huwa “il-proċess ta’ riforniment intenzjonat ta’ akwifer b’ilma minn post differenti għall-irkupru sussegwenti jew għall-benefiċċji ambjentali”.
(14)    Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27-34).
(15)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM/2020/380 final.
(16)    Art b’ħażna għolja ta’ karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament forestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82-209).
(17)    Il-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, Settembru 2016: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/20509/?locale=mt.
(18)    Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
(19)    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal- 21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(20)    Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(21)    “Soluzzjonijiet xprunati mid-data tal-IT jew tal-OT” jinkludu prodotti konnessi, sensuri, analitika u software ieħor, u teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (information and communication technologies, ICT) għat-trażmissjoni, il-ħżin u l-wiri tad-data u l-ġestjoni tas-sistemi.
(22)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali jew mal-istandards internazzjonali applikabbli li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) jiġi vvalutat l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew il-potenzjal ekoloġiku ta’ korp jew korpi tal-ilma potenzjalment affettwati u 2) jiġi evitat id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status/potenzjal ekoloġiku tajjeb.
(23)    Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (riformulazzjoni) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
(24)    Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (riformulazzjoni) (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(25)    Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku. (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).
(26)    Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.
(27)    Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: Impacts, Adaptation and Vulnerability, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv dwar it-tibdil fil-klima (Intergovernmental Panel on Climate Change, IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-valutazzjoni tax-xjenza relatata mat-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.
(28)    Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.
(29)    Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Dawn is-soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema. (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/research/environment/index.cfm?pg=nbs).
(30)    Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekoloġika (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).
(31)    Il-lista ta’ perikli relatati mal-klima f’din it-tabella ma hijiex eżawrjenti, u tikkostitwixxi biss lista indikattiva tal-aktar perikli mifruxa li għandhom jitqiesu bħala minimu fil-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi.
(32)    Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
(33)    Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1).
(34)    Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1).
(35)    Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni. (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(36)    Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu tas-sustanzi msemmija fil-punt (f) ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.
(37)    Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mill-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew mit-tqegħid fis-suq tas-sustanzi msemmija f’dan il-paragrafu ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.
(38)    Il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva).
(39)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti li jeħtieġu t-tlestija ta’ VIA jew skrinjar, pereżempju, l-Istandard ta’ Prestazzjoni 1 tal-IFC: Valutazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji Ambjentali u Soċjali.
(40)    F’konformità mad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7). Għall-attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti, li għandhom l-għan li jippreservaw il-ħabitats naturali, il-fawna selvaġġa u l-flora selvaġġa, u li jirrikjedu li titwettaq (1) proċedura ta’ skrinjar sabiex jiġi determinat jekk, għal attività partikolari, tkunx meħtieġa valutazzjoni xierqa tal-impatti possibbli fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti; (2) valutazzjoni xierqa bħal din fejn l-iskrinjar jiddetermina li hija meħtieġa, pereżempju l-Istandard tal-Prestazzjoni 6 tal-IFC: Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.
(41)    Dawk il-miżuri ġew identifikati sabiex jiġi żgurat li l-proġett, il-pjan jew l-attività ma jkollha l-ebda effett sinifikanti fuq l-objettivi ta’ konservazzjoni taż-żona protetta.
Top

WERREJ

ANNESS II    2

1.Manifattura2

1.1.Manifattura ta’ oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik2

1.2.Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku7

2.Provvista ta’ ilma, sistemi ta’ drenaġġi, ġestjoni ta’ skart u attivitajiet ta’ rimedju16

2.1.Irkupru tal-fosforu mill-ilma mormi16

2.2.Produzzjoni ta’ riżorsi alternattivi tal-ilma għal skopijiet minbarra l-konsum mill-bniedem17

2.3.Ġbir u t-trasport ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż19

2.4.Trattament ta’ skart perikoluż22

2.5.Irkupru tal-bijoskart permezz ta’ diġestjoni anaerobika jew ta’ kompostjar25

2.6.Tneħħija tat-tniġġis u ż-żmantellar ta’ prodotti li jkunu waslu fi tmiem ħajjithom27

2.7.Separazzjoni u rkupru ta’ materjal ta’ skart mhux perikoluż30

3.Attivitajiet ta’ kostruzzjoni u ta’ proprjetà immobbli32

3.1.Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda32

3.2.Rinnovazzjoni ta’ binjiet eżistenti37

3.3.Demolizzjoni u tifrik ta’ binjiet u strutturi oħrajn41

3.4.Manutenzjoni tat-toroq u tal-awtostradi44

3.5.Użu ta’ konkrit fl-inġinerija ċivili46

4.Informazzjoni u komunikazzjoni50

4.1.Forniment ta’ soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data50

5.Servizzi55

5.1.Tiswija, rinnovazzjoni u rimanifattura55

5.2.Bejgħ ta’ spare parts58

5.3.Preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ prodotti li ma għadhomx jintużaw u ta’ komponenti tal-prodotti60

5.4.Bejgħ ta’ oġġetti użati63

5.5.Prodott bħala servizz u mudelli oħrajn ta’ servizzi orjentati lejn l-użu ċirkolari u lejn ir-riżultati67

5.6.Suq għall-kummerċ ta’ oġġetti użati għall-użu mill-ġdid69

ANNESS II

Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi sostanzjalment għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u sabiex jiġi determinat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn

1.Manifattura

1.1.Manifattura ta’ oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik 

Deskrizzjoni tal-attività

Manifattura ta’ oġġetti tal-imballaġġ tal-plastik.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C22.22 tan-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)l-użu ta’ materja prima ċirkolari: sal-2028, mill-anqas 35 % tal-prodott tal-imballaġġ skont il-piż jikkonsisti f’materjal ta’ wara l-użu mill-konsumatur riċiklat għal imballaġġ mhux għall-kuntatt sensittiv u mill-anqas 10 % għal imballaġġ għall-kuntatt sensittiv 1 . Mill-2028, mill-anqas 65 % tal-prodott tal-imballaġġ skont il-piż jikkonsisti f’materjal ta’ wara l-użu mill-konsumatur riċiklat mekkanikament għal imballaġġ mhux għall-kuntatt sensittiv u mill-anqas 50 % għal imballaġġ għall-kuntatt sensittiv;

(b)id-disinn għall-użu mill-ġdid: il-prodott tal-imballaġġ ġie ddisinjat biex ikun riutilizzabbli f’sistema għall-użu mill-ġdid 2 u jissodisfa r-rekwiżiti għall-użu ta’ materja prima ċirkolari, kif stabbilit fil-punt 1.a b’miri ta’ 35 % u 10 % għall-materja prima riċiklata li japplikaw mill-2028 u 65 % u 50 % mill-2032. Is-sistema għall-użu mill-ġdid hija stabbilita b’mod li tiżgura l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid f’sistema b’ċirkwit magħluq jew b’ċirkwit miftuħ li:

(i)tipprovdi struttura ta’ governanza definita u żżomm rekords dwar l-għadd ta’ mili, l-użi mill-ġdid, ir-rifjuti, ir-rata ta’ ġbir, l-ammont ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq u l-unitajiet ta’ bejgħ jew ta’ unitajiet ekwivalenti;

(ii)tipprovdi regoli dwar l-ambitu tal-prodott u l-formati tal-imballaġġ, kif ukoll dwar il-ġbir ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, inklużi inċentivi għall-konsumaturi;

(iii)tiżgura aċċess u kundizzjonijiet miftuħa u ugwali għall-operaturi ekonomiċi kollha li jixtiequ jsiru parti minnha, inkluża d-distribuzzjoni proporzjonata tal-kostijiet u l-benefiċċji għall-parteċipanti kollha tas-sistema 3 ;

(a)l-użu ta’ materja prima għall-bijoskart: mill-anqas 65 % tal-prodott tal-imballaġġ skont il-piż jikkonsisti f’materja prima sostenibbli għall-bijoskart 4 . Il-bijoskart ibbażat fuq l-agrikoltura użat għall-manifattura ta’ imballaġġ tal-plastik jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29, il-paragrafi minn 2 sa 5, tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-bijoskart ibbażat fuq il-foresta użat għall-manifattura ta’ imballaġġ tal-plastik jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29, il-paragrafi 6 u 7, ta’ dik id-Direttiva.

2. Il-prodott tal-imballaġġ huwa riċiklabbli fil-prattika u fuq skala kbira. Il-prodott tal-imballaġġ juri r-riċiklabbiltà fil-prattika u fuq skala kbira billi jikkonforma mal-kriterji kollha speċifikati hawn taħt 5 .

2.1. L-unità tal-imballaġġ 6 hija disinjata biex tkun riċiklabbli, sabiex tkun tista’ tiġi separata u riċiklata fi tmiem il-ħajja u li l-materjal riċiklat li jirriżulta huwa ta’ tali kwalità li jista’ jerġa’ jintuża f’applikazzjonijiet tal-imballaġġ. Il-kuluri, l-addittivi jew l-elementi tad-disinn tal-imballaġġ li jikkontaminaw il-fluss tar-riċiklaġġ ladarba l-imballaġġ isir skart u li jnaqqsu sostanzjalment il-kwalità tar-riċiklaturi li jirriżultaw ma jintużawx. L-aktar, l-unità tal-imballaġġ tkun magħmula mill-istess materjal (soluzzjoni monomaterjali) jew, bħala minimu, il-materjali preżenti fl-imballaġġ ikunu kompatibbli mal-flussi ta’ riċiklaġġ u mal-proċessi ta’ separazzjoni eżistenti. Meta l-komponenti kollha tal-imballaġġ ma jkunux kompatibbli mal-flussi u mal-proċessi eżistenti tar-riċiklaġġ, l-imballaġġ irid jippermetti s-separazzjoni tal-komponenti mhux riċiklabbli tiegħu, jew manwalment mill-konsumaturi jew fi ħdan il-proċessi eżistenti ta’ separazzjoni u ta’ riċiklaġġ.

2.2. Barra minn hekk, l-imballaġġ jiġi evalwat bħala riċiklabbli fuq skala kbira fejn jikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)il-ġbir, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ huma pruvati li jaħdmu fil-prattika u fuq skala kbira: il-materjal tal-imballaġġ tal-plastik tal-unità tal-imballaġġ jilħaq il-mira tar-rata ta’ riċiklaġġ 7 għall-iskart mill-imballaġġ tal-plastik stabbilita bid-Direttiva 94/62/KE, jew fil-ġuriżdizzjoni nazzjonali fejn jitqiegħed fis-suq l-imballaġġ, irrispettivament mid-daqs tal-ġuriżdizzjoni, jew fl-Istati Membri li kollettivament jirrappreżentaw mill-anqas 100 miljun abitant;

(b)il-ġbir, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ huma pruvati li huma fit-triq it-tajba biex jaħdmu fil-prattika u fuq skala kbira: il-proċessi ta’ separazzjoni u riċiklaġġ huma disponibbli fil-Prontezza Teknoloġika tal-Livell 9 kif definit mill-ISO 16290:2013 8 .

3. Meta jiġi prodott il-materjal tal-imballaġġ, is-sustanzi li ġejjin li jippreżentaw proprjetajiet perikolużi speċifikati hawn taħt ma jiġux miżjuda mal-materja prima:

(a)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 u identifikati f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(b)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġeniċi tal-kategorija 1 jew 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 ;

(c)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala mutaġeniċi tal-kategorija 1 jew 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(d)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1 jew 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(e)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala interferenza endokrinali għas-saħħa tal-bniedem tal-kategorija 1 jew bħala interferenza endokrinali għall-ambjent tal-kategorija 1 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(f)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(g)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(h)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala persistenti, mobbli u tossiċi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(i)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala persistenti ħafna u mobbli ħafna f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(j)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur respiratorju tal-kategorija 1 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, għajr l-enzimi;

(k)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(a)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala li għandhom periklu kroniku għall-ambjent akkwatiku tal-kategorija 1, 2, 3 jew 4 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(m)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala perikolużi għas-saff tal-ożonu f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(n)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala li għandhom tossiċità speċifika ta’ organu fil-mira – kategorija ta’ esponiment ripetut 1 jew 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(o)sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala li għandhom tossiċità speċifika ta’ organu fil-mira – esponiment uniku tal-kategorija 1 jew 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

4. Materjali tal-plastik kompostabbli fl-applikazzjonijiet tal-imballaġġ jintużaw biss għal basktijiet tal-plastik ħfief ħafna; te, kafè jew boroż oħra tax-xorb; te, kafè jew kuxxinetti oħra tax-xorb u tikketti li jwaħħlu mwaħħla mal-frott u l-ħxejjex.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (do no significant harm, “DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Għall-plastik manifatturat minn materja prima kimika riċiklata, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik manifatturat, minbarra kwalunkwe kreditu kkalkolat mill-produzzjoni tal-fjuwils, huma anqas mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik ekwivalenti f’forma primarja manifatturat minn materja prima tal-fjuwils fossili. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati bl-użu tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2021/2279/UE 10 jew, inkella, bl-użu tal-ISO 14067:2018 11 jew tal-ISO 14064-1:2018 12 . L-emissjonijiet kwantifikati ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu verifikati minn parti terza indipendenti.

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ plastik manifatturat minn materja prima tal-bijoskart sostenibbli jkunu anqas mill-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-plastik ekwivalenti f’forma primarja manifatturat minn materja prima tal-fjuwils fossili. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-istandard ISO 14067:2018 jew ISO 14064-1:2018. L-emissjonijiet kwantifikati ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu verifikati minn parti terza indipendenti.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Għall-prodotti manifatturati minn materjali tal-plastik f’forma primarja, l-emissjonijiet mill-manifattura ta’ dawk il-materjali tal-plastik huma fil-livelli jew anqas mil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) stabbiliti fil-konklużjonijiet rilevanti tal-aqwa tekniki disponibbli (best available techniques, BAT), inklużi:

(a)il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika 13 . għal emissjonijiet fl-ilma fejn japplikaw limiti ta’ emissjonijiet rilevanti;

(a)il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ ġestjoni u ta’ trattament tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika 14 għall-emissjonijiet fl-arja ta’ installazzjonijiet ġodda (jew għal installazzjonijiet eżistenti fi żmien 4 snin mill-pubblikazzjoni tal-BATC) fejn japplikaw kundizzjonijiet rilevanti;

(c)id-Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għall-Produzzjoni tal-Polimeri 15 għall-proċessi ta’ produzzjoni f’kundizzjonijiet mhux koperti mill-BATC imsemmi hawn fuq;

(d)Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the Large Volume Inorganic Chemicals – Solids and Others industry 16 ;

(e)Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the manufacture of Large Volume Inorganic Chemicals - Ammonia, Acids and Fertilisers 17 ;

(f)Best Available Techniques Reference Document (BREF) for Manufacture of Organic Fine Chemicals 18 ;

(g)Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the production of speciality inorganic chemicals (SIC) 19 .

Ma jseħħ l-ebda effett transmedjali sinifikanti.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

1.2.Manifatturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manifattura ta’ tagħmir elettriku u elettroniku għall-użu industrijali, professjonali u tal-konsumatur.

Din l-attività tinkludi l-manifattura ta’ batteriji portabbli rikarikabbli u mhux rikarikabbli 20 . L-attività ma tinkludix il-manifattura ta’ kategoriji ta’ batteriji oħrajn.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari C26 u C27 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. Meta l-attività ekonomika timmanifattura tagħmir elettriku u elettroniku li jikkonforma mal-kriterji kollha tal-Ekotikketta tal-UE applikabbli għal dik il-kategorija speċifika ta’ prodotti, f’konformità mar-Regolament (KE) 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 , l-operatur tal-attività jipprovdi l-prova tal-konformità mar-rekwiżiti kollha elenkati, f’konformità mal-kriterji ta’ verifika previsti mill-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE.

2. Meta ma jkun jeżisti l-ebda kriterju tal-Ekotikketta tal-UE speċifiku għall-prodott, jew l-operatur tal-attività ma jkunx użahom, l-attività ekonomika li timmanifattura tagħmir elettriku u elettroniku tikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin applikabbli għal prodott rilevanti:

2.1. Disinn għal-lonġevità

2.1.1. Meta l-prodott fih software li jeħtieġ aġġornament, il-verżjonijiet kollha tal-komponenti tas-software, l-appoġġ għas-software u s-software/firmware, inklużi l-aġġornamenti, isiru disponibbli għall-utenti matul il-ħajja ta’ oġġett kif definit fid-Direttiva 2009/125/KE u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva. Meta d-disponibbiltà tal-aġġornamenti tas-software ma tkunx regolata, id-disponibbiltà tkun mill-anqas 8 snin. Il-funzjonalità u t-tul tal-ħajja tal-prodott ma jitnaqqsux permezz ta’ aġġornamenti tas-software jew nuqqas ta’ aġġornamenti tas-software.

2.1.2. Il-prodotti li jinkorporaw batteriji portabbli jiżguraw li dawk il-batteriji jkunu jistgħu jitneħħew faċilment u jinbidlu mill-utent finali fi kwalunkwe ħin matul il-ħajja tal-prodott, mingħajr ma jkun meħtieġ l-użu ta’ għodod speċjalizzati (sakemm l-għodod ma jkunux provduti mingħajr ħlas mal-prodott), għodod proprjetarji, enerġija termali, jew solventi għaż-żarmar, ħlief meta l-batteriji jkunu disinjati b’mod li jagħmlu l-batterija tista’ titneħħa u tinbidel biss minn professjonisti indipendenti fil-każ segwenti:

(a)apparati disinjati speċifikament biex joperaw primarjament f’ambjent li huwa regolarment soġġett għal ilma li jtir, għal flussi tal-ilma jew għal immersjoni fl-ilma u li huma maħsuba biex jinħaslu jew jitlaħalħu u fejn huwa meħtieġ li tiġi żgurata s-sikurezza tal-utent u tal-apparat;

(b)apparati mediċi professjonali tal-immaġnijiet u tar-radjuterapija, kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 , u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 ;

(c)meta l-kontinwità tal-provvista tal-enerġija tkun meħtieġa u tkun meħtieġa konnessjoni permanenti bejn il-prodott u l-batterija portabbli rispettiva biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-utent u tal-apparat jew, għal prodotti li jiġbru u jipprovdu d-data bħala l-funzjoni ewlenija tagħhom, għal raġunijiet ta’ integrità tad-data.

2.1.3. Is-software ma jintużax sabiex jaffettwa b’mod negattiv iċ-ċirkolarità tal-prodott, inkluża s-sostituzzjoni ta’ batterija portabbli, u s-sostituzzjoni korretta tal-batterija ma tiddegradax il-funzjonament tal-prodott.

2.2. Disinn għat-tiswija u l-garanzija

2.2.1 Meta jiġu stabbiliti sistemi ta’ punteġġ tat-tiswija speċifiċi għall-prodott f’konformità mad-Dritt tal-Unjoni, l-operatur tal-attività jiżgura li l-prodotti jkollhom l-ogħla klassi popolata ta’ tiswija 24 .

2.2.2. L-operatur tal-attività jipprovdi aċċess għall-informazzjoni lis-sewwejja professjonali 25 matul il-ħajja tal-prodott. L-informazzjoni tinkludi l-elementi li ġejjin, fejn applikabbli:

(a)l-identifikazzjoni inekwivokabbli tat-tagħmir;

(b)mappa taż-żarmar jew dijagramma kompożittiva;

(c)lista ta’ tagħmir tat-tiswija u tagħmir tat-test meħtieġa;

(d)dettalji tekniċi tal-komponenti u l-informazzjoni dwar id-dijanjożi, bħall-valuri teoretiċi minimi u massimi għall-kejl;

(e)dijagrammi tal-wajers u tal-konnessjonijiet;

(f)kodiċijiet tal-ħsarat u tal-erruri dijanjostiċi, inklużi kodiċijiet speċifiċi għall-manifattur;

(g)rekords tad-data tal-inċidenti ta’ falliment rapportati maħżuna fuq il-prodott;

(h)manwal tekniku tal-istruzzjonijiet għat-tiswija tal-prodott, inklużi dijagrammi elettroniċi sempliċi tal-bord, li jinkludi l-immarkar tal-passi individwali;

(i)struzzjonijiet għas-software u għall-firmware, inkluż is-software tar-risettjar;

(j)informazzjoni dwar l-aċċess għar-rekords tad-data dwar l-inċidenti tal-fallimenti rapportati u maħżuna fuq l-apparat, meta applikabbli, għajr għall-informazzjoni personali identifikabbli bħal dik relatata mal-imġiba ta’ utent u informazzjoni dwar il-post.

2.2.3. Spare parts ewlenin 26 , kemm jekk ġodda kif ukoll jekk użati, bħal muturi, batteriji, ċirkwiti stampati u kwalunkwe parti jew komponent essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-prodott, huma disponibbli għas-sewwejja professjonali u għall-utenti finali, wara li l-aħħar unità tal-mudell titqiegħed fis-suq, għal sena addizzjonali waħda meta mqabbla mar-rekwiżiti dwar id-disponibbiltà tal-ispare parts skont id-Direttiva 2009/125/KE u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva. Meta d-disponibbiltà ta’ spare parts għall-prodotti rilevanti ma tkunx regolata, l-ispare parts ewlenin ikunu disponibbli għal mill-anqas tmien snin wara t-tqegħid tal-aħħar unità tal-mudell fis-suq.

2.2.4. Meta ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti għas-saħħa u s-sikurezza preżentat mit-tiswija tal-prodott, l-operatur tal-attività jipprovdi struzzjonijiet ċari għaż-żarmar u t-tiswija, inkluż permezz ta’ kopja stampata jew diġitali jew vidjo, u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku matul il-ħajja tal-prodott, biex jippermettu żarmar mhux distruttiv tal-prodotti bil-għan li jiġu sostitwiti l-komponenti jew il-partijiet ewlenin għal aġġornamenti jew tiswijiet. Meta jkun jeżisti tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza marbut mat-tiswija tal-prodott, l-operatur jiżgura aċċess għal sewwejja professjonali ċertifikati indipendenti. Is-sit web tal-operatur jindika l-proċess għas-sewwejja professjonali biex jirreġistraw għall-aċċess għal informazzjoni rilevanti jew jaqsmu l-informazzjoni fuq sit web ta’ aċċess liberu disponibbli għall-pubbliku.

2.2.5. Għat-tagħmir elettriku u elettroniku ddisinjat għall-użu mill-konsumatur, l-operatur tal-attività jipprovdi garanzija kummerċjali għal minimu ta’ 3 snin u f’konformità mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2019/771/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 mingħajr ebda kost addizzjonali.

2.3. Disinn għall-użu mill-ġdid u għar-rimanifattura

2.3.1. Meta l-prodotti jkunu jistgħu jaħżnu d-data, u d-data tkun kriptata, hija meħtieġa funzjoni ta’ software li tirrisettja l-apparat għas-settings tal-fabbrika tiegħu u tħassar b’mod awtomatiku l-kjavi kriptografika.

2.3.2. Meta l-prodotti jistgħu jittrasferixxu data maħżuna, id-data maħżuna tista’ tiġi ttrasferita faċilment u kompletament lejn prodott ieħor li jiżgura l-privatezza tad-data u l-kunfidenzjalità tad-data.

2.4. Disinn għaż-żmantellar

2.4.1. L-informazzjoni dwar il-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott hija disponibbli għall-pubbliku għal tul il-ħajja tal-prodott, inkluża l-informazzjoni kollha meħtieġa skont id-Direttiva 2012/19/UE. Għal kull tip ta’ prodott ġdid imqiegħed għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni, l-operatur tal-attività jikkondividi, mingħajr ħlas, informazzjoni rilevanti ma’ ċentri li jippreparaw għall-faċilitajiet tal-użu mill-ġdid u ta’ trattament u riċiklaġġ permezz tal-Pjattaforma Informazzjoni għar-Riċiklaturi 28 jew permezz ta’ kanal rilevanti ieħor f’konformità mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE. L-informazzjoni taż-żmantellar tinkludi s-sekwenza tal-passi, tal-għodod jew tat-teknoloġiji tal-iżmantellar li huma meħtieġa sabiex jiġi aċċessat il-komponenti fil-mira.

2.4.2. Għal tagħmir elettriku u elettroniku li fih bordijiet ta’ ċirkwiti stampati, hard disc drives (HDDs), muturi elettriċi, kalamiti permanenti, batteriji, trabijiet fluworexxenti, jew kwalunkwe komponent ieħor identifikat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li għandu potenzjal għoli ta’ rkupru ta’ materja prima kritika, l-informazzjoni dwar il-ġestjoni ta’ tmiem il-ħajja tal-prodott imsemmija fil-punt 2.4.1 tinkludi indikazzjoni tal-materja prima kritika 29 tipikament inkluża fil-komponenti, informazzjoni dwar il-post ta’ dawk il-komponenti, u dwar il-passi meħtieġa għat-tneħħija separata tagħhom.

2.4.3. L-attività tipprovdi informazzjoni ta’ traċċar dwar sustanzi identifikati bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna (substance of very high concern, SVHC) u għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal sustanza ta’ tħassib serju ħafna (SVHC), billi jikkonformaw ma’ mill-anqas wieħed miż-żewġ oqfsa ta’ divulgazzjoni elenkati hawn taħt:

(a)l-informazzjoni dwar il-prodott dwar is-sustanzi hija disponibbli pubblikament, fil-bażi tad-data tal-SCIP 30 għall-prodotti li fihom > 0,1 % (w/w) ta’ sustanza identifikata ta’ tħassib serju ħafna jew f’għodda pubblika speċifika provduta mill-kumpanija;

(b)l-informazzjoni tal-prodott dwar is-sustanzi hija disponibbli pubblikament, b’segwitu tal-IEC62474 31 (għat-tagħmir elettriku u elettroniku) u l-IEC82474-1 futur 32 (proġett ta’ logo doppju).

2.5. Disinn għar-riċiklabbiltà

L-attività ekonomika timmanifattura prodotti b’riċiklabbiltà superjuri murija. Il-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà tiddependi fuq EN 45555:2019 33 jew fuq kwalunkwe standard EN speċifiku għall-prodott li jiddependi fuq EN 45555:2019. L-attività ekonomika tikkonforma ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)jintuża polimeru wieħed jew taħlitiet ta’ polimeru riċiklabbli;

(b)il-kompartimenti tal-plastik ma jkunx fihom metall iffurmat jew inkollat;

(c)materjali li ma jistgħux jiġu riċiklati flimkien huma faċli biex jiġu aċċessati u għandhom il-kapaċità li jiġu separati;

(d)it-titjib tar-riċiklabbiltà ma jagħmilx ħsara lid-durabbiltà tas-sistema nnifisha;

(e)partijiet mill-prodott li fihom sustanzi, taħlitiet u komponenti li għandhom jitneħħew matul it-tneħħija tat-tniġġis huma faċli biex jiġu identifikati, bħal permezz ta’ mmarkar għas-separazzjoni provdut mill-manifattur, u viżibbli fuq il-prodott;

(f)bordijiet ta’ ċirkwiti stampati, hard disc drives (HDDs), muturi elettriċi, kalamiti permanenti, batteriji, trabijiet fluworexxenti, jew kwalunkwe komponent ieħor identifikat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li għandu potenzjal għoli ta’ rkupru ta’ materja prima kritika huma faċli biex jiġu aċċessati u biex jitneħħew mill-prodott;

(g)partijiet li jnaqqsu r-riċiklabbiltà skont ix-xenarju ta’ referenza għattrattament ta’ tmiem il-ħajja tal-prodotti, bħall-plastik li juża ċerti fillers jew ċerti retardanti tal-fjammi, ikunu faċli biex jiġu aċċessati u jitneħħew;

(h)tekniki ta’ tgħaqqid, issikkar jew issiġillar ma jipprevenux it-tneħħija sikura u li tista’ tinkiseb faċilment tal-komponenti speċifikati fid-Direttiva 2012/19/UE jew fi [OP: daħħal referenza għar-Regolament 2023/XXXX dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji (fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni COM/2020/798 34 )], fejn preżenti.

2.6. Sostituzzjoni proattiva ta’ sustanzi perikolużi

2.6.1. L-attività ekonomika timmanifattura prodotti li juru sostituzzjoni proattiva ta’ sustanzi perikolużi.

2.6.2. Il-prodott ma fihx sustanzi ta’ tħassib sejru ħafna inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament 1907/2006/KE.

2.6.3. L-eżenzjonijiet għar-Restrizzjonijiet ta’ Sustanzi Perikolużi huma limitati għall-każijiet li ġejjin:

(a)iċ-ċomb fi stann tat-tip b’temperatura għolja ta’ tidwib kopert mill-entrata ta’ eżenzjoni 7(a) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE;

(b)komponenti elettriċi u elettroniċi li fihom iċ-ċomb fi ħġieġ jew ċeramika koperta mill-entrati ta’ eżenzjoni taħt 7(c) fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE.

2.6.4. Is-sustanzi perikolużi speċifikati fit-tabella ta’ hawn taħt ma jiġux introdotti jew ifformati fis-subassemblaġġi u l-partijiet komponenti speċifikati fil-limitu ta’ konċentrazzjoni speċifikat jew aktar.

Grupp ta’ sustanzi

Ambitu tar-restrizzjoni

Limiti ta’ konċentrazzjoni (fejn applikabbli)

i) Stabbilizzaturi, koloranti u kontaminanti tal-polimeri

Il-komposti stabilizzaturi tal-organotin li ġejjin ma humiex preżenti f’kejbils esterni:

Ossidu tad-dibutiltin

Diaċetat tad-dibutiltin

Dilawrat tad-dibutiltin

Maletat tad-dibutiltin

Ossidu tad-dioktiltin

Dilawrat tad-dioktiltin

Il-qafas estern ma fihx il-koloranti li ġejjin: Iż-żebgħat ażo li jistgħu jinferqu fl-ammini aril karċinoġeniċi elenkati fl-Appendiċi 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, jew il-komposti Koloranti inklużi fil-lista tas-sustanzi dikjarabbli IEC 62474.

Mhux applikabbli

ii) Stabbilizzaturi, koloranti u kontaminanti tal-polimeri

L-Idrokarburi Aromatiċi Poliċikliċi (Polycyclic Aromatic Hydrocarbons, PAHs) ma humiex preżenti f’konċentrazzjonijiet akbar minn jew daqs il-limiti ta’ konċentrazzjoni individwali u totali tas-somma fi kwalunkwe wiċċ estern tal-plastik jew tal-lasktu magħmul mill-bniedem.

Il-preżenza u l-konċentrazzjoni tal-PAHs li ġejjin huma verifikati:

Il-PAHs ristretti bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006:

Benżo[a]piren Benżo[e]piren

Benżo[a]antraċen

Krisen

Benżo[b]fluworanten

Benżo[j]fluworanten

Benżo[k]fluworanten

Dibenżo[a,h]antraċen

PAHs addizzjonali soġġetti għal restrizzjoni:

Aċenaften

Aċenaftilen

Antraċen

Benżo[ghi]perilen

Fluworanten

Fluworen

Indeno[1,2,3-cd]piren

Naftalen

Fenantren

Piren

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni individwali għall-PAHs ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma ta’ 1 mg/kg

Il-limitu totali tal-konċentrazzjoni għat-18-il PAH elenkati ma huwiex akbar minn 10 mg/kg

iii) Prodotti bijoċidali

Prodotti bijoċidali maħsuba biex jipprovdu funzjoni antibatterika

Deroga għall-materjali mibjugħa fl-isptarijiet u għall-applikazzjonijiet għall-kura tas-saħħa

Mhux applikabbli

v) Aġenti li jirfinaw il-ħġieġ

L-arseniku u l-komposti tiegħu ma jintużawx fil-manifattura tal-ħġieġ tal-unità tal-wiri LCD u tal-ħġieġ li jgħatti l-iskrin.

0,0050 % w/w

vi) Plastik ibbażat fuq il-kloru

Il-partijiet tal-plastik >25 g ma fihomx polimeri klorinati.

Nota: Għal dan is-subrekwiżit speċifiku, il-kisi tal-kejbils tal-plastik ma huwiex meqjus bħala “parti tal-plastik”.

Mhux applikabbli

2.6.5. Il-prodotti ma fihomx aloġenu lil hinn mil-limiti li jistgħu jiġu identifikati f’konformità mal-kejl speċifikat fl-istandards eżistenti għall-komponenti kollha tiegħu: kejbils (EN IEC 60754-3), partijiet tal-plastik (EN50642), komponenti elettroniċi (EN IEC 61249-2-21 jew JS709C), oġġetti tal-konsum (EN IEC 61249-2-21 u IPC J-STD-004B).

2.6.6. Il-prodotti ma fihomx gass tal-fluworidu.

2.6.7. L-użu tat-Tetrabromobisfenol A (TBBPA) huwa permess bħala komponent reattiv għall-Bords ta’ Ċirkwiti Stampati biss.

2.7. Informazzjoni lill-klijenti:

2.7.1. L-operatur tal-attività jipprovdi informazzjoni lill-klijenti dwar l-għażliet għall-użu tal-prodott b’kunsiderazzjoni tal-benefiċċji ambjentali, b’mod partikolari l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodotti assoċjati mal-modi differenti tal-prodott.

2.7.2. L-operatur tal-attività jipprovdi informazzjoni lill-klijenti dwar l-għażliet ta’ xiri lura, ta’ bejgħ lura u ta’ teħid lura għall-prodott, informazzjoni dwar ġbir separati u punti ta’ ġbir għall-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (waste electrical and electronic equipment, WEEE), kif ukoll informazzjoni dwar l-għażliet ta’ użu mill-ġdid. Għall-batteriji portabbli, tiġi provduta informazzjoni dwar ġbir separat u punti ta’ ġbir għall-iskart ta’ batteriji.

2.7.3. Għat-tagħmir elettriku u elettroniku, l-operatur tal-attività jimmarka b’mod xieraq il-prodott bis-simbolu li jindika l-ġbir separat għall skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku kif stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva 2012/19/UE. L-operatur tal-attività jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni rilevanti dwar il-kostijiet tal-ġbir, tat-trattament u tar-rimi tal-prodott b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 14(1) ta’ dik id-Direttiva.

2.8. Ir-responsabbiltà tal-produttur:

2.8.1. L-operatur tal-attività, meta jqiegħed tagħmir elettriku u elettroniku fis-suq tal-Istati Membri, jistabbilixxi skema ta’ responsabbiltà tal-produttur estiża individwali jew jipparteċipa fi skemi ta’ responsabbiltà estiża kollettiva tal-produtturi fl-Istati Membri kollha li fihom il-prodott jitqiegħed fis-suq, f’konformità mad-Direttiva 2012/19/UE. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-iskemi kollettivi huma bbażati fuq l-ekomodulazzjoni u jkopru l-kostijiet tal-ġbir separat u t-trattament tal-WEEE.

2.8.2. Għall-batteriji portabbli, il-produttur jistabbilixxi sistemi ta’ teħid lura u ġbir ta’ skart ta’ batteriji portabbli, li jinkludu punti ta’ ġbir, fl-Istati Membri kollha li fihom il-prodott jitqiegħed fis-suq.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Meta l-prodott manifatturat ikun fih refriġeranti, jikkonforma mal-prestazzjoni tal-GWP stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 . L-attività ma timmanifattura l-ebda prodott li fih l-eżafluworur tal-Kubrit (SF6).

Fejn applikabbli, il-prodott manifatturat ma jġibx punteġġ aktar baxx mit-tielet klassi popolata b’mod sinifikanti 36 tal-effiċjenza enerġetika f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament 37 .

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Għall-manifattura ta’ batteriji portabbli, il-batteriji jikkonformaw mar-regoli applikabbli dwar is-sostenibbiltà fuq it-tqegħid fis-suq ta’ batteriji fl-Unjoni, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ sustanzi perikolużi fil-batteriji, inklużi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 .

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.L-attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġ, ta’ ġestjoni tal-iskart u ta’ rimedju

2.1.Irkupru tal-fosforu mill-ilma mormi

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-aġġornament, it-tħaddim u t-tiġdid ta’ faċilitajiet għall-irkupru tal-fosforu minn impjanti tat-trattament tal-ilma mormi urban (waste water treatment plants, WWTP) (fażi milwiema u ħama) u minn materjali (jiġifieri rmied) wara l-ossidazzjoni termali (jiġifieri l-inċinerazzjoni) tal-ħama tad-drenaġġ.

L-attività ekonomika tinkludi biss il-faċilitajiet u l-proċessi li jagħmlu possibbli l-irkupru tal-fosforu, mhux il-passi preċedenti, bħat-trattament tal-ilma mormi jew il-faċilitajiet ta’ inċinerazzjoni.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E37.00, E38.32 u F42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. Għall-proċess integrat fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi, li tipikament ikopri mlieħ tal-fosforu bħall-fosfat tal-ammonju tal-istruvite-manjeżju (NH4MgPO4∙6H2O), il-proċess tal-irkupru tal-fosforu jirkupra mill-anqas 15 % tat-tagħbija tal-fosforu li tidħol. Il-materjal maħsud biss, bħall-istruvite, jingħadd għall-kalkolu ta’ dan il-limitu.

2. Għall-irkupru downstream wara l-ossidazzjoni termali tal-ħama tad-drenaġġ bl-irkupru kimiku tal-fosforu jew wara l-ossidazzjoni termali tal-ħama tad-drenaġġ bl-irkupru termokimiku tal-fosforu, il-proċess jirkupra mill-anqas 80 % tat-tagħbija tal-fosforu li tidħol mill-materjal ta’ input rispettiv, bħall-irmied tal-ħama tad-drenaġġ.

3. Il-fosforu estratt mis-sistema jintuża jew bħala materjal komponent fi prodott fertilizzanti konformi mar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 jew mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-fertilizzanti fejn ikun aktar strett, jew f’qasam ieħor ta’ applikazzjoni, fejn il-fosforu rkuprat jissodisfa funzjonijiet speċifikati, f’konformità mar-regolamenti rispettivi.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Il-parametri ewlenin tal-prestazzjoni, inkluż bilanċ tal-massa għall-pentossidu tal-fosforu (P2O5) u l-parametri ambjentali ewlenin fir-rigward tal-identità u l-kwantità tal-emissjonijiet u tal-flussi tal-iskart iġġenerati, huma mmonitorjati.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.2.Produzzjoni ta’ riżorsi alternattivi tal-ilma għal skopijiet minbarra l-konsum mill-bniedem

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-estensjoni, it-tħaddim u t-tiġdid tal-faċilitajiet għall-produzzjoni tal-ilma reklamat 40 , tal-faċilitajiet għall-ġbir tax-xita u tal-ilma tal-maltemp u tal-faċilitajiet għall-ġbir u t-trattament tal-ilma griż 41 .

Dawn ir-riżorsi alternattivi tal-ilma jintużaw biex jissostitwixxu l-ilma mill-astrazzjoni jew mis-sistemi tal-provvista tal-ilma tax-xorb u jistgħu jintużaw għar-riforniment tal-akwifer, għat-tisqija, għall-użu mill-ġdid industrijali, għar-rikreazzjoni u għal kwalunkwe użu muniċipali ieħor.

L-attività ekonomika tinkludi biss il-faċilitajiet u l-proċessi li jagħmluha possibbli li l-ilma jerġa’ jintuża, bħal faċilitajiet għar-riforniment tal-akwiferi jew għall-ħżin tal-ilma tal-wiċċ, u ma tinkludix il-passi preċedenti, bħall-passi primarji u sekondarji fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi jew il-passi sussegwenti, meħtieġa għall-użu mill-ġdid finali ta’ dawn ir-riżorsi alternattivi tal-ilma, bħas-sistemi tat-tisqija.

L-attività ekonomika ma tinkludix id-desalinizzazzjoni (ara t-Taqsima 5.13. tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139).

Din l-attività ekonomika ma tinkludix il-provvista tal-ilma għall-fini tal-konsum mill-bniedem (ara t-Taqsima 2.1. tal-Anness I).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E37.00 u F42.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. Għall-produzzjoni tal-ilma reklamat, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)l-ilma reklamat huwa adattat għall-użu mill-ġdid. Għall-użu fl-agrikoltura, l-ilma reklamat jikkonforma mar-rekwiżiti tal-UE, bħal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 u fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għal użi għajr it-tisqija agrikola, il-kwalità finali tal-ilma reklamat hija adattata għall-iskop tagħha u konformi mal-leġiżlazzjoni u l-istandards nazzjonali eżistenti;

(b)il-proġett tal-użu mill-ġdid tal-ilma ġie awtorizzat mill-awtorità kompetenti, fil-qafas tal-ġestjoni integrata tal-ilma, billi bħala prijorità jitqiesu l-miżuri vijabbli ta’ ġestjoni u effiċjenza tad-domanda għall-ilma, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-ġestjoni tal-ilma. Dan jista’ jiġi pruvat bl-inklużjoni tiegħu fi pjan ta’ ġestjoni tal-ilma jew fi pjan ta’ ġestjoni tan-nixfa. Għall-użu mill-ġdid fl-agrikoltura, il-valutazzjonijiet tar-riskji ambjentali, inklużi dawk relatati mal-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma, jitqiesu bis-sħiħ fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju, meħtieġa mir-Regolament (UE) 2020/741.

2. Għall-faċilitajiet għall-ġbir tal-ilma tax-xita u tal-maltemp, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)ir-riżorsa (ilma tax-xita jew tal-maltemp) tiġi segregata fis-sors u ma tinkludix ilma mormi;

(b)l-ilma jkun adattat għall-użu wara trattament xieraq skont il-livell ta’ kontaminazzjoni u l-użu sussegwenti;

(c)il-faċilità hija inkluża fi strument ta’ pjanar urban jew ta’ permessi, bħal Pjan Regolatorju jew pjanar muniċipali.

3. Għall-faċilitajiet għall-ġbir u t-trattament tal-ilmijiet griżi, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)ir-riżorsa (ilma griż) tiġi segregata fis-sors;

(b)l-ilma jkun adattat għall-użu mill-ġdid wara trattament xieraq skont il-livell ta’ kontaminazzjoni u l-użu mill-ġdid sussegwenti;

(c)il-prestazzjoni tiġi attestata b’ċertifikazzjoni tal-bini jew tkun disponibbli fid-dokumenti tekniċi tad-disinn.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Għall-produzzjoni tal-ilma reklamat, twettqet valutazzjoni tal-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra mit-trattament ta’ użu mill-ġdid 43 . Ir-riżultati jiġu żvelati lill-investituri u lill-klijenti meta jitolbuhom.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Għall-użi stipulati fir-Regolament tal-UE (UE) 2020/741, l-attività tikkonforma ma’ dak ir-Regolament jew mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fejn dan ikun aktar strett. Ir-riforniment tal-akwifer u l-infiltrazzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ tax-xeba’ jikkonformaw mad-Direttiva 2006/118/KE jew mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fejn dan ikun aktar strett.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.3.Ġbir u t-trasport ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż

Deskrizzjoni tal-attività

Il-ġbir separat u t-trasport ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż 44 immirat lejn it-tħejjija għall-użu mill-ġdid 45 jew għar-riċiklaġġ 46 , inklużi l-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-aġġornament ta’ faċilitajiet involuti fil-ġbir u t-trasport ta’ skart bħal dan, bħal ċentri għall-iskart ċiviku u stazzjonijiet għat-trasferiment tal-iskart, bħala mezz għall-irkupru tal-materjal.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E38.11, E38.12 u F42.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-iskart kollu miġbur b’mod separat u trasportat li jiġi segregat fis-sors huwa maħsub għat-tħejjija għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid jew ta’ riċiklaġġ.

2. Sors ta’ skart segregat li jikkonsisti minn (i) karta u kartun, (ii) tessuti 47 , (iii) bijoskart, (iv) injam, (v) ħġieġ, (vi) skart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) jew (vii) kwalunkwe tip ta’ skart perikoluż jinġabar separatament (jiġifieri fi frazzjonijiet uniċi) u ma jitħallatx ma’ flussi oħrajn ta’ skart.

Għall-iskart mhux perikoluż segregat mis-sors minbarra l-frazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-ġbir fi frazzjonijiet imħallta jseħħ biss meta jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3, l-inċiżi (a), (b) jew (c) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 .

Tipi differenti ta’ skart perikoluż jistgħu jitqiegħdu flimkien f’kaxxa tal-iskart perikoluż, kabinett jew soluzzjoni simili bil-kundizzjoni li kull tip ta’ skart jiġi mballat kif xieraq biex l-iskart jinżamm separat fil-kaxxa jew fil-kabinett u li l-iskart perikoluż jiġi separat f’tipi ta’ skart wara l-ġbir mill-unitajiet domestiċi.

3. Għal flussi ta’ skart muniċipali, l-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)l-attività twettaq ġbir muniċipali ta’ skart solidu prinċipalment permezz ta’ skemi ta’ ġbir minn bieb għal bieb jew punti ta’ ġbir taħt superviżjoni biex jiġi żgurat livell għoli ta’ ġbir separat u rati baxxi ta’ kontaminazzjoni;

(b)l-attività twettaq ġbir separat tal-iskart f’sistemi ta’ ġestjoni tal-iskart organizzati pubblikament fejn il-produtturi tal-iskart jintalbu jħallsu fuq il-bażi ta’ mekkaniżmu ta’ ħlas skont kemm tarmi (pay-as-you-throw, PAYT), tal-anqas għall-fluss tal-iskart residwu jew ikun hemm tipi oħrajn ta’ strumenti ekonomiċi fis-seħħ li jinċentivaw is-segregazzjoni tal-iskart fis-sors 49 ;

(c)l-attività twettaq ġbir separat tal-iskart barra mis-sistemi ta’ ġestjoni tal-iskart organizzati pubblikament li japplikaw sistemi ta’ depożitu u ta’ rifużjoni jew tipi oħrajn ta’ strumenti ekonomiċi li jinċentivaw direttament is-segregazzjoni tal-iskart fis-sors.

4. L-attività timmonitorja u tivvaluta kontinwament il-kwantità u l-kwalità tal-iskart miġbur fuq il-bażi ta’ Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (Key Performance Indicators, KPIs) predefiniti biex jikkonformaw mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)it-twettiq tal-obbligi ta’ rapportar vis-a-vis il-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-awtoritajiet pubbliċi, l-iskemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produtturi (Extended Producer Responsibility, EPR);

(b)il-komunikazzjoni perjodika tal-informazzjoni rilevanti lill-produtturi tal-iskart u lill-pubbliku b’mod ġenerali, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-awtoritajiet pubbliċi, l-iskemi tal-EPR;

(c)l-identifikazzjoni tal-ħtiġijietl u t-twettiq ta’ azzjoni korrettiva meta l-KPIs jiddevjaw mill-miri jew mill-parametri referenzjarji applikabbli, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-awtoritajiet pubbliċi, l-iskemi ta’ EPR, is-sħab fil-katina tal-valur.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

1. L-attività tuża vetturi għall-ġbir tal-iskart li jikkonformaw ma’ mill-anqas l-istandards EURO V. 50

2. L-iskart perikoluż jinġabar separatament minn skart mhux perikoluż biex tiġi prevenuta l-kontaminazzjoni kroċjata. Jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li matul il-ġbir separat u t-trasport, l-iskart perikoluż ma jitħallat la ma’ kategoriji oħrajn ta’ skart perikoluż u lanqas ma’ skart, sustanzi jew materjali oħrajn. It-taħlit jinkludi d-dilwizzjoni ta’ sustanzi perikolużi.

3. Il-ġbir u l-ġestjoni xierqa jipprevjenu t-tnixxija ta’ skart perikoluż matul il-ġbir, it-trasport, il-ħżin u l-konsenja lejn il-faċilità tat-trattament permess għat-trattament ta’ skart perikoluż.

4. L-iskart perikoluż jiġi mballat u tikkettat f’konformità mal-istandards internazzjonali u tal-Unjoni fis-seħħ matul il-ġbir, it-trasport u l-ħżin temporanju.

5. L-operatur li jiġbor skart perikoluż jikkonforma mal-obbligi taż-żamma tar-rekords, inkluż fir-rigward tal-kwantità, tan-natura, tal-oriġini, tad-destinazzjoni, tal-frekwenza tal-ġbir, tal-mod tat-trasport u tal-metodu ta’ trattament, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali.

6. Għal skart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE):

(a)il-kategoriji ewlenin ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (Electrical and Electronic Equipment, EEE) fi tmiem il-ħajja stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2012/19/UE jinġabru separatament;

(b)il-ġbir u t-trasport jippreservaw l-integrità tal-WEEE u jipprevjenu t-tnixxija ta’ sustanzi perikolużi, bħal sustanzi li jnaqqsu l-ożonu, gassijiet serra fluworurati jew merkurju li jinsab f’lampi fluworexxenti.

7. Sistema ta’ ġestjoni hija stabbilita mill-operatur tal-ġbir u tal-loġistika għall-ġestjoni tar-riskji ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

2.4.Trattament ta’ skart perikoluż

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-aġġornament u t-tħaddim ta’ faċilitajiet dedikati għat-trattament ta’ skart perikoluż bħala mezz għall-operazzjonijiet ta’ rkupru tal-materjal.

Din l-attività ekonomika tkopri kemm l-operazzjonijiet ta’ rkupru ta’ materjal in situ kif ukoll dawk ex situ ta’ skart klassifikat bħala skart perikoluż f’konformità mal-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE 51 u f’konformità mal-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE. Din tinkludi l-flussi li ġejjin:

(a)reklamazzjoni jew riġenerazzjoni ta’ solventi;

(b)riġenerazzjoni ta’ aċidi u bażijiet;

(c)riċiklaġġ jew reklamazzjoni ta’ materjali inorganiċi barra l-metalli jew komposti tal-metall;

(d)irkupru tal-komponenti użati fit-taffija tat-tniġġis;

(e)irkupru ta’ komponenti mill-katalizzaturi;

(f)ir-raffinar mill-ġdid tal-lubrikanti taż-żejt u ta’ żjut oħrajn mill-iskart industrijali (esklużi għall-użu bħala fjuwil jew inċinerazzjoni).

L-attività ekonomika ma tinkludix l-użu mill-ġdid ta’ sustanzi li ma jikkwalifikawx bħala skart, bħal prodotti sekondarji jew residwi minn attivitajiet ta’ produzzjoni, f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/98/KE.

L-attività ekonomika ma tinkludix l-irkupru ta’ materjali minn batteriji, Skart minn Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE), Vetturi li ma Għadhomx Jintużaw (End-of-Life Vehicles, ELV), materjali inorganiċi minn proċessi ta’ inċinerazzjoni, bħal irmied, gagazza jew trab. L-attività ekonomika ma tinkludix it-trattament u l-irkupru tal-iskart nukleari.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E38.22, E38.32, F42.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-attivitajiet jikkonsistu mill-irkupru tal-materja ta’ materja prima sekondarja (inklużi sustanzi kimiċi u materja prima kritika) minn skart perikoluż segregat mis-sors.

2. Il-materjali rkuprati qed jissostitwixxu l-materja prima primarja, inkluża l-materja prima kritika, jew is-sustanzi kimiċi fil-proċessi tal-produzzjoni 52 .

3. Il-materjali rkuprati jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli tal-industrija, mal-istandards armonizzati, jew mal-kriterji ta’ tmiem l-iskart, kif ukoll mal-leġiżlazzjoni applikabbli rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività, fuq bażi taċ-ċiklu tal-ħajja, ma żżidx l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-produzzjoni bbażata fuq il-materja prima primarja ekwivalenti.

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE 53 jew, inkella, billi jintuża l-ISO 14067:2018 54 jew l-ISO 14064-1:2018 55 . L-emissjonijiet kwantifikati ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu verifikati minn parti terza indipendenti.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Jintużaw tekniki rilevanti għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, kif stabbilit fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart 56 .

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Is-sustanzi, u t-taħlitiet kollha rkuprati jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli, bħar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ir-Regolament (UE) 2019/1021, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u d-Direttiva 2008/98/KE.

L-attività tuża tekniki rilevanti għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, kif stabbilit fil-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart 57 . L-attività tissodisfa l-limiti tal-emissjonijiet assoċjati rilevanti (BAT-AELs).

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.5.Irkupru tal-bijoskart permezz ta’ diġestjoni anaerobika jew ta’ kompostjar

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ faċilitajiet għat-trattament tal-bijoskart miġbur b’mod separat permezz tad-diġestjoni anaerobika jew tal-kompostjar bil-produzzjoni u bl-użu li jirriżultaw tal-bijogass, tal-bijometan, tad-diġestat, tal-kompost jew tal-prodotti kimiċi.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E38.21 u F42.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. Il-bijoskart li jintuża għad-diġestjoni anaerobika jew il-kompostjar jiġi segregat fis-sors u jinġabar b’mod separat. Meta l-bijoskart jinġabar f’boroż bijodegradabbli, il-boroż ikollhom l-istandard xieraq taċ-ċertifikazzjoni kompostabbli EN 13432:2000 58 .

2. F’dawn l-impjanti tad-diġestjoni anaerobika, il-bijoskart segregat mis-sors minn ġbir separat jikkostitwixxi mill-anqas 70 % tal-materja prima tal-input, imkejla fil-piż, bħala medja annwali. Il-kodiġestjoni tista’ tkopri sa 30 % tal-materja prima tal-input tal-materja prima għall-bijoenerġija avvanzata elenkata fl-Anness IX tad-Direttiva (UE) 2018/2001, li ma tistax tinkludi materja prima kontaminata li ġejja minn frazzjoni tal-bijomassa ta’ skart muniċipali u industrijali mħallat. L-input ma jinkludix materja prima eskluża fil-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009, għall-Kategorija tal-Materjal Komponenti (Component Material Category, CMC) 3 (Kompost) f’konformità mal-punt (c) ta’ dik il-kategorija u għall-Kategorija tal-Materjal Komponenti (CMC) 5 (Diġestat għajr id-diġestat frisk tal-għelejjel) f’konformità mal-punt (c) ta’ dik il-kategorija.

3. L-attività tipproduċi wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)kompost jew diġestat konformi mar-Regolament (UE) 2019/1009, b’mod partikolari mar-rekwiżiti tal-Anness II dwar il-Kategoriji tal-Materjal Komponenti (CMC), b’referenza speċifika għal CMC 3 (Kompost) u CMC 5 (Diġestat għajr id-diġestat frisk tal-għelejjel) jew mar-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija, b’rekwiżiti ugwali jew aktar stretti meta mqabbla ma’ dawk tar-Regolament 2019/1009;

(b)sustanzi kimiċi permezz tal-konverżjoni tal-iskart organiku għal karbossilati, aċidi karbossiliċi jew polimeri bil-fermentazzjoni b’kulturi mħallta.

4. L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni titwettaq bl-użu tal-Modulu D1 stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/1009.

5. Il-kompost u d-diġestat li jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2019/1009 jew mar-regoli nazzjonali ekwivalenti ma jintefgħux f’landfill.

Id-diġestat preferibbilment isir kompost wara d-diġestjoni anaerobika biex jiġu massimizzati l-benefiċċji għall-ħamrija li jiġi applikat għaliha wara, u jiġu minimizzati xi kwistjonijiet agroambjentali potenzjali bħar-rilaxx tal-ammonijaka u tan-nitrati.

6. Meta tiġi installata diġestjoni anaerobika, il-bijogass prodott jintuża direttament għall-ġenerazzjoni tal-elettriku jew tas-sħana, aġġornat għall-bijometan għall-użu bħala fjuwil injettat direttament fil-grilja tal-gass u użat ulterjorment għal skopijiet ta’ enerġija billi jissostitwixxi l-gass naturali, użat bħala materja prima industrijali għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi oħrajn jew ikkonvertita f’idroġenu għall-użu bħala fjuwil.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Hemm pjan ta’ monitoraġġ u ta’ kontinġenza fis-seħħ għall-minimizzazzjoni tat-tnixxija tal-metan fil-faċilità.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Għal impjanti tad-diġestjoni anaerobika li jittrattaw aktar minn 100 tunnellata kuljum u għal impjanti tal-kompostjar li jittrattaw aktar minn 75 tunnellata kuljum, l-attività tikkonforma mal-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart 59 jew għal regolamentazzjoni nazzjonali ugwali jew aktar stretta, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u sabiex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ġenerali kif ukoll sabiex jintgħażel l-input tal-iskart u sabiex jiġu monitorjati jew kontrollati l-parametri ewlenin tal-iskart u tal-proċess.

L-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma huma fil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) jew anqas stabbiliti rispettivament għat-trattament anaerobiku u aerobiku tal-iskart fl-aħħar konklużjonijiet rilevanti tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), li jinkludu l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart 60 .

Għad-diġestjoni anaerobika, il-kontenut ta’ nitroġenu tad-diġestat użat bħala fertilizzanti jew tejjieb tal-ħamrija jiġi komunikat lix-xerrej jew lill-entità responsabbli mit-tneħħija tad-diġestat, jew f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1009, jew b’livell ta’ tolleranza ta’ ± 25 %. .

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.6.Tneħħija tat-tniġġis u ż-żmantellar ta’ prodotti li jkunu waslu fi tmiem ħajjithom

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-aġġornament ta’ faċilitajiet li jiżmantellaw u jnaddfu mit-tniġġis prodotti kumplessi li ma għadhomx jintużaw, assi mobbli u l-komponenti tagħhom għall-irkupru tal-materjali jew għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid tal-komponenti.

L-attività ekonomika tinkludi ż-żmantellar ta’ prodotti li ma għadhomx jintużaw u ta’ assi mobbli u l-komponenti tagħhom ta’ kwalunkwe tip, bħal karozzi, bastimenti u tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) għall-irkupru tal-materjal.

L-attività ekonomika ma tinkludix it-trattament ta’ batteriji li jirriżultaw minn ġbir separat jew imneħħija matul l-attivitajiet ta’ żmantellar u ta’ tindif mit-tniġġis, u d-demolizzjoni u t-tkissir tal-binjiet u ta’ strutturi oħrajn (ara t-Taqsima 3.3. ta’ dan l-Anness).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E38.31, E38.32 u E42.99 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-attività ekonomika żżarma u tneħħi t-tniġġis minn skart miġbur separatament, f’faċilitajiet tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, minn prodotti kumplessi li ma għadhomx jintużaw, bħal karozzi, tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) jew bastimenti, sabiex:

(a)tiġbor partijiet u komponenti li huma adattati għall-użu mill-ġdid;

(b)tissepara frazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż adattati għall-irkupru tal-materjali, inkluż l-irkupru ta’ materja prima kritika;

(c)tneħħi sustanzi, taħlitiet u komponenti perikolużi, sabiex dawn jinżammu fi fluss identifikabbli 61 jew li jkunu parti identifikabbli minn fluss fil-proċess tat-trattament, u tibgħathom f’faċilitajiet permessi għat-trattament inkluż ir-rimi xierqa ta’ skart perikoluż; 

(d)tinkludi dokumentazzjoni tal-materjali li jintbagħtu għal trattament ulterjuri jew għal użu mill-ġdid.

2. L-attività ekonomika taż-żmantellar u d-dekontaminazzjoni tal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (waste electrical and electronic equipment, WEEE) tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/19/UE u fl-Annessi VII u VIII ta’ dik id-Direttiva. L-attività ekonomika taż-żmantellar u t-tneħħija tat-tniġġis minn vetturi li ma għadhomx jintużaw (end-of-life vehicles, ELVs) tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/53/KE u fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.

3. Għaż-żmantellar u tindif mit-tniġġis ta’ bastimenti għar-ruttam, il-faċilità hija inkluża fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti kif stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 62 . Għall-kostruzzjoni ta’ faċilità ġdida jew għall-aġġornament ta’ faċilità eżistenti li għadha ma hijiex inkluża fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, il-faċilità tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 63 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u applikat biex tiġi inkluża fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti.

4. Għaż-żmantellar u għat-tindif mit-tniġġis tal-Iskart minn Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) u minn Vetturi li ma Għadhomx Jintużaw (ELVs), l-iskart joriġina minn punti ta’ ġbir li jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni 64 u dik nazzjonali.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

1. Il-faċilità hija mgħammra biex timmaniġġa u taħżen b’mod sikur u b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent sustanzi, taħlitiet u komponenti perikolużi mneħħija matul l-operazzjonijiet ta’ tneħħija ta’ tniġġis.

2. Għall-vetturi li ma għadhomx jintużaw (end-of-life vehicles, ELVs), il-faċilità tikkonforma mar-rekwiżiti għal siti għall-operazzjonijiet ta’ ħżin, trattament u tindif mit-tniġġis stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2000/53/KE.

3. Għall-iskart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), il-faċilità tikkonforma mar-rekwiżiti għat-trattament xieraq stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/19/UE, b’mod partikolari mar-rekwiżiti għat-trattament selettiv għall-materjali u l-komponenti tal-WEEE stabbiliti fl-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE u għall-operazzjonijiet ta’ ħżin u trattament stabbiliti fl-Anness VIII tad-Direttiva 2012/19/UE.

Il-faċilità tikkonforma mar-rekwiżiti normattivi rilevanti għall-attivitajiet tagħha għat-tindif mit-tniġġis stabbiliti fl-istandards EN 50625-1:2014 65 , EN 50625-2-1:2014 66 , EN 50625-2-2:2015 67 , EN 50625-2-3:2017 68 u EN 50625-2-4:2017 69 .

L-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri tista’ tintwera wkoll permezz ta’ konformità mar-rekwiżiti regolatorji li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-istandards EN imsemmija hawn fuq.

Għat-trattament tal-WEEE li fih fluworokarburi volatili (volatile fluorocarbons, VFCs) u idrokarburi volatili (VHCs) u WEEE li fih il-merkurju, l-emissjonijiet huma fil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) kif stabbilit fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart, jew inqas minnhom 70 .

4. Għar-riċiklaġġ tal-bastimenti, il-faċilità tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 u hija inkluża fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti stabbilita skont dak ir-Regolament. Il-faċilità tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tat-tħejjija ta’ pjan ta’ riċiklaġġ speċifiku għall-bastiment qabel kwalunkwe riċiklaġġ ta’ bastiment.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.7.Separazzjoni u rkupru ta’ materjal ta’ skart mhux perikoluż

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-aġġornament u t-tħaddim ta’ faċilitajiet għas-separazzjoni jew għall-irkupru ta’ flussi ta’ skart mhux perikoluż f’materja prima sekondarja ta’ kwalità għolja permezz ta’ proċess mekkaniku ta’ trasformazzjoni.

L-attività ekonomika ma tinkludix is-separazzjoni u l-irkupru ta’ frazzjonijiet kombustibbli minn skart residwu mħallat għall-produzzjoni ta’ fjuwil derivat mill-iskart, bħal f’impjanti ta’ trattament mekkaniku u bijoloġiku.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E38.32 u F42.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-oriġini tal-materjal tal-materja prima

Il-materja prima tal-iskart mhux perikoluż toriġina minn sors wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)skart miġbur u trasportat separatament, inkluż fi frazzjonijiet imħallta 71 ;

(b)frazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż li joriġinaw minn attivitajiet ta’ żmantellar u ta’ tneħħija ta’ tniġġis minn prodotti li ma għadhomx jintużaw;

(c)skart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni minn demolizzjoni selettiva jew inkella segregat fis-sors;

(d)frazzjonijiet ta’ skart mhux perikoluż li joriġinaw mis-separazzjoni ta’ skart imħallat maħsub għar-riċiklaġġ fejn il-faċilità tissodisfa kriterji definiti ta’ kwalità tal-prestazzjoni u l-iskart ikun ġej minn żoni li jikkonformaw mal-obbligi ta’ ġbir separat stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE.

2. Irkupru ta’ materjal

L-attività tappartjeni jew taqbeż ir-rati eżistenti ta’ rkupru ta’ materjal speċifiku għall-impjant mill-awtoritajiet kompetenti stabbiliti fil-pjanijiet applikabbli għall-immaniġġar tal-iskart, fil-permessi jew fil-kuntratti jew permezz ta’ skemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (Extended Producer Responsibility, EPR). Il-faċilità timplimenta Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) definiti internament biex jiġu segwiti l-prestazzjoni jew il-kisba tar-rati ta’ rkupru applikabbli.

Għal materjali li għalihom il-ġbir separat huwa obbligatorju, l-attività tikkonverti tal-anqas 50 % f’termini ta’ piż tal-iskart mhux perikoluż miġbur b’mod separat proċessat f’materja prima sekondarja li hija adattata għas-sostituzzjoni ta’ materja prima primarja fil-proċessi tal-produzzjoni.

3. Ġestjoni xierqa tal-iskart

Il-faċilità li tirkupra skart mhux perikoluż implimentat l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) fuq il-bażi tal-BAT 2 dwar it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-impjant stabbilit fil-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart 72 , inklużi:

(a)proċedura ta’ karatterizzazzjoni tal-iskart u proċedura stretta ta’ aċċettazzjoni tal-iskart fir-rigward tal-kwalità tal-iskart li jidħol;

(b)sistema ta’ traċċar tal-iskart u inventarju għandhom l-għan li jintraċċaw fejn ikun jinsab l-iskart u l-kwantità tiegħu fl-impjant;

(c)sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità tal-output biex jiġi żgurat li l-output tat-trattament tal-iskart ikun konformi mar-rekwiżiti jew mal-istandards applikabbli tal-kwalità, bl-użu pereżempju tal-istandards eżistenti tal-EN jew tal-ISO;

(d)il-miżuri jew il-proċeduri rilevanti tas-segregazzjoni tal-iskart biex jiġi żgurat li l-iskart, wara s-separazzjoni, jinżamm separat skont il-proprjetajiet tiegħu sabiex ikun jista’ jinħażen u jiġi trattat b’mod aktar faċli u ambjentalment aktar sikur;

(e)il-miżuri rilevanti biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-iskart qabel it-taħlit jew it-taħwid tal-iskart;

(f)il-faċilità installat it-teknoloġija u l-proċessi tas-separazzjoni u tal-irkupru tal-materjali biex tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards tal-kwalità jew il-kriterji tat-tmiem tal-iskart rilevanti. L-attività tuża teknoloġiji tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku adatti għall-frazzjonijiet tal-iskart proċessati inkluża s-separazzjoni ottika permezz ta’ spettroskopija fl-infraaħmar qrib jew sistemi tar-raġġi X, separazzjoni tad-densità, separazzjoni manjetika jew separazzjoni skont id-daqs.

4. Il-kwalità tal-materja prima sekondarja

L-attività tikkonverti jew tippermetti l-konverżjoni tal-iskart f’materja prima sekondarja, inkluża materja prima kritika, li hija adattata għas-sostituzzjoni tal-materja prima primarja fil-proċessi tal-produzzjoni.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Għal attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart 73 , l-attività timplimenta t-tekniki rilevanti għall-kontroll u l-prevenzjoni tat-tniġġis u tissodisfa l-limiti tal-emissjonijiet assoċjati rilevanti (BAT-AELs).

Il-faċilitajiet għar-riċiklaġġ tal-plastik għandhom filtrazzjoni installata qabel l-iskariku mill-ħasil li tkun kapaċi tneħħi mill-inqas 75 % tal-mikroplastiċi > 5µm.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

3.Attivitajiet ta’ kostruzzjoni u ta’ proprjetà immobbli

3.1.Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda

Deskrizzjoni tal-attività

L-iżvilupp ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni għal binjiet residenzjali u mhux residenzjali billi jingħaqdu flimkien mezzi finanzjarji, tekniċi u fiżiċi bl-iskop li l-bini jinbiegħ mal-konsenja jew f’data aktar tard, kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ binjiet residenzjali jew mhux residenzjali kompluti, għan-nom proprju għall-bejgħ jew fuq bażi ta’ tariffa jew ta’ kuntratt.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari F41.1, F41.2 u F43, f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-iskart kollu ġenerat mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni huwa trattat f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart u bil-lista ta’ kontroll sħiħa tal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, b’mod partikolari billi jiġu stabbiliti sistemi ta’ separazzjoni u awditi ta’ qabel id-demolizzjoni 74 . It-tħejjija għall-użu mill-ġdid 75 jew għar-riċiklaġġ 76 tal-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni ġġenerat fis-sit tal-kostruzzjoni hija mill-inqas 90 % (skont il-massa f’kilogrammi), eskluż l-irdim mill-ġdid 77 . Dan jeskludi materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea tal-Iskart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE. L-operatur tal-attività juri konformità mal-limitu ta’ 90 % billi jirrapporta dwar l-indikatur tal-Livell(i) 2.2 78 bl-użu tal-format ta’ rapportar tal-Livell 2 għal flussi differenti ta’ skart.

2. Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-Potenzjal ta’ Tisħin Globali (Global Warming Potential, GWP) tal-binja li jirriżulta mill-kostruzzjoni ġie kkalkolat għal kull stadju fiċ-ċiklu tal-ħajja u jiġi divulgat lill-investituri u lill-klijenti meta jitolbuh 79 .

3. Id-disinji u t-tekniki tal-kostruzzjoni jappoġġaw iċ-ċirkolarità permezz tal-inkorporazzjoni ta’ kunċetti għad-disinn għall-adattabilità u d-dekostruzzjoni kif deskritt fl-indikaturi tal-Livell(i) 2.3 u 2.4 rispettivament. Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tintwera permezz ta’ rapportar dwar l-indikaturi tal-Livell(i) 2.3 80 u 2.4 81 fil-Livell 2.

4. L-użu ta’ materja prima primarja fil-kostruzzjoni tal-bini jiġi minimizzat permezz tal-użu ta’ materja prima sekondarja 82 . L-operatur tal-attività jiżgura li t-tliet kategoriji ta’ materja prima l-aktar tqila użati għall-kostruzzjoni tal-bini, imkejla skont il-massa f’kilogrammi, jikkonformaw mal-ammonti totali massimi li ġejjin tal-materja prima primarja użata:

(a)għat-total kombinat ta’ ġebel tal-konkrit 83 , naturali jew agglomerat massimu ta’ 70 % tal-materja tiġi minn materja prima primarja;

(b)għat-total kombinat ta’ brikk, maduma, ċeramika, massimu ta’ 70 % tal-materjal jiġi minn materja prima primarja;

(c)għall-materjali b’bażi bijoloġika 84 , massimu ta’ 80 % tal-materjal totali jiġi minn materja prima primarja;

(d)għat-total kombinat tal-ħġieġ, l-iżolazzjoni minerali, massimu ta’ 70 % tal-materjal totali jiġi minn materja prima primarja;

(e)għall-plastik mhux b’bażi bijoloġika, massimu ta’ 50 % tal-materjal totali jiġi minn materja prima primarja;

(f)għall-metalli, massimu ta’ 30 % tal-materjal totali jiġi minn materja prima primarja;

(g)għall-ġipsum, massimu ta’ 65 % tal-materjal jiġi minn materja prima primarja.

Il-limiti jiġu kalkolati billi jitnaqqas il-materja prima sekondarja mill-ammont totali ta’ kull kategorija ta’ materjal użata fix-xogħlijiet imkejla skont il-massa f’kilogrammi. Meta l-informazzjoni dwar il-kontenut riċiklat ta’ prodott tal-kostruzzjoni ma tkunx disponibbli, din għandha titqies bħala li tinkludi 100 % materja prima primarja. Sabiex tiġi rrispettata l-Ġerarkija tal-Iskart u b’hekk jiġi ffavorit l-użu mill-ġdid minflok ir-riċiklaġġ, prodotti tal-kostruzzjoni użati mill-ġdid, inklużi dawk li jkun fihom materjali li mhumiex skart, għandhom jitqiesu li jinkludi materja prima primarja żero. Il-konformità ma’ dan il-kriterju tintwera permezz ta’ rapportar f’konformità mal-indikatur tal-Livell(i) 2.1 85 .

5. L-operatur tal-attività juża għodod elettroniċi biex jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-bini kif mibni, inklużi l-materjali u l-komponenti użati, għall-finijiet ta’ manutenzjoni, irkupru u użu mill-ġdid fil-futur, pereżempju bl-użu tal-EN ISO 22057:2022 biex jipprovdi Dikjarazzjonijiet Ambjentali dwar il-Prodott 86 . L-informazzjoni tinħażen f’format diġitali u ssir disponibbli għall-investituri u għall-klijenti fuq talba. Barra minn hekk, l-operatur jiżgura l-preservazzjoni fit-tul ta’ din l-informazzjoni lil hinn mill-ħajja utli tal-bini billi juża s-sistemi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni provduti mill-għodod nazzjonali, bħall-katast jew ir-reġistru pubbliku.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.

Id-Domanda għall-Enerġija Primarja (Primary Energy Demand, PED) 87 li tistabbilixxi r-rendiment tal-kostruzzjoni fl-użu tal-enerġija li jirriżulta mill-kostruzzjoni ma taqbiżx il-limitu stabbilit għar-rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero (nearly zero-energy building, NZEB) fir-regolament nazzjonali li jimplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 88 . Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija huwa ċertifikat bl-użu ta’ Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC) kif mibni.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Meta jkunu installati, ħlief għal installazzjonijiet f’unitajiet ta’ binjiet residenzjali, l-użu tal-ilma speċifikat għall-apparat tal-ilma li ġej huwa attestati bi skedi ta’ data tal-prodott, b’ċertifikazzjoni tal-bini jew b’tikketta tal-prodott eżistenti fl-Unjoni, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi E tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139:

(a)viti tas-sinkijiet u viti tal-kċina għandhom fluss massimu ta’ 6 litri ilma/minuta;

(b)doxxi għandhom fluss massimu ta’ 8 litri ilma/minuta;

(c)toilets, li jinkludu settijiet, bowls u ċisterni tal-flaxing, għandhom volum ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ massimu ta’ 6 litri u volum medju massimu ta’ flaxxjatura ta’ 3,5 litri;

(d)l-awrinarji jużaw massimu ta’ 2 litri/bowl/siegħa. L-awrinarji bil-flaxing għandhom volum massimu ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ litru.

Sabiex jiġi evitat l-impatt mis-sit tal-kostruzzjoni, l-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti 89 jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m³ ta’ arja tal-kompartiment tal-ittestjar wara ttestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi ta’ kategoriji 1A u 1B oħrajn għal kull m³ ta’ arja tal-kompartiment tal-ittestjar, wara ttestjar f’konformità ma’ CEN/EN 16516 90 jew ISO 16000-3:2011 91 jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn 92 .

Meta l-kostruzzjoni l-ġdida tkun tinsab fuq sit potenzjalment kontaminat (sit abbandunat), is-sit ikun ġie soġġett għal investigazzjoni għal kontaminanti potenzjali, pereżempju bl-użu tal-istandard ISO 18400 93 .

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Il-kostruzzjoni l-ġdida ma hijiex mibnija fuq wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a)raba’ li jinħadem u raba’ għat-tkabbir tal-għelejjel b’livell moderat sa għoli ta’ fertilità tal-ħamrija u ta’ bijodiversità taħt l-art kif imsemmija fl-istħarriġ LUCAS tal-UE 94 ;

(b)art f’maħdar ta’ valur ta’ bijodiversità għoli rikonoxxut u art li sservi bħala ħabitat għal speċijiet f’periklu (flora u fawna) elenkati fil-Lista Ħamra Ewropea 95 jew fil-Lista Ħamra tal-IUCN 96 ;

(c)art li taqbel mad-definizzjoni ta’ foresta kif stabbilita fil-liġi nazzjonali użata fl-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra, jew meta dan ma jkunx disponibbli, li tkun f’konformità mad-definizzjoni ta’ foresta tal-FAO 97 .

3.2.Rinnovazzjoni ta’ binjiet eżistenti

Deskrizzjoni tal-attività

Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ inġinerija ċivili jew tħejjija ta’ dawn.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari F41 u F43 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-iskart kollu ġenerat mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni huwa trattat f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart u l-lista ta’ kontroll sħiħa tal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, b’mod partikolari billi jiġu stabbiliti sistemi ta’ separazzjoni u awditi ta’ qabel id-demolizzjoni 98 . It-tħejjija għall-użu mill-ġdid 99 jew għar-riċiklaġġ 100 tal-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni ġġenerat fis-sit tal-kostruzzjoni hija mill-inqas 70 % (skont il-massa f’kilogrammi), eskluż l-irdim mill-ġdid 101 . Dan jeskludi materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea tal-Iskart stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE. L-operatur tal-attività juri konformità mal-limitu ta’ 70 % billi jirrapporta dwar l-indikatur tal-Livell(i) 2.2 102 bl-użu tal-format ta’ rapportar tal-Livell 2 għal flussi differenti ta’ skart.

2. Il-Potenzjal tat-Tisħin Globali (GWP) taċ-ċiklu tal-ħajja 103 tax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini ġie kalkolat għal kull stadju fiċ-ċiklu tal-ħajja, mill-punt tar-rinnovazzjoni, u jiġi divulgat lill-investituri u lill-klijenti fuq talba.

3. Id-disinji u t-tekniki tal-kostruzzjoni jappoġġaw iċ-ċirkolarità permezz tal-inkorporazzjoni ta’ kunċetti għad-disinn għall-adattabilità u d-dekostruzzjoni kif deskritt fl-indikaturi tal-Livell(i) 2.3 u 2.4 rispettivament. L-operatur tal-attività juri konformità ma’ dan ir-rekwiżit billi jirrapporta dwar l-indikaturi tal-Livell(i) 2.3 104 u 2.4 105 fil-Livell 2.

4. Jinżamm mill-anqas 50 % tal-bini oriġinali. Dan għandu jiġi kalkolat fuq il-bażi tal-erja esterna grossa tal-art użata mill-bini oriġinali bl-użu tal-metodoloġija ta’ kejl nazzjonali jew reġjonali applikabbli, inkella bl-użu tad-definizzjoni ta’ “IPMS 1” li tinsab fl-Istandards Internazzjonali għall-Kejl tal-Proprjetà 106 .

5. L-użu ta’ materja prima primarja fir-rinnovazzjoni tal-bini jiġi minimizzat permezz tal-użu ta’ materja prima sekondarja 107 . L-operatur tal-attività jiżgura li t-tliet kategoriji ta’ materja prima l-aktar tqila li tkun għadha kif ġiet miżjuda mal-bini fir-rinnovazzjoni tal-bini, imkejla skont il-massa f’kilogrammi jikkonformaw mal-limiti li ġejjin rigward l-ammont massimu ta’ materja prima primarja użata:

(a)għat-total kombinat ta’ ġebel tal-konkrit 108 , naturali jew agglomerat massimu ta’ 85 % tal-materja tiġi minn materja prima primarja;

(b)għat-total kombinat ta’ brikk, maduma, ċeramika, massimu ta’ 85 % tal-materjal jiġi minn materja prima primarja;

(c)għall-materjali b’bażi bijoloġika 109 , massimu ta’ 90 % tal-materjal jiġi minn materja prima primarja;

(d)għat-total kombinat tal-ħġieġ, l-iżolazzjoni minerali, massimu ta’ 85 % tal-materjal jiġi minn materja prima primarja;

(e)għall-plastik mhux b’bażi bijoloġika, massimu ta’ 75 % tal-materjal jiġi minn materja prima primarja;

(f)għall-metalli, massimu ta’ 65 % tal-materjal jiġi minn materja prima primarja;

(g)għall-ġipsum, massimu ta’ 83 % tal-materjal jiġi minn materja prima primarja.

Il-limiti jiġu kalkolati billi jitnaqqas il-materja prima sekondarja mill-ammont totali ta’ kull kategorija ta’ materjal użata fix-xogħlijiet imkejla skont il-massa f’kilogrammi. Meta l-informazzjoni dwar il-kontenut riċiklat tal-prodott tal-kostruzzjoni ma tkunx disponibbli, din għandha titqies bħala li tinkludi 100 % materja prima primarja. Sabiex tiġi rrispettata l-Ġerarkija tal-Iskart u b’hekk jiġi ffavorit l-użu mill-ġdid minflok ir-riċiklaġġ, prodotti tal-kostruzzjoni użati mill-ġdid, inklużi dawk li jkun fihom materjali li mhumiex skart, għandhom jitqiesu li jinkludi materja prima primarja żero. Il-konformità ma’ dan il-kriterju tintwera permezz ta’ rapportar f’konformità mal-indikatur tal-Livell(i) 2.1 110 .

6. L-operatur tal-attività juża għodod elettroniċi biex jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-bini kif mibni, inklużi l-materjali u l-komponenti użati, għall-finijiet ta’ manutenzjoni, irkupru u użu mill-ġdid fil-futur, pereżempju bl-użu tal-EN ISO 22057:2022 biex jipprovdi Dikjarazzjonijiet Ambjentali tal-Prodott 111 . L-informazzjoni tinħażen f’format diġitali u ssir disponibbli għall-investituri u għall-klijenti fuq talba. Barra minn hekk, l-operatur tal-attività jiżgura l-preservazzjoni fit-tul ta’ din l-informazzjoni lil hinn mill-ħajja utli tal-bini billi juża s-sistemi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni provduti mill-għodod nazzjonali, bħall-katast jew ir-reġistru pubbliku.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-bini ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Meta jkunu installati bħala parti mix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni, ħlief għal xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni f’unitajiet ta’ binjiet residenzjali, l-użu tal-ilma speċifikat għall-apparat tal-ilma li ġej ikun attestat bi skedi ta’ data tal-prodott, b’ċertifikazzjoni tal-bini jew b’tikketta tal-prodott eżistenti fl-Unjoni, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Appendiċi E tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139:

(a)viti tas-sinkijiet u viti tal-kċina għandhom fluss massimu ta’ 6 litri ilma/minuta;

(b)doxxi għandhom fluss massimu ta’ 8 litri ilma/minuta;

(c)toilets, li jinkludu settijiet, bowls u ċisterni tal-flaxing, għandhom volum ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ massimu ta’ 6 litri u volum medju massimu ta’ flaxxjatura ta’ 3,5 litri;

(d)l-awrinarji jużaw massimu ta’ 2 litri/bowl/siegħa. L-awrinarji bil-flaxing għandhom volum massimu ta’ flaxxjatura sħiħa ta’ litru.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali tal-bini użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali ta’ bini użati fil-kostruzzjoni li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti 112 jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m³ ta’ arja tal-kompartiment tat-test wara ttestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi ta’ kategoriji 1A u 1B oħrajn għal kull m³ ta’ arja tal-kompartiment tat-test wara ttestjar f’konformità ma’ EN 16516 jew ISO 16000-3:2011 113 jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn.

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

3.3.Demolizzjoni u tifrik ta’ binjiet u strutturi oħrajn

Deskrizzjoni tal-attività

Id-demolizzjoni u t-tifrik ta’ bini, toroq u runways, ferroviji, pontijiet, mini, xogħlijiet ta’ trattament tal-ilma mormi, xogħlijiet ta’ trattament tal-ilma, pipelines, bjar u spieri, impjanti li jiġġeneraw l-enerġija, impjanti kimiċi, digi u ġibjuni, minjieri u barrieri, strutturi lil hinn mill-kosta, xogħlijiet qrib ix-xatt, portijiet, xogħlijiet ta’ passaġġi fuq l-ilma jew formazzjoni u reklamazzjoni tal-art 114 .

Għal proġetti assoċjati mal-attivitajiet tal- “Kostruzzjoni ta’ Binjiet Ġodda” jew tar-“Rinnovazzjoni ta’ binjiet eżistenti” (ara t-Taqsimiet 3.1. u 3.2. ta’ dan l-Anness), fejn ix-xogħlijiet ta’ demolizzjoni u x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ rinnovazzjoni jiġu akkwistati taħt l-istess kuntratt, japplikaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attivitajiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ rinnovazzjoni.

L-attività ekonomika ma tinkludix id-demolizzjoni u t-tkissir tal-bini u strutturi oħrajn imwettqa bħala parti mill-attività ta’ “Rimedju ta’ siti u żoni kontaminati” (ara t-Taqsima 2.4. tal-Anness III).

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi F43.1 tan-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. Qabel il-bidu tal-attività ta’ demolizzjoni jew ta’ tkissir, tal-anqas l-aspetti li ġejjin mil-lista ta’ kontroll tal-kunċett tad-disinn tal-Livell 1 tal-lista ta’ kontroll tal-indikatur tal-Livell(i) 2.2 115 jiġu diskussi u miftiehma mal-klijent:

(a)id-definizzjoni ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin u l-livell ta’ ambizzjoni fil-mira;

(b)l-identifikazzjoni ta’ restrizzjonijiet speċifiċi għall-proġett li jistgħu jikkompromettu l-livell ta’ ambizzjoni fil-mira (bħall-ħin, ix-xogħol u l-ispazju) u kif jitnaqqsu dawn ir-restrizzjonijiet;

(c)dettalji tal-proċedura ta’ awditjar ta’ qabel id-demolizzjoni;

(d)pjan ġenerali għall-ġestjoni tal-iskart li jagħti prijorità lid-dekostruzzjoni selettiva, lid-dekontaminazzjoni u lis-separazzjoni tas-sorsi tal-flussi tal-iskart. Meta dawn l-azzjonijiet ma jiġux prijoritizzati, tingħata spjegazzjoni biex tiġġustifika għaliex id-dekostruzzjoni selettiva, id-dekontaminazzjoni jew is-separazzjoni tas-sorsi tal-flussi tal-iskart ma humiex teknoloġikament fattibbli fil-proġett. Il-kunsiderazzjonijiet tal-kost jew finanzjarji ma humiex raġuni aċċettabbli biex tiġi evitata l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit.

2. L-operatur tal-attività jwettaq awditu ta’ qabel id-demolizzjoni f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni 116 .

3. L-iskart kollu tad-demolizzjoni ġenerat matul l-attività ta’ demolizzjoni jew ta’ tkissir jiġi trattat f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart u l-lista ta’ kontroll sħiħa tal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni 117 .

4. It-tħejjija għall-użu mill-ġdid 118 jew għar-riċiklaġġ 119 tal-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni ġġenerat fis-sit tal-kostruzzjoni hija mill-inqas 90 % (skont il-massa f’kilogrammi), eskluż l-irdim mill-ġdid 120 . Dan jeskludi materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea tal-Iskart stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE. L-operatur tal-attività juri konformità mal-limitu ta’ 90 % billi jirrapporta dwar l-indikatur tal-Livell(i) 2.2 121 bl-użu tal-format ta’ rapportar tal-Livell 3 għal flussi differenti ta’ skart. Inkella, mill-anqas 95 % tal-frazzjoni minerali 122 u 70 % għall-frazzjoni mhux minerali tal-iskart tad-demolizzjoni mhux perikoluż jinġabar separatament u jiġi preparat għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Is-sid jew il-kuntrattur tal-bini jiżgura li matul attivitajiet ta’ rinnovazzjoni, rikondizzjonar jew demolizzjoni li jimplikaw it-tneħħija tal-pannelli tal-fowm, jew tal-pannelli laminati installati fi strutturi ta’ kavitajiet jew ta’ bini, li fihom fowms b’gassijiet serra Fluworurati, Idrofluworokarburi saturati u mhux saturati u Sustanzi li Jnaqqsu l-Ożonu, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 517/2014 u fir-Regolament (UE) Nru 1005/2009, l-emissjonijiet jiġu evitati sa fejn ikun possibbli billi jiġu trattati l-fowms jew il-gassijiet li jinsabu fihom b’mod li jiżgura l-użu mill-ġdid jew il-qerda tal-pannelli tal-fowm jew tal-gassijiet li jinsabu fil-fowms. L-irkupru tal-gassijiet li jinsabu fil-fowms jitwettaq minn persunal imħarreġ kif xieraq.

Meta l-irkupru ta’ dawn il-fowms ma jkunx teknikament fattibbli, l-operatur ifassal dokumentazzjoni li tipprovdi evidenza għall-infattibbiltà tal-irkupru fil-każ speċifiku. Din id-dokumentazzjoni tinżamm għal 5 snin u ssir disponibbli, fuq talba.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Ittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ demolizzjoni u tkissir.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

3.4.Manutenzjoni tat-toroq u tal-awtostradi

Deskrizzjoni tal-attività

Il-manutenzjoni tat-toroq u tal-awtostradi, ta’ mogħdijiet oħrajn għall-vetturi u għall-persuni bil-mixi, tax-xogħol fuq il-wiċċ fit-toroq, fl-awtostradi, fil-pontijiet, fil-mini, fir-runways tal-ajrudrom, fit-taxiways u r-rampi, definiti bħala l-azzjonijiet kollha meħuda biex tinżamm u tiġi restawrata l-kapaċità għas-servizz 123 u l-livell ta’ servizz tat-toroq 124 . Għall-pontijiet u l-mini, l-attività ekonomika tinkludi biss il-manutenzjoni tat-triq li tgħaddi fuq il-pont jew mill-mina. Ma tinkludix il-manutenzjoni tal-pont jew tal-mina nnifisha.

L-attività ekonomika tinkludi manutenzjoni ta’ rutina, li tista’ tiġi skedata fuq bażi perjodika. L-attività ekonomika tinkludi wkoll il-manutenzjoni preventiva u r-riabilitazzjoni li huma definiti bħala xogħlijiet imwettqa għall-preservazzjoni jew għar-restawr tal-kapaċità tas-servizz u għall-estensjoni tal-ħajja tas-servizz 125 ta’ triq eżistenti. L-operazzjoni ta’ manutenzjoni hija prinċipalment dedikata għall-ġestjoni tal-bankina u tikkonċerna biss l-elementi ewlenin li ġejjin tat-triq: korsija magħquda, korsija tal-wiċċ u pjanċi tal-konkrit. It-toroq fl-ambitu ta’ din l-attività ekonomika huma magħmula minn asfalt, konkrit jew taħlita tat-tnejn.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi F42.11 tan-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. Meta l-elementi ewlenin tat-toroq (korsija magħquda, korsija tal-wiċċ jew ċangaturi tal-konkrit) jiġu demoliti jew jitneħħew, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid 126 jew ir-riċiklaġġ 127 tal-iskart mhux perikoluż iġġenerat fil-post hija100 % (skont il-massa f’kilogrammi), eskluż ir-radam mill-ġdid 128 . Dan jeskludi materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea tal-Iskart stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE.

2. Meta l-elementi tat-toroq (korsija magħquda, korsija tal-wiċċ jew ċangaturi tal-konkrit) jiġu installati mill-ġdid wara demolizzjoni jew tneħħija, inkluż toroq temporanji li jinbnew fuq bażi temporanja biex isiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni, mill-inqas 50 % (skont il-massa f’kilogrammi) tal-elementi strutturali tat-toroq użati jkunu materjali użati mill-ġdid jew riċiklati jew prodotti sekondarji industrijali mhux perikolużi.

3. Il-materjali użati mill-ġdid jew riċiklati ma jiġux imċaqalqa fuq distanzi akbar minn 2,5 darbiet id-distanza bejn is-sit tal-kostruzzjoni u l-eqreb faċilità tal-produzzjoni għal materja prima primarja ekwivalenti, sabiex jiġi evitat li l-użu ta’ materjali użati mill-ġdid jew riċiklati jwassal għal emissjonijiet ogħla ta’ CO2 mill-użu ta’ materja prima primarja.

4. Fejn ikun għadu kif ġie installat, il-korsija magħquda għandha ħajja tas-servizz mhux iqsar minn 20 sena 129 .

5. L-użu ta’ materja prima primarja għall-għamara tat-toroq jiġi minimizzat permezz tal-użu ta’ materja prima sekondarja 130 . L-operatur tal-attività jiżgura li għall-metalli, bħall-sistemi ta’ trażżin tal-azzar, massimu ta’ 30 % tal-materjal jiġi mill-materja prima primarja. Il-limitu jiġi kkalkolat billi titnaqqas il-materja prima sekondarja mill-ammont totali ta’ kull kategorija ta’ materjal użata fix-xogħlijiet imkejla skont il-massa f’kilogrammi. Meta l-informazzjoni dwar il-kontenut riċiklat tal-prodott tal-kostruzzjoni ma tkunx disponibbli, din għandha titqies bħala li tinkludi 100 % materja prima primarja. Sabiex tiġi rrispettata l-Ġerarkija tal-Iskart u b’hekk jiġi ffavorit l-użu mill-ġdid minflok ir-riċiklaġġ, prodotti tal-kostruzzjoni użati mill-ġdid, inklużi dawk li jkun fihom materjali li mhumiex skart, għandhom jitqiesu li jinkludi materja prima primarja żero.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Qed jiġi preżentat pjan ta’ mitigazzjoni tal-konġestjoni tat-traffiku li għandu jiġi implimentat matul ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, il-vibrazzjonijiet, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni. Meta jintgħażlu t-tipi ta’ wiċċ tat-triq, l-uċuħ tat-triq b’livell baxx ta’ storbju huma preferuti, f’konformità mal-kriterju komprensiv B7 “rekwiżiti minimi għad-disinn tal-bankina b’livell baxx ta’ storbju” tal-Kriterji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE għad-Disinn, għall-Kostruzzjoni u għall-Manutenzjoni tat-Toroq 131 u l-uċuħ tat-toroq b’livell baxx ta’ ħoss jitqiesu prijorità gaħt-toroq kollha fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

3.5.Użu ta’ konkrit fl-inġinerija ċivili

Deskrizzjoni tal-attività

L-użu ta’ konkrit għal kostruzzjoni, rikostruzzjoni, jew manutenzjoni ġdida 132 ta’ oġġetti tal-inġinerija ċivili, ħlief uċuħ tat-toroq tal-konkrit fuq l-elementi li ġejjin: toroq tal-konkrit fit-toroq, fl-awtostradi, f’toroq pubbliċi, f’mogħdijiet oħrajn għall-vetturi u għall-persuni bil-mixi, fil-pontijiet, fil-mini u fir-runways tal-ajrudrom, fit-taxiways u fir-rampi li huma koperti taħt l-attività ekonomika “Manutenzjoni tat-toroq u tal-awtostradi” (Ara t-Taqsima 3.4 ta’ dan l-Anness).

Attività ekonomika f’din il-kategorija tista’ tiġi assoċjata ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari F42.12, F42.13, F42.2 jew F42.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-iskart kollu ġenerat mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni huwa trattat f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart u l-lista ta’ kontroll sħiħa tal-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, b’mod partikolari billi jiġu stabbiliti sistemi ta’ separazzjoni 133 . It-tħejjija għall-użu mill-ġdid 134 jew għar-riċiklaġġ 135 tal-iskart mhux perikoluż tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni ġġenerat fis-sit tal-kostruzzjoni hija mill-inqas 90 % (skont il-massa f’kilogrammi), eskluż l-irdim mill-ġdid 136 . Dan jeskludi materjal li jseħħ b’mod naturali msemmi fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea tal-Iskart stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE. L-operatur tal-attività juri konformità mal-limitu ta’ 90 % billi jirrapporta dwar l-indikatur tal-Livell(i) 2.2 bl-użu tal-format ta’ rapportar tal-Livell 2 għal flussi differenti ta’ skart.

2. Id-disinji u t-tekniki tal-kostruzzjoni jappoġġaw iċ-ċirkolarità permezz tal-inkorporazzjoni ta’ kunċetti għad-disinn għall-adattabilità u d-dekostruzzjoni kif deskritt fl-indikaturi tal-Livell(i) 2.3 u 2.4 rispettivament. Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tintwera permezz ta’ rapportar dwar l-indikaturi tal-Livell(i) 2.3 137 u 2.4 138 fil-Livell 2.

3. L-użu ta’ materja prima primarja jiġi minimizzat permezz tal-użu ta’ materja prima sekondarja 139 . Għall-konkrit, massimu ta’ 70 % tal-materjal jiġi minn materja prima primarja. Dan il-kriterju japplika għal prodotti tal-konkrit in situ, prodotti prefabbrikati, u l-materjali kostitwenti kollha, inkluż kwalunkwe tisħiħ. Il-limitu jiġi kalkolat billi jitnaqqas il-materjal sekondarju mill-ammont totali ta’ materjal użat imkejjel skont il-massa f’kilogrammi. Meta l-informazzjoni dwar il-kontenut riċiklat tal-prodott tal-kostruzzjoni ma tkunx disponibbli, din għandha titqies bħala li tinkludi 100 % materja prima primarja. Sabiex tiġi rrispettata l-Ġerarkija tal-Iskart u b’hekk jiġi ffavorit l-użu mill-ġdid minflok ir-riċiklaġġ, prodotti tal-kostruzzjoni użati mill-ġdid, inklużi dawk li jkun fihom materjali li mhumiex skart, għandhom jitqiesu li jinkludi materja prima primarja żero.  

4. Il-materja prima sekondarja ma tiġix imċaqalqa fuq distanzi akbar minn 2,5 darbiet id-distanza bejn is-sit tal-kostruzzjoni u l-eqreb faċilità tal-produzzjoni għal materja prima primarja ekwivalenti, sabiex jiġi evitat li l-użu ta’ materjali użati mill-ġdid jew riċiklati jwassal għal emissjonijiet ogħla ta’ CO2 mill-użu ta’ materja prima primarja.

5. L-operatur tal-attività juża għodod elettroniċi biex jiddeskrivi l-karatteristiċi tal-bini kif mibni, inklużi l-materjali u l-komponenti użati, għall-finijiet ta’ manutenzjoni, irkupru u użu mill-ġdid fil-futur, pereżempju bl-użu tal-EN ISO 22057:2022 biex jipprovdi Dikjarazzjonijiet Ambjentali dwar il-Prodott 140 . L-informazzjoni tinħażen f’format diġitali u ssir disponibbli għall-investituri u għall-klijenti fuq talba. Barra minn hekk, l-operatur jiżgura l-preservazzjoni fit-tul ta’ din l-informazzjoni lil hinn mill-ħajja utli tal-bini billi juża s-sistemi ta’ ġestjoni tal-informazzjoni provduti mill-għodod nazzjonali, bħall-katast jew ir-reġistru pubbliku.

6. Il-pontijiet, il-mini, id-digi u s-sieqji jiġu spezzjonati regolarment minn spettur approvat nazzjonalment u d-data tintuża biex jiġu mbassra l-ħtiġijiet ta’ manutenzjoni.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-assi mibni ma huwiex dedikat għall-estrazzjoni, għall-ħżin, għat-trasport jew għall-manifattura tal-fjuwils fossili.

Għas-siment użat f’din l-attività l-emissjonijiet tal-gassijiet serra 141 mill-proċessi ta’ produzzjoni huma:

(a)għall-klinker tas-siment griż, anqas minn 0,816 142 tCO2e għal kull tunnellata ta’ klinker tas-siment griż;

(b)għas-siment minn klinker griż jew minn legant idrawliku alternattiv, anqas minn 0,530 143 tCO2e għal kull tunnellata ta’ siment jew legant alternattiv manifatturat.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Il-komponenti u l-materjali użati fil-kostruzzjoni jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Il-komponenti u l-materjali użati fil-kostruzzjoni li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-okkupanti 144 jemettu anqas minn 0,06 mg ta’ formaldeid għal kull m³ ta’ arja tal-kompartiment tal-ittestjar wara ttestjar f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u anqas minn 0,001 mg ta’ komposti organiċi volatili karċinoġeniċi ta’ kategoriji 1A u 1B oħrajn għal kull m³ ta’ arja tal-kompartiment tal-ittestjar, wara ttestjar f’konformità ma’ CEN/EN 16516 145 jew ISO 16000-3:2011 146 jew ma’ kundizzjonijiet ta’ ttestjar u metodi ta’ determinazzjoni standardizzati ekwivalenti oħrajn 147 .

Meta l-kostruzzjoni l-ġdida tkun tinsab fuq sit potenzjalment kontaminat (sit abbandunat), is-sit ikun ġie soġġett għal investigazzjoni għal kontaminanti potenzjali, pereżempju bl-użu tal-istandard ISO 18400.

Jittieħdu miżuri sabiex jitnaqqsu l-istorbju, il-vibrazzjonijiet, it-trab u l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa matul ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew ta’ manutenzjoni.

Meta xieraq, fid-dawl tas-sensittività taż-żona affettwata, b’mod partikolari f’termini tad-daqs tal-popolazzjoni u l-fawna affettwata, l-istorbju u l-vibrazzjonijiet mill-kostruzzjoni, mill-użu u mill-manutenzjoni tal-infrastruttura huma mitigati bi pjanar akustiku li jintroduċi kanali miftuħa, lqugħ b’ħitan jew miżuri xierqa oħrajn f’konformità mad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 148 .

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Addizzjonalment, dan li ġej għandu jiġi żgurat:

(a)fl-UE, b’rabta mas-siti ta’ Natura 2000: l-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000 fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE;

(b)fl-UE, fi kwalunkwe żona: l-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tal-poplazzjonijiet tal-ispeċi protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE u d-Direttiva 2009/147/KE fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. L-attività lanqas ma hija ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE fi status ta’ konservazzjoni favorevoli;

(c)barra mill-UE, l-attivitajiet jitwettqu f’konformità mal-liġi applikabbli relatata mal-konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet.

4.Informazzjoni u komunikazzjoni

4.1.Forniment ta’ soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data 

Deskrizzjoni tal-attività

L-attività timmanifattura, tiżviluppa, tinstalla, tiskjera, tmantni, issewwi u tipprovdi servizzi professjonali, inkluża konsultazzjoni teknika għad-disinn jew għall-monitoraġġ ta’:

(a)sistemi tat-teknoloġija tas-software 149 u tal-informazzjoni (information technology, IT) jew tat-teknoloġija operazzjonali (OT) 150 , inklużi soluzzjonijiet ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali (IA), bħal pereżempju għat-tagħlim awtomatiku tal-magni, mibnija għall-finijiet ta’ monitoraġġ mill-bogħod u manutenzjoni predittiva, inklużi sistemi għal:

(i)il-ġbir, il-proċessar, it-trasferiment u l-ħżin mill-bogħod ta’ data minn tagħmir, prodotti jew infrastruttura matul l-użu jew l-operat tagħhom;

(ii)l-analiżi tad-data u l-ġenerazzjoni ta’ għarfien dwar il-prestazzjoni operazzjonali u l-kundizzjoni tat-tagħmir, tal-prodott jew tal-infrastruttura;

(iii)l-għoti ta’ manutenzjoni mill-bogħod u rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri meħtieġa biex jiġi evitat falliment operazzjonali u biex it-tagħmir, il-prodott jew l-infrastruttura jinżammu f’kundizzjoni operattiva ottimali u tittawwal il-ħajja utli tagħhom u jitnaqqsu l-użu tar-riżorsi u l-iskart;

(b)software ta’ trekkjar u traċċar u sistemi tal-IT jew tal-OT mibnija għall-fini li jipprovdu identifikazzjoni, trekkjar u traċċar ta’ materjali, prodotti u assi permezz tal-ktajjen tal-valur rispettivi tagħhom (inklużi l-materjal diġitali u l-passaporti tal-prodotti) bl-objettiv predominanti li tiġi appoġġata ċ-ċirkolarità tal-flussi tal-materjali u tal-prodotti jew objettivi oħrajn stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/852;

(c)software ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja li jappoġġa l-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u r-rapportar relatat għall-prodotti, għat-tagħmir jew għall-infrastrutturi;

(d)software tad-disinn u tal-inġinerija li jappoġġa l-ekodisinn tal-prodotti, tat-tagħmir u tal-infrastruttura inkluż il-ġestjoni tal-iskart u l-effiċjenza fir-riżorsi;

(e)software tal-ġestjoni tal-fornituri li jappoġġa l-akkwist ekoloġiku ta’ materjali, prodotti u servizzi b’impatt ambjentali baxx, iżda eskluż it-tħaddim ta’ postijiet tas-suq li jappoġġaw il-kummerċ ta’ dawn l-oġġetti;

(f)software għall-ġestjoni tal-prestazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja li jappoġġa l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni taċ-ċirkolarità tal-prodotti, tat-tagħmir, jew tal-infrastrutturi matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tal-NACE, b’mod partikolari C26, C27, J58.29, J61, J62 u J63.1 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1), il-punt (l), tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-attività ekonomika timmanifattura, tiżviluppa, tinstalla, tiskjera, tmantni, issewwi u tipprovdi servizzi professjonali, inkluża konsultazzjoni teknika għad-disinn jew għall-monitoraġġ, lil waħda jew aktar mis-soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data li jipprovdu l-kapaċitajiet elenkati hawn taħt. Tali soluzzjonijiet tal-IT/OT xprunati mid-data jinkludu sensuri (bħall-potenza, it-temperatura, il-vibrazzjoni, il-vidjo, il-ħoss, il-viskożità), it-tagħmir għall-ġbir tad-data u għall-komunikazzjoni, ir-repożitorju tad-data (edge jew cloud), u s-software. Fejn dawn il-kapaċitajiet ikunu parti minn software usa’ jew offerta tal-IT/OT, jikkwalifikaw biss żidiet speċifiċi tas-software li jimplimentaw dawn il-kapaċitajiet.

2. Għal sistemi ta’ monitoraġġ mill-bogħod u ta’ manutenzjoni predittiva, tnejn mill-kapaċitajiet li ġejjin speċifikati fil-punti (a) sa (d) huma ssodisfati fl-ambitu sħiħ tagħhom:

(a)l-allert lill-utent għal valuri anormali tas-sensuri, u l-valutazzjoni tal-istatus tal-prodott, tat-tagħmir, jew tal-infrastruttura, l-identifikazzjoni ta’ problemi ta’ tkagħbir bl-użu jew tal-elettriku, u t-tfassil ta’ konklużjonijiet dwar in-natura eżatta ta’ kundizzjonijiet operattivi anormali permezz ta’ metodi analitiċi avvanzati;

(b)it-tbassir tal-ħajja li jifdal mistennija ta’ prodott, ta’ tagħmir jew ta’ infrastruttura, u r-rakkomandazzjoni ta’ miżuri biex tiġi estiża l-ħajja li jifdal;

(c)it-tbassir ta’ ħsara fi prodott, f’tagħmir jew f’infrastruttura u r-rakkomandazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni ta’ din il-ħsara;

(d)l-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet dwar l-ogħla valur taċ-ċiklu tal-użu li jmiss, bħall-użu mill-ġdid, l-irkupru ta’ komponenti permezz tal-ġbir tal-partijiet għar-rimanifattura, jew ir-riċiklaġġ, filwaqt li titqies taħlita ta’ fatturi rigward il-kundizzjoni tal-prodott.

is-sistemi tal-IT/OT immirati lejn (i) il-monitoraġġ għas-sostituzzjoni tal-oġġetti tal-konsum 151 , bħal-linka tal-printer, (ii) il-monitoraġġ mill-bogħod u l-manutenzjoni mill-bogħod ta’ impjanti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li huma aktar intensivi fil-gassijiet serra minn 100 gCO2e/kWh, jew (iii) il-monitoraġġ u l-ġestjoni mill-bogħod ta’ kwalunkwe tip ta’ magna tal-fjuwils fossili ma jikkwalifikawx.

3. Għal software ta’ traċċar u rintraċċar u sistemi tal-IT/OT, mill-inqas waħda mill-kapaċitajiet li ġejjin speċifikati fil-punti minn (a) sa (d) hija ssodisfata fl-ambitu sħiħ tagħha:

(a)il-forniment ta’ identifikazzjoni, trekkjar u traċċar ta’ materjali, prodotti u assi permezz ta’ ktajjen tal-valur sabiex id-data strutturata aċċessibbli (bħall-kontenut materjali, is-sustanzi, l-informazzjoni ambjentali) meħtieġa għall-valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja jew għad-dikjarazzjonijiet tal-materjali f’konformità mal-istandards rilevanti, bħar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2021/2279, l-ISO 14067:2018 152 jew l-ISO 14040:2006 153 , u l-kondiviżjoni ta’ din id-data mas-sħab tal-katina tal-valur, mal-konsumaturi, u ma’ atturi ekonomiċi oħrajn f’konformità mal-istandards rilevanti rigward il-mudellar tad-data, l-interoperabbiltà, il-privatezza tad-data u s-sigurtà tad-data;

(b)il-proviżjonament u l-kondiviżjoni ta’ dokumenti u ta’ data li jappoġġaw direttament it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir, bħall-istruzzjoni tat-tiswija, it-tagħmir tat-test, id-dijagrammi tal-wajering u tal-konnessjoni, il-kodiċijiet dijanjostiċi tal-ħsarat u tal-erruri, l-istruzzjonijiet taż-żarmar;

(c)l-appoġġ għal-loġistika inversa, inkluż it-teħid lura ta’ prodotti għar-rimanifattura, għar-rinnovazzjoni jew għar-riċiklaġġ, billi jiġu ġestiti l-passi u t-tranżazzjonijiet fil-proċess ta’ teħid lura, bħat-tqegħid tal-ordni ta’ ġbir, it-traċċar tad-data dwar it-tranżazzjonijiet tal-bejgħ, id-dekompożizzjoni tal-prodott f’materjali li għandhom jerġgħu jiġu investiti fi flussi materjali ċirkolari u billi jiġu ottimizzati d-deċiżjonijiet għall-prevenzjoni tat-tnaqqis fiċ-ċikli u għall-massimizzazzjoni tal-irkupru tar-riżorsi. Il-passaporti diġitali tal-prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi fid-dritt tal-Unjoni ma jitqisux bħala tassonomija allinjata;

(d)l-appoġġ għall-ottimizzazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-użu tal-prodotti, permezz ta’ mudelli tan-negozju ċirkolari bħall-provvista ta’ prodotti bħala servizz jew kondiviżjoni bejn il-pari.

4. Għal software ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, mill-inqas waħda mill-kapaċitajiet li ġejjin speċifikati fil-punti (a) sa (c) hija ssodisfata fl-ambitu sħiħ tagħha:

(a)l-appoġġ għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, tat-tagħmir jew tal-infrastruttura b’metodi u algoritmi implimentati bis-software fkonformità ma' standards rilevanti bħar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279, l-ISO 14067:2018 154 jew l-ISO 14040:2006 155 ;

(b)il-provvista ta’ data meħtieġa għall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-valuri standard tal-emissjonijiet tal-karbonju u impatti ambjentali oħrajn għal prodotti u materjali jew stadji tal-produzzjoni użati ta’ spiss;

(c)l-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tad-disinn ta’ prodott, ta’ tagħmir jew ta’ infrastruttura sabiex tiġi minimizzata l-impronta tal-materjal u tal-karbonju tagħhom.

5. Għal software ta’ disinn u inġinerġija, mill-inqas waħda mill-kapaċitajiet li ġejjin speċifikati fil-punti minn (a) sa (e) hija ssodisfata fl-ambitu sħiħ tagħha:

(a)l-appoġġ lill-utenti biex ifasslu, jiddokumentaw u jimmaniġġaw ċirkolarità speċifika għall-prodott u għanijiet u rekwiżiti oħrajn tad-disinn ambjentali, bħad-disinn għar-rimanifattura, id-disinn għall-manutenzjoni, l-impatt ambjentali minimu mill-użu jew mit-tħaddim tal-prodott, l-iskart minimu matul il-produzzjoni jew il-kostruzzjoni u l-produzzjoni mfassla apposta biex tiġi eliminata speċifikazzjoni żejda u jitnaqqsu l-inputs tal-materjali;

(b)l-appoġġ lill-utenti biex jesploraw id-disinji tal-prodotti għall-fini tal-valutazzjoni u l-ottimizzazzjoni tad-disinni tal-prodotti skont objettivi ċirkolari jew ambjentali oħrajn speċifikati, jew is-sejba tal-aħjar kompromess bejn l-għanijiet ta’ disinn kunfliġġenti, bħal robustezza meta mqabbla mal-użu materjali, materjal aktar ekoloġiku meta mqabbel mal-kostijiet jew l-installazzjoni ta’ skeda jew il-kost tas-sistemi ta’ użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ downstream;

(c)il-validazzjoni ta’ disinn permezz ta’ analiżi u simulazzjoni fuq il-bażi ta’ ċirkolarità speċifikata u għanijiet u rekwiżiti oħrajn tad-disinn ambjentali;

(d)l-appoġġ għall-proċess tad-disinn tal-prodott megħjun mill-kompjuter – inkluż id-disinn mekkaniku, elettriku, elettroniku jew ta’ riċetta – b’data u informazzjoni dwar l-impatt tad-deċiżjonijiet tad-disinn u tal-kostruzzjoni fuq iċ-ċirkolarità u l-prestazzjoni ambjentali;

(e)l-appoġġ għall-għażla ta’ materjali u komponenti b’impatt ambjentali baxx permezz tal-forniment ta’ data dwar materjali u komponenti disponibbli għas-suq u l-kost tagħhom.

6. Għal software ta’ ġestjoni tal-fornituri, mill-inqas waħda mill-kapaċitajiet li ġejjin speċifikati fil-punti minn (a) sa (e) hija ssodisfata fl-ambitu sħiħ tagħha:

(a)l-għoti lill-utent ta’ informazzjoni dwar il-fornituri u l-provvisti ta’ prodotti ċirkolari, prodotti immedjati, komponenti u materjali li huma mfassla għal sistemi ta’ ċirkwit magħluq, użu mill-ġdid, rimanifattura jew adattament għal skop differenti. L-informazzjoni provduta taqbeż ir-rekwiżiti minimi ta’ informazzjoni fid-dritt tal-Unjoni eżistenti 156 ;

(b)l-appoġġ għall-ġestjoni u t-traċċar tal-konformità tal-fornituri mal-istandards u ċ-ċertifikazzjonijiet relatati mal-provvista ta’ dawn il-materjali, prodotti u komponenti;

(c)l-appoġġ għall-iskambju mal-fornituri tad-data meħtieġa biex tiġi verifikata l-prestazzjoni ambjentali tal-materjali, tal-prodotti u tal-komponenti fornuti;

(d)l-appoġġ għan-negozjar u t-tqabbil bejn il-fornituri u x-xerrejja ta’ prodotti, materjali, u komponenti ċirkolari, b’ekodisinn jew b’xi mod ieħor ekoloġiċi;

(e)l-appoġġ għal-loġistika inversa.

7. Għal software ta’ ġestjoni tal-prestazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, mill-inqas waħda mill-kapaċitajiet li ġejjin speċifikati fil-punti minn (a) sa (e) hija ssodisfata fl-ambitu sħiħ tagħha:

(a)l-appoġġ għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni taċ-ċirkolarità 157 ta’ prodott, tagħmir jew infrastruttura matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu matul iż-żmien;

(b)it-tqabbil tal-prestazzjoni taċ-ċirkolarità mal-għanijiet oriġinali tad-disinn taċ-ċirkolarità, l-analiżi tad-devjazzjonijiet u l-kawżi ewlenin tagħhom;

(c)l-appoġġ għall-pjanar u d-dokumentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tiġi estiża l-ħajja utli tal-prodott, tat-tagħmir jew tal-infrastruttura, bħall-manutenzjoni, il-modifika retroattiva, jew servizzi oħrajn;

(d)l-appoġġ għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ dawn il-miżuri fuq il-prestazzjoni taċ-ċirkolarità;

(e)l-utent jiġi fornut bid-data meħtieġa biex jieħu deċiżjonijiet dwar l-użu futur tal-prodott, tat-tagħmir jew tal-infrastruttura, bħal modifika retroattiva, bidla fl-użu, id-dekummissjonar u r-riċiklaġġ.

8. Is-soluzzjonijiet kollha tal-IT/OT xprunati mid-data jenħtieġ li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)jiġu adottati tekniki li jappoġġaw l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u komponenti użati mill-ġdid, u s-soluzzjonijiet ikunu ddisinjati għal durabbiltà għolja, riċiklabbiltà, żarmar faċli, adattabbiltà u possibbiltà ta' titjib fil-kwalità;

(b)hemm fis-seħħ miżuri għall-immaniġġjar u r-riċiklaġġ tal-iskart li magħdux jintuża, inkluż permezz ta’ ftehimiet kuntrattwali dwar id-dekummissjonar mal-fornituri tas-servizzi tar-riċiklaġġ, riflessjoni fil-proġettazzjonijiet finanzjarji jew dokumentazzjoni uffiċjali tal-proġetti. Dawn il-miżuri jiżguraw li l-komponenti u l-materjali jiġu segregati u ttrattati biex jimmassimizzaw ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, il-prinċipji tar-regolamentazzjoni tal-UE dwar l-iskart u r-regolamenti applikabbli, b’mod partikolari permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-batteriji u l-elettronika u l-materja prima kritika fihom. Dawn il-miżuri jinkludu wkoll il-kontroll u l-ġestjoni ta’ materjali perikolużi;

(c)jitwettqu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, l-irkupru jew ir-riċiklaġġ, jew għat-trattament adegwat, inklużi t-tneħħija tal-fluwidi kollha u trattament selettiv f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

It-tagħmir użat biex jopera s-software jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/125/KE għas-servers u għall-prodotti għall-ħżin tad-data.

It-tagħmir użat ma fihx is-sustanzi ristretti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE, ħlief meta l-valuri ta’ konċentrazzjoni skont il-piż f’materjali omoġeni ma jaqbżux il-valuri massimi elenkati f’dak l-Anness.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

5.Servizzi

5.1.Tiswija, rinnovazzjoni u rimanifattura

Deskrizzjoni tal-attività

Tiswija 158 , rinnovazzjoni 159 u rimanifattura 160 ta’ oġġetti li ntużaw preċedentament għall-iskop intenzjonat tagħhom minn klijent (persuna fiżika jew persuna ġuridika).

L-attività ekonomika ma tinkludix is-sostituzzjoni ta’ oġġetti tal-konsum 161 , bħal-linka tal-printer, l-iskariki tat-toner, il-lubrikanti għall-partijiet li jiċċaqilqu jew il-batteriji.

L-attività ekonomika hija relatata ma’ prodotti li huma manifatturati minn attivitajiet ekonomiċi klassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NACE C13 Manifattura ta’ tessuti, C14 Manifattura ta’ lbies, C15 Manifattura ta’ ġilda u prodotti relatati, C16 Manifattura ta’ njam u ta’ prodotti tal-injam u tas-sufra, ħlief għamara; manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u tal-materjali tal-immaljar, C22 Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik, C23.3 Manifattura ta’ materjali tal-bini tat-tafal, C23.4 Manifattura ta’ prodotti oħrajn tal-porċellana u taċ-ċeramika, C25.1 Manifattura ta’ prodotti tal-metall strutturali, C25.2 Manifattura ta’ tankijiet, ġibjuni u kontenituri tal-metall, C25.7 Manifattura ta’ pożati, għodod u hardware ġenerali, C25.9 Manifattura ta’ prodotti tal-metall fabbrikat oħrajn, C26 Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, C27 Manifattura ta’ tagħmir elettriku, C28.22 Manifattura ta’ tagħmir tal-irfigħ u l-immaniġġar, C28.23 Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju (għajr kompjuters u tagħmir periferali), C28.24 Manifattura ta’ għodod tal-idejn imħaddma bl-enerġija, C28.25 Manifattura ta’ tagħmir mhux domestiku għat-tkessiħ u l-ventilazzjoni, C28.93 Manifattura ta’ makkinarju għall-proċessar tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, għajr makkinarju għall-proċessar tat-tabakk, C28.94 Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tat-tessuti, tal-ilbies u tal-ġilda, C28.95 Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tal-karta u tal-kartun, C28.96 Manifattura ta’ makkinarju tal-plastik u tal-lasktu, C31 Manifattura ta’ għamara u C32 Manifattura oħra.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi tan-NACE dedikat kif imsemmi fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-attività ekonomika tikkonsisti fl-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodotti permezz tat-tiswija, ir-rinnovazzjoni jew ir-rimanifattura ta’ prodotti li diġà ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom minn klijent (persuna fiżika jew persuna ġuridika).

2. L-attività ekonomika tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)il-partijiet sostitwiti, il-prodotti rinnovati jew il-prodotti rimanifatturati huma koperti minn kuntratt ta’ bejgħ fejn rilevanti u f’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-konformità tal-prodott, ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ 162 (inkluża l-għażla ta’ responsabbiltà jew perjodu ta’ limitazzjoni iqsar għall-prodotti użati), l-oneru tal-prova, rimedji għan-nuqqas ta’ konformità, il-modalitajiet għall-eżerċizzju ta’ dawk ir-rimedji, it-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-merkanzija, u l-garanziji kummerċjali;

(b)l-attività ekonomika timplimenta pjan għall-ġestjoni tal-iskart li jiżgura li l-materjali tal-prodott, b’mod partikolari l-materja prima kritika, u l-komponenti li ma jkunux intużaw mill-ġdid fl-istess prodott jerġgħu jintużaw xi mkien ieħor, jew, fejn l-użu mill-ġdid ma jkunx possibbli (minħabba ħsara, degradazzjoni jew sustanzi perikolużi), jiġu riċiklati, jew, biss meta l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ma jkunux vijabbli, jintremew f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali. Għar-rimanifattura, il-pjan għall-ġestjoni tal-iskart huwa aċċessibbli għall-pubbliku.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Meta l-attività tinvolvi l-ġenerazzjoni fil-post ta’ tisħin/tkessiħ jew ta’ koġenerazzjoni inkluża l-enerġija, l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra tal-attività huma anqas minn 270 gCO2e/kWh.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Spare parts installati permezz ta’ tiswija, rinnovazzjoni jew rimanifattura jikkonformaw mar-regoli rilevanti kollha tal-Unjoni dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ sustanzi perikolużi, ta’ natura ġenerika jew b’rilevanza speċifika għal dik il-kategorija ta’ prodotti, bħar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, id-Direttiva 2011/65/UE, u d-Direttiva (UE) 2017/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 163 .

Għal attivitajiet ta’ tiswija jew ta’ rinnovazzjoni, dawk ir-rekwiżiti ma japplikawx għall-komponenti oriġinali li jkunu nżammu fil-prodott.

Għal installazzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE, l-emissjonijiet huma fil-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-meded tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AEL) jew anqas stabbiliti fl-aktar konklużjonijiet reċenti rilevanti tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) u jiżguraw fl-istess ħin li ma jseħħ l-ebda effett sinifikanti transmedjali.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

5.2.Bejgħ ta’ spare parts

Deskrizzjoni tal-attività

Bejgħ ta’ spare parts 164 .

L-attività ekonomika ma tinkludix is-sostituzzjoni ta’ oġġetti tal-konsum, bħal-linka tal-printer, l-iskariki tat-toner, il-lubrikanti għall-partijiet li jiċċaqilqu jew il-batteriji u l-manutenzjoni.

L-attività ekonomika hija relatata ma’ spare parts li jintużaw fi prodotti manifatturati minn attivitajiet ekonomiċi klassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NACE C26 Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, C27 Manifattura ta’ tagħmir elettriku, C28.22 Manifattura ta’ tagħmir tal-irfigħ u tal-immaniġġar, C28.23 Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju (ħlief kompjuters u tagħmir periferali), C28.24 Manifattura ta’ għodod tal-idejn imħaddma bl-enerġija u C31 Manifattura ta’ għamara.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari G46 u G47 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-attività ekonomika tikkonsisti fil-bejgħ ta’ spare parts lil hinn mill-obbligi legali.

2. L-attività ekonomika tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)kull spare part mibjugħa hija koperta minn kuntratt ta’ bejgħ fejn rilevanti u f’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-konformità tal-prodott, ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ 165 (inkluża l-għażla ta’ responsabbiltà jew perjodu ta’ limitazzjoni iqsar għall-prodotti użati), l-oneru tal-prova, ir-rimedji għan-nuqqas ta’ konformità, il-modalitajiet għall-eżerċitar ta’ dawk ir-rimedji, it-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-merkanzija, u l-garanziji kummerċjali;

(b)kull spare part mibjugħa għal prodott tissostitwixxi, jew għandha l-ħsieb li tissostitwixxi fil-futur, parti eżistenti sabiex terġa’ tiġi stabbilita jew aġġornata l-funzjonalità tal-prodott, b’mod partikolari f’każ fejn il-parti eżistenti hija miksura.

3. Meta l-attività ekonomika tinvolvi l-konsenja ta’ prodotti mballati lill-klijenti (persuna fiżika jew persuna ġuridika) inkluż meta l-attività titħaddem bħala kummerċ elettroniku 166 , l-imballaġġ primarju u sekondarju tal-prodott jikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)l-imballaġġ huwa magħmul minn mill-anqas 65 % ta’ materjal irriċiklat. Meta l-imballaġġ ikun magħmul mill-karta jew mill-kartun, il-materja prima primarja li jifdal tiġi ċċertifikata mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni Forestalii (FSC), mill-Programm għall-Approvazzjoni tal-Iskemi ta’ Ċertifikazzjoni tal-Foresti (PEFC International), jew minn skemi rikonoxxuti ekwivalenti. Ma jintużawx kisjiet bil-plastik jew bil-metalli. Għall-imballaġġ tal-plastik jintużaw biss monomaterjali mingħajr kisi, ma jintużawx polimeri li fihom l-aloġenu. Tiġi provduta dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika l-kompożizzjoni materjali tal-imballaġġ u l-ishma tal-materja prima riċiklata u primarja;

(b)l-imballaġġ ġie disinjat biex ikun riutlizzabbli f’sistema għall-użu mill-ġdid 167 . Is-sistema għall-użu mill-ġdid hija stabbilita b’mod li tiżgura l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid f’sistema b’ċirkwit magħluq jew b’ċirkwit miftuħ.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Meta l-attività tinvolvi l-ġenerazzjoni fil-post ta’ tisħin/tkessiħ jew ta’ koġenerazzjoni inkluża l-enerġija, l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra tal-attività huma anqas minn 270 gCO2e/kWh.

L-attività tiżviluppa strateġija li tqis u tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mit-trasport tul il-katina tal-valur, inkluż it-trasport bil-baħar u r-ritorn, sa fejn dawn ikunu traċċabbli.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-ispare parts mibjugħa jikkonformaw mar-regoli rilevanti kollha tal-UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ sustanzi perikolużi, ta’ natura ġenerika jew b’rilevanza speċifika għal dik il-kategorija ta’ prodotti, bħar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, id-Direttiva 2011/65/UE, u d-Direttiva (UE) 2017/2102.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

5.3.Preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ prodotti li ma għadhomx jintużaw u ta’ komponenti tal-prodotti

Deskrizzjoni tal-attività

Preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ prodotti u komponenti li ma għadhomx jintużaw 168 .

L-attività ekonomika ma tinkludix attivitajiet ta’ tiswija, li jitwettqu matul l-istadju tal-użu tal-prodott.

L-attività ekonomika hija relatata ma’ prodotti u l-komponenti tagħhom manifatturati minn attivitajiet ekonomiċi klassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NACE C13 Manifattura ta’ tessuti, C14 Manifattura ta’ lbies, C15 Manifattura ta’ ġilda u prodotti relatati, C16 Manifattura ta’ njam u ta’ prodotti tal-injam u tas-sufra, ħlief għamara; manifattura ta’ oġġetti ta’ tiben u materjali għall-immaljar, C18 Stampar u riproduzzjoni ta’ media reġistrata, C22 Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik, C23.3 Manifattura ta’ materjali tal-bini tat-tafal, C23.4 Manifattura ta’ prodotti oħrajn tal-porċellana u taċ-ċeramika, C25.1 Manifattura ta’ prodotti strutturali tal-metall, C25.2 Manifattura ta’ tankijiet, ġibjuni u kontenituri tal-metall, C25.7 Manifattura ta’ pożati, għodod u hardware ġenerali, C25.9 Manifattura ta’ prodotti tal-metall fabbrikat oħrajn, C26 Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, C27 Manifattura ta’ tagħmir elettriku, C28.22 Manifattura ta’ tagħmir tal-irfigħ u l-immaniġġar, C28.23 Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju (ħlief kompjuters u tagħmir periferali), C28.24 Manifattura ta’ għodod tal-idejn imħaddma bl-enerġija, C28.25 Manifattura ta’ tagħmir mhux domestiku għat-tkessiħ u l-ventilazzjoni, C28.93 Manifattura ta’ makkinarju għall-proċessar tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, għajr makkinarju għall-proċessar tat-tabakk, C28.94 Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tat-tessuti, tal-ilbies u tal-ġilda, C28.95 Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tal-karta u l-kartun, C28.96 Manifattura ta’ makkinarju tal-plastik u tal-lasktu, C29 Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers, C30.1 Bini ta’ bastimenti u dgħajjes, C30.2 Manifattura ta’ lokomottivi tal-ferrovija u vetturi ferrovjarji, C30.3 Manifattura ta’ inġenji tal-ajru u tal-ispazju u makkinarju relatat, C30.9 Manifattura ta’ tagħmir tat-trasport n.e.c., C31 Manifattura ta’ għamara u C32 Manifattura oħra.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi tan-NACE dedikat kif imsemmi fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-attività tipprepara għall-użu mill-ġdid ta’ prodotti jew ta’ komponenti ta’ prodotti li jkunu saru skart sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw mingħajr l-ebda proċessar minn qabel ieħor.

2. Il-materja prima tal-iskart tal-attività toriġina minn skart miġbur separatament u trasportat fi frazzjonijiet segregati jew imħallta mis-sors 169 .

3. L-attività implimentat proċeduri ta’ aċċettazzjoni, sikurezza u spezzjoni li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

(a)ikun hemm fis-seħħ proċedura biex tiġi verifikata l-adegwatezza għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, u li l-attività timplimenta pjan ta’ ġestjoni tal-iskart disponibbli għall-pubbliku, li jiżgura li l-prodotti skartati li ma għadhomx jintużaw u li ma humiex adattati għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid (minħabba ħsara, degradazzjoni jew sustanzi perikolużi) jintbagħtu għar-riċiklaġġ jew, biss meta l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ma jkunux vijabbli, jintremew;

(b)il-proċedura li tista’ tkun ibbażata fuq spezzjoni esterna viżwali jew manwali skont kriterji stabbiliti minn qabel hija adattata għall-kategorija ta’ prodotti mormija li ma għadhomx jintużaw, li huma preparati għall-użu mill-ġdid;

(c)jiġi provdut taħriġ xieraq u jiġi żgurat li l-operaturi tal-użu mill-ġdid ikunu kwalifikati għall-preparazzjoni ta’ attivitajiet ta’ użu mill-ġdid tal-prodotti li ma għadhomx jintużaw mormija inkwistjoni.

4. L-attività tuża l-għodod u t-tagħmir adattati għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ prodotti li ma għadhomx jintużaw mormija.

5. L-attività għandha sistema biex tirrapporta r-rata ta’ rkupru u, fejn applikabbli, il-miri għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali.

6. L-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)l-output tal-attività huwa prodotti jew komponenti ta’ prodotti li huma xierqa għall-użu mill-ġdid mingħajr ebda proċessar ieħor;

(b)l-oġġetti mibjugħa huma koperti minn kuntratt ta’ bejgħ fejn rilevanti u f’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-konformità tal-prodott, ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ 170 (inkluża l-għażla ta’ responsabbiltà jew perjodu ta’ limitazzjoni iqsar għall-prodotti użati), l-oneru tal-prova, ir-rimedji għan-nuqqas ta’ konformità, il-modalitajiet għall-eżerċitar ta’ dawk ir-rimedji, it-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-oġġetti, u l-garanziji kummerċjali.

7. Għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid tal-Iskart minn Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE), l-attività ekonomika hija permessa li tittratta l-iskart u timplimenta sistema ta’ ġestjoni ambjentali bl-użu tal-ISO 14001:2015 171 , l-Iskema tal-UE għall-Ġestjoni u l-Verifika Ambjentali (EMAS) f’konformità mar-Regolament (KE) 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 172 jew ekwivalenti u sistema ta’ ġestjoni tal-Kwalità bl-użu tal-ISO 9001:2015 173 .

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Meta l-attività tinvolvi l-ġenerazzjoni fil-post ta’ tisħin/tkessiħ jew ta’ koġenerazzjoni inkluża l-enerġija, l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra tal-attività huma anqas minn 270 gCO2e/kWh.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-attività timplimenta l-proċeduri ta’ sikurezza meħtieġa biex tipproteġi s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema li jwettqu t-tħejjija għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

5.4.Bejgħ ta’ oġġetti użati

Deskrizzjoni tal-attività

Il-bejgħ ta’ oġġetti użati li ntużaw preċedentament għall-iskop intenzjonat tagħhom minn klijent (persuna fiżika jew persuna ġuridika), possibbilment wara t-tiswija, ir-rinnovazzjoni jew ir-rimanifattura.

L-attività ekonomika hija relatata ma’ prodotti manifatturati minn attivitajiet ekonomiċi klassifikati taħt il-kodiċijiet NACE C13 Manifattura ta’ tessuti, C14 Manifattura ta’ lbies, C15 Manifattura ta’ ġilda u prodotti relatati, C16 Manifattura ta’ njam u ta’ prodotti tal-injam u tas-sufra, ħlief għamara; manifattura ta’ oġġetti ta’ tiben u materjali għall-immaljar, C18 Stampar u riproduzzjoni ta’ media reġistrata, C22 Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik, C23.3 Manifattura ta’ materjali tal-bini tat-tafal, C23.4 Manifattura ta’ prodotti oħrajn tal-porċellana u taċ-ċeramika, C25.1 Manifattura ta’ prodotti strutturali tal-metall, C25.2 Manifattura ta’ tankijiet, ġibjuni u kontenituri tal-metall, C25.7 Manifattura ta’ pożati, għodod u hardware ġenerali, C25.9 Manifattura ta’ prodotti tal-metall fabbrikat oħrajn, C26 Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, C27 Manifattura ta’ tagħmir elettriku, C28.22 Manifattura ta’ tagħmir tal-irfigħ u l-immaniġġar, C28.23 Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju (għajr kompjuters u tagħmir periferali), C28.24 Manifattura ta’ għodod tal-idejn imħaddma bl-enerġija, C28.25 Manifattura ta’ tagħmir mhux domestiku għat-tkessiħ u l-ventilazzjoni, C28.93 Manifattura ta’ makkinarju għall-proċessar tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, għajr makkinarju għall-proċessar tat-tabakk, C28.94 Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tat-tessuti, tal-ilbies u tal-ġilda, C28.95 Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tal-karti u l-kartun, C28.96 Manifattura ta’ makkinarju tal-plastik u tal-lasktu, C29 Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers, C31 Manifattura ta’ għamara, C32 Manifattura oħra.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari G46 u G47 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-attività ekonomika tikkonsisti fil-bejgħ ta’ prodott użat li kien intuża għall-iskop intenzjonat tiegħu minn klijent (persuna fiżika jew persuna ġuridika), potenzjalment wara t-tindif, it-tiswija, ir-rinnovazzjoni jew ir-rimanifattura tiegħu.

2. Il-prodott mibjugħ huwa kopert minn kuntratt ta’ bejgħ fejn rilevanti u f’konformità mad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-konformità tal-prodott, ir-responsabbiltà tal-bejjiegħ 174 (inkluża l-għażla ta’ responsabbiltà jew perjodu ta’ limitazzjoni iqsar għall-prodotti użati), l-oneru tal-prova, ir-rimedji għan-nuqqas ta’ konformità, il-modalitajiet għall-eżerċitar ta’ dawk ir-rimedji, it-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-oġġetti, u l-garanziji kummerċjali.

3. Meta l-prodott ikun ġie msewwi, rinnovat jew rimanifatturat qabel ma jerġa’ jinbiegħ, l-attività timplimenta pjan għall-ġestjoni tal-iskart li jiżgura li l-materjali u l-komponenti tal-prodott li ma jkunux ġew użati mill-ġdid fl-istess prodott, jerġgħu jintużaw xi mkien ieħor, jew fejn l-użu mill-ġdid ma jkunx possibbli (pereżempju minħabba ħsara, degradazzjoni jew sustanzi perikolużi), jiġi riċiklat, jew, biss fejn l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ma jkunux vijabbli, jintrema. Għar-rimanifattura, il-pjan għall-ġestjoni tal-iskart huwa aċċessibbli għall-pubbliku.

4. Meta l-attività ekonomika tinvolvi l-konsenja ta’ prodotti mballati lill-klijenti (persuna fiżika jew persuna ġuridika) inkluż meta l-attività titħaddem bħala kummerċ elettroniku 175 , l-imballaġġ primarju u sekondarju tal-prodott jikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)l-imballaġġ huwa magħmul minn mill-anqas 65 % ta’ materjal irriċiklat. Meta l-imballaġġ ikun magħmul mill-karta jew mill-kartun, il-materja prima primarja li jifdal tiġi ċċertifikata mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni Forestalii (FSC), mill-Programm għall-Approvazzjoni tal-Iskemi ta’ Ċertifikazzjoni tal-Foresti (PEFC International), jew minn skemi rikonoxxuti ekwivalenti. Ma jintużawx kisjiet bil-plastik jew bil-metalli. Għall-imballaġġ tal-plastik jintużaw biss monomaterjali mingħajr kisi, ma jintużawx polimeri li fihom l-aloġenu. Tiġi provduta dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika l-kompożizzjoni materjali tal-imballaġġ u l-ishma tal-materja prima riċiklata u primarja;

(b)l-imballaġġ ġie disinjat biex ikun riutlizzabbli f’sistema għall-użu mill-ġdid 176 . Is-sistema għall-użu mill-ġdid hija stabbilita b’mod li tiżgura l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid f’sistema b’ċirkwit magħluq jew b’ċirkwit miftuħ.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Meta l-attività tinvolvi l-ġenerazzjoni fil-post ta’ tisħin/tkessiħ jew ta’ koġenerazzjoni inkluża l-enerġija, l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra tal-attività huma anqas minn 270 gCO2e/kWh.

L-attività tiżviluppa strateġija li tqis u tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mit-trasport tul il-katina tal-valur, inkluż it-trasport bil-baħar u r-ritorn, sa fejn dawn ikunu traċċabbli.

Meta l-prodott mibjugħ jiġi prodott inizjalment mill-attivitajiet klassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NACE C29, u jkun vettura, komponent tal-mobilità, sistema, unità teknika separata, parti jew spare part kif definit fir-Regolament (UE) 2018/858, meta jinbiegħ fis-suq sekondarju wara l-2025 u qabel l-2030 japplikaw il-kriterji li ġejjin:

(a)vetturi tal-kategorija M1 u N1 klassifikati bħala vetturi ħfief jikkonformaw ma’ limiti speċifiċi tal-emmissjonijiet ta’ CO2, kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 177 , anqas minn 50gCO2/km (vetturi ħfief b’livell baxx ta’ emissjonijiet u b’emissjonijiet żero);

(b)vetturi tal-kategorija L 178 b’emissjonijiet ta’ CO2 mit-tailpipe ugwali għal 0g CO2e/km ikkalkolati f’konformità mat-test tal-emissjonijiet stabbilit fir-Regolament (UE) 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 179 ;

(c)vetturi tal-kategoriji N2 u N3, u N1 klassifikati bħala vetturi heavy-duty mhux dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li ma taqbiżx is-7,5 tunnellati li huma “vetturi tqal mingħajr emissjonijiet” kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(d)vetturi tal-kategoriji N2 u N3 mhux dedikati għat-trasport ta’ fjuwils fossili b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli li taqbeż is-7,5 tunnellati li huma “vetturi tqal mingħajr emissjonijiet” kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2019/1242 jew “vetturi tqal b’emissjonijiet baxxi” kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (12), ta’ dak ir-Regolament.

Meta l-prodott, inizjalment prodott mill-attivitajiet klassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NACE C29, u li jkun vettura, komponent tal-mobilità, sistema, unità teknika separata, parti jew spare part kif definit fir-Regolament (UE) 2018/858, jinbiegħ fis-suq sekondarju wara l-emissjoni speċifika ta’ CO2 għall-2030, kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (h), tar-Regolament (UE) 2019/631 huma żero.

Meta l-prodott mibjugħ inizjalment jiġi prodott mill-attivitajiet klassifikati taħt il-kodiċijiet tan-NACE C26 jew C27, il-prodott jikkonforma mad-Direttiva 2009/125/KE u mar-regolamenti ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

Meta l-prodott mibjugħ inizjalment ikun prodott mill-attivitajiet klassifikati taħt il-kodiċijiet NACE C29, u jkun vettura, komponent ta’ mobilità, sistema, unità teknika separata, parti jew spare part kif definiti fir-Regolament (UE) 2018/858, dan jikkonforma mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli reċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi Euro VI stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 jew mar-rekwiżiti tal-aktar stadju applikabbli reċenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief Euro 6 stabbiliti f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jew is-suċċessuri tagħhom. Għall-vetturi tat-triq tal-kategoriji M u N, it-tajers, għajr dawk trattai mill-ġdid, jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-istorbju estern tad-dawrien fl-ogħla klassi popolata u mal-Koeffiċjent tar-Reżistenza għad-Dawrien (li jinfluwenza l-effiċjenza enerġetika tal-vettura) fl-ogħla żewġ klassijiet popolati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kif jista’ jiġi verifikat mir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija (European Product Registry for Energy Labelling, EPREL), fejn applikabbli. It-tajers jikkonformaw mas-suċċessuri tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u tar-Regolament (KE) Nru 595/2009.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

5.5.Prodott bħala servizz u mudelli oħrajn ta’ servizzi orjentati lejn l-użu ċirkolari u lejn ir-riżultati

Deskrizzjoni tal-attività

Il-forniment lill-klijenti (persuna fiżika jew persuna ġuridika) b’aċċess għall-prodotti permezz ta’ mudelli ta’ servizz, li jew huma servizzi orjentati lejn l-użu, fejn il-prodott għadu ċentrali, iżda s-sjieda tiegħu tibqa’ tal-fornitur u l-prodott huwa mikri, kondiviż jew ippuljat; jew orjentati lejn ir-riżultati, fejn il-pagament ikun definit minn qabel u jiġi konsenjat ir-riżultat miftiehem (jiġifieri l-paga għal kull unità ta’ servizz).

L-attività ekonomika tkopri prodotti li huma manifatturati minn attivitajiet ekonomiċi klassifikati taħt il-kodiċijiet NACE C13 Manifattura ta’ tessuti, C14 Manifattura ta’ lbies, C15 Manifattura ta’ ġilda u prodotti relatati, C16 Manifattura ta’ njam u ta’ prodotti tal-injam u tas-sufra, għajr għamara; manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u tal-materjali tal-immaljar, C22 Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik, C23.3 Manifattura ta’ materjali tal-bini tat-tafal, C23.4 Manifattura ta’ prodotti oħrajn tal-porċellana u taċ-ċeramika, C25.1 Manifattura ta’ prodotti tal-metall strutturali, C25.2 Manifattura ta’ tankijiet, ġibjuni u kontenituri tal-metall, C25.7 Manifattura ta’ pożati, għodod u hardware ġenerali, C25.9 Manifattura ta’ prodotti tal-metall fabbrikat oħrajn, C26 Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, C27 Manifattura ta’ tagħmir elettriku, C28.22 Manifattura ta’ tagħmir tal-irfigħ u l-immaniġġar, C28.23 Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju (għajr kompjuters u tagħmir periferali), C28.24 Manifattura ta’ għodod tal-idejn imħaddma bl-enerġija, C28.25 Manifattura ta’ tagħmir mhux domestiku għat-tkessiħ u l-ventilazzjoni, C28.93 Manifattura ta’ makkinarju għall-proċessar tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, għajr makkinarju għall-proċessar tat-tabakk, C28.94 Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tat-tessuti, tal-ilbies u tal-ġilda, C28.95 Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tal-karta u tal-kartun, C28.96 Manifattura ta’ makkinarju tal-plastik u tal-lasktu, C31 Manifattura ta’ għamara u C32 Manifattura oħra.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari G46, G47 u N.77 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-attività tipprovdi lill-klijent (persuni fiżiċi jew ġuridiċi) aċċess għal, u użu ta’ prodott(i), filwaqt li tiżgura li s-sjieda tibqa’ f’idejn il-kumpanija li tipprovdi dan is-servizz, bħal manifattur, speċjalist jew bejjiegħ bl-imnut. It-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali jiżguraw li jiġu sodisfati s-subkriterji kollha li ġejjin:

(a)hemm obbligu għall-fornitur tas-servizz li jieħu lura l-prodott użat fi tmiem il-ftehim kuntrattwali;

(b)hemm obbligu għall-klijent li jagħti lura l-prodott użat fi tmiem il-ftehim kuntrattwali;

(c)il-fornitur tas-servizz jibqa’ sid il-prodott;

(d)il-klijent iħallas għall-aċċess għall-prodott u għall-użu tiegħu, jew ir-riżultat tal-aċċess għal dan il-prodott u l-użu tiegħu.

2. L-attività twassal għal tul ta’ ħajja estiż jew għal żieda fl-intensità tal-użu tal-prodott fil-prattika.

4. Meta l-attività ekonomika tinvolvi l-konsenja ta’ prodotti mballati lill-klijenti (persuna fiżika jew persuna ġuridika) inkluż meta l-attività titħaddem bħala kummerċ elettroniku 180 , l-imballaġġ primarju u sekondarju tal-prodott jikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)l-imballaġġ huwa magħmul minn mill-anqas 65 % ta’ materjal irriċiklat. Meta l-imballaġġ ikun magħmul mill-karta jew mill-kartun, il-materja prima primarja li jifdal tiġi ċċertifikata mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni Forestalii (FSC), mill-Programm għall-Approvazzjoni tal-Iskemi ta’ Ċertifikazzjoni tal-Foresti (PEFC International), jew minn skemi rikonoxxuti ekwivalenti. Ma jintużawx kisjiet bil-plastik jew bil-metalli. Għall-imballaġġ tal-plastik jintużaw biss monomaterjali mingħajr kisi, ma jintużawx polimeri li fihom l-aloġenu. Tiġi provduta dikjarazzjoni ta’ konformità li tispeċifika l-kompożizzjoni materjali tal-imballaġġ u l-ishma tal-materja prima riċiklata u primarja;

(b)l-imballaġġ ġie disinjat biex ikun riutlizzabbli f’sistema għall-użu mill-ġdid 181 . Is-sistema għall-użu mill-ġdid hija stabbilita b’mod li tiżgura l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid f’sistema b’ċirkwit magħluq jew b’ċirkwit miftuħ.

4. Għall-ilbies, fejn l-attività ekonomika tinvolvi l-ħasil tal-ħwejjeġ u t-tindif fin-niexef tal-ilbies użat, l-attività tikkonforma ma’ ekotikketta tat-tip 1 tal-ISO jew ekwivalenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Meta l-attività tinvolvi l-ġenerazzjoni fil-post ta’ tisħin/tkessiħ jew ta’ koġenerazzjoni inkluża l-enerġija, l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra tal-attività huma anqas minn 270 gCO2e/kWh.

L-attività tiżviluppa strateġija li tqis u tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jirriżultaw mis-servizzi upstream u downstream tal-katina tal-valur, inklużi:

(a)il-prodotti intermedji u l-materja prima;

(b)it-trasport tul il-katina tal-valur, inkluż it-trasport bil-baħar u r-ritorn;

(c)il-manutenzjoni u l-operazzjonijiet, inklużi l-ħasil tal-ħwejjeġ u t-tindif;

(d)tmiem il-ħajja, inkluża l-ġestjoni tal-iskart.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli

5.6.Suq għall-kummerċ ta’ oġġetti użati għall-użu mill-ġdid

Deskrizzjoni tal-attività

L-iżvilupp u t-tħaddim ta’ postijiet tas-suq 182 u ta’ klassifikati 183 għall-kummerċ (bejgħ jew skambju) ta’ prodotti, materjali jew komponenti użati għall-użu mill-ġdid, fejn is-swieq u l-klassifikati jaġixxu bħala intermedjarju biex iqabblu x-xerrejja li jkunu qed ifittxu servizz jew prodott ma’ bejjiegħa jew fornituri ta’ dawk il-prodotti jew servizzi.

L-attività ekonomika tkopri l-postijiet tas-suq u l-klassifikati li jappoġġaw il-bejgħ B2B, B2C u minn Klijent għal Klijent (C2C). L-attività tkopri servizzi bħall-konnessjoni bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ, il-pagament jew is-servizz ta’ konsenja.

L-attività ekonomika ma tinkludix in-negozju bl-ingrossa jew bl-imnut ta’ oġġetti użati.

L-attività ekonomika hija relatata ma’ prodotti li huma manifatturati minn attivitajiet ekonomiċi klassifikati taħt il-kodiċijiet NACE C10 Manifattura ta’ prodotti tal-ikel, C11 Manifattura ta’ xorb, C13 Manifattura ta’ tessuti, C14 Manifattura ta’ lbies, C15 Manifattura ta’ ġilda u prodotti relatati, C16 Manifattura ta’ njam u ta’ prodotti tal-injam u tas-sufra, minbarra l-għamara; manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u tal-materjali tat-immaljar, C17 Manifattura ta’ karta u prodotti tal-karta, C18 Stampar u riproduzzjoni ta’ media reġistrata, C22 Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik, C23.3 Manifattura ta’ materjali tal-bini tat-tafal, C23.4 Manifattura ta’ prodotti oħrajn tal-porċellana u taċ-ċeramika, C24 Manifattura ta’ metalli bażiċi, C25.1 Manifattura ta’ prodotti strutturali tal-metall, C25.2 Manifattura ta’ tankijiet, ġibjuni u kontenituri tal-metall, C25.7 Manifattura ta’ pożati, għodod u hardware ġenerali, C25.9 Manifattura ta’ prodotti oħrajn tal-metall fabbrikat, C26 Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi, C27 Manifattura ta’ tagħmir elettriku, C28.22 Manifattura ta’ tagħmir tal-irfigħ u l-immaniġġar, C28.23 Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir tal-uffiċċju (għajr kompjuters u tagħmir periferali), C28.24 Manifattura ta’ għodod tal-idejn imħaddma bl-enerġija, C28.25 Manifattura ta’ tagħmir mhux domestiku għat-tkessiħ u l-ventilazzjoni, C28.93 Manifattura ta’ makkinarju għall-proċessar tal-ikel, tax-xorb u tat-tabakk, għajr makkinarju għall-proċessar tat-tabakk, C28.94 Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni ta’ tessuti, ilbies u ġilda, C28.95 Manifattura ta’ makkinarju għall-produzzjoni tal-karta u tal-kartun, C28.96 Manifattura ta’ makkinarju tal-plastik u tal-lasktu, C31 Manifattura ta’ għamara u C32 Manifattura oħra.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari J58.29, J61, J62 u J63.1 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Attività ekonomika f’din il-kategorija hija attività ta’ faċilitazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1), il-punt (l), tar-Regolament (UE) 2020/852 meta tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar stabbiliti f’din it-Taqsima.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1. L-attività ekonomika tikkonsisti fl-iżvilupp u fl-operat ta’ postijiet tas-suq jew ta’ klassifikati biex jappoġġaw il-bejgħ jew l-użu mill-ġdid ta’ prodotti, ta’ komponenti jew ta’ materjali użati.

L-attività tippermetti l-kummerċ (il-bejgħ jew l-iskambju) għall-użu mill-ġdid ta’ oġġetti użati kif speċifikat fid-deskrizzjoni tal-attività li diġà ntużaw għall-iskop intenzjonat tagħhom minn konsumatur jew minn organizzazzjoni, bit-tiswija jew mingħajrha.

2. Fejn ikunu qed jintużaw servers u prodotti għall-ħżin tad-data:

(a)it-tagħmir użat jikkonforma mar-rekwiżiti għas-servers u għall-prodotti għall-ħżin tad-data stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2009/125/KE;

(b)it-tagħmir użat ma fihx is-sustanzi ristretti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE, ħlief meta l-valuri ta’ konċentrazzjoni skont il-piż f’materjali omoġeni ma jaqbżux dawk elenkati f’dak l-Anness;

(c)hemm fis-seħħ pjan għall-ġestjoni tal-iskart biex jiffavorixxi l-użu mill-ġdid bħala prijorità u r-riċiklaġġ fi tmiem il-ħajja tat-tagħmir elettriku u elettroniku, bħal ftehimiet kuntrattwali mas-sħab tar-riċiklaġġ;

(d)fi tmiem il-ħajja tiegħu, it-tagħmir jitħejja għal operazzjonijiet ta’ użu mill-ġdid, ta’ rkupru jew ta’ riċiklaġġ, jew għat-trattament xieraq, inklużi t-tneħħija tal-fluwidi kollha u trattament selettiv f’konformità mal-Anness VII tad-Direttiva 2012/19/UE.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Fejn qed jintużaw u jitħaddmu ċentri tad-data, l-attività wriet l-aqwa sforzi sabiex jiġu implimentati l-prattiki rilevanti kollha elenkati bħala “prattiki mistennija” fl-aktar verżjoni reċenti tal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data, jew fid-dokument tas-CEN-CENELEC CLC TR50600-99-1 “Data centre facilities and infrastructures - Part 99-1: Recommended practices for energy management” 184 u implimentat il-prattiki mistennija kollha li ġew assenjati l-valur massimu ta’ ħamsa skont l-aktar verżjoni reċenti tal-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar l-Effiċjenza Enerġetika taċ-Ċentri tad-Data.

(2) L-adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(5) Il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

(6) Il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Mhux applikabbli



Appendiċi A: Kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima

I. Kriterji

Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fit-tabella fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi skont il-passi li ġejjin:

(a)    skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)    meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)    il-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)    għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)    għall-attivitajiet l-oħra kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri 185 konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, talanqas, xenarji ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

Il-proġettazzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima 186 , ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ 187 jew bi ħlas.

Għal attivitajiet eżistenti u għal attivitajiet ġodda li jużaw assi fiżiċi eżistenti, l-operatur ekonomiku jimplimenta soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”), fuq perjodu sa 5 snin, li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi identifikati bħala l-aktar importanti li jkunu materjali għal dik l-attività. Jitfassal kif xieraq pjan ta’ adattament għall-implimentazzjoni ta’ dawk is-soluzzjonijiet.

Għal attivitajiet ġodda u għal attivitajiet eżistenti li jużaw assi fiżiċi mibnija ġodda, l-operatur ekonomiku jintegra s-soluzzjonijiet ta’ adattament li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi l-aktar importanti identifikati li jkunu materjali għal dik l-attività fiż-żmien tad-disinn u tal-kostruzzjoni u jkun implimentahom qabel il-bidu tal-operazzjonijiet.

Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra; ikunu konsistenti mal-istrateġiji u mal-pjanijiet ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali; u jikkunsidraw l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura 188 jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra 189 sa fejn ikun possibbli.

II. Klassifikazzjoni tal-perikli relatati mal-klima 190

Relatati mat-temperatura

Relatati mar-riħ

Relatati mal-ilma

Relatati mal-massa solida

Kroniċi

Tibdil fit-temperatura (arja, ilma ħelu, ilma baħar)

Tibdil fix-xejriet tar-riħ

Tibdil fix-xejriet u fit-tipi ta’ preċipitazzjoni (xita, silġ, borra)

Erożjoni kostali

Stress termiku

Varjabbiltà fil-preċipitazzjoni jew idroloġika

Degradazzjoni tal-ħamrija

Varjabbiltà fit-temperatura

Aċidifikazzjoni tal-oċeani

Erożjoni tal-ħamrija

Taħlil tal-permafrost

Intrużjoni salina

Soliflussjoni

Żieda fil-livell tal-baħar

Stress fuq l-ilma

Akuti

Mewġa ta’ sħana

Ċiklun, uragan, tifun

Nixfa

Valanga

Mewġa ta’ kesħa/ġlata

Maltempati (inklużi maltempati tas-silġ, tat-trab u tar-ramel)

Preċipitazzjoni qawwija (xita, silġ, borra)

Uqigħ tal-art

Nirien forestali bla kontroll

Tromba tal-arja

Għargħar (kostali, fjuvjali, pluvjali, tal-ilma tal-pjan)

Ċediment

Kollass ta’ lag glaċjali



Appendiċi B: Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-evitar tal-istress fuq l-ilma huma identifikati u indirizzati bl-għan li jinkiseb status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definiti fil-punti (22) u (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE 191 u pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat skont dan għall-korp jew għall-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Fejn titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE u tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-ilma f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni addizzjonali tal-impatt fuq l-ilma, dment li r-riskji identifikati jkunu ġew indirizzati.

L-attività ma xxekkilx l-ilħuq ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet marini li diġà jinsabu fi stat ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2008/56/KE 192 , filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.



Appendiċi C: Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis fir-rigward tal-użu u tal-preżenza ta’ sustanzi kimiċi

L-attività ma twassalx għall-manifattura, għat-tqegħid fis-suq jew għall-użu ta’:

(a) sustanzi, kemm jekk waħedhom, kif ukoll f’taħlitiet jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (UE) 2019/1021, ħlief fil-każ ta’ sustanzi preżenti bħala kontaminant f’ammonti traċċa mhux intenzjonat;

(b) il-merkurju u l-komposti tal-merkurju, it-taħlitiet tagħhom u l-prodotti miżjudin bil-merkurju kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/852;

(c) sustanzi, kemm jekk waħedhom, kif ukoll f’taħlita jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009;

(d) sustanzi, kemm jekk waħedhom, kif ukoll f’taħlitiet jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE, ħlief meta jkun hemm konformità sħiħa mal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva;

(e) sustanzi, kemm jekk waħedhom, kif ukoll f’taħlitiet jew f’oġġett, elenkati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) 1907/2006, ħlief meta jkun hemm konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet speċifikati f’dak l-Anness;

(f) sustanzi, kemm jekk waħedhom, jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (w/w) u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li kienu identifikati f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament għal perjodu ta’ mill-inqas 18-il xahar, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati 193 .

Addizzjonalment, l-attività ma twassalx għall-manifattura, il-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew it-tqegħid fis-suq, ta’ sustanzi oħra, kemm jekk waħedhom jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (wieght by weight, w/w) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għal waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew mill-kategoriji ta’ periklu msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw taħt kundizzjonijiet ikkontrollati 194 .

Appendiċi D: Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-protezzjoni u għar-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Tlestiet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew skrinjar 195 f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE 196 .

Fejn twettqet VIA, jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom (inkluż in-network ta’ żoni protetti ta’ Natura 2000, siti ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO u Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa 197 , fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa 198 .

(1)    “Imballaġġ għall-kuntatt sensittiv” tfisser imballaġġ li huwa maħsub biex jintuża fi kwalunkwe applikazzjoni għall-imballaġġ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003 p. 29), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4), ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1831/2003 u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1), ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59), ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparat mediku, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1), ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176), ir-Regolament (UE) 2019/4 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf medikat, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 1), ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43), id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67), jew id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).
(2)    “Riutlizzabbli” u “sistema għall-użu mill-ġdid” huma definiti u implimentati f’konformità mar-rekwiżiti dwar is-sistemi tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, inkluż kwalunkwe standard relatat mal-għadd ta’ rotazzjonijiet f’sistema għall-użu mill-ġdid.
(3)    Il-Kummissjoni se tirrieżamina dawn il-kundizzjonijiet ladarba tiġi adottata r-reviżjoni tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
(4)    Il-materja prima tal-bijoskart sostenibbli tirreferi għall-bijoskart industrijali u għall-bijoskart muniċipali, din teskludi l-bijomassa primarja fin-nuqqas ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà maqbula legalment.
(5)    Il-Kummissjoni se tirrieżamina dawn il-kundizzjonijiet ladarba tiġi adottata r-reviżjoni tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
(6)    “Unità tal-imballaġġ” tfisser unità sħiħa, inkluż kwalunkwe komponent integrat jew separat, li flimkien iservu l-funzjoni tal-imballaġġ bħaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġar, il-konsenja, il-ħżin, it-trasport u l-preżentazzjoni tal-prodotti, u tinkludi unitajiet indipendenti tal-imballaġġ kollettiv jew għat-trasport fejn jintremew qabel il-punt tal-bejgħ.
(7)    “Rata ta’ riċiklaġġ” hija l-proporzjon ta’ skart iġġenerat li jiġi riċiklat.
(8)    ISO 16290:2013, Space systems — Definition of the Technology Readiness Levels (TRLs) and their criteria of assessment, (il-verżjoni ta’ [data ta’ adozzjoni]: https://www.iso.org/obp/ui/#iso:std:iso:16290:ed-1:v1:en) .  
(9)    Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(10)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2279 tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-użu tal-metodi tal-Impronta Ambjentali għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 471, 30.12.2021, p. 1).
(11)    L-Istandard ISO 14067:2018, Gassijiet serra – impronta tal-karbonju tal-prodotti – rekwiżiti u linji gwida għall-kwantifikazzjon, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/standard/71206.html).
(12)    L-istandard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/standard/66453.html).
(13)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/902 tat-30 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni tat-trattament jew tal-immaniġġjar tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 23).
(14)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2427 tas-6 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għal sistemi komuni ta’ ġestjoni u trattament tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku (ĠU L 318, 12.12.2022, p. 157).
(15)    Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the Production of Polymers (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/pol_bref_0807.pdf)
(16)    Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the Large Volumes Inorganic Chemicals- Solids and Others industry, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic-s_bref_0907.pdf).
(17)    Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the manufacture of Large Volume Inorganic Chemicals - Ammonia, Acids and Fertilisers (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic_aaf.pdf ).  
(18)    The Best Available Techniques Reference Document (BREF) for Manufacture of Organic Fine Chemicals (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/ofc_bref_0806.pdf).
(19)    The Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the production of speciality inorganic chemicals (SIC), (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/reference/production-speciality-inorganic-chemicals).
(20)    Batterija portabbli tfisser kwalunkwe batterija li tkun issiġillata u li tiżen inqas minn jew ugwali għal 5 kg u li ma tkunx iddisinjata għal skopijiet industrijali. Il-batterija portabbli la hija batterija ta’ vettura elettrika u lanqas batterija awtomotiva.
(21)    Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).
(22)    Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(23)    Ir-Regolament (UE) Nru 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).
(24)    “Klassi ta’ tiswija” tfisser klassi li tesprimi l-kapaċità ta’ oġġett li jissewwa, fuq il-bażi ta’ metodu stabbilit f’konformità mad-dritt tal-Unjoni [placeholder: l- Artikolu XX tal-Att dwar it-Tikkettar tal-Enerġija].
(25)    “Sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li tipprovdi servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni professjonali ta’ prodotti taħt din l-attività.
(26)    L-ispare parts ewlenin huma partijiet li jintużaw għat-tiswija jew għar-rinnovazzjoni ta’ prodott difettuż. Għall-prodotti koperti mir-rekwiżiti dwar id-disponibbiltà tal-ispare parts skont id-Direttiva 2009/125/KE u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dik id-Direttiva, l-ispare parts ewlenin jitqiesu bħala dawk elenkati fl-Anness tal-att ta’ implimentazzjoni l-aktar reċenti għal kull grupp ta’ prodotti.
(27)    Id-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE (ĠU L 136, 22.5.2019, p. 28).
(28)    I4R Platform (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: tinsab fuq https://i4r-platform.eu/about/).
(29)    Il-materja prima kritika hija definita bħala l-elementi elenkati fil-Lista tal-Materja Prima Kritika tal-UE (stabbilita permezz ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar (COM/2020/474 final) jew leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.
(30)    Il-verżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2023; tinsab fuq https://echa.europa.eu/scip-database.
(31)    IEC 62474 - Dikjarazzjoni Materjali għall-Prodotti tal-Industrija Elettroteknika u għaliha.
(32)    IEC 82474- Dikjarazzjoni tal-Materjal — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali
(33)    EN 45555:2019 Metodi ġenerali għall-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà u l-irkupru ta’ prodotti relatati mal-enerġija.
(34)    Ir-Regolament (UE 2023/XX) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2019/1020.
(35)    Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195).
(36)    Ir-rekwiżit jimmira lejn l-ogħla tliet klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika li huma popolati, li fihom tal-anqas xi prodotti jkunu fis-suq. Sabiex wieħed jifhem liema klassijiet huma l-aktar popolati li fihom tal-anqas xi prodotti jkunu fis-suq, ħarsa ġenerali lejn il-prodotti disponibbli fis-suq (fuq il-bażi ta’ data uffiċjali) hija provduta mill-Bażi tad-Data Ewropea tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija.
(37)    Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(38)    Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1).
(39)    Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1)
(40)    “Ilma Reklamat” tfisser ilma mormi urban li jkun ġie trattat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE u li jirriżulta minn trattament ulterjuri f’impjant ta’ reklamazzjoni.
(41)    “Ilma griż” tfisser ilma mormi mhux trattat li ma jkunx ġie kontaminat minn xi skariku tat-toilet. L-ilma griż jinkludi l-ilma mormi mill-banjijiet, mid-doxxi, mis-sinkijiet tal-kmamar tal-banju, mill-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ u mis-sinkijiet tal-ħasil tal-ħwejjeġ.
(42)    Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).
(43)    Pereżempju, billi jiġi segwit IPCC guidelines for national GHG inventories for waste water treatment (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.ipccnggip.iges.or.jp/public/2019rf/pdf/5_Volume5/19R_V5_6_Ch06_Wastewater.pdf)
(44)    “Skart perikoluż” huwa skart li juri waħda jew aktar mill-proprjetajiet perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li jħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3). Dan jinkludi flussi bħal frazzjonijiet ta’ skart perikoluż prodotti mill-unitajiet domestiċi, żjut għar-rimi, batteriji, skart mhux imnaddaf mit-tniġġis minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), vettura ta’ tmiem il-ħajja mhux imnaddfa mit-tniġġis, skart mediku, eċċ. Klassifikazzjoni komprensiva tal-iskart perikoluż tista’ tinstab fil-Lista Ewropea tal-Iskart (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE).
(45)    “Preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru, li bihom prodotti jew komponenti ta’ prodotti li jkunu saru skart jiġu preparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor.
(46)    “Riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm għall-iskop oriġinali kif ukoll għal skopijiet oħrajn. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix l-irkupru ta’ enerġija, jew l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid.
(47)    Dan jinkludi tessuti, ħwejjeġ/ilbies, xedd is-saqajn, u aċċessorji, bħal ċinturini jew kpiepel.
(48)    Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(49)    Ara “Guidance for separate collection of municipal waste” tal-Kummissjoni Ewropea, taqsima 3.1 (Inċentivi ekonomiċi), tinsab fuq: https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/bb444830-94bf-11ea-aac4-01aa75ed71a1 .
(50)    F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(51)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).
(52)    Il-proċessi tal-produzzjoni jirreferu għal kwalunkwe tip ta’ attività ekonomika li tipproduċi materjal, prodott jew assi; il-materjali rkuprati jirreferu għall-output tal-proċess ta’ rkupru.
(53)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).
(54)    ISO 14067:2018(en), Gassijiet serra — Impronta tal-karbonju tal-prodotti — Rekwiżiti u linji gwida għall-kwantifikazzjon, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/obp/ui#iso:std:iso:14067:ed-1:v1:en).
(55)    ISO 14064-1:2018(en), Gassijiet serra — Parti 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/obp/ui/#iso:std:iso:14064:-1:en).
(56)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1147 tal-10 ta’ Awwissu 2018 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 208, 17.8.2018, p. 38-90).
(57)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1147.
(58)    EN 13432:2000 Packaging - Requirements for packaging recoverable through composting and biodegradation - Test scheme and evaluation criteria for the final acceptance of packaging.
(59)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1147.
(60)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1147.
(61)    Sustanza, taħlita jew komponent huwa identifikabbli jekk jista’ jiġi monitorjat biex jiġi verifikat jekk it-trattament huwiex sikur għall-ambjent.
(62)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119).
(63)    Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1).
(64)    Fil-livell tal-Unjoni, ir-rekwiżiti applikabbli huma stabbiliti għall-WEEE mid-Direttiva 2012/19/UE u għall-ELVs mid-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34).
(65)    EN 50625-1:2014 Collection, logistics & Treatment requirements for WEEE - Part 1: General treatment requirements.
(66)    EN 50625-2-1:2014 Collection, logistics and treatment requirements for WEEE - Part 2-1: Treatment requirements for lamps.
(67)    EN 50625-2-2:2015 Collection, logistics & Treatment requirements for WEEE - Part 2-2: Treatment requirements for WEEE containing CRTs and flat panel displays.
(68)    EN 50625-2-3:2017 Collection, logistics & treatment requirements for WEEE - Part 2-3: Treatment requirements for temperature exchange equipment and other WEEE containing VFC and/or VHC.
(69)    EN 50625-2-4:2017 Collection, logistics & treatment requirements for WEEE - Part 2-4: Treatment requirements for photovoltaic panels.
(70)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1147.
(71)    F’konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3) u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u mal-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart.
(72)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1147.
(73)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1147.
(74)    Il-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, l-Anness F (verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/20509/).
(75)    “Preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru, li bihom prodotti jew komponenti ta’ prodotti li jkunu saru skart jiġu preparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor. Dan jinkludi, pereżempju, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ ċerti partijiet ta’ binjiet bħal elementi tas-saqaf, twieqi, bibien, briks, ġebel jew elementi tal-konkrit. Prerekwiżit għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tal-elementi tal-bini huwa normalment id-dekostruzzjoni selettiva tal-binjiet jew strutturi oħrajn.
(76)    “Riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm għall-iskop oriġinali kif ukoll għal skopijiet oħrajn. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix l-irkupru ta’ enerġija, jew l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid.
(77)    “Radam mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru fejn l-iskart mhux perikoluż xieraq jintuża għal skopijiet ta’ reklamazzjoni f’żoni skavati jew għal skopijiet ta’ inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art. L-iskart użat għar-radam mill-ġdid irid jissostitwixxi materjali mhux ta’ skart, ikun adattat għall-finijiet imsemmija hawn fuq, u jkun limitat għall-ammont strettament meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(78)    Ara Level(s) indicator 2.2: Construction and demolition waste and materials, User Manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.2_v1.1_40pp.pdf . Għar-rapportar, għandha tintuża l-ispreadsheet Excel li tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: Mudell tal-excel tal-Iskart u materjal tal-Kostruzzjoni u tad-Demolizzjoni (CDW): għall-estimu (Livell 2) u r-reġistrazzjoni (Livell 3) tal-ammonti u tat-tipi ta’ CDW u tad-destinazzjonijiet finali tagħhom (il-verżjoni 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/product-groups/412/documents.
(79)    Il-GWP jiġi komunikat bħala indikatur numeriku għal kull stadju tul iċ-ċiklu tal-ħajja espress bħala kgCO2e/m2 (ta’ erja tas-superfiċje interna utli) fuq medja ta’ sena ta’ perjodu ta’ studju ta’ referenza ta’ 50 sena. L-għażla tad-data, id-definizzjoni tax-xenarju u l-kalkoli jsiru f’konformità mal-istandard EN 15978 (BS EN 15978:2011). L-ambitu tal-elementi ta’ bini u tat-tagħmir tekniku huwa kif iddefinit fil-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE għall-indikatur 1.2. Skont il-format tar-rapportar tal-indikatur 1.2 tal-Livell(i), l-indikatur jiġi komunikat bħala GWP fossili, GWP bijoġeniku, GWP tal-użu tal-art u tibdil fl-użu tal-art, kif ukoll is-somma ta’ dawn (GWP ġenerali). Meta tkun teżisti għodda ta’ kalkolu nazzjonali, jew din tkun meħtieġa sabiex issir divulgazzjoni jew jinkisbu permessi tal-bini, tista’ tintuża l-għodda rispettiva sabiex tiġi provduta d-divulgazzjoni meħtieġa. Jistgħu jintużaw għodod ta’ kalkolu oħrajn jekk dawn jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti mill-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE, ara l-indikatur tal-Livell(i) 1.2: Lifecycle Global Warming Potential (GWP), User manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_1.2_v1.1_37pp.pdf.
(80)    Ara Level(s) indicator 2.3: Design for adaptability and renovation, User manual: introductory briefing, instruction and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.3_v1.1_23pp.pdf.
(81)    Ara Level(s) indicator 2.4: Design for deconstruction user manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.4_v1.1_18pp.pdf.
(82)    Għall-finijiet tal-Att Delegat, “materja prima sekondarja” tfisser materjali li tħejjew għall-użu mill-ġdid jew ġew irriċiklati f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, u ma ba qgħux skart skont l-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva.
(83)    Dan jikkonċerna l-konkrit materjali, inklużi l-ingredjenti kostitwenti tiegħu (pereżempju, l-aggregati). Kwalunkwe rinforz tal-azzar huwa eskluż billi dan huwa materjal differenti li jista’ jitqies taħt il-metalli.
(84)    Il-materjali b’bażi bijoloġika jsiru bl-użu ta’ riżorsi bijoloġiċi (annimali, pjanti, mikroorganiżmi u bijomassa derivata, inkluż l-iskart organiku), kif definit f’COM(2018) 673. Dawn jinkludu materjali konvenzjonali b’bażi bijoloġika magħmula tradizzjonalment mill-bijomassa (bħall-injam, is-sufra, il-gomma naturali, il-karta, it-tessuti, il-materjali tal-kostruzzjoni tal-injam) u materjali żviluppati aktar reċentement bħal sustanzi kimiċi b’bażi bijoloġika jew plastik b’bażi bijoloġika.
(85)    Ara Level(s) indicator 2.1: Bill of Quantities, materials and lifespans, User manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.1_v1.1_34pp.pdf. Għar-rapportar, għandha tintuża l-ispreadsheet Excel li tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: Mudell tal-excel tal-iskeda tal-Kwantitajiet, tal-materjali u tat-tul tal-ħajja: għall-estimu (Livell 2) u r-reġistrazzjoni (Livell 3) tax-xiri ta’ kwantitajiet u kostijiet materjali (il-verżjoni 1.2), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/product-groups/412/documents.
(86)    L-istandard ISO 22057:2022, Sustainability in buildings and civil engineering works — Data templates for the use of environmental product declarations (environmental product declarations, EPDs) for construction products in building information modelling (building information modelling, BIM) (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/standard/72463.html).
(87)    L-ammont kalkolat tal-enerġija meħtieġa sabiex tiġi sodisfata d-domanda għall-enerġija assoċjata mal-użi tipiċi ta’ bini espressa b’indikatur numeriku ta’ użu ta’ enerġija primarja totali f’kWh/m2 fis-sena u fuq il-bażi tal-metodoloġija ta’ kalkolu nazzjonali rilevanti u kif murija fuq iċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC).
(88)    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(89)    Tapplika għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati, għall-iżolazzjoni interna u għat-trattamenti tas-superfiċje interna, bħal dawk għat-trattament tal-umdità u tal-moffa.
(90)    CEN/TS 16516: 2013, Prodotti tal-kostruzzjoni - Valutazzjoni tar-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi - Determinazzjoni tal-emissjonijiet fl-arja interna.
(91)    ISO 16000-3:2011, Arja interna — Parti 3: Determinazzjoni tal-formaldeid u ta’ komposti oħra tal-karbonil fl-arja interna u fl-arja tal-kompartiment tal-ittestjar — Metodu ta’ kampjunar attiv.
(92)    Il-limiti tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili karċinoġeniċi huma relatati ma’ perjodu ta’ ttestjar ta’ 28 jum.
(93)    ISO 18400 serje dwar il-Kwalità tal-ħamrija — Kampjunar.
(94)    JRC ESDCA, LUCAS: Stħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://esdac.jrc.ec.europa.eu/projects/lucas).
(95)    IUCN, The IUCN Red List of Threatened Species (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iucn.org/regions/europe/our-work/biodiversity-conservation/european-red-list-threatened-species).
(96)    IUCN, The IUCN Red List of Threatened Species (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iucnredlist.org).
(97)    Art mifruxa fuq aktar minn 0,5 ettari b’siġar ogħla minn 5 metri u b’kopertura ta’ qċaċet ta’ aktar minn 10 %, jew b’siġar li jistgħu jilħqu dawk il-limiti in situ. Ma tinkludix art li fil-biċċa l-kbira tagħha hija taħt użu agrikolu jew urban tal-art, FAO Global Resources Assessment 2020. Terms and definitions. (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: http://www.fao.org/3/I8661EN/i8661en.pdf).
(98)    Il-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, l-Anness F (verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/20509/).
(99)    “Preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru, li bihom prodotti jew komponenti ta’ prodotti li jkunu saru skart jiġu preparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor. Dan jinkludi, pereżempju, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ ċerti partijiet ta’ binjiet bħal elementi tas-saqaf, twieqi, bibien, briks, ġebel jew elementi tal-konkrit. Prerekwiżit għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tal-elementi tal-bini huwa normalment id-dekostruzzjoni selettiva tal-binjiet jew strutturi oħrajn.
(100)    “Riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm għall-iskop oriġinali kif ukoll għal skopijiet oħrajn. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix l-irkupru ta’ enerġija, jew l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid.
(101)    “Radam mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru fejn l-iskart mhux perikoluż xieraq jintuża għal skopijiet ta’ reklamazzjoni f’żoni skavati jew għal skopijiet ta’ inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art. L-iskart użat għar-radam mill-ġdid irid jissostitwixxi materjali mhux ta’ skart, ikun adattat għall-finijiet imsemmija hawn fuq, u jkun limitat għall-ammont strettament meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(102)    Ara Level(s) indicator 2.2: Construction and demolition waste and materials, User Manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.2_v1.1_40pp.pdf . Għar-rapportar, għandha tintuża l-ispreadsheet Excel li tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: Mudell tal-excel tal-Iskart u materjal tal-Kostruzzjoni u tad-Demolizzjoni (CDW): għall-estimu (Livell 2) u r-reġistrazzjoni (Livell 3) tal-ammonti u tat-tipi ta’ CDW u tad-destinazzjonijiet finali tagħhom (il-verżjoni 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/product-groups/412/documents .
(103)    Il-GWP jiġi komunikat bħala indikatur numeriku għal kull stadju tul iċ-ċiklu tal-ħajja espress bħala kgCO2e/m2 (ta’ erja tas-superfiċje interna utli) fuq medja ta’ sena ta’ perjodu ta’ studju ta’ referenza ta’ 50 sena. L-għażla tad-data, id-definizzjoni tax-xenarju u l-kalkoli jsiru f’konformità mal-istandard EN 15978 (BS EN 15978:2011. Sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-bini. Metodu ta’ kalkolu). L-ambitu tal-elementi ta’ bini u tat-tagħmir tekniku huwa kif iddefinit fil-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE għall-indikatur 1.2. Meta tkun teżisti għodda ta’ kalkolu nazzjonali, jew din tkun meħtieġa sabiex isir żvelar jew jinkisbu permessi tal-bini, tista’ tintuża l-għodda rispettiva sabiex jiġi pprovdut l-iżvelar meħtieġ. Jistgħu jintużaw għodod ta’ kalkolu oħrajn jekk dawn jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti mill-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE, ara l-indikatur tal-Livell(i) 1.2: Lifecycle Global Warming Potential (GWP), User manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_1.2_v1.1_37pp.pdf .  
(104)    Ara Level(s) indicator 2.3: Design for adaptability and renovation, User manual: introductory briefing, instruction and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.3_v1.1_23pp.pdf .
(105)    Ara Level(s) indicator 2.4: Design for deconstruction user manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.4_v1.1_18pp.pdf.
(106)    International Property Measurement Standards: All Buildings. Ippubblikat mill-Koalizzjoni Internazzjonali tal-Istandards għall-Kejl tal-Proprjetà (International Property Measurement Standards Coalition, IPMSC), https://ipmsc.org/.
(107)    Għall-finijiet tal-Att Delegat, “materja prima sekondarja” tfisser materjali li tħejjew għall-użu mill-ġdid jew ġew irriċiklati f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, u ma ba qgħux skart skont l-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva.
(108)    Dan jikkonċerna l-konkrit materjali, inklużi l-ingredjenti kostitwenti tiegħu (pereżempju, l-aggregati). Kwalunkwe rinforz tal-azzar huwa eskluż billi dan huwa materjal differenti li jista’ jitqies taħt il-metalli.
(109)    Il-materjali b’bażi bijoloġika jsiru bl-użu ta’ riżorsi bijoloġiċi (annimali, pjanti, mikroorganiżmi u bijomassa derivata, inkluż l-iskart organiku), kif definit f’COM(2018) 673. Dawn jinkludu materjali konvenzjonali b’bażi bijoloġika magħmula tradizzjonalment mill-bijomassa (bħall-injam, is-sufra, il-gomma naturali, il-karta, it-tessuti, il-materjali tal-kostruzzjoni tal-injam) u materjali żviluppati aktar reċentement bħal sustanzi kimiċi b’bażi bijoloġika jew plastik b’bażi bijoloġika.
(110)    Ara Level(s) indicator 2.1: Bill of Quantities, materials and lifespans, User manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.1_v1.1_34pp.pdf. Għar-rapportar, għandha tintuża l-ispreadsheet Excel li tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: Mudell tal-excel tal-iskeda tal-Kwantitajiet, tal-materjali u tat-tul tal-ħajja: għall-estimu (Livell 2) u r-reġistrazzjoni (Livell 3) tax-xiri ta’ kwantitajiet u kostijiet materjali (il-verżjoni 1.2), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/product-groups/412/documents.
(111)    L-istandard ISO 22057:2022, Sustainability in buildings and civil engineering works — Data templates for the use of environmental product declarations (EPDs) for construction products in building information modelling (BIM) (il-verżjoni ta’ April 2022) , https://www.iso.org/standard/72463.html .  
(112)    Tapplika għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, (inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati), għall-iżolazzjoni interna u għat-trattamenti tas-superfiċje interna, bħal pereżempju għat-trattament tal-umdu u tal-moffa.
(113)    ISO 16000-3:2011, Arja interna — Parti 3: Determination of formaldehyde and other carbonyl compounds in indoor air and test chamber air — Active sampling method (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/standard/51812.html).
(114)    Ara l-attivitajiet elenkati mill-Istandard Internazzjonali tal-Ġestjoni tal-Kostijiet fl-“ICMS: Global Consistency in Presenting Construction Life Cycle Costs and Carbon Emissions, it-tielet edizzjoni, Tabella 1: ICMS Projects with their corresponding codes”, https://icmscblog.files.wordpress.com/2021/11/icms_3rd_edition_final.pdf.
(115)    Ara Level(s) indicator 2.2: Construction and Demolition waste and materials, User manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.2_v1.1_40pp.pdf
(116)    Guidelines for the waste audits before demolition and renovation works of buildings. EU Construction and Demolition Waste Management, Mejju 2018: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/31521/attachments/1/translations/en/renditions/native. Għar-rapportar tal-estimi tal-Iskart tad-Demolizzjoni tal-Livell 2, għandha tintuża l-ispreadsheet Excel li tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: Mudell tal-excel tal-Iskart u materjal tal-Kostruzzjoni u tad-Demolizzjoni (CDW): għall-estimu (Livell 2) u r-reġistrazzjoni (Livell 3) tal-ammonti u tat-tipi ta’ CDW u tad-destinazzjonijiet finali tagħhom (il-verżjoni 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/product-groups/412/documents.
(117)     Guidelines for the waste audits before demolition and renovation works of buildings. EU Construction and Demolition Waste Management, Mejju 2018: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/31521/attachments/1/translations/en/renditions/native. Għar-rapportar tal-estimi tal-Iskart tal-Kostruzzjoni u tad-Demolizzjoni tal-Livell 3, għandha tintuża l-ispreadsheet Excel li tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni: Mudell tal-excel tal-Iskart u materjal tal-Kostruzzjoni u tad-Demolizzjoni (CDW): għall-estimu (Livell 2) u r-reġistrazzjoni (Livell 3) tal-ammonti u tat-tipi ta’ CDW u tad-destinazzjonijiet finali tagħhom (il-verżjoni 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/product-groups/412/documents. Għal dan, kull tip ta’ skart tad-demolizzjoni jiġi tikkettat bil-kodiċi xieraq b’sitt ċifri mil-Lista Ewropea tal-Iskart stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE. Meta jiġi inkluż it-tip ta’ trattament tal-iskart fl-ispreadsheet Excel (jiġifieri l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ, għall-irkupru tal-materjal, għall-irkupru tal-enerġija jew għar-rimi), tiġi inkluża evidenza li l-operaturi ekonomiċi li jirċievu l-iskart għandhom il-kapaċità teknika li jwettqu dan it-trattament. Din l-evidenza tista’ tikkonsisti f’link għall-paġni web tal-kumpanija fejn din tkun dokumentata jew dikjarazzjoni ffirmata minn rappreżentant tal-kumpanija. Fejn it-trattament isir fuq is-sit tad-demolizzjoni, bħall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ fil-post, l-evidenza aċċettabbli tista’ tikkonsisti f’dikjarazzjoni ffirmata minn rappreżentant tal-kumpanija.
(118)    “Preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru, li bihom prodotti jew komponenti ta’ prodotti li jkunu saru skart jiġu preparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor. Dan jinkludi, pereżempju, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ ċerti partijiet ta’ binjiet bħal elementi tas-saqaf, twieqi, bibien, briks, ġebel jew elementi tal-konkrit. Prerekwiżit għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tal-elementi tal-bini huwa normalment id-dekostruzzjoni selettiva tal-binjiet jew strutturi oħrajn.
(119)    “Riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm għall-iskop oriġinali kif ukoll għal skopijiet oħrajn. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix l-irkupru ta’ enerġija, jew l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid.
(120)    “Radam mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru fejn l-iskart mhux perikoluż xieraq jintuża għal skopijiet ta’ reklamazzjoni f’żoni skavati jew għal skopijiet ta’ inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art. L-iskart użat għar-radam mill-ġdid irid jissostitwixxi materjali mhux ta’ skart, ikun adattat għall-finijiet imsemmija hawn fuq, u jkun limitat għall-ammont strettament meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(121)    Ara Level(s) indicator 2.2: Construction and demolition waste and materials, User Manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.2_v1.1_40pp.pdf
(122)    Ara l-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni 849/2010 għal kategorizzazzjoni tal-iskart minerali mhux perikoluż mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32010R0849&from=EN
(123)    “Kapaċità għas-servizz” tirreferi għall-kundizzjonijiet li bihom assi mibni xorta jitqies sikur għall-użu.
(124)    “Livell ta’ servizz” tirreferi għal miżura kwalitattiva jew kwantitattiva biex tiġi valutata l-kapaċità tal-infrastruttura li tindirizza d-domandi tat-traffiku mqiegħda fuqha.
(125)    “Ħajja operattiva” tirreferi għall-perjodu tal-użu fis-servizz, jiġifieri mid-data tal-kostruzzjoni sad-data tar-rikostruzzjoni jew tad-demolizzjoni.
(126)    “Preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru, li bihom prodotti jew komponenti ta’ prodotti li jkunu saru skart jiġu preparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor. Dan jinkludi, pereżempju, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ ċerti partijiet ta’ binjiet bħal elementi tas-saqaf, twieqi, bibien, briks, ġebel jew elementi tal-konkrit. Prerekwiżit għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tal-elementi tal-bini huwa normalment id-dekostruzzjoni selettiva tal-binjiet jew strutturi oħrajn.
(127)    “Riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm għall-iskop oriġinali kif ukoll għal skopijiet oħrajn. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix l-irkupru ta’ enerġija, jew l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid.
(128)    “Radam mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru fejn l-iskart mhux perikoluż xieraq jintuża għal skopijiet ta’ reklamazzjoni f’żoni skavati jew għal skopijiet ta’ inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art. L-iskart użat għar-radam mill-ġdid irid jissostitwixxi materjali mhux ta’ skart, ikun adattat għall-finijiet imsemmija hawn fuq, u jkun limitat għall-ammont strettament meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(129)    Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni. Il-Kriterji tal-UE għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku għad-Disinn, il-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni tat-Toroq (SWD(2016) 203), 2016, p. 17, il-kolonna “kriterji komprensivi”, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/environment/gpp/pdf/toolkit/roads/EN.pdf).
(130)    Għall-finijiet tal-Att Delegat, “materja prima sekondarja” tfisser materjali li tħejjew għall-użu mill-ġdid jew ġew irriċiklati f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, u ma ba qgħux skart skont l-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva.
(131)    Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni. Il-kriterji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE għad-Disinn tat-Toroq, il-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni (SWD(2016) 203), 2016, p. 15, il-kolonna “kriterji komprensivi”, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/environment/gpp/pdf/toolkit/roads/EN.pdf).
(132)    “Il-manutenzjoni ta’ oġġetti tal-inġinerija ċivili” hija definita bħala l-azzjonijiet kollha meħuda biex jiġu mantnuti u restawrati il-kapaċità għas-servizz u l-livell ta’ servizz tat-toroq.
(133)    Il-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, l-Anness F (verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/20509/).
(134)    “Preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru, li bihom prodotti jew komponenti ta’ prodotti li jkunu saru skart jiġu preparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor. Dan jinkludi, pereżempju, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid ta’ ċerti partijiet ta’ binjiet bħal elementi tas-saqaf, twieqi, bibien, briks, ġebel jew elementi tal-konkrit. Prerekwiżit għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid tal-elementi tal-bini huwa normalment id-dekostruzzjoni selettiva tal-binjiet jew strutturi oħrajn.
(135)    “Riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm għall-iskop oriġinali kif ukoll għal skopijiet oħrajn. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix l-irkupru ta’ enerġija, jew l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid.
(136)    “Radam mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru fejn l-iskart mhux perikoluż xieraq jintuża għal skopijiet ta’ reklamazzjoni f’żoni skavati jew għal skopijiet ta’ inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art. L-iskart użat għar-radam mill-ġdid irid jissostitwixxi materjali mhux ta’ skart, ikun adattat għall-finijiet imsemmija hawn fuq, u jkun limitat għall-ammont strettament meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.
(137)    Ara Level(s) indicator 2.3: Design for adaptability and renovation, User manual: introductory briefing, instruction and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau//sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.3_v1.1_23pp.pdf .
(138)    Ara Level(s) indicator 2.4: Design for deconstruction user manual: introductory briefing, instructions and guidance (Publication version 1.1), https://susproc.jrc.ec.europa.eu/product-bureau/sites/default/files/2021-01/UM3_Indicator_2.4_v1.1_18pp.pdf .
(139)    Għall-finijiet tal-Att Delegat, “materja prima sekondarja” tfisser materjali li tħejjew għall-użu mill-ġdid jew ġew irriċiklati f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, u ma ba qgħux skart skont l-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva.
(140)    L-istandard ISO 22057:2022, Sustainability in buildings and civil engineering works - Data templates for the use of environmental product declarations (EPDs) for construction products in building information modelling (BIM) (il-verżjoni ta’ April 2022), https://www.iso.org/standard/72463.html .  
(141)    Kalkolati f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/331.
(142)    Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u l-2017 (tunnellati ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, determinat fuq il-bażi ta’ informazzjoni verifikata dwar l-effiċjenza ta’ gassijiet serra tal-installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.
(143)    Li jirrifletti l-valur medjan tal-installazzjonijiet fl-2016 u fl-2017 (tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2/t) tad-data miġbura għall-klinker tas-siment griż fil-kuntest tal-istabbiliment tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447, immultiplikat bil-proporzjon ta’ klinker tas-siment (0,65), determinat fuq il-bażi ta’ informazzjoni verifikata tal-effiċjenza tal-gassijiet serra ta’ installazzjonijiet rapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE.
(144)    Tapplika għaż-żebgħat u għall-verniċi, għall-madum tas-saqaf, għall-koperturi tal-art, inklużi l-adeżivi u s-siġillanti assoċjati, għall-iżolazzjoni interna u għat-trattamenti tas-superfiċje interna, bħal dawk għat-trattament tal-umdità u tal-moffa.
(145)    CEN/TS 16516: 2013, Prodotti tal-kostruzzjoni - Valutazzjoni tar-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi - Determinazzjoni tal-emissjonijiet fl-arja interna.
(146)    ISO 16000-3:2011, Arja interna — Parti 3: Determinazzjoni tal-formaldeid u ta’ komposti oħra tal-karbonil fl-arja interna u fl-arja tal-kompartiment tal-ittestjar — Metodu ta’ kampjunar attiv.
(147)    Il-limiti tal-emissjonijiet għall-komposti organiċi volatili karċinoġeniċi huma relatati ma’ perjodu ta’ ttestjar ta’ 28 jum.
(148)    Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali - Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-Laqgħa Konċiljatorja dwar id-Direttiva relatata mal-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).
(149)    “Software” tinkludi software fil-post u bbażat fuq il-cloud.
(150)    “Sistemi tal-IT jew tal-OT” tinkludi prodotti konnessibbli, sensuri, analitika u software ieħor, u teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għat-trażmissjoni, il-ħżin u l-wiri tad-data u l-ġestjoni tas-sistema.
(151)    “Oġġetti tal-konsum” huma komoditajiet mhux durabbli li huma maħsuba biex jintużaw, jitnaqqsu jew jiġu sostitwiti. Dawn jistgħu jkunu meħtieġa għall-funzjonament ta’ prodott għall-konsumatur, jew jintużaw fil-manifattura, mingħajr ma jiġu inkorporati fil-prodott lest.
(152)    L-istandard ISO 14067:2018, Gassijiet serra — Impronta tal-karbonju tal-prodotti – Rekwiżiti u linji gwida għall-kwantifikazzjon, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/standard/71206.html).
(153)    L-istandard ISO 14040:2006 Ġestjoni ambjentali — Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja — Prinċipji u qafas (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/standard/37456.html).
(154)    L-istandard ISO 14067:2018, Gassijiet serra — Impronta tal-karbonju tal-prodotti – Rekwiżiti u linji gwida għall-kwantifikazzjon, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/standard/71206.html).
(155)    L-istandard ISO 14040:2006 Ġestjoni ambjentali — Valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja — Prinċipji u qafas (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/standard/37456.html).
(156)    L-informazzjoni minima tinkludi r-rekwiżiti tat-tikkettar tal-enerġija skont ir-regolament qafas tal-Unjoni dwar it-tikkettar enerġetiku, l-informazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru1272/2008, informazzjoni dwar is-Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna f’oġġetti bħala tali jew f’oġġetti (Prodotti) kumplessi stabbiliti skont id-Direttiva 2008/98/KE jew informazzjoni dwar is-sikurezza jew il-garanzija.
(157)    Il-“prestazzjoni taċ-ċirkolarità” għandha tiġi valutata fuq il-bażi ta’: i) id-durabbiltà, l-affidabbiltà, l-użu mill-ġdid, it-titjib fil-grad, il-possibbiltà ta’ tiswija, il-faċilità tal-manutenzjoni u r-rinnovazzjoni tal-prodott; ii) il-preżenza ta’ sustanzi li jinibixxu ċ-ċirkolarità tal-prodotti u tal-materjali; iii) l-użu tal-enerġija jew l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti; iv) l-użu tar-riżorsi jew l-effiċjenza fir-riżorsi tal-prodotti; v) il-kontenut riċiklat fil-prodotti; vi) il-faċilità taż-żarmar, ir-rimanifattura u r-riċiklaġġ tal-prodotti u tal-materjali; vii) l-impatt ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti, inklużi l-impronti tal-karbonju u ambjentali tagħhom; viii) il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-iskart, inkluż l-iskart mill-imballaġġ.
(158)    “Tiswija” tfisser il-proċess tar-ritorn ta’ prodott difettuż għal kundizzjoni fejn ikun jista’ jissodisfa l-użu maħsub tiegħu, jew bħala servizz jew bil-ħsieb tal-bejgħ mill-ġdid sussegwenti tal-prodott imsewwi.
(159)    “Rinnovazzjoni” tfisser l-ittestjar u, fejn meħtieġ, it-tiswija, it-tindif jew il-modifika ta’ prodott użat biex tiżdied jew tiġi restawrata l-prestazzjoni jew il-funzjonalità tiegħu jew biex jiġu sodisfati l-istandards tekniċi jew ir-rekwiżiti regolatorji applikabbli, bir-riżultat li prodott isir kompletament funzjonali biex jintuża għal skop li jkun mill-anqas dak li oriġinarjament kien maħsub u biex tinżamm il-konformità tiegħu mal-istandards tekniċi jew mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli oriġinarjament maħsuba fl-istadju tad-disinn.
(160)    “Rimanifattura” tfisser proċess industrijali standardizzat li jseħħ f’ambjenti industrijali jew tal-fabbrika, li fih il-prodotti jiġu restawrati għal kundizzjoni u prestazzjoni oriġinali bħala ġodda jew aħjar, tipikament imqiegħda fis-suq b’garanzija kummerċjali.
(161)    Oġġetti, komponenti jew materjali li jridu jiġu sostitwiti b’mod regolari minħabba li jiddeterjoraw jew jintużaw.
(162)    Il-konformità tal-prodott u l-perjodu ta’ responsabbiltà tal-bejjiegħ huma stabbiliti f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2019/771.
(163)    Id-Direttiva (UE) 2017/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Direttiva 2011/65/UE dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 305, 21.11.2017, p. 8).
(164)    “Spare part” tfisser parti separata ta’ prodott li tista’ tissostitwixxi parti ta’ prodott bl-istess funzjoni jew b’funzjoni simili. Il-prodott ma jistax jiffunzjona kif intenzjonat mingħajr dik il-parti tal-prodott. Il-funzjonalità ta’ prodott tiġi restawrata jew aġġornata meta l-parti tiġi sostitwita bi spare part f’konformità mad-Direttiva 2011/65/UE. L-ispare parts jistgħu jkunu partijiet użati.
(165)    Il-konformità tal-prodott u l-perjodu ta’ responsabbiltà tal-bejjiegħ huma stabbiliti f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2019/771.
(166)    “Kummerċ elettroniku” jista’ jiġi definit b’mod ġenerali bħala l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi, kemm jekk bejn negozji, unitajiet domestiċi, individwi kif ukoll bejn organizzazzjonijiet privati, permezz ta’ tranżazzjonijiet elettroniċi mwettqa permezz tal-internet jew permezz ta’ networks oħrajn bil-kompjuter (komunikazzjoni online), ara Eurostat Statistics Explained Glossary, jinsab fuq https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Category:Glossary.
(167)    “Riutlizzabbli” u “sistema għall-użu mill-ġdid” huma definiti u implimentati f’konformità mar-rekwiżiti dwar is-sistemi tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, inkluż kwalunkwe standard relatat mal-għadd ta’ rotazzjonijiet f’sistema għall-użu mill-ġdid.
(168)    Il-preparazzjoni għal użu mill-ġdid hija operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li permezz tagħhom prodotti jew komponenti ta’ prodotti li saru skart jiġu preparati sabiex ikunu jistgħu jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor. Hija l-ogħla għażla ta’ trattament tal-iskart fil-ġerarkija tal-iskart (wara l-prevenzjoni tal-iskart).
(169)    Fl-Unjoni, l-attività hija konformi mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3), jew mal-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni relatata mal-iskart u l-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-pjanijiet għall-ġestjoni tal-iskart.
(170)    Il-konformità tal-prodott u l-perjodu ta’ responsabbiltà tal-bejjiegħ huma stabbiliti f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2019/771.
(171)    ISO 14001:2015, Environmental management systems — Requirements with guidance for use, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/standard/60857.html).
(172)    Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
(173)    ISO 9001:2015, Sistemi tal-ġestjoni tal-kwalità — Rekwiżiti (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.iso.org/standard/62085.html).
(174)    Il-konformità tal-prodott u l-perjodu ta’ responsabbiltà tal-bejjiegħ huma stabbiliti f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2019/771.
(175)    “Kummerċ elettroniku” jista’ jiġi definit b’mod ġenerali bħala l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi, kemm jekk bejn negozji, unitajiet domestiċi, individwi kif ukoll bejn organizzazzjonijiet privati, permezz ta’ tranżazzjonijiet elettroniċi mwettqa permezz tal-internet jew permezz ta’ networks oħrajn bil-kompjuter (komunikazzjoni online), ara Eurostat Statistics Explained Glossary, jinsab fuq https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Category:Glossary.
(176)    “Riutlizzabbli” u “sistema għall-użu mill-ġdid” huma definiti u implimentati f’konformità mar-rekwiżiti dwar is-sistemi tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, inkluż kwalunkwe standard relatat mal-għadd ta’ rotazzjonijiet f’sistema għall-użu mill-ġdid.
(177)    Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni) (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).
(178)    Kif definita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(179)    Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(180)    “Kummerċ elettroniku” jista’ jiġi definit b’mod ġenerali bħala l-bejgħ jew ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi, kemm jekk bejn negozji, unitajiet domestiċi, individwi kif ukoll bejn organizzazzjonijiet privati, permezz ta’ tranżazzjonijiet elettroniċi mwettqa permezz tal-internet jew permezz ta’ networks oħrajn bil-kompjuter (komunikazzjoni online), ara Eurostat Statistics Explained Glossary, jinsab fuq https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Category:Glossary.
(181)    “Riutlizzabbli” u “sistema għall-użu mill-ġdid” huma definiti u implimentati f’konformità mar-rekwiżiti dwar is-sistemi tal-użu mill-ġdid tal-imballaġġ fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, inkluż kwalunkwe standard relatat mal-għadd ta’ rotazzjonijiet f’sistema għall-użu mill-ġdid.
(182)    “Postijiet tas-suq” huma pjattaformi li jgħaqqdu x-xerrejja u l-bejjiegħa u jiffaċilitaw it-tranżazzjoni permezz ta’ faċilitaturi jew servizzi teknoloġiċi, bħal portal ta’ pagament jew servizzi loġistiċi.
(183)    “Klassifikati” huma pjattaformi li jgħaqqdu x-xerrejja u l-bejjiegħa.
(184)    Maħruġ fl-1 ta’ Lulju 2019 mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.cenelec.eu/dyn/www/f?p=104:110:508227404055501::::FSP_ORG_ID,FSP_PROJECT,FSP_LANG_ID:1258297,65095,25).
(185)    Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.
(186)    Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: l-Impatti, l-Adattament u l-Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.
(187)    Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.
(188)    Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/research/environment/index.cfm?pg=nbs ).
(189)    Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ħadra (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).
(190)    Il-lista ta’ perikli relatati mal-klima f’din it-tabella ma hijiex eżawrjenti, u tikkostitwixxi biss lista indikattiva tal-aktar perikli mifruxa li għandhom jitqiesu bħala minimu fil-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi.
(191)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u ta’ protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew fuq il-potenzjal ekoloġiku tal-korp jew tal-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati jiġi vvalutat u 2) id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status tajjeb/potenzjal ekoloġiku tajjeb tiġi evitata jew, fejn dan ma jkunx possibbli, 3) tkun ġustifikata min-nuqqas ta’ alternattivi ambjentali aħjar li ma jkunux sproporzjonatament għaljin/teknikament infattibbli, u ttieħdu l-passi possibbli kollha sabiex jiġi mitigat l-impatt avvers fuq l-istatus tal-korp tal-ilma.
(192)    Id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3, il-punt 5 tad-Direttiva 2008/56/KE tipprevedi b’mod partikolari li status ambjentali tajjeb għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-deskritturi kwalitattivi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.
(193)    Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu tas-sustanzi msemmija fil-punt (f) ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.
(194)    Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mill-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew mit-tqegħid fis-suq tas-sustanzi msemmija f’dan il-paragrafu ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.
(195)    Il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva).
(196)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti li jeħtieġu t-tlestija ta’ VIA jew skrinjar, pereżempju, l-Istandard ta’ Prestazzjoni 1 tal-IFC: Valutazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji Ambjentali u Soċjali.
(197)    F’konformità mad-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE. Għall-attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti, li għandhom l-għan li jippreservaw il-ħabitats naturali, il-fawna selvaġġa u l-flora selvaġġa, u li jirrikjedu li (1) titwettaq proċedura ta’ skrinjar sabiex jiġi determinat jekk, għal attività partikolari, tkunx meħtieġa valutazzjoni xierqa tal-impatti possibbli fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti; (2) valutazzjoni xierqa bħal din fejn l-iskrinjar jiddetermina li tkun meħtieġa, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni 6 tal-IFC: Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.
(198)    Dawk il-miżuri ġew identifikati sabiex jiġi żgurat li l-proġett, il-pjan jew l-attività ma jkollha l-ebda effett sinifikanti fuq l-objettivi ta’ konservazzjoni taż-żona protetta.
Top

WERREJ

ANNESS III    2

1.Manifattura2

1.1.Manifattura ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi (API) jew ta’ sustanzi attivi2

1.2.Manifattura ta’ prodotti mediċinali8

2.Attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġ, ta’ mmaniġġar tal-iskart u ta’ rimedju14

2.1.Ġbir u trasport ta’ skart perikoluż14

2.2.Trattament ta’ skart perikoluż16

2.3.Rimedju ta’ landfills legalment mhux konformi u siti tar-rimi tal-iskart abbandunati jew illegali20

2.4.Rimedju ta’ siti u ta’ żoni kontaminati25

ANNESS III

Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li skonthom attività ekonomika tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis u biex jiġi determinat jekk din l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħrajn

1.Manifattura

1.1.Manifattura ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi (API) jew ta’ sustanzi attivi

Deskrizzjoni tal-attività

Manifattura ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi (active pharmaceutical ingredients, API) jew ta’ sustanzi mediċinali.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C21.1 tan-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

1. L-attività tikkonforma mar-rekwiżiti kollha speċifikati hawn taħt relatati mas-sostituzzjoni tal-prodott.

1.1. L-API jikkonforma ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)l-API huwa sustanza li sseħħ b’mod naturali, bħall-vitamini, l-elettroliti, l-aċidi amminiċi, il-peptidi, il-proteini, in-nukleotidi, il-karboidrati u l-lipidi A u, f’konformità mal-Linja Gwida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (European Medicines Agency, EMA) dwar il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali (environment risk assessment, ERA) tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (il-linja gwida tal-EMA dwar l-ERA) 1 , ġeneralment titqies li hija degradabbli fl-ambjent 2 ;

(b)meta l-API ma jikkonformax mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt (a), l-API, il-metaboliti umani ewlenin tiegħu u l-prodotti ta’ trasformazzjoni ewlenin tiegħu fl-ambjent jikkonformaw ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)huma klassifikati bħala faċilment bijodegradabbli fuq il-bażi ta’ mill-anqas wieħed mill-metodi ta’ ttestjar mil-Linji Gwida tal-OECD għall-Ittestjar tas-Sustanzi Kimiċi, Test 301 (A-F), Bijodegradabilità Faċli 3 , f’konformità mal-valur ta’ pass għall-bijodegradabilità faċli kif definit f’dik il-linja gwida;

(ii)jista’ jiġi konkluż li huma mineralizzati fuq il-bażi ta’ Test speċifiku Nru 308: Trasformazzjoni Aerobika u Anaerobika fis-Sistemi tas-Sediment Akkwatiku (OECD 308) 4 tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Ittestjar tas-Sustanzi Kimiċi 5 meta mqabbla mal-kriterji ta’ persistenza kif definiti fil-linja gwida tal-EMA dwar l-ERA.

1.2. L-API jikkwalifika bħala sostitut xieraq għal API ieħor, fl-istess żona terapewtika jew klassi tas-sustanza, li hija disponibbli fis-suq jew li kienet disponibbli matul l-aħħar 5 snin u li ma tikkonformax mar-rekwiżiti deskritti fil-punt 1.1.

Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tintwera permezz ta’ analiżi disponibbli għall-pubbliku verifikata minn parti terza indipendenti.

1.3. Il-proċess tal-manifattura tal-API ma jinvolvix l-użu ta’ sustanzi, kemm jekk waħedhom kif ukoll f’taħlitiet, li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) 1907/2006 ħlief fejn jiġi vvalutat u dokumentat mill-operatur li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li dawn jintużaw f’kundizzjonijiet kontrollati 6 .

2. L-attività tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin dwar l-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa:

2.1. Meta l-attività taqa’ fl-ambitu tagħha, il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet huma anqas mill-punt tan-nofs tal-meded tal-BAT-AEL 7 stabbiliti fi:

(a)Il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ ġestjoni u ta’ trattament tal-gass ta’ skart fis-settur kimiku għall-emissjonijiet fl-arja ta’ installazzjonijiet ġodda (jew għal installazzjonijiet eżistenti fi żmien 4 snin mill-pubblikazzjoni tal-BATC) fejn japplikaw kundizzjonijiet rilevanti 8 ;

(b)id-Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għall-Manifattura ta’ Sustanzi Kimiċi Organiċi Fini (Organic Fine Chemicals, OFC) 9 għall-attività tal-manifattura f’kundizzjonijiet mhux koperti mill-BATC imsemmi hawn fuq;

(c)il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (best available techniques, BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika 10 ;

(d)id-Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għas-Sustanzi Kimiċi Inorganiċi f’Volumi Kbar – l-Industrija tal-Materjal Solidu u Materjal Ieħor 11 ;

(e)id-Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għall-manifattura ta’ Sustanzi Kimiċi Inorganiċi f’Volumi Kbar - l-Ammonijaka, l-Aċidi u l-Fertilizzanti 12 ;

(f)id-Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi speċjalizzati (speciality inorganic chemicals, SIC) 13 ; għall-attività tal-manifattura taħt kundizzjonijiet mhux koperti mill-BATC imsemmija hawn fuq.

L-impjanti fil-medda/meded tal-BAT-AEL li jimxu lejn l-ambizzjoni ta’ nofs il-punt ma jikkawżaw l-ebda impatt transmedjali sinifikanti. L-installazzjonijiet li jkunu ngħataw deroga f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75/UE ma jitqisux li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-perjodu tad-deroga.

2.2. Meta jkun hemm disponibbli metodoloġija ta’ kejl kontinwu għal ċerta sustanza niġġiesa, l-operatur japplika Sistemi ta’ Monitoraġġ Kontinwu tal-Emissjonijiet (Continuous Emission Monitoring Systems, CEMS), Sistemi ta’ Monitoraġġ Kontinwu tal-Kwalità tal-Effluwent (Continuous Effluent Quality Monitoring Systems, CEQMS) u miżuri oħrajn li jiżguraw il-verifika regolari tan-nuqqas ta’ deterjorament tal-ambjent.

2.3. L-operatur japplika segregazzjoni tal-iskart tas-solventi għall-irkupru tas-solventi minn flussi ta’ skart konċentrat, fejn teknikament applikabbli.

Is-solventi inklużi fit-Tabella 1 tal-linja gwida tal-ICH tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini Q3C (R8) dwar l-impuritajiet: il-linja gwida għas-solventi residwi 14 hija evitata.

It-telf massimu ta’ solventi mill-inputs totali ma jaqbiżx telf ta’ 3 %. L-effiċjenza totali tal-irkupru tal-kompost organiku volatili (KOV) hija mill-anqas 99 %.

L-operatur jivverifika li l-ebda emissjoni li taħrab ta’ KOV ma sseħħ lil hinn mill-kriterji speċifikati hawn taħt fir-rigward tal-limiti volumetriċi ta’ partijiet għal kull miljun (ppmv) billi jwettaq kampanji ta’ detezzjoni u tiswija tat-tixrid (LDAR), mill-anqas kull 3 snin. Huma rakkomandati investimenti għall-użu ta’ tagħmir ta’ integrità għolja, dment li dawn jiġu installati f’impjanti eżistenti għall-każijiet imsemmija fil-punt b tal-BAT 23 tal-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ ġestjoni u ta’ trattament tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika (water, gass, chemicals. WGC), filwaqt li l-limitu tal-pressa jinġieb għal 200 bar. L-iskeda ta’ verifika minima tista’ titnaqqas f’każijiet fejn il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet totali ta’ KOV mill-impjant tkun perjodikament kwalifikata bi traċċatur ta’ korrelazzjoni (tracer correlation, TC) jew b’tekniki ottiċi bbażati fuq l-assorbiment, bħad-detezzjoni u kejl tad-distanza permezz tad-dawl u l-assorbiment differenzjali (DIAL) jew il-fluss ta’ okkultazzjoni solari (solar occultation flux, SOX) jew miżuri oħrajn ta’ prestazzjoni ekwivalenti.

L-emissjonijiet diffużi ta’ sustanzi jew taħlitiet klassifikati bħala CMR1A jew 1B mit-tagħmir ta’ tnixxija ma jaqbżux konċentrazzjoni ta’ 100 ppmv 15 .

Il-kampanji tal-LDAR għandhom il-karatteristiċi deskritti fil-BAT19 tal-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ ġestjoni u ta’ trattament tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika, li jinkludu d-detezzjoni, it-tiswija u ż-żamma ta’ tixrid fi żmien 30 jum mid-detezzjoni u limitu ta’ tixrid li jkun anqas minn jew ugwali għal 5 000 ppmv għal sustanzi jew taħlitiet għajr dawk klassifikati bħala CMR 1A jew 1B, li jiġu rieżaminati u aġġornati għat-titjib kontinwu tal-installazzjoni. It-telf tas-solventi u l-effiċjenza tal-irkupru tal-KOV huma mmonitorjati fuq il-bażi ta’ pjan ta’ ġestjoni tas-solventi bl-użu ta’ bilanċ tal-massa għall-verifika tal-konformità, f’konformità mal-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE.

2.4. Id-drenaġġ, iż-żibel, u skart ieħor (inklużi solidi, likwidi, jew prodotti sekondarji gassużi mill-manifattura) jintremew b’mod sikur, f’waqtu u sanitarju. Il-kontenituri jew il-pajpijiet għall-materjal tal-iskart huma identifikati b’mod ċar. Id-data analitika li turi l-konverżjoni ta’ dawn is-sustanzi u r-residwi tagħhom għal materjali ta’ skart mhux perikoluż hija disponibbli fil-faċilità u tinżamm aġġornata.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (do no significant harm, “DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Meta l-attività tinvolvi l-ġenerazzjoni fil-post ta’ tisħin/tkessiħ jew ta’ koġenerazzjoni li tinkludi l-enerġija, l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra tal-attività huma anqas minn 270 gCO2e/kWh.

Għal-limitu tar-refriġerant, il-Potenzjal ta’ Tisħin Globali ma jaqbiżx il-150 fit-tkessiħ tas-sustanza.

Meta l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi (API) jew is-sustanzi attivi jsiru minn sustanzi elenkati fit-Taqsimiet minn 3.10 sa 3.16 tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fil-kriterji rispettivi tagħhom għad-DNSH għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Is-sostituzzjoni ma twassalx għal żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-ISO 14067:2018 16 jew l-ISO 14064-1:2018 17 . L-emissjonijiet kwantifikati ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu verifikati minn parti terza indipendenti.

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) Użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1. It-trattament tal-ilma mormi:

Il-prestazzjoni tal-proċessi tat-trattament tal-ilma mormi mwettqa minn jew f’isem l-impjant tal-manifattura ma twassalx għal xi deterjorament tal-korpi tal-ilma u tar-riżorsi tal-baħar.

Meta l-attivitajiet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttivi 91/271/KEE, 2008/105/KE, 2006/118/KE, 2010/75/UE, 2000/60/KE, (UE) 2020/2184, 76/160/KEE, 2008/56/KE u 2011/92/UE.

L-attività timplimenta l-aħjar prattiki speċifikati fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Aħjar Prattika ta’ Ġestjoni Ambjentali għas-Settur tal-Amministrazzjoni Pubblika 18 .

Meta t-trattament tal-ilma mormi jitwettaq minn impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban f’isem l-impjant tal-manifattura, huwa żgurat li:

(a)it-tagħbija ta’ sustanzi niġġiesa rilaxxati mill-impjant tal-manifattura ma għandha l-ebda effett negattiv fil-proċess tat-trattament tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban;

(b)it-tagħbija u l-karatteristiċi tas-sustanzi niġġiesa ma joħolqu l-ebda riskju jew ħsara għas-saħħa tal-persunal li jaħdem fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi;

(c)l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban huwa mfassal u mgħammar kif xieraq biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa rilaxxati;

(d)it-tagħbija ġenerali tas-sustanzi niġġiesa kkonċernati skarikati fil-korp tal-ilma ma tiżdiedx meta mqabbla mas-sitwazzjoni fejn l-emissjonijiet mill-installazzjoni kkonċernata baqgħu konformi mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti għar-rilaxxi diretti;

(e)l-użu tal-ħama tad-drenaġġ għaċ-ċiklaġġ/riċiklaġġ tan-nutrijenti ma huwiex affettwat.

Għal installazzjonijiet fejn ġew inklużi limiti addizzjonali ta’ sustanzi niġġiesa jew kundizzjonijiet aktar stretti fil-permess ambjentali tagħhom meta mqabbla mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, japplikaw dawn il-kundizzjonijiet aktar stretti.

2. Protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan:

Hemm fis-seħħ miżuri xierqa biex jipprevjenu emissjonijiet fil-ħamrija u titwettaq sorveljanza regolari biex jiġu evitati tnixxijiet, tixrid, inċidenti jew aċċidenti li jseħħu matul l-użu tat-tagħmir u matul il-ħżin.

3. Konsum tal-Ilma:

L-operaturi jivvalutaw l-impronta fuq l-ilma tal-proċessi ta’ produzzjoni kimika f’konformità mal-ISO 14046:2014 19 u jiżguraw li ma jikkontribwixxux għall-iskarsezza tal-ilma. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, l-operaturi jipprovdu dikjarazzjoni li ma jikkontribwux għall-iskarsezza tal-ilma li tiġi verifikata minn parti terza indipendenti.

4. L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)id-disinn għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)l-immaniġġar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)informazzjoni dwar l-ingredjenti tal-prodott tul il-katina tal-provvista.

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

1.2.Manifattura ta’ prodotti mediċinali

Deskrizzjoni tal-attività

Manifattura ta’ prodotti mediċinali

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati mal-kodiċi C21.2 tan-NACE f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

1. L-attività tikkonforma ma’ waħda mis-settijiet ta’ rekwiżiti li ġejjin stabbiliti fil-punt 1.1. jew 1.2. relatati mas-sostituzzjoni tal-prodott. Fi kwalunkwe każ, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.3.

1.1. Il-prodott mediċinali jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin stabbiliti fil-punti 1.1.1. u 1.1.2.:

1.1.1. Il-prodott mediċinali jikkonforma ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)l-ingredjenti li jikkostitwixxu l-formulazzjoni tal-prodott mediċinali huma sustanzi li jseħħu b’mod naturali bħall-vitamini, l-elettroliti, l-aċidi amminiċi, il-peptidi, il-proteini, in-nukleotidi, il-karboidrati u l-lipidi u, f’konformità mal-Linja Gwida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (il-linja gwida tal-EMA dwar l-ERA) 20 , ġeneralment jitqiesu li huma degradabbli fl-ambjent 21 ;

(b)fejn l-ingredjenti li jikkostitwixxu l-formulazzjoni tal-prodott mediċinali ma jikkonformawx mar-rekwiżiti speċifikati fil-punt (a), dawk l-ingredjenti, il-metaboliti umani ewlenin tagħhom u l-prodotti ta’ trasformazzjoni ewlenin tagħhom fl-ambjent jikkonformaw ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)huma klassifikati bħala faċilment bijodegradabbli fuq il-bażi ta’ mill-anqas wieħed mill-metodi ta’ ttestjar mil-Linji Gwida tal-OECD għall-Ittestjar tas-Sustanzi Kimiċi, Test 301 (A-F), Bijodegradabilità Faċli 22 , f’konformità mal-valur ta’ pass għall-bijodegradabilità faċli kif definit f’dik il-linja gwida;

(ii)jista’ jiġi konkluż li huma mineralizzati fuq il-bażi ta’ Test speċifiku Nru 308: Aerobic and Anaerobic Transformation in Aquatic Sediment Systems (OECD 308) 23 tal-OECD Guidelines for the Testing of Chemicals 24 meta mqabbla mal-kriterji ta’ persistenza kif definiti fil-linja gwida tal-EMA dwar l-ERA.

1.1.2. Il-prodott mediċinali jikkwalifika bħala sostitut xieraq għal prodott mediċinali ieħor, fl-istess żona terapewtika jew klassi tas-sustanza, li hija disponibbli fis-suq jew li kienet disponibbli matul l-aħħar 5 snin u li ma tikkonformax mar-rekwiżiti deskritti fil-punt 1.1.1.

Il-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tintwera permezz ta’ analiżi disponibbli għall-pubbliku verifikata minn parti terza indipendenti.

1.2. Il-manifattur juri li ma hemm l-ebda ingredjent biex jiġi prodott prodott mediċinali alternattiv li jikkwalifika bħala sostitut xieraq, fl-istess qasam terapewtiku jew fil-klassi tas-sustanza, li jikkonforma mar-rekwiżiti deskritti fil-punt 1.1.1. L-attività tikkonforma mar-rekwiżiti kollha speċifikati fil-punti minn 1.2.1 sa 1.2.6.

1.2.1. Il-manifattur iwettaq analiżi li ma hemm l-ebda sostitut xieraq għall-prodott mediċinali prodott, jippubblika r-riżultati ewlenin ta’ dik l-analiżi u juri li beda inizjattivi biex jiżviluppa dik l-alternattiva.

1.2.2. F’konformità mal-linji gwida tal-EMA dwar l-ERA, il-proporzjon tal-PEC/PNEC għall-prodott mediċinali miksub fil-Valutazzjoni tar-Riskju Ambjentali huwa anqas minn wieħed.

1.2.3. Is-sistemi tal-imballaġġ u tad-distribuzzjoni jippermettu l-aġġustament tal-ammont mibjugħ għall-ammont meħtieġ mit-trattament/trattamenti, filwaqt li jqisu l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.

1.2.4. Hija pprovduta informazzjoni pubblika, bħal fuljetti jew siti web, aġġornata skont l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, dwar id-doża u l-metodu ta’ dożaġġ biex jiġi minimizzat l-eċċess tal-API f’doża.

1.2.5. Is-sistemi tal-imballaġġ u tad-distribuzzjoni jippermettu l-użu tal-aktar sistema ta’ dożaġġ effiċjenti disponibbli skont l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u b’kunsiderazzjoni tat-tip ta’ amministrazzjoni, bħal minn professjonisti tal-kura tas-saħħa jew domestika. Il-manifattur jippubblika r-riżultati ewlenin ta’ dik l-analiżi.

1.2.6. Il-manifattur jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tal-impatt ambjentali tar-rimi skorrett tal-iskart ta’ prodott mediċinali mhux użat, inkluż billi jipprovdi informazzjoni rilevanti lill-utenti downstream dwar ir-rimi xieraq ta’ prodott mediċinali mhux użat.

1.3. Il-proċess ta’ manifattura ma jinvolvix l-użu ta’ sustanzi, kemm jekk waħedhom kif ukoll jekk f’taħlitiet, li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) 1907/2006 ħlief fejn jiġi vvalutat u dokumentat mill-operatur li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw f’kundizzjonijiet kontrollati 25 .

2. L-attività tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin dwar l-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa:

2.1. Meta l-attività taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet għandhom ikunu anqas mill-punt tan-nofs tal-meded tal-BAT-AEL 26 stabbiliti fi:

(a)il-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ ġestjoni u ta’ trattament tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika 27 għall-emissjonijiet fl-arja ta’ installazzjonijiet ġodda (jew għal installazzjonijiet eżistenti fi żmien 4 snin mill-pubblikazzjoni tal-BATC) fejn japplikaw il-kundizzjonijiet rilevanti;

(b)id-Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għall-Manifattura ta’ Sustanzi Kimiċi Organiċi Fini (OFC) 28 ; għall-attività tal-manifattura taħt kundizzjonijiet mhux koperti mill-BATC imsemmija hawn fuq;

(c)il-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ trattament/ġestjoni tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika 29 ;

(d)id-Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għas-Sustanzi Kimiċi Inorganiċi f’Volumi Kbar – l-Industrija tal-Materjal Solidu u Materjal Ieħor 30 ;

(e)id-Dokument ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għall-manifattura ta’ Sustanzi Kimiċi Inorganiċi f’Volumi Kbar - l-Ammonijaka, l-Aċidi u l-Fertilizzanti 31 ;

(f)id-Dokument ta’ Referenza dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BREF) għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi speċjalizzati (SIC) għall-attività tal-manifattura taħt kundizzjonijiet mhux koperti mill-BATC imsemmija hawn fuq  32 .

L-impjanti fil-medda/meded tal-BAT-AEL li jimxu lejn l-ambizzjoni ta’ nofs il-punt ma jikkawżaw l-ebda impatt transmedjali sinifikanti.

L-installazzjonijiet li jkunu ngħataw deroga f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75/UE ma jitqisux li jissodisfaw il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-perjodu tad-deroga.

2.2. Meta jkun hemm disponibbli metodoloġija ta’ kejl kontinwu għal ċerta sustanza niġġiesa, l-operatur japplika Sistemi ta’ Monitoraġġ Kontinwu tal-Emissjonijiet (CEMS), Sistemi ta’ Monitoraġġ Kontinwu tal-Kwalità tal-Effluwent (CEQMS) u miżuri oħrajn li jiżguraw il-verifika regolari tan-nuqqas ta’ deterjorament tal-ambjent.

2.3. L-operatur japplika segregazzjoni tal-iskart tas-solventi għall-irkupru tas-solventi minn flussi ta’ skart konċentrat, fejn teknikament applikabbli.

Is-solventi inklużi fit-Tabella 1 tal-linja gwida tal-ICH tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini Q3C (R8) dwar l-impuritajiet kif speċifikat fil-linja gwida għas-solventi residwi 33 huma evitati fi prodotti mediċinali.

It-telf massimu ta’ solventi mill-inputs totali ma jaqbiżx telf ta’ 3 %. L-effiċjenza totali tal-irkupru tal-kompost organiku volatili (KOV) hija mill-anqas 99 %.

L-operatur jivverifika li l-ebda emissjoni li taħrab ta’ KOV ma sseħħ lil hinn mill-kriterji speċifikati hawn taħt fir-rigward tal-limiti volumetriċi ta’ partijiet għal kull miljun (ppmv) billi jwettaq kampanji ta’ detezzjoni u tiswija tat-tixrid (LDAR), mill-anqas kull 3 snin. Huma rakkomandati investimenti għall-użu ta’ tagħmir ta’ integrità għolja, dment li dawn jiġu installati f’impjanti eżistenti għall-każijiet imsemmija taħt il-BAT 23b tal-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ ġestjoni u ta’ trattament tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika, filwaqt li l-limitu tal-pressa jinġieb għal 200 bar. L-iskeda ta’ verifika minima tista’ titnaqqas f’każijiet fejn il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet totali tal-KOV mill-impjant tkun perjodikament kwalifikata bi traċċatur ta’ korrelazzjoni (TC) jew b’tekniki ottiċi bbażati fuq l-assorbiment, bħad-detezzjoni u kejl tad-distanza permezz tad-dawl u l-assorbiment differenzjali (DIAL) jew il-fluss ta’ okkultazzjoni solari (SOX) jew miżuri oħrajn ta’ prestazzjoni ekwivalenti.

L-emissjonijiet diffużi ta’ sustanzi jew taħlitiet klassifikati bħala CMR1A jew 1B mit-tagħmir ta’ tnixxija ma jaqbżux konċentrazzjoni ta’ 100 ppmv 34 .

Il-kampanji tal-LDAR għandhom il-karatteristiċi deskritti fil-BAT19 tal-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni ta’ ġestjoni u ta’ trattament tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika, li jinkludu d-detezzjoni, it-tiswija u ż-żamma ta’ tixrid fi żmien 30 jum mid-detezzjoni u limitu ta’ tixrid ikun anqas minn jew ugwali għal 5 000 ppmv għal sustanzi jew taħlitiet għajr dawk klassifikati bħala CMR 1A jew 1B, li jiġu rieżaminati u aġġornati għat-titjib kontinwu tal-installazzjoni. It-telf tas-solventi u l-effiċjenza tal-irkupru tal-KOV huma mmonitorjati fuq il-bażi ta’ pjan ta’ ġestjoni tas-solventi bl-użu ta’ bilanċ tal-massa għall-verifika tal-konformità, f’konformità mal-Kapitolu V tad-Direttiva 2010/75/UE.

2.4. Id-drenaġġ, iż-żibel, u skart ieħor (inklużi solidi, likwidi, jew prodotti sekondarji gassużi mill-manifattura) jintremew b’mod sikur, f’waqtu u sanitarju. Il-kontenituri jew il-pajpijiet għall-materjal tal-iskart huma identifikati b’mod ċar. Id-data analitika li turi l-konverżjoni ta’ dawn is-sustanzi u r-residwi tagħhom għal materjali ta’ skart mhux perikoluż hija disponibbli fil-faċilità u tinżamm aġġornata.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Meta l-attività tinvolvi l-ġenerazzjoni fil-post ta’ tisħin/tkessiħ jew ta’ koġenerazzjoni li tinkludi l-enerġija, l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra tal-attività huma anqas minn 270 gCO2e/kWh.

Għal-limitu tar-refriġerant, il-Potenzjal ta’ Tisħin Globali ma jaqbiżx il-150 fit-tkessiħ tas-sustanza.

Meta l-prodotti mediċinali jsiru minn sustanzi elenkati fit-Taqsimiet minn 3.10 sa 3.16 tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fil-kriterji tekniċi ta’ skrinjar rispettivi tagħhom għad-DNSH għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Is-sostituzzjoni ma twassalx għal żieda fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu kkalkolati billi tintuża r-Rakkomandazzjoni 2013/179/UE jew, inkella, billi jintuża l-ISO 14067:2018 35 jew l-ISO 14064-1:2018 36 . L-emissjonijiet kwantifikati ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja jiġu verifikati minn parti terza indipendenti.

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) Użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

1. It-trattament tal-ilma mormi:

Il-prestazzjoni tal-proċessi tat-trattament tal-ilma mormi mwettqa minn jew f’isem l-impjant tal-manifattura ma twassalx għal xi deterjorament tal-korpi tal-ilma u tar-riżorsi tal-baħar.

Meta l-attivitajiet jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttivi 91/271/KEE, 2008/105/KE, 2006/118/KE, 2010/75/UE, 2000/60/KE, (UE) 2020/2184, 76/160/KEE, 2008/56/KE u 2011/92/UE.

L-attività timplimenta l-aħjar prattiki speċifikati fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, l-Aħjar Prattika ta’ Ġestjoni Ambjentali għas-Settur tal-Amministrazzjoni Pubblika 37 .

Meta t-trattament tal-ilma mormi jitwettaq minn impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban f’isem l-impjant tal-manifattura, huwa żgurat li:

(a)it-tagħbija ta’ sustanzi niġġiesa rilaxxati mill-impjant tal-manifattura ma għandha l-ebda effett negattiv fil-proċess tat-trattament tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban;

(b)it-tagħbija u l-karatteristiċi tas-sustanzi niġġiesa ma joħolqu l-ebda riskju jew ħsara għas-saħħa tal-persunal li jaħdem fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi;

(c)l-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban huwa mfassal u mgħammar kif xieraq biex inaqqas is-sustanzi niġġiesa rilaxxati;

(d)it-tagħbija ġenerali tas-sustanzi niġġiesa kkonċernati skarikati fil-korp tal-ilma ma tiżdiedx meta mqabbla mas-sitwazzjoni fejn l-emissjonijiet mill-installazzjoni kkonċernata baqgħu konformi mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti għar-rilaxxi diretti;

(e)l-użu tal-ħama tad-drenaġġ għaċ-ċiklaġġ/riċiklaġġ tan-nutrijenti ma huwiex affettwat.

Għal installazzjonijiet fejn ġew inklużi limiti addizzjonali ta’ sustanzi niġġiesa jew kundizzjonijiet aktar stretti fil-permess ambjentali tagħhom meta mqabbla mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq, japplikaw dawn il-kundizzjonijiet aktar stretti.

2. Protezzjoni tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan:

Hemm fis-seħħ miżuri xierqa biex jipprevjenu emissjonijiet fil-ħamrija u titwettaq sorveljanza regolari biex jiġu evitati tnixxijiet, tixrid, inċidenti jew aċċidenti li jseħħu matul l-użu tat-tagħmir u matul il-ħżin.

3. Konsum tal-Ilma:

L-operaturi jivvalutaw l-impronta fuq l-ilma tal-proċessi ta’ produzzjoni kimika f’konformità mal-ISO 14046:2014 38 u jiżguraw li ma jikkontribwixxux għall-iskarsezza tal-ilma. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, l-operaturi jipprovdu dikjarazzjoni li ma jikkontribwux għall-iskarsezza tal-ilma li tiġi verifikata minn parti terza indipendenti.

4. L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-attività tivvaluta d-disponibbiltà ta’ tekniki u, fejn fattibbli, tadotta dawn it-tekniki li jappoġġaw:

(a)l-użu mill-ġdid u l-użu ta’ materja prima sekondarja u ta’ komponenti użati mill-ġdid fi prodotti manifatturati;

(b)id-disinn għal durabbiltà għolja, għal riċiklabbiltà, għal żarmar faċli u għal adattabbiltà tal-prodotti manifatturati;

(c)l-immaniġġar tal-iskart li jipprijoritizza r-riċiklaġġ fuq ir-rimi, fil-proċess tal-manifattura;

(d)informazzjoni dwar l-ingredjenti tal-prodott tul il-katina tal-provvista.

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.Attivitajiet tal-provvista tal-ilma, tas-sistema ta’ drenaġġ, tal-ġestjoni u tar-rimedju tal-iskart

2.1.Ġbir u trasport ta’ skart perikoluż

Deskrizzjoni tal-attività

Il-ġbir separat u t-trasport ta’ skart perikoluż 39 qabel it-trattament, l-irkupru jew ir-rimi ta’ materjal, inklużi l-kostruzzjoni, it-tħaddim u l-aġġornament ta’ faċilitajiet involuti fil-ġbir u t-trasport ta’ tali skart, bħal stazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ skart perikoluż, bħala mezz ta’ trattament xieraq.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E38.12 u F42.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

1. L-iskart perikoluż huwa segregat mis-sors u jinġabar separatament minn skart mhux perikoluż biex tiġi prevenuta l-kontaminazzjoni kroċjata. Jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat li matul il-ġbir separat u t-trasport, l-iskart perikoluż ma jkunx imħallat u lanqas dilwit ma’ kategoriji oħrajn ta’ skart perikoluż jew ma’ skart, sustanzi jew materjali oħrajn.

2. Il-ġbir u l-immaniġġar xierqa jipprevjenu t-tnixxija ta’ skart perikoluż matul il-ġbir, it-trasport, il-ħżin u l-konsenja lejn il-faċilità tat-trattament, li hija permessa li tittratta skart perikoluż, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

3. Meta skart partikolari klassifikat bħala perikoluż ikollu wkoll status ta’ trasport ta’ oġġetti perikolużi skont il-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) 40 , it-trasport jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti mill-ADR.

4. L-attività tuża vetturi għall-ġbir tal-iskart li jikkonformaw mill-anqas mal-istandards EURO V. 41

5. Matul il-ġbir u t-trasport, l-iskart perikoluż jiġi imballat u tikkettat f’konformità mal-istandards internazzjonali u tal-Unjoni fis-seħħ.

6. L-operatur li jiġbor skart perikoluż jikkonforma mal-obbligi taż-żamma tar-rekords inkluż fir-rigward tal-kwantità, tan-natura, tal-oriġini, tad-destinazzjoni, tal-frekwenza tal-ġbir, tal-mod ta’ trasport u tal-metodu ta’ trattament stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni u dik nazzjonali.

7. Għal skart minn tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE):

(a)il-kategoriji ewlenin tal-WEEE stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2012/19/UE jinġabru separatament;

(b)il-ġbir u t-trasport jippreservaw l-integrità tal-WEEE u jipprevjenu t-tnixxija ta’ sustanzi perikolużi bħal sustanzi li jnaqqsu l-ożonu, gassijiet fluworurati b’effett serra jew merkurju li jinsab f’lampi fluworexxenti;

(c)sistema ta’ ġestjoni hija stabbilita mill-operatur tal-ġbir u tal-loġistika għall-ġestjoni tar-riskji ambjentali, tas-saħħa u tas-sikurezza.

Il-konformità mar-rekwiżiti normattivi għall-ġbir u l-loġistika stabbiliti fis-CLC/EN 50625-1:2014 42 u fis-CLC/TS 50625-4:2017 43 jew mar-rekwiżiti regolatorji li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fis-CLC/EN 50625-1 u fis-CLC/TS 50625-4 hija prova ta’ konformità mar-rekwiżit li l-ġbir u t-trasport jippreservaw l-integrità tal-WEEE u tal-batteriji u jipprevjenu t-tnixxija ta’ sustanzi perikolużi.

8. Meta l-iskart jinħażen, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-konklużjonijiet għat-trattament tal-iskart fil-BAT 4 tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) 44 .

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) Użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Skart miġbur separatament ma jitħallatx f’faċilitajiet ta’ ħżin u ta’ trasferiment tal-iskart ma’ skart jew ma’ materjali oħrajn bi proprjetajiet differenti.

L-iskart riċiklabbli 45 ma jintremiex, ma jiġix inċinerat jew koinċinerat.

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.2.Trattament ta’ skart perikoluż

Deskrizzjoni tal-attività

Il-kostruzzjoni, l-adattament għal skop differenti, l-aġġornament u t-tħaddim ta’ faċilitajiet dedikati għat-trattament ta’ skart perikoluż, inkluż l-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż mhux riċiklabbli 46 (operazzjonijiet D10), it-trattament bijoloġiku ta’ skart perikoluż (operazzjonijiet D8) u t-trattament fiżikokimiku (operazzjonijiet D9) 47 .

L-attività ma tinkludix:

(a)operazzjonijiet ta’ rimi (kif stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE) ta’ skart perikoluż bħal rimi fil-landfills jew ħżin permanenti.

(b)inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż riċiklabbli u inċinerazzjoni ta’ skart mhux perikoluż;

(c)trattament u rimi ta’ annimali ħajjin jew mejtin tossiċi u skart kontaminat ieħor;

(d)trattament u rimi ta’ skart nukleari radjuattiv.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E38.22 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

1. Għall-proċessi kollha tat-trattament tal-iskart, l-attività tikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

1.1. Skont it-tip ta’ attività, l-attività tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti jew fil-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart 48 jew fil-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-inċinerazzjoni tal-iskart 49 .

Il-faċilitajiet li jkunu ngħataw deroga f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75/UE ma jitqisux bħala konformi mal-Kriterji Tekniċi ta’ Skrinjar.

1.2. Matul il-proċeduri ta’ qabel l-aċċettazzjoni, tinġabar mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)id-data mistennija tal-wasla fl-impjant tat-trattament tal-iskart;

(b)id-dettalji ta’ kuntatt tal-produttur tal-iskart, is-settur li minnu joriġina l-iskart u n-natura tal-proċess li jipproduċi l-iskart, inkluża l-varjabbiltà tal-proċess;

(c)il-kwantità stmata li mistennija tiġi konsenjata lill-operatur għal kull konsenja u għal kull sena;

(d)deskrizzjoni tal-iskart, inklużi l-kompożizzjoni, il-proprjetajiet perikolużi tal-iskart, il-kodiċi tal-iskart u r-rotta ta’ trattament xierqa.

1.3. Matul il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni, hemm fis-seħħ l-elementi li ġejjin:

(a)faċilità ta’ akkoljenza mgħammra b’laboratorju biex jiġu analizzati kampjuni fil-post u proċeduri analitiċi ta’ tħaddim standard dokumentati, bl-għażla li tissottokuntratta analiżijiet lil laboratorji kuntrattwali esterni akkreditati;

(b)proċedura ta’ kampjunar dokumentata konsistenti mal-istandards rilevanti, bħal EN 14899:2005 50 ;

(c)analiżi dokumentata tal-parametri fiżikokimiċi rilevanti għat-trattament;

(d)żona dedikata għall-ħżin tal-iskart ta’ kwarantina, kif ukoll proċeduri bil-miktub għall-ġestjoni tal-iskart mhux aċċettat.

Il-persunal li jittratta l-proċeduri ta’ qabel l-aċċettazzjoni u tal-aċċettazzjoni jista’, minħabba l-professjoni jew l-esperjenza tiegħu, jittratta l-mistoqsijiet kollha meħtieġa rilevanti għat-trattament tal-iskart fil-faċilità tat-trattament tal-iskart. Il-proċeduri huma maħsuba biex jaċċettaw minn qabel u jaċċettaw l-iskart fl-impjant tat-trattament tal-iskart biss jekk tkun disponibbli rotta xierqa ta’ trattament u tiġi determinata r-rotta tar-rimi jew tal-irkupru għall-output tat-trattament.

Għal “attivitajiet ta’ taħlit jew taħwid” (kif stabbilit fl-Anness I, it-Taqsima 5.1(c), tad-Direttiva 2010/75/UE), l-operatur ma jkunx qed juża d-dilwizzjoni biex inaqqas il-konċentrazzjoni ta’ sustanza perikoluża waħda jew aktar preżenti fl-iskart, bil-għan li t-taħlita tal-iskart li tirriżulta tiġi deklassifikata u ssir “skart mhux perikoluż” u għalhekk tiġi sussegwentement trattata f’faċilitajiet mhux dedikati għat-trattament ta’ skart perikoluż. Id-dilwizzjoni ma tintużax bħala “sostitut” għat-trattament adegwat tal-iskart.

2. Għat-trattament fiżikokimiku tal-iskart solidu jew pastuż, kwalunkwe trattament għall-fini tat-trattament tal-iskart qabel ir-rimi finali, bħal f’landfills tal-iskart perikoluż, huwa mfassal biex jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)jillimita għal 6 % il-konċentrazzjoni massima tal-Kontenut Totali ta’ Karbonju Organiku (TOC) f’kull skart ta’ input uniku fil-landfill;

(b)jillimita għal 1 000 mg/kg il-materja niexfa ta’ kontenut ta’ Karbonju Organiku Dissolt (DOC) tal-iskart prodott wara test tal-lissija b’L/S = 10 l/kg ibbażat fuq l-Istandard tal-UE EN 12457-2:2002 51 .

3. Għat-trattament fiżikokimiku tal-iskart b’valur kalorifiku, jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati d-dilwizzjoni u d-dispersjoni ta’ sustanzi perikolużi, u sabiex jiġi evitat kwalunkwe tagħbija għolja rilaxxata fl-arja minħabba trattament finali mhux xieraq tal-iskart b’valur kalorifiku. Kull installazzjoni ta’ trattament qabel it-trattamenti termali finali (inċinerazzjoni jew koinċinerazzjoni) għandha tkun imfassla bil-għan li tillimita l-kontenut ta’ sustanzi perikolużi (u tissodisfa kriterji relatati oħrajn) għal kull skart ta’ input uniku ttrattat fl-installazzjoni ta’ trattament fiżikokimiku, sabiex jiġu rispettati l-livelli ta’ aċċettazzjoni fid-dħul tal-installazzjonijiet tat-trattament termali finali.

4. Għat-trattament ta’ skart likwidu milwiem, il-kapaċità bijoloġika tat-trattament tal-ilma mormi li tirriżulta mit-trattament tal-iskart likwidu bbażat fuq l-ilma f’impjant bijoloġiku tat-trattament tal-ilma mormi hija ġġudikata fuq il-bażi tal-kriterju li ġej:

L-eliminazzjoni tal-Karbonju Organiku Dissolt (DOC) ta’ >70 % f’7 ijiem (>80 % meta tintuża tilqima adattata) f’konformità mal-EN ISO 9888 52 (Zahn Wellens), jew ma’ standards u metodoloġiji tal-industrija ekwivalenti aċċettati b’mod komuni oħrajn użati biex jiġu vvalutati l-eliminazzjoni bijoloġika u l-prestazzjonijiet relatati.

5. Għat-trattament ta’ skart li fih Sustanzi Niġġiesa Organiċi Persistenti (Persistent Organic Pollutants, POP), l-iskart kollu li fih sustanzi POP elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021 huwa kkontrollat u traċċat bħala skart perikoluż f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva 2008/98/KE. Japplikaw rekwiżiti speċifiċi tal-Artikoli 7(4), 17, 18 u 19 tad-Direttiva 2008/98/KE. Fil-każ ta’ moviment transkonfinali, japplikaw ir-rekwiżiti tal-Kapitolu I tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 .

Is-sistema ta’ traċċar fis-seħħ fl-installazzjonijiet ibbażata fuq l-aħjar prattiki msemmija hawn fuq tippermetti l-monitoraġġ ta’:

(a)is-separazzjoni effettiva ta’ kull parti ta’ prodott jew skart bħal tagħmir ta’ skart, li jkun fih jew li jkun kontaminat b’POP ’il fuq mil-livelli definiti fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021;

(b)il-qerda effettiva jew it-trasformazzjoni irriversibbli tal-iskart POP f’konformità mal-Artikoli 7(2) – 7(4) u mal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/1021.

6. Għat-trattament ta’ skart li fih il-merkurju 54 , l-installazzjonijiet kollha li x’aktarx jittrattaw skart li jikkonsisti minn, li fih jew li huwa kontaminat bil-merkurju jew bil-komposti tal-merkurju (kif definit fl-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Minamata), tiġi implimentata s-sistema ta’ traċċabbiltà stabbilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2017/852 jew sistema simili ta’ traċċabbiltà. Fuq il-bażi ta’ din is-sistema ta’ traċċar, l-installazzjonijiet li jittrattaw l-iskart li fih il-merkurju jimmonitorjaw id-destin sikur effettiv tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju f’destinazzjoni finali xierqa.

7. Għat-trattament (mhux b’kombustjoni) tal-iskart tal-kura tas-saħħa, l-installazzjoni timplimenta l-aqwa prattiki stabbiliti fil-manwal tad-WHO dwar il-ġestjoni sikura tal-iskart mill-attivitajiet tal-kura tas-saħħa 55 .

Installazzjoni ta’ skart tal-kura tas-saħħa mhux b’kombustjoni għandha proċedura ta’ aċċettazzjoni speċifika, timmonitorja u tista’ turi li t-tipi ta’ skart tal-kura tas-saħħa li ġejjin ma humiex aċċettati għat-trattament:

(a)skart ċitotossiku;

(b)skart farmaċewtiku;

(c)skart kimiku;

(d)skart radjuattiv.

It-teknoloġiji użati huma ċertifikati minn korp ta’ ċertifikazzjoni indipendenti.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Mhux applikabbli

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) Użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Jintużaw tekniki rilevanti għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, kif stabbilit fil-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għat-trattament tal-iskart 56 .

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mhux applikabbli

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

2.3.Rimedju ta’ landfills legalment mhux konformi u siti tar-rimi tal-iskart abbandunati jew illegali

Deskrizzjoni tal-attività

Ir-rimedju ta’ landfills legalment mhux konformi 57 u ta’ siti ta’ rimi tal-iskart abbandunati jew illegali 58 li ngħalqu u mhux qed jieħdu aktar skart għajr skart possibbilment inerti jew bijostabbilizzat li għandu jintuża bħala materjal ta’ kopertura tal-landfills (sa fejn permess fil-permess ambjentali għall-proġett ta’ rimedju).

L-attività tista’ tinkludi kwalunkwe waħda mill-istrateġiji u mis-sottoattivitajiet ta’ rimedju li ġejjin li tipikament jiġu implimentati bħala parti minn proġetti mmirati lejn it-tneħħija, il-kontroll, il-konteniment jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet niġġiesa 59 minn landfills mhux konformi u siti tar-rimi tal-iskart abbandunati jew illegali:

(a)rimedju permezz tal-iżolament ambjentali ta’ landfills jew siti tar-rimi tal-iskart mhux konformi jew illegali fis-sit preżenti, inklużi:

(i)l-iżolament fiżiku, il-konċentrazzjoni, l-istabbilizzazzjoni strutturali u l-protezzjoni tal-landfill jew tas-sit tar-rimi tal-iskart mhux konformi jew illegali, inkluż l-applikazzjoni ta’ ostakoli idrawliċi, l-issiġillar, id-drenaġġ u s-saffi ta’ kopertura;

(ii)l-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tad-drenaġġ u ta’ sistemi separati ta’ ġbir u ta’ trattament għal-lissija u għall-ilma tax-xeba’ qabel ir-rilaxx;

(iii)l-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ sistemi ta’ ġbir, ta’ tnaqqis u ta’ kontroll tal-gass mil-landfills, inklużi bjar, pajpijiet u sistemi ta’ vvampjar;

(iv)l-applikazzjoni tal-kopertura tal-ħamrija tal-wiċċ u tal-veġetazzjoni għal finijiet ta’ naturalizzazzjoni mill-ġdid;

(b)rimedju permezz ta’ skavar u tneħħija ta’ landfills jew siti tar-rimi tal-iskart mhux konformi jew illegali bi trattament, irkupru jew rimi sussegwenti ta’ skart skavat, inklużi:

(i)skavar selettiv tal-iskart depożitat fis-sit, it-tagħbija u t-trasport lejn faċilitajiet ta’ trattament, irkupru jew rimi permessi eżistenti b’ġestjoni separata ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż;

(ii)l-għażla u l-irkupru ta’ materjali u ta’ fjuwils minn skart mhux perikoluż skavat, inklużi l-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ faċilitajiet u ta’ tagħmir dedikati għad-durata tal-proġett ta’ rimedju;

(c)rimedju permezz tad-dekontaminazzjoni tal-ħamrija, tal-ilma tal-wiċċ u tal-pjan fil-post tat-tniġġis, inkluż dan li ġej:

(i)skavar selettiv, tagħbija, trasport, ħżin temporanju, radam mill-ġdid tal-ħamrija, b’ġestjoni separata ta’ ħamrija mhux kontaminata u kontaminata;

(ii)trattament ta’ ħamrija jew ta’ ilma kontaminat, in situ jew ex situ, bl-użu b’mod partikolari ta’ metodi fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi, inklużi l-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ faċilitajiet dedikati għal kemm idum il-proġett ta’ rimedju;

(iii)l-applikazzjoni ta’ ostakoli idrawliċi, ostakli attivi u passivi maħsuba biex jillimitaw/jipprevjenu l-migrazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa.

L-attività tinkludi wkoll is-sottoattivitajiet kollha li ġejjin li huma meħtieġa għat-tħejjija, għall-ippjanar, għall-monitoraġġ u għas-segwitu tal-miżuri ta’ rimedju msemmija hawn fuq:

(a)l-investigazzjonijiet preparatorji, inklużi l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ data u stħarriġ (b’mod partikolari dawk ġeoloġiċi jew idroloġiċi), il-fattibbiltà teknika u l-istudji tal-impatt ambjentali meħtieġa biex jiġi definit il-proġett ta’ rimedju;

(b)it-tħejjija tas-sit, inklużi xogħlijiet ta’ ċaqliq tal-art u ta’ livellar, il-kostruzzjoni jew it-tisħiħ tal-ħitan jew taċ-ċnut tal-perimetru, l-aċċess primarju u t-toroq interni, id-demolizzjoni ta’ binjiet jew ta’ strutturi oħrajn fis-sit tal-landfill;

(c)il-monitoraġġ u l-kontroll tal-miżuri ta’ rimedju, inklużi:

(i)kampjunar tal-ħamrija, tal-ilma, tas-sediment, tal-bijota jew ta’ materjali oħrajn;

(ii)analiżi fil-laboratorju tal-kampjuni biex jiġu identifikati n-natura u l-konċentrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa;

(iii)l-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ faċilitajiet u tagħmir ta’ monitoraġġ bħal bjar ta’ osservazzjoni ġewwa u barra l-perimetru tas-sit tal-landfill;

(d)l-implimentazzjoni ta’ miżuri oħrajn ta’ protezzjoni ambjentali u ta’ prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis biex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-permess ambjentali għall-proġett ta’ rimedju, inklużi miżuri għas-salvagwardja tas-sikurezza tal-operazzjonijiet fuq il-post u s-saħħa tal-ħaddiema, bħal fil-każ tal-kontroll tan-nirien, il-protezzjoni mill-għargħar, l-immaniġġar tal-iskart perikoluż.

L-attività ma tinkludix:

(a)l-għeluq permanenti, ir-riabilitazzjoni u l-kura ta’ wara ta’ landfills eżistenti jew ġodda li jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE 60 , jew għal attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi li għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali ekwivalenti jew li b’xi mod ieħor huma allinjati mal-istandards internazzjonali rikonoxxuti tal-industrija 61 ;

(b)it-trasformazzjoni tal-gass mil-landfills għall-użu bħala trasportatur tal-enerġija jew bħala materja prima industrijali;

(c)l-iżvilupp mill-ġdid tas-sit ta’ rimedju għal użu ekonomiku ieħor bħal żoni rikreattivi, residenzjali jew kummerċjali, l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi (photovoltaic, PV);

(d)miżuri ta’ kumpens għat-tniġġis ikkawżat mil-landfill jew mis-sit tar-rimi tal-iskart bħall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ sistemi alternattivi tal-provvista tal-ilma għall-popolazzjoni affettwata li tgħix fiż-żona tal-madwar.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari E39, E38.2, E38.32 u F42.9 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

1. L-attività tikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a)l-attività ta’ rimedju ma ssirx mill-operatur 62 li jkun ikkawża t-tniġġis jew produttur tal-iskart jew persuna li taġixxi f’isem dak l-operatur jew produttur sabiex tikkonforma mad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 63 jew, għal attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, b’leġiżlazzjoni nazzjonali jew standards internazzjonali ekwivalenti li japplikaw il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas għar-rimedju tat-tniġġis ambjentali kkawżat minn attivitajiet ekonomiċi;

(b)il-kontaminanti rilevanti jitneħħew, jiġu kkontrollati, jinżammu jew jitnaqqsu bl-użu ta’ metodi fiżiċi, kimiċi, bijoloġiċi jew oħrajn biex jiġi żgurat li l-landfill u ż-żona kontaminata (art, korp tal-ilma jew oħrajn), filwaqt li jitqies l-użu tagħha fiż-żmien tad-dannu jew l-użu futur approvat taż-żona, ma għadhomx joħolqu riskju sinifikanti li jaffettwa b’mod negattiv is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, kif speċifikat fl-istandards regolatorji nazzjonali jew, fejn dawn l-istandards ma jkunux disponibbli, f’valutazzjoni interna tar-riskju filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi u l-firxa taż-żona affettwata (art, korp tal-ilma jew oħrajn), it-tip, proprjetajiet (persistenza, mobbiltà u tossiċità) u konċentrazzjoni tas-sustanzi, preparazzjonijiet, organiżmi jew mikroorganiżmi, mogħdijiet possibbli ta’ migrazzjoni u l-probabbiltà ta’ dispersjoni 64 .

2. L-attività titħejja u titwettaq f’konformità mal-aqwa prattika tal-industrija u tinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a)il-landfill jew is-sit ta’ rimi tal-iskart mhux konformi jew illegali li għandu jiġi rimedjat ikun ngħalaq u ma jkunx qed jieħu aktar skart għajr skart possibbilment inerti jew bijostabbilizzat li għandu jintuża bħala materjal ta’ kopertura tal-landfills (sa fejn permess fil-permess ambjentali għall-proġett ta’ rimedju);

(b)l-investigazzjonijiet preparatorji inklużi l-istħarriġiet speċifiċi għas-sit u l-ġbir tad-data fiżika, kimika jew mikrobijoloġika jitwettqu f’konformità mal-aqwa prattika tal-industrija u mal-aqwa tekniki disponibbli biex jiġu stabbiliti:

(i)il-post, il-karatteristiċi u d-daqs tal-landfill u ż-żona mniġġsa;

(ii)il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u idroloġiċi sottostanti;

(iii)il-kwantità, il-kompożizzjoni u s-sorsi probabbli tal-iskart mormi fil-landfills;

(iv)it-tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma li joriġina minnu kif ukoll ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

(c)ir-riżultati ta’ dawn l-investigazzjonijiet ta’ rimedju huma inputs għal studju tal-fattibbiltà li jiddefinixxi l-objettivi, il-miri u l-ambitu tar-rimedju u jevalwa għażliet ta’ rimedju alternattivi;

(d)l-għażliet ta’ rimedju jiġu analizzati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2004/35/KE u fl-Annessi I u III tad-Direttiva 1999/31/KE, jew għal attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi f’liġi nazzjonali ekwivalenti jew fi standards internazzjonali aċċettati b’mod komuni 65 , u deskritt fi studju ta’ fattibbiltà prodott għall-proġett ta’ rimedju tal-landfills li juri b’mod konvinċenti kif l-għażla ta’ rimedju magħżula hija l-aqwa soluzzjoni ġenerali biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri ta’ rimedju definiti;

(e)il-proġett ta’ rimedju tal-landfills, inkluż il-pjan ta’ monitoraġġ u kontroll li jakkumpanjah, huwa approvat mill-awtorità kompetenti u kkonsultat mal-partijiet ikkonċernati lokali f’konformità mar-rekwiżiti legali nazzjonali;

(f)il-materjali u l-fjuwils kollha rkuprati mill-iskart mormi f’landfills jissodisfaw l-istandards ta’ kwalità jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-utenti rilevanti għall-operazzjonijiet ta’ rkupru maħsuba u ma jirrappreżentawx riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem;

(g)kull skart perikoluż estratt jew inkella prodott mill-attività ta’ rimedju huwa soġġett għal ġbir, trasport, trattament, irkupru jew rimi xierqa minn operatur awtorizzat, f’konformità mar-rekwiżiti legali nazzjonali;

(h)ma jintużawx metodi ta’ rimedju tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan ibbażati esklużivament fuq it-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa permezz tad-dilwizzjoni jew tat-tnaqqis tal-konċentrazzjoni;

(i)jiġi implimentat pjan ta’ kontroll u monitoraġġ, inklużi miżuri biex jiġu kontrollati l-impatti tal-attivitajiet ta’ rimedju u biex jiġi verifikat l-ilħuq tal-objettivi u l-miri ta’ rimedju, għal mill-anqas 10 snin f’każ ta’ skavar u tneħħija tal-landfill jew tas-sit tar-rimi tal-iskart u għal mill-anqas 30 sena f’każ ta’ iżolament ambjentali tal-landfill jew tas-sit tar-rimi tal-iskart, sakemm tul ta’ żmien differenti suffiċjenti biex jiggarantixxi kontroll tar-riskju fit-tul ma jkunx definit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew mill-awtorità regolatorja kompetenti għall-proġett ta’ rimedju speċifiku.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Fejn il-korp tal-landfill ikun fih ammonti sinifikanti ta’ skart bijodegradabbli, hemm fis-seħħ sistema għall-qbid u t-tnaqqis tal-gass tal-landfill u pjan ta’ monitoraġġ għat-tnixxija tal-gass tal-landfill f’konformità mar-rekwiżiti operazzjonali u tekniċi tad-Direttiva 1999/31/KE, jew għal attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi f’konformità mal-liġi nazzjonali ekwivalenti jew standards internazzjonali tal-industrija aċċettati b’mod komuni 66 .

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) Użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

Il-miżuri ta’ rimedju huma protettivi għar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar u japplikaw l-aqwa prattiki u teknoloġija tal-industrija 67 bil-għan li:

(a)inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-lissija mil-landfill u jevitaw il-ħruġ jew l-infiltrazzjoni tal-lissija fil-ħamrija tal-madwar u kwalunkwe periklu potenzjali għall-ilma tal-pjan u għall-ilma tal-wiċċ;

(b)jiġbru b’mod separat u jittrattaw b’mod xieraq l-ilma tax-xeba’ u tal-lissija qabel l-iskarika;

(c)jittraċċaw u janalizzaw ir-rati tal-ġenerazzjoni tal-lissija u tal-konċentrazzjoni u tal-kompożizzjoni tal-lissija fil-perjodu ta’ wara l-kura permezz ta’ sistemi u proċessi xierqa ta’ kontroll u monitoraġġ;

(d)jiġbru u jittrattaw b’mod separat il-ħamrija mniġġsa fil-landfill u madwaru sabiex tiġi mblokkata l-mogħdija mil-landfill għall-korpi tal-ilma permezz ta’ ħamrija b’ħafna xita.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Meta l-proġett ta’ rimedju jipprevedi l-iskavar u t-tneħħija tal-landfill jew tas-sit tar-rimi tal-iskart eżistenti, l-iskart skavat jiġi ġestit f’konformità mal-prinċipju tal-ġerarkija tal-iskart, filwaqt li tingħata prijorità lir-riċiklaġġ fuq tipi oħrajn ta’ rkupru tal-materjal, fuq l-inċinerazzjoni u r-rimi, sal-punt li dan ikun teknikament fattibbli u ma jżidx ir-riskji għas-saħħa ambjentali jew tal-bniedem.

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Fejn applikabbli, l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi prevenuta jew it-tixrid tagħhom jiġi ġestit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

2.4.Rimedju ta’ siti u ta’ żoni kontaminati

Deskrizzjoni tal-attività

L-attività tinkludi:

(a)id-dekontaminazzjoni jew ir-rimedju tal-ħamrija u tal-ilma tal-pjan fiż-żona mniġġsa, kemm in situ kif ukoll ex situ, b’mod partikolari bl-użu ta’ metodi mekkaniċi, fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi;

(b)id-dekontaminazzjoni jew ir-rimedju ta’ impjanti jew siti industrijali kontaminati;

(c)id-dekontaminazzjoni jew ir-rimedju tal-ilma tal-wiċċ u x-xtut tiegħu wara tniġġis aċċidentali, bħal permezz tal-ġbir ta’ sustanzi niġġiesa jew permezz ta’ metodi fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi;

(d)it-tindif tat-tixrid taż-żejt u tipi oħrajn ta’ sustanzi niġġiesa fuq jew fi:

(i)ilma tal-wiċċ inklużi xmajjar, lagi, ilmijiet kostali jew ilmijiet tranżizzjonali;

(ii)ilma tal-pjan kif definit fid-Direttiva 2000/60/KE;

(iii)ilma tal-baħar kif definit fid-Direttiva 2008/56/KE;

(iv)sedimenti (għat-tipi kollha ta’ ilma tal-wiċċ);

(v)ekosistemi akkwatiċi;

(vi)binjiet;

(vii)ħamrija;

(viii)ekosistemi terrestri;

(e)it-tnaqqis materjali ta’ sustanzi, taħlitiet jew prodotti perikolużi, bħall-asbestos jew iż-żebgħa bbażata fuq iċ-ċomb;

(f)attivitajiet speċjalizzati oħrajn ta’ kontroll tat-tniġġis;

(g)it-tindif wara diżastri minn perikli naturali, bħal għargħar, jew terremot;

(h)ir-rimedju ta’ siti tal-minjieri jew ta’ legati li ma għadhomx jintużaw li ma humiex assoċjati mad-dħul mill-estrazzjoni;

(i)l-operazzjonijiet ta’ konteniment, l-ostakoli idrawliċi, l-ostakoli attivi u passivi maħsuba biex jillimitaw jew jipprevjenu l-migrazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa.

L-attività tinkludi wkoll l-attivitajiet kollha li huma meħtieġa għat-tħejjija, għall-ippjanar, għall-monitoraġġ u għas-segwitu tal-attività ta’ dekontaminazzjoni jew ta’ rimedju nnifisha, bħal:

(a)l-investigazzjonijiet preparatorji, inklużi l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ data u stħarriġ (b’mod partikolari dawk ġeoloġiċi jew idroloġiċi), il-fattibbiltà teknika u l-istudji tal-impatt ambjentali meħtieġa biex jiġi definit il-proġett ta’ rimedju;

(b)il-monitoraġġ u l-kontroll tal-miżuri ta’ rimedju, inklużi:

(i)kampjunar tal-ħamrija, tal-ilma, tas-sediment, tal-bijota jew ta’ materjali oħrajn;

(ii)analiżi fil-laboratorju tal-kampjuni biex jiġu identifikati n-natura u l-konċentrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa;

(iii)l-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ faċilitajiet u tagħmir ta’ monitoraġġ bħal bjar ta’ osservazzjoni ġewwa u barra l-perimetru tas-sit ta’ rimedju;

(c)id-demolizzjoni ta’ binjiet kontaminati jew strutturi oħrajn, iż-żarmar ta’ makkinarju u ta’ tagħmir fuq skala kbira (jiġifieri, id-dekummissjonar) u t-tneħħija tal-issiġillar tal-wiċċ u tal-kisi bil-konkrit;

(d)iċ-ċaqliq jew it-tħammil tal-art, inklużi l-iskavar, ir-rimi fil-landfills, il-livellar, il-kostruzzjoni jew it-tisħiħ tal-ħitan jew taċ-ċnut tal-perimetru, l-aċċess primarju u t-toroq interni u kull attività oħra meħtieġa biex titħaddem id-dekontaminazzjoni;

(e)l-implimentazzjoni ta’ miżuri oħrajn ta’ protezzjoni ambjentali u ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tat-tniġġis biex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imposti fil-permess ambjentali għall-proġett ta’ rimedju, inklużi miżuri għas-salvagwardja tas-sikurezza tal-operazzjonijiet fuq il-post u s-saħħa tal-ħaddiema (bħal fil-każ tal-kontroll tan-nirien, il-protezzjoni mill-għargħar, il-ġestjoni tal-iskart perikoluż), il-protezzjoni tal-ħaddiema, il-kontroll tal-aċċess għas-sit, il-ġestjoni ta’ speċijiet invażivi qabel jew matul id-dekontaminazzjoni jew ir-rimedju, l-operazzjonijiet ta’ tisħiħ imwettqa qabel jew matul id-dekontaminazzjoni.

Din l-attività ekonomika ma tinkludix:

(a)il-kontroll tal-pesti fl-agrikoltura;

(b)il-purifikazzjoni tal-ilma għall-finijiet tal-provvista tal-ilma;

(c)id-dekontaminazzjoni jew ir-rimedju ta’ impjanti u siti nukleari;

(d)it-trattament u r-rimi ta’ skart perikoluż jew mhux perikoluż mhux relatat mal-problema tal-kontaminazzjoni tas-sit;

(e)ir-rimedju morfoloġiku;

(f)ir-rimedju ta’ landfills legalment mhux konformi u ta’ siti tar-rimi tal-iskart abbandunati jew illegali mhux relatati mas-sit taħt rimedju (Ara t-Taqsima 2.3. ta’ dan l-Anness);

(g)servizzi ta’ emerġenza (ara t-Taqsima 14.1. tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139);

(h)il-knis u t-tisqija ta’ barra tat-toroq.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari 39, 33.20, 43.11, 43.12, 71.12, 71.20, 74.90, 81.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar

Kontribut sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

1. L-attivitajiet ta’ rimedju ma jitwettqux mill-operatur 68 li jkun ikkawża t-tniġġis jew minn persuna li taġixxi f’isem dak l-operatur sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/35/KE jew, għal attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, bid-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà ambjentali bbażati fuq il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” skont il-liġi nazzjonali.

2. Il-kontaminanti rilevanti jitneħħew, jiġu kontrollati, miżmuma jew imnaqqsa bl-użu ta’ metodi mekkaniċi, kimiċi, bijoloġiċi jew metodi oħrajn sabiex iż-żona kontaminata (art, korp tal-ilma jew oħrajn), filwaqt li jitqies l-użu tagħha fil-ħin tad-dannu jew l-użu futur approvat taż-żona, ma jibqax jippreżenta riskju sinifikanti li jaffettwa b’mod negattiv is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent 69 , kif stabbilit f’wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)standards regolatorji nazzjonali;

(b)fejn dawn l-istandards ma jkunux disponibbli, valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit intern li tqis il-karatteristika u l-firxa taż-żona affettwata (art, korp tal-ilma jew oħrajn), it-tip, il-proprjetajiet (persistenza, mobbiltà u tossiċità) u l-konċentrazzjoni tas-sustanzi, it-tħejjijiet, l-organiżmi jew il-mikroorganiżmi, il-perkorsi ta’ migrazzjoni possibbli u l-probabbiltà ta’ dispersjoni 70 .

3. L-attività ta’ rimedju titwettaq f’konformità mal-aqwa prattika tal-industrija u tinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a)l-attività operazzjonali oriġinali jew l-impjant difettuż u t-tagħmir anċillari li wasslu għall-kontaminazzjoni twaqqfu jew ġew indirizzati sabiex ma jkunux sors potenzjali ta’ kontaminazzjoni potenzjali ulterjuri qabel ma titwettaq kwalunkwe valutazzjoni jew attività ta’ rimedju (ħlief transkonfinali tal-arja fuq medda distanza twila jew sorsi diffużi mhux identifikabbli oħrajn);

(b)l-investigazzjonijiet preparatorji inklużi l-istħarriġiet speċifiċi għas-sit u l-ġbir tad-data fiżika, kimika jew mikrobijoloġika jitwettqu f’konformità mal-aqwa prattika tal-industrija u mal-aqwa tekniki disponibbli biex jiġu stabbiliti l-elementi li ġejjin użati biex jiġu definiti l-miri ambjentali għar-rimedju u biex jiġu evalwati l-għażliet ta’ rimedju:

(i)il-post, il-karatteristiċi u d-daqs tas-sit kontaminat;

(ii)il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u idroloġiċi sottostanti;

(iii)il-kwantità, il-kompożizzjoni u s-sorsi probabbli ta’ kontaminazzjoni;

(iv)it-tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma li joriġina minnu kif ukoll ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

(c)l-għażliet ta’ rimedju jiġu analizzati f’konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2004/35/KE 71 u l-aktar miżuri ta’ rimedju xierqa jiġu definiti fi pjan ta’ rimedju dedikat, inklużi r-rekwiżiti u l-pjan ta’ monitoraġġ;

(d)kwalunkwe skart perikoluż jew mhux perikoluż jew ħamrija kontaminata estratta jew inkella prodotta mill-attività ta’ rimedju hija soġġetta għal ġbir, trasport, trattament, irkupru jew rimi xierqa minn operatur awtorizzat, f’konformità mar-rekwiżiti legali u tingħata attenzjoni għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe taħlit ta’ ħamrija kkontaminata skavata u ħamrija mhux ikkontaminata;

(e)il-metodi ta’ rimedju ma jinkludux it-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa permezz ta’ dilwizzjoni jew ta’ tnaqqis tal-konċentrazzjoni, sakemm ma tkunx provduta ġustifikazzjoni sħiħa, għal raġuni għajr kunsiderazzjonijiet ta’ kostijiet, fil-pjan ta’ rimedju;

(f)l-attivitajiet ta’ kontroll, ta’ monitoraġġ jew ta’ manutenzjoni jitwettqu fil-fażi ta’ wara l-kura ta’ mill-anqas 10 snin, sakemm tul ta’ żmien differenti suffiċjenti biex jiġi garantit kontroll tar-riskju fit-tul ma jkunx definit fil-liġi nazzjonali jew fil-pjan ta’ rimedju u ta’ monitoraġġ (ara l-punt 4).

4. Il-pjan speċifiku ta’ rimedju u ta’ monitoraġġ huwa approvat mill-awtorità kompetenti f’konformità mar-rekwiżiti legali nazzjonali, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja tal-karbonju 72 .

Il-miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-ambitu 1 u tal-ambitu 2 73 tal-proċess sħiħ ta’ tneħħija jew ta’ trattament huma inklużi fil-pjan ta’ rimedju.

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) Użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Mill-anqas 70 % (skont il-piż) tal-materjali mhux perikolużi tal-kostruzzjoni, tad-demolizzjoni jew ta’ skart ieħor (eskluż materjal li jseħħ b’mod naturali definit fil-kategorija 17 05 04 fil-Lista Ewropea ta’ Skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE) iġġenerat fis-sit taħt rimedju jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għal irkupru ta’ materjal ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid li jużaw l-iskart biex jissostitwixxu materjali oħrajn, f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u l-Protokoll tal-UE dwar il-Ġestjoni tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni 74 , sakemm ma tingħatax ġustifikazzjoni ċara fil-Pjan ta’ Rimedju approvat fuq il-bażi ta’ raġunijiet tekniċi jew ambjentali, għajr kunsiderazzjonijiet tal-kostijiet.

(6) Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi D ta’ dan l-Anness.

Dan li ġej għandu jiġi żgurat:

(a)    fl-Unjoni, b’rabta mas-siti ta’ Natura 2000: l-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000 fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(b)    fl-Unjoni, fi kwalunkwe żona: l-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tal-poplazzjonijiet tal-ispeċi protetti bis-saħħa tad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli. L-attività lanqas ma hija ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti bis-saħħa tad-Direttiva 92/43/KEE fi status ta’ konservazzjoni favorevoli;

(c)    l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi prevenuta, jew it-tixrid tagħhom jiġi ġestit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.



Appendiċi A: Kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima

I. Kriterji

Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fit-tabella fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà tal-klima skont il-passi li ġejjin:

(a)    skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)    meta l-attività tiġi vvalutata bħala f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà tal-klima sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)    valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà tal-klima hija proporzjonata għall-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)    għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala xierqa;

(b)    għall-attivitajiet l-oħrajn kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul il-firxa eżistenti ta’ xenarji futuri 75 konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inklużi, tal-anqas, xenarji ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi ta’ bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti kbar.

Il-proġettazzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aqwa prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima 76 , ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ 77 jew bi ħlas.

Għal attivitajiet eżistenti u għal attivitajiet ġodda li jużaw assi fiżiċi eżistenti, l-operatur ekonomiku jimplimenta soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”), fuq perjodu sa 5 snin, li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi identifikati bħala l-aktar importanti li jkunu rilevanti għal dik l-attività. Jitfassal kif xieraq pjan ta’ adattament għall-implimentazzjoni ta’ dawk is-soluzzjonijiet.

Għal attivitajiet ġodda u għal attivitajiet eżistenti li jużaw assi fiżiċi mibnija ġodda, l-operatur ekonomiku jintegra s-soluzzjonijiet ta’ adattament li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi l-aktar importanti identifikati li jkunu rilevanti għal dik l-attività fiż-żmien tad-disinn u tal-kostruzzjoni u jkun implimentahom qabel il-bidu tal-operazzjonijiet.

Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħrajn, tan-natura, tal-wirt kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħrajn; huma konsistenti mal-istrateġiji u mal-pjanijiet ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali; u jikkunsidraw l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura 78 jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra 79 sa fejn ikun possibbli.

II. Klassifikazzjoni tal-perikli relatati mal-klima 80

Relatati mat-temperatura

Relatati mar-riħ

Relatati mal-ilma

Relatati mal-massa solida

Kroniċi

Tibdil fit-temperatura (arja, ilma ħelu, ilma baħar)

Tibdil fix-xejriet tar-riħ

Tibdil fix-xejriet u fit-tipi ta’ preċipitazzjoni (xita, silġ, borra)

Erożjoni kostali

Stress termiku

Varjabbiltà fil-preċipitazzjoni jew idroloġika

Degradazzjoni tal-ħamrija

Varjabbiltà fit-temperatura

Aċidifikazzjoni tal-oċeani

Erożjoni tal-ħamrija

Taħlil tal-permafrost

Intrużjoni salina

Soliflussjoni

Żieda fil-livell tal-baħar

Stress fuq l-ilma

Akuti

Mewġa ta’ sħana

Ċiklun, uragan, tifun

Nixfa

Valanga

Mewġa ta’ kesħa/ġlata

Maltempata (inklużi maltempati tas-silġ, tat-trab u tar-ramel)

Preċipitazzjoni qawwija (xita, silġ, borra/silġ)

Uqigħ tal-art

Nirien mhux kontrollati

Tromba tal-arja

Għargħar (kostali, fjuvjali, pluvjali, tal-ilma tal-pjan)

Ċediment

Kollass ta’ lag glaċjali



Appendiċi B: Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-evitar tal-istress fuq l-ilma huma identifikati u indirizzati bl-għan li jinkiseb status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (22) u (23), tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE 81 u pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat skont dan għall-korp jew għall-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Fejn titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE u tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-ilma f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni addizzjonali tal-impatt fuq l-ilma, dment li r-riskji identifikati jkunu ġew indirizzati.

L-attività ma xxekkilx l-ilħuq ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet marini li diġà jinsabu fi stat ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2008/56/KE 82 , filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.



Appendiċi D: Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-protezzjoni u għar-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Tlestiet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew skrinjar 83 f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE 84 .

Fejn twettqet VIA, jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent.

Għal siti/operazzjonijiet li jinsabu f’żoni sensittivi għall-bijodiversità jew qribhom (inkluż in-network Natura 2000 ta’ żoni protetti, siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO u Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħrajn), twettqet valutazzjoni xierqa 85 , fejn applikabbli, u fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tagħha ġew implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa 86 .

(1)    European Medicines Agency Guidelines on the environmental risk assessment of medicinal products for human use, il-verżjoni ta’ [id-data tal-adozzjoni] tinsab fuq https://www.ema.europa.eu/en/environmental-risk-assessment-medicinal-products-human-use-scientific-guideline.
(2)    Il-metaboliti ewlenin huma metaboliti umani li x’aktarx jiġu eliminati fl-ambjent. Dawk il-metaboliti huma identifikati fi studji (mhux) kliniċi dwar il-metaboliżmu tal-prodotti mediċinali disponibbli fl-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Dawn il-metaboliti għandhom jiġu identifikati skont l-EMA/CPMP/ICH/286/1995, paġna 8. Il-prodotti ta’ trasformazzjoni ewlenin (transformation products, TP) ta’ dawn il-metaboliti umani ewlenin tal-kompost oriġinarju (API) huma dawk li jaqbżu l-10 % tal-Karbonju Organiku Dissolt (Dissolved Organic Carbon, DOC) jew tal-Kontenut Totali ta’ Karbonju Organiku (Total Organic Carbon, TOC) tal-kompost oriġinarju.
(3)    OECD Guidelines for the Testing of Chemicals, Test 301 (A-F), Ready Biodegradability, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq https://www.oecd.org/chemicalsafety/risk-assessment/1948209.pdf. It-test tal-OECD 301 (A-F) jintuża biex jiġu identifikati sustanzi li huma preżunti li jiġu bijodegradati malajr u li fl-aħħar mill-aħħar jiġu bijodegradati, jiġifieri, mineralizzati f’kundizzjonijiet ambjentali aerobiċi).
(4)    Studji ta’ livell ogħla (OECD 308) jirriżultaw bl-hekk imsejħa nofs ħajjiet li jindikaw iż-żmien li warajh tinkiseb 50 % ta’ bijodegradazzjoni tal-API. Japplikaw nofs ħajjiet aċċettabbli biex tintwera bijodegradazzjoni rapida biżżejjed, jiġifieri n-nuqqas ta’ persistenza, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Anness XIII, li huwa msemmi wkoll fil-linja gwida tal-EMA dwar l-ERA.
(5)    OECD Guidelines for the Testing of Chemicals, Test No. 308: Aerobic and Anaerobic Transformation in Aquatic Sediment Systems, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq: https://www.oecd-ilibrary.org/environment/test-no-308-aerobic-and-anaerobic-transformation-in-aquatic-sediment-systems_9789264070523-en.
(6)    Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu tas-sustanzi msemmija fil-punti (f) u (g) ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.
(7)    Ir-rekwiżiti f’dan il-punt jindirizzaw is-sustanzi niġġiesa identifikati fl-ambitu tal-kwistjonijiet ambjentali ewlenin ta’ kull dokument ta’ BREF jew il-BAT-AEL tal-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Meta l-BAT-AEL jiddifferenzja bejn “impjanti eżistenti” u “impjanti ġodda”, l-operaturi juru konformità mal-BAT-AEL għal impjanti ġodda. Meta ma jkunx hemm medda tal-BAT-AEL iżda valur wieħed, il-livelli ta’ emissjoni jkunu taħt dan il-valur. Meta l-medda tal-BAT-AEL tiġi espressa kif ġej: “<x-y unit” (jiġifieri t-tarf ta’ isfel tal-medda tal-BAT-AEL huwa espress bħala “anqas minn”), il-punt tan-nofs huwa kkalkolat bl-użu tal-x u l-y. Il-perjodi tal-kalkolu tal-medja huma l-istess bħal fil-BAT-AEL tad-dokumenti tal-BREF deskritti hawn fuq.
(8)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2427 tas-6 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għal sistemi komuni ta’ ġestjoni u trattament tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika (ĠU L 318, 12.12.2022, p. 157).
(9)    The Best Available Techniques Reference Document (BREF) for Manufacture of Organic Fine Chemicals, jinsab fuq: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/ofc_bref_0806.pdf.
(10)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/902 tat-30 ta’ Mejju 2016 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għas-sistemi komuni tat-trattament jew tal-immaniġġjar tal-ilma mormi u tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 9.6.2016, p. 23).
(11)    Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the Large Volumes Inorganic Chemicals- Solids and Others industry, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic-s_bref_0907.pdf).
(12)    Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the manufacture of Large Volume Inorganic Chemicals - Ammonia, Acids and Fertilisers (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic_aaf.pdf ).  
(13)    The Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the production of speciality inorganic chemicals (SIC), (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/reference/production-speciality-inorganic-chemicals).
(14)    European Medicines Agency ICH guideline Q3C (R8) on impurities: guideline for residual solvents. Step 5, 2022, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq https://www.ema.europa.eu/en/documents/scientific-guideline/international-conference-harmonization-technical-requirements-registration-pharmaceuticals-human-use_en-33.pdf.
(15)    Fejn tapplika l-eżenzjoni skont il-Kriterju 1.3.
(16)    L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq: https://www.iso.org/standard/71206.html.
(17)    L-istandard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases — Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq: https://www.iso.org/standard/66453.html.
(18)    Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Best Environmental Management Practice for the Public Administration Sector, 2019, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/6063f857-7789-11e9-9f05-01aa75ed71a1/language-en.
(19)    ISO 14046:2014 Environmental management — Water footprint — Principles, requirements and guidelines, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq: https://www.iso.org/standard/43263.html.
(20)    European Medicines Agency Guidelines on the environmental risk assessment of medicinal products for human use, il-verżjoni ta’ [id-data tal-adozzjoni] tinsab fuq https://www.ema.europa.eu/en/environmental-risk-assessment-medicinal-products-human-use-scientific-guideline.
(21)    Il-metaboliti ewlenin huma metaboliti umani li x’aktarx jiġu eliminati fl-ambjent. Dawk il-metaboliti huma identifikati fi studji (mhux) kliniċi dwar il-metaboliżmu tal-prodotti mediċinali disponibbli fl-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Dawn il-metaboliti għandhom jiġu identifikati skont l-EMA/CPMP/ICH/286/1995, paġna 8. Il-prodotti ta’ trasformazzjoni ewlenin (TP) ta’ dawn il-metaboliti umani ewlenin tal-kompost oriġinarju (API) huma dawk li jaqbżu l-10 % tal-Karbonju Organiku Dissolt (DOC) jew tal-Kontenut Totali ta’ Karbonju Organiku (TOC) tal-kompost oriġinarju.
(22)    OECD Guidelines for the Testing of Chemicals, Test 301 (A-F), Ready Biodegradability, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq https://www.oecd.org/chemicalsafety/risk-assessment/1948209.pdf. It-test tal-OECD 301 (A-F) jintuża biex jiġu identifikati sustanzi li huma preżunti li jiġu bijodegradati malajr u li fl-aħħar mill-aħħar jiġu bijodegradati, jiġifieri, mineralizzati f’kundizzjonijiet ambjentali aerobiċi.
(23)    Studji ta’ livell ogħla (OECD 308) jirriżultaw bl-hekk imsejħa nofs ħajjiet li jindikaw iż-żmien li warajh tinkiseb 50 % ta’ bijodegradazzjoni tal-API. Japplikaw nofs ħajjiet aċċettabbli biex tintwera bijodegradazzjoni rapida biżżejjed, jiġifieri n-nuqqas ta’ persistenza, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-Anness XIII, li huwa msemmi wkoll fil-linja gwida tal-EMA dwar l-ERA.
(24)    OECD Guidelines for the Testing of Chemicals, Test No. 308: Aerobic and Anaerobic Transformation in Aquatic Sediment Systems, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq: https://www.oecd-ilibrary.org/environment/test-no-308-aerobic-and-anaerobic-transformation-in-aquatic-sediment-systems_9789264070523-en.
(25)    Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu tas-sustanzi msemmija fil-punti (f) u (g) ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.
(26)    Ir-rekwiżiti f’dan il-punt jindirizzaw is-sustanzi niġġiesa identifikati fl-ambitu tal-kwistjonijiet ambjentali ewlenin ta’ kull dokument ta’ BREF jew il-BAT-AEL tal-konklużjonijiet rilevanti tal-BAT Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Meta l-BAT-AEL jiddifferenzja bejn “impjanti eżistenti” u “impjanti ġodda”, l-operaturi juru konformità mal-BAT-AEL għal impjanti ġodda. Meta ma jkunx hemm medda tal-BAT-AEL iżda valur wieħed, il-livelli ta’ emissjoni jkunu taħt dan il-valur. Meta l-medda tal-BAT-AEL tiġi espressa kif ġej: ‘<x-y unit’ (jiġifieri t-tarf ta’ isfel tal-medda tal-BAT-AEL huwa espress bħala “anqas minn”), il-punt tan-nofs huwa kkalkolat bl-użu tal-x u l-y. Il-perjodi tal-kalkolu tal-medja huma l-istess bħal fil-BAT-AEL tad-dokumenti tal-BREF deskritti hawn fuq.
(27)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2427.
(28)    The Best Available Techniques Reference Document (BREF) for Manufacture of Organic Fine Chemicals, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/ofc_bref_0806.pdf).
(29)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/902.
(30)    Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the Large Volumes Inorganic Chemicals- Solids and Others industry, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic-s_bref_0907.pdf).
(31)    Best Available Techniques (BAT) Reference Document for the manufacture of Large Volume Inorganic Chemicals - Ammonia, Acids and Fertilisers (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/sites/default/files/2019-11/lvic_aaf.pdf ).  
(32)    The Best Available Techniques Reference Document (BREF) for the production of speciality inorganic chemicals (SIC), (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://eippcb.jrc.ec.europa.eu/reference/production-speciality-inorganic-chemicals).
(33)    European Medicines Agency ICH guideline Q3C (R8) on impurities: guideline for residual solvents. Step 5, 2022, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq https://www.ema.europa.eu/en/documents/scientific-guideline/international-conference-harmonization-technical-requirements-registration-pharmaceuticals-human-use_en-33.pdf.
(34)    Fejn tapplika l-eżenzjoni skont il-kriterju 1.3.
(35)    L-istandard ISO 14067:2018, Greenhouse gases — Carbon footprint of products — Requirements and guidelines for quantification, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq: https://www.iso.org/standard/71206.html.
(36)    L-istandard ISO 14064-1:2018, Greenhouse gases - Part 1: Specification with guidance at the organization level for quantification and reporting of greenhouse gas emissions and removals, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq: https://www.iso.org/standard/66453.html.
(37)    Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, Best Environmental Management Practice for the Public Administration Sector, 2019, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/6063f857-7789-11e9-9f05-01aa75ed71a1/language-en.
(38)    ISO 14046:2014 Environmental management — Water footprint — Principles, requirements and guidelines, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq: https://www.iso.org/standard/43263.html.
(39)    Skart perikoluż tfisser skart li jkollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE. Dan jinkludi flussi bħal frazzjonijiet ta’ skart perikoluż prodotti mill-unitajiet domestiċi, żjut għar-rimi, batteriji, skart mhux imnaddaf mit-tniġġis minn tagħmir elettriku u elettroniku (waste from electrical and electronic equipment, WEEE), vettura li ma għadhiex tintuża mhux imnaddfa mit-tniġġis, ċertu skart relatat mal-kura tas-saħħa, bħal skart infettiv u ċitotossiku, eċċ. Klassifikazzjoni komprensiva tal-iskart perikoluż tista’ tinstab fil-Lista Ewropea tal-Iskart (stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE).
(40)    Il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni], tinsab fuq https://unece.org/transport/standards/transport/dangerous-goods/adr-2023-agreement-concerning-international-carriage.
(41)    F’konformità mar-Regolament (UE) 2018/858.
(42)    CLC/EN 50625-1: Rekwiżiti ta’ ġbir, loġistika u trattament għall-WEEE tal-2014 - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta’ trattament.
(43)    Rekwiżiti ta’ ġbir, loġistika u trattament għall-WEEE - Parti 4: Speċifikazzjoni għall-ġbir u l-loġistika assoċjati mal-WEEE.
(44)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1147.
(45)    “Skart riċiklabbli” huwa skart li jista’ jkun riċiklat f’konformità mal-Artikolu 3(17) tad-Direttiva 2008/98/KE.
(46)    “Skart mhux riċiklabbli” huwa skart li jista’ jkun riċiklat f’konformità mal-Artikolu 3(17) tad-Direttiva 2008/98/KE.
(47)    Kif stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2008/98/KE.
(48)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1147.
(49)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2010 tat-12 ta’ Novembru 2019 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-inċinerazzjoni tal-iskart (ĠU L 312, 3.12.2019, p. 55).
(50)    EN 14899:2005 Characterization of waste - Sampling of waste materials - Framework for the preparation and application of a Sampling Plan.
(51)    EN 12457-2:2002 Characterisation of waste - Leaching - Compliance test for leaching of granular waste materials and sludges - Part 2: Test ta’ lott fi stadju wieħed fi proporzjon ta’ likwidu għal solidu ta’ 10 l/kg għal materjali b’daqs ta’ partikuli taħt l-4 mm (bit-tifrik jew mingħajru).
(52)    EN ISO 9888:1999 Water quality — Evaluation of ultimate aerobic biodegradability of organic compounds in aqueous medium — Static test (Zahn-Wellens method), il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq: https://www.iso.org/standard/28121.html.
(53)    Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
(54)    Skart li fih il-merkurju jfisser skart li jikkonsisti minn, li fih jew li huwa kontaminat bil-merkurju jew bil-komposti tal-merkurju.
(55)    WHO, Safe management of wastes from health-care activities, 2nd edition, 2014, il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni] tinsab fuq https://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0012/268779/Safe-management-of-wastes-from-health-care-activities-Eng.pdf.
(56)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1147.
(57)    It-terminu “landfill” huwa definit fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi f’landfill (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1) bħala ‘sit ta’ rifjut ta’ skart għal depożitu tal-iskart fuq jew fl-art (pereżempju taħt l-art)’ inkluż kemm skart mhux perikoluż kif ukoll skart perikoluż.Landfill “legalment mhux konformi” hija landfill li ma tikkonformax mar-rekwiżiti operazzjonali u tekniċi definiti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE jew dik nazzjonali.
(58)    “Sit tar-rimi tal-iskart” huwa sit użat għar-rimi ta’ skart li ma huwiex mgħammar b’sistemi ta’ tnaqqis tat-tniġġis.
(59)    “Emissjoni” tfisser ir-rilaxx fl-ambjent, bħala riżultat tal-attivitajiet tal-bniedem, ta’ sustanzi, preparazzjonijiet, organiżmi jew mikroorganiżmi (kif stabbilit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56).
(60)    Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April tal-1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.
(61)    Bħal, fil-livell internazzjonali, il-linji gwida operazzjonali dwar il-landfills ippubblikati mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Iskart Solidu (International Solid Waste Association, ISWA).
(62)    Kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 6, tad-Direttiva 2004/35/KE.
(63)    Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u mar-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.04.2004, p. 56).
(64)    Ara d-Direttiva 2004/35/KE, l-Anness II, il-punt 2. Għal attivitajiet ta’ rimedju barra l-UE, sakemm ma jkunux obbligatorji standards ugwali jew aktar stretti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, issir referenza għall-Gwida tal-UNEP dwar il-ġestjoni ta’ siti kontaminati.
(65)    Ara d-Direttiva 2004/35/KE, l-Anness II, il-punt 1.3.1. Għal attivitajiet ta’ rimedju barra l-UE, issir referenza għall-Gwida tal-UNEP dwar il-ġestjoni ta’ siti kontaminati u għall-istandards u għad-dokumenti ta’ gwida għall-ġestjoni tal-landfills ippubblikati mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Iskart Solidu, inklużi l-Linji Gwida Internazzjonali għall-Evalwazzjoni tal-Landfills (2011), il-Pjan Direzzjonali għall-Għeluq tas-Siti tar-Rimi tal-Iskart (2016) u l-Linji Gwida Operazzjonali dwar il-Landfills (2014, 2019).
(66)    Għal attivitajiet ta’ rimedju barra l-UE, issir referenza għall-Gwida tal-UNEP dwar il-ġestjoni ta’ siti kontaminati u għall-istandards u d-dokumenti ta’ gwida għall-ġestjoni tal-landfills ippubblikati mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Iskart Solidu, inklużi l-Linji Gwida Internazzjonali għall-Evalwazzjoni tal-Landfills (2011), il-Pjan Direzzjonali għall-Għeluq tas-Siti tar-Rimi tal-Iskart (2016) u l-Linji Gwida Operazzjonali dwar il-Landfills (2014, 2019).
(67)    Għal attivitajiet ta’ rimedju barra l-UE, issir referenza għall-Gwida tal-UNEP dwar il-ġestjoni ta’ siti kontaminati u għall-istandards u d-dokumenti ta’ gwida għall-ġestjoni tal-landfills ippubblikati mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Iskart Solidu, inklużi l-Linji Gwida Internazzjonali għall-Evalwazzjoni tal-Landfills (2011), il-Pjan Direzzjonali għall-Għeluq tas-Siti tar-Rimi tal-Iskart (2016) u l-Linji Gwida Operazzjonali dwar il-Landfills (2014, 2019).
(68)    Kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 6, tad-Direttiva 2004/35/KE.
(69)    Ara d-Direttiva 2004/35/KE, l-Anness II, il-punt 2.
(70)    Ara d-Direttiva 2004/35/KE, l-Anness II, il-punt 2. Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, sakemm ma jkunux obbligatorji standards aktar stretti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, tiġi applikata l-Gwida tal-UNEP dwar il-ġestjoni ta’ siti kontaminati (UNEP/MC/COP.3/8/Rev.1) - Guidance_Contaminated_Sites_EN.pdf (mercuryconvention.org).
(71)    Ara d-Direttiva 2004/35/KE, l-Anness II, il-punt 1.3.1.Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali jew standards internazzjonali applikabbli ekwivalenti (bħall-Gwida tal-UNEP dwar il-ġestjoni ta’ siti kontaminati (UNEP/MC/COP.3/8/Rev.1) - Guidance_Contaminated_Sites_EN.pdf (mercuryconvention.org)) li jirrikjedu rimedju bbażat fuq proċess u approċċ ta’ valutazzjoni alternattivi u deskritti b’mod trasparenti biex tiġi definita strateġija xierqa, li tinkludi miżuri ta’ rimedju primarji (inklużi r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ), miżuri ta’ rimedju komplementari u kumpensatorji fi pjan ta’ rimedju dedikat.
(72)    Art b’ħażna għolja tal-karbonju tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament afforestati, artijiet bil-ħaxix, mangrovji u alka tal-qiegħ fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(73)    “Emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-ambitu 1” tfisser l-emissjonijiet diretti tal-gassijiet serra li jseħħu minn sorsi li huma proprjetà tal-operatur jew kontrollati minnu. “Emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-ambitu 2” tfisser l-emissjonijiet indiretti tal-gassijiet serra mill-ġenerazzjoni tal-elettriku kkunsmat mill-operatur.
(74)    Il-Protokoll tal-UE dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni, Settembru 2016: https://ec.europa.eu/docsroom/documents/20509/?locale=mt.
(75)    Ix-xenarji futuri jinkludu l-perkorsi ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.
(76)    Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: Impacts, Adaptation and Vulnerability, published periodically by the Intergovernmental Panel on Climate Change (IPCC), the United Nations body for assessing the science related to climate change produces, https://www.ipcc.ch/reports/.
(77)    Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.
(78)    Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma definiti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Dawn is-soluzzjonijiet iġibu aktar karatteristiċi u proċessi tan-natura u naturali, u aktar varjati, fl-ibliet u fil-pajsaġġi fuq l-art u fil-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/research/environment/index.cfm?pg=nbs).
(79)    Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ħadra (IE) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).
(80)    Il-lista ta’ perikli relatati mal-klima f’din it-tabella ma hijiex eżawrjenti, u tikkostitwixxi biss lista indikattiva tal-aktar perikli mifruxa li għandhom jitqiesu bħala minimu fil-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi.
(81)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u ta’ protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew fuq il-potenzjal ekoloġiku tal-korp jew tal-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati jiġi vvalutat u 2) id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status tajjeb/potenzjal ekoloġiku tajjeb tiġi evitata jew, fejn dan ma jkunx possibbli, 3) tkun ġustifikata min-nuqqas ta’ alternattivi ambjentali aħjar li ma jkunux sproporzjonatament għaljin/teknikament infattibbli, u jittieħdu l-passi possibbli kollha sabiex jiġi mmitigat l-impatt avvers fuq l-istatus tal-korp tal-ilma.
(82)    Id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3, il-punt 5 tad-Direttiva 2008/56/KE tipprevedi b’mod partikolari li status ambjentali tajjeb għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-deskritturi kwalitattivi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.
(83)    Il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva).
(84)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti li jirrikjedu t-tlestija ta’ VIA jew l-iskrinjar, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni 1 tal-IFC: Valutazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji Ambjentali u Soċjali.
(85)    F’konformità mad-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE. Għall-attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti, li għandhom l-għan li jippreservaw il-ħabitats naturali, il-fawna selvaġġa u l-flora selvaġġa, u li jirrikjedu li titwettaq (1) proċedura ta’ skrinjar sabiex jiġi determinat jekk, għal attività partikolari, tkunx meħtieġa valutazzjoni xierqa tal-impatti possibbli fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti; (2) valutazzjoni xierqa bħal din fejn l-iskrinjar jiddetermina li hija meħtieġa, pereżempju l-Istandard tal-Prestazzjoni 6 tal-IFC: Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.
(86)    Dawk il-miżuri ġew identifikati sabiex jiġi żgurat li l-proġett, il-pjan jew l-attività ma jkollha l-ebda effett sinifikanti fuq l-objettivi ta’ konservazzjoni taż-żona protetta.
Top

WERREJ

ANNESS IV    2

1.Attivitajiet ta’ ħarsien u ta’ restawr tal-ambjent2

1.1.Konservazzjoni, inkluż ir-restawr, tal-ħabitats, tal-ekosistemi u tal-ispeċijiet2

2.Attivitajiet ta’ akkomodazzjoni7

2.1.Lukandi, vaganzi, postijiet għall-ikkampjar u akkomodazzjoni simili7

ANNESS IV

Kriterji tekniċi ta’ skrinjar għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika ma tikkawżax ħsara sinifikanti għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra

1.Attivitajiet ta’ ħarsien u ta’ restawr tal-ambjent

1.1.Konservazzjoni, inkluż ir-restawr, tal-ħabitats 1 , tal-ekosistemi 2 u tal-ispeċijiet

Deskrizzjoni tal-attività

Il-bidu, l-iżvilupp u r-realizzazzjoni f’isimhom stess jew fuq bażi ta’ tariffa jew kuntratt, ta’ attivitajiet ta’ konservazzjoni, inklużi attivitajiet ta’ restawr, immirati lejn iż-żamma jew lejn it-titjib tal-istatus u x-xejriet tal-ħabitats terrestri, tal-ilma ħelu u tal-baħar, tal-ekosistemi u tal-popolazzjonijiet ta’ speċijiet relatati ta’ fawna u flora.

L-attivitajiet ekonomiċi jinkludu:

(a)attivitajiet ta’ konservazzjoni in situ, definiti mill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (Convention on Biological Diversity, CBD) 3 bħala l-konservazzjoni tal-ekosistemi u tal-ħabitats naturali u l-manutenzjoni u l-irkupru ta’ popolazzjonijiet vijabbli ta’ speċijiet fl-inħawi naturali tagħhom;

(b)attivitajiet ta’ restawr definiti bħala attivitajiet li jassistu b’mod attiv jew passiv l-irkupru i) ta’ ekosistema lejn jew għal kundizzjoni tajba 4 , ii) ta’ tip ta’ ħabitat sal-ogħla livell ta’ kundizzjoni li tista’ tintlaħaq u għaż-żona ta’ referenza favorevoli jew sal-firxa naturali tagħha, iii) ta’ ħabitat ta’ speċi 5 għal kwalità u kwantità suffiċjenti, jew iv) ta’ popolazzjonijiet ta’ speċijiet għal livelli sodisfaċenti.

L-attività ekonomika ma tinkludix il-konservazzjoni ex situ ta’ komponenti tad-diversità bijoloġika, inkluż f’ġonna botaniċi, żoos, akkwarji jew banek taż-żrieragħ.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija ma għandhom l-ebda kodiċi tan-NACE dedikat imma huma parzjalment koperti skont il-kodiċi tan-NACE R91.04 kif imsemmi fil-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006. L-attivitajiet huma relatati mal-Klassi 6 tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ta’ protezzjoni ambjentali (classification of environmental protection activities, CEPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 .

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi

1. Kundizzjonijiet ġenerali

1.1. L-attività tikkontribwixxi għal mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)iż-żamma ta’ kundizzjoni tajba tal-ekosistemi, tal-ispeċijiet, tal-ħabitats jew tal-ħabitats tal-ispeċijiet;

(b)l-istabbiliment mill-ġdid jew ir-restawr tal-ekosistemi, tal-ħabitats jew tal-ħabitats tal-ispeċijiet lejn jew għal kundizzjoni tajba, inkluż permezz taż-żieda taż-żona jew tal-medda tagħhom.

1.2. L-attività tista’ titwettaq minn kwalunkwe tip ta’ operatur irrispettivament mid-dominju ewlieni tal-attività.

2.    Deskrizzjoni inizjali taż-żona koperta mill-attività ta’ konservazzjoni

2.1. L-attività sseħħ f’żona b’deskrizzjoni dettaljata tal-kundizzjonijiet ekoloġiċi inizjali tagħha li jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(a)l-immappjar tal-ħabitats attwali u l-kundizzjoni tagħhom;

(b)fejn applikabbli, l-istatus ta’ protezzjoni taż-żona;

(c)il-karatterizzazzjoni tas-sitwazzjoni tal-ispeċijiet ewlenin f’termini ta’ rilevanza għall-konservazzjoni preżenti fiż-żona (inkluża l-lista tal-ispeċijiet, id-daqs approssimattiv tal-popolazzjoni, id-daqs approssimattiv tal-ħabitat tal-ispeċi u l-kwalità tiegħu, il-perjodu li matulu ż-żona tintuża mill-ispeċi);

(d)l-importanza taż-żona biex tintlaħaq kundizzjoni tajba ta’ speċijiet, ħabitats jew ħabitats ta’ speċijiet fil-livell reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali kif xieraq;

(e)fejn rilevanti, il-potenzjal għat-titjib tal-kundizzjoni tal-ispeċijiet, tal-ħabitats jew tal-ħabitats tal-ispeċijiet preżenti fiż-żona jew għall-istabbiliment mill-ġdid tal-ħabitats jew tal-ħabitats tal-ispeċijiet fiż-żona jew għat-tisħiħ tal-konnettività bejn il-ħabitats.

3.Pjan ta’ ġestjoni jew strument ekwivalenti

3.1. Iż-żona hija koperta minn pjan ta’ ġestjoni jew minn strument ekwivalenti, bħal pjan ta’ restawr 7 , li jiġi aġġornat regolarment u fi kwalunkwe każ mill-inqas kull 10 snin, u fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)deskrizzjoni tal-kontribuzzjoni mistennija taż-żona għall-objettivi ta’ konservazzjoni tan-natura stabbiliti mill-awtorità kompetenti tan-natura jew tal-ambjent b’kunsiderazzjoni tal-kuntest legali u ta’ politika reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali;

(b)il-lista ta’ speċijiet, ħabitats u ħabitats tal-ispeċijiet li se jibbenefikaw mill-miżuri ta’ konservazzjoni (minn hawn ’il quddiem ‘ħabitats u speċijiet fil-mira’);

(c)kemm idum il-pjan u deskrizzjoni ċara tal-objettivi ta’ konservazzjoni għal kull ħabitat u speċi fil-mira u tal-miżuri ta’ konservazzjoni korrispondenti li jindirizzaw il-pressjonijiet u t-theddid identifikati, inkluża l-iskadenza mistennija għall-ilħuq tal-objettivi ta’ konservazzjoni. F’każ li l-iskadenzi jaqbżu d-durata tal-pjan ta’ ġestjoni, jiġi ddefinit il-progress (stadji importanti) mistenni lejn il-kisba;

(d)deskrizzjoni tat-theddid u l-pressjonijiet li jistgħu jxekklu l-ilħuq tal-objettivi ta’ konservazzjoni, inklużi t-trasformazzjonijiet tal-ħabitat ipproġettati kkawżati mit-tibdil fil-klima;

(e)il-miżuri biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-kriterji kollha tal-prinċipju DNSH għal din l-attività;

(f)il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet soċjali (inklużi l-preservazzjoni tal-pajsaġġ, il-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali);

(g)fejn applikabbli, deskrizzjoni ta’ servizzi tal-ekosistema mtejba, bħall-ħżin tal-karbonju, il-purifikazzjoni tal-ilma, il-protezzjoni mill-għargħar, il-prevenzjoni tal-erożjoni, id-dakkir, l-opportunitajiet ta’ rikreazzjoni, u benefiċċji soċjoekonomiċi usa’;

(h)skema ta’ monitoraġġ b’indikaturi speċifiċi u rilevanti, li tippermetti li jitkejjel il-progress lejn il-kisba tal-objettivi ta’ konservazzjoni u identifikazzjoni ta’ miżuri korrettivi kif meħtieġ;

(i)il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fil-ġestjoni jew fir-restawr taż-żona u, jekk rilevanti, il-kollaborazzjonijiet jew is-sħubijiet meħtieġa biex jiġu stabbiliti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni;

(j)il-miżuri meħuda biex tiġi żgurata t-trasparenza dwar l-objettivi ta’ konservazzjoni, il-miżuri ta’ konservazzjoni u l-monitoraġġ u r-riżultati tiegħu;

(k)il-finanzjament meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni, għall-monitoraġġ taż-żona u għall-awditjar tagħha.

3.2. Meta l-pjan ta’ ġestjoni jew l-istrument ekwivalenti ma jkunx fih l-elementi kollha speċifikati fil-punt 3.1, l-informazzjoni tiġi pprovduta mill-operatur tal-attività.

4. Awditu

4.1. Id-deskrizzjoni inizjali taż-żona ta’ konservazzjoni u tal-pjan ta’ ġestjoni jew tal-istrument ekwivalenti speċifikat fil-punti 2 u 3 jiġu vverifikati minn korp ta’ ċertifikazzjoni terz indipendenti fil-bidu tal-attività ta’ konservazzjoni.

4.2. Fi tmiem id-durata tal-pjan ta’ ġestjoni jew tal-istrument ekwivalenti u tal-anqas kull 10 snin, l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fil-bidu tal-pjan ta’ ġestjoni u r-rispett tal-kriterji DNSH jiġu vverifikati.

Il-verifika tinkludi deskrizzjoni dettaljata aġġornata tal-kundizzjonijiet ekoloġiċi taż-żona kif speċifikat fil-punt 2, evalwazzjoni tal-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni, u tal-ilħuq tal-objettivi ta’ konservazzjoni, evalwazzjoni ta’ verżjoni aġġornata tal-pjan ta’ ġestjoni jew ta’ strument ekwivalenti, u r-rakkomandazzjonijiet għall-pjan ta’ ġestjoni li jmiss jew strument ekwivalenti.

4.3. Il-verifika f’konformità mal-punti 4.1 u 4.2 titwettaq minn waħda minn dawn li ġejjin:

(a)l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti;

(b)ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti, fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali jew tal-operatur tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe ċertifikazzjoni tal-foresti, ċertifikazzjoni tal-użu tal-art, ċertifikazzjoni tal-bijodiversità, ċertifikazzjoni klimatika jew awditu ieħor.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma għandux ikun involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

B’riżultat tal-verifika, iċ-ċertifikatur joħroġ rapport tal-awditjar.

5. Garanzija ta’ permanenza

5.1. F’konformità mal-liġi nazzjonali, iż-żona li fuqha ssir l-attività hija koperta minn waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)iż-żona hija kklassifikata bħala żona protetta f’konformità mas-Sistema tal-Kategoriji taż-Żoni Protetta tal-IUCN 8 , bħala sit tan-Natura 2000 skont id-Direttiva 92/43/KEE, jew bħala Miżura Effettiva Oħra ta’ Konservazzjoni bbażata fuq iż-żona (Other Effective Conservation Measure, OECM) 9 , mil-liġi nazzjonali jew skont konvenzjoni internazzjonali li l-pajjiż huwa firmatarju tagħha u li hija ġestita b’mod effettiv biex tipprevjeni d-deterjorament u tippermetti l-irkupru ta’ speċijiet u ħabitats jew ħabitats ta’ speċijiet;

(a)iż-żona hija ddestinata għar-restawr u l-konservazzjoni fi pjan statutorju ta’ użu fuq l-art, fl-ilma ħelu jew marittimu approvat mill-awtoritajiet kompetenti;

(b)iż-żona hija s-suġġett ta’ arranġament kuntrattwali pubbliku jew privat li jista’ jiżgura li l-objettivi ta’ konservazzjoni jistgħu jintlaħqu u jinżammu.

5.2. L-operatur taż-żona fejn isseħħ l-attività ta’ konservazzjoni jikkommetti ruħu li se jiġi prodott pjan ta’ ġestjoni ġdid jew strument ekwivalenti f’konformità mal-objettivi ta’ konservazzjoni qabel it-tmiem tal-pjan preċedenti.

6. Rekwiżiti minimi addizzjonali

6.1. Il-kumpens tal-impatti ta’ attività ekonomika oħra hija eskluża f’din l-attività 10 . Il-kisbiet netti tal-bijodiversità li jirriżultaw mill-konservazzjoni/ir-restawr biss jistgħu jitqiesu bħala kontribut sostanzjali f’din l-attività 11 .

6.2. L-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi evitata jew it-tixrid tagħhom jiġi ġestit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju 12 u lanqas id-degradazzjoni tal-ambjent tal-baħar b’ħażna għolja tal-karbonju.

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

M/A

(5) Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-użu tal-pestiċidi jiġi mminimizzat u approċċi jew tekniki alternattivi, li jistgħu jinkludu alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi, jingħataw preferenza, f’konformità mad-Direttiva 2009/128/KE, bl-eċċezzjoni ta’ okkażjonijiet li fihom l-użu tal-pestiċidi jkun meħtieġ għall-kontroll ta’ tifqigħat ta’ pesti u ta’ mard.

L-attività timminimizza l-użu tal-fertilizzanti, inkluż id-demel, biex tiżgura li dan ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni u restawr taż-żona u jikkonforma mal-Kodiċijiet ta’ Prattiki Agrikoli Tajbin u mal-Pjanijiet ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati f’Żoni Vulnerabbli għan-Nitrati stabbiliti f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE 13 . L-attività tikkonforma mar-Regolament (UE) 2019/1009 jew mar-regoli nazzjonali dwar il-fertilizzanti jew it-tejjieba tal-ħamrija għall-użu agrikolu.

Jittieħdu miżuri dokumentati sew u verifikabbli sabiex jiġi evitat l-użu ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati f’Anness I, il-parti A, tar-Regolament (UE) 2019/1021 14 , fil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi fil-Kummerċ Internazzjonali, il-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju, il-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, u ta’ ingredjenti attivi li huma elenkati taħt il-klassifikazzjoni Ia (“estremament perikolużi”) jew Ib (“perikolużi ħafna”) fil-Klassifikazzjoni ta’ Pestiċidji skont il-Periklu rakommandata mill-WHO 15 .

It-tniġġis tal-ilma u tal-ħamrija huwa evitat u jittieħdu miżuri għat-tindif meta jseħħ it-tniġġis.

L-attività tikkonforma mal-liġi nazzjonali rilevanti dwar l-ingredjenti attivi.

2.Attivitajiet ta’ akkomodazzjoni

2.1.Lukandi, vaganzi, postijiet għall-ikkampjar u akkomodazzjoni simili

Deskrizzjoni tal-attività

Il-forniment ta’ akkomodazzjoni turistika għal żmien qasir 16 b’servizzi assoċjati jew mingħajrhom, inklużi servizzi ta’ tindif, ikel u xorb, parkeġġ, servizzi tal-ħasil tal-ħwejjeġ, pixxini u kmamar tal-eżerċizzji, faċilitajiet ta’ rikreazzjoni kif ukoll faċilitajiet ta’ konferenzi u ta’ konvenzjoni.

Dan jinkludi akkomodazzjoni pprovduta minn:

(a)lukandi u motels ta’ kull tip;

(b)djar tal-vaganzi;

(c)appartamenti għall-viżitaturi, bungalows, cottages u kabini;

(d)ħostels għaż-żagħżagħ u refuġji fuq il-muntanji;

(e)postijiet għall-ikkampjar u parks tat-trailers;

(f)spazju u faċilitajiet għall-vetturi ta’ rikreazzjoni;

(g)kampijiet rikreattivi u kampijiet tas-sajd u tal-kaċċa;

(h)postijiet ta’ kenn protettivi jew faċilitajiet ta’ bivouac sempliċi għat-tqegħid ta’ tinda jew sleeping bags.

Din il-kategorija ma tinkludix:

(a)il-provvista ta’ djar u ta’ appartamenti mgħammra jew mhux mgħammra jew appartamenti għal użu aktar permanenti, tipikament fuq bażi ta’ kull xahar jew annwali;

(b)bastimenti tal-kruċiera.

Il-kumpens għall-konservazzjoni jew għar-restawr tal-impatti ddefiniti fl-istadju tal-awtorizzazzjoni formali tal-attività tat-turiżmu ma jitqisux bħala kontribuzzjoni għall-miżuri ta’ konservazzjoni jew ta’ restawr.

L-attivitajiet ekonomiċi f’din il-kategorija jistgħu jiġu assoċjati ma’ diversi kodiċijiet tan-NACE, b’mod partikolari I55.10, I55.20 u I55.30 f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

Kriterji ta’ skrinjar tekniku

Kontribut sostanzjali għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi

1. Kontribuzzjoni għall-attivitajiet ta’ konservazzjoni jew ta’ restawr

1.1. L-attività tikkontribwixxi għal miżuri ta’ konservazzjoni jew ta’ restawr li jikkonformaw mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-attività ‘Konservazzjoni, inkluż restawr, ta’ ħabitats, ekosistemi u speċijiet’ stabbiliti fit-Taqsima 1.1 ta’ dan l-Anness, f’żoni identifikati b’mod ċar, fi jew qrib l-istess destinazzjoni tat-turiżmu 17 bħall-akkomodazzjoni. Iż-żona tista’ tkun kwalunkwe tip ta’ żona b’valur għoli ta’ konservazzjoni tan-natura koperta minn pjan ta’ ġestjoni jew minn strument ekwivalenti bħal pjan ta’ restawr (li hawn taħt issir referenza għaliha bħala ‘żona ta’ konservazzjoni’).

1.2. L-attivitajiet li jikkontribwixxu għall-miżuri ta’ konservazzjoni jew ta’ restawr kif imsemmi fil-punt 1.1. huma definiti fi ftehim kuntrattwali speċifiku jew fi strument ekwivalenti bejn l-operatur tal-attività u l-organizzazzjoni responsabbli għall-konservazzjoni jew mir-restawr taż-żona. Il-ftehim ikopri minimu ta’ 5 snin u jiġi rieżaminat regolarment, fi kwalunkwe każ mill-inqas kull 5 snin. Dan jiddefinixxi miri ċari marbuta biż-żmien għall-kontribuzzjoni għaż-żona ta’ konservazzjoni jew ta’ restawr. Il-kontribuzzjoni għall-miżuri ta’ konservazzjoni jew ta’ restawr kif imsemmi fil-punt 1.1. tista’ tkun finanzjarja jew in natura u tista’ tieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)l-offerta jew organizzazzjoni ta’ żjarat f’żona ta’ konservazzjoni fejn jiġu applikati drittijiet għad-dħul jew għall-permessi jew għall-utenti; 

(b)it-tħaddim ta’ konċessjonijiet u ta’ lokazzjonijiet għal servizzi relatati direttament ma’ żona ta’ konservazzjoni (maħruġa mill-organizzazzjoni responsabbli mill-ġestjoni taż-żona);

(c)l-operat ta’ stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika f’żona ta’ konservazzjoni iżda mhux soġġetti għal konċessjoni (bi ftehim mal-organizzazzjoni responsabbli mill-ġestjoni taż-żona); 

(d)l-offerta jew il-ġestjoni ta’ voluntiera għal attivitajiet direttament relatati mal-konservazzjoni (f’konformità mal-objettivi ta’ konservazzjoni taż-żona ta’ konservazzjoni); 

(e)l-offerta jew il-ġestjoni ta’ opportunitajiet edukattivi direttament relatati mal-konservazzjoni u mal-imġiba xierqa (f’konformità mal-objettivi ta’ konservazzjoni taż-żona ta’ konservazzjoni); 

(f)ix-xiri ta’ prodotti ta’ kwalunkwe tip, inklużi ikel, xorb, xogħol tal-artiġjanat, għall-bejgħ mill-ġdid jew għall-użu dirett, derivati minn prattiki sostenibbli f’żona ta’ konservazzjoni, bi ftehim mal-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni taż-żona; 

(g)ix-xiri ta’ merkanzija minn żona ta’ konservazzjoni għall-bejgħ mill-ġdid (jew arranġamenti kummerċjali oħra li jiggarantixxu li d-dħul mill-bejgħ ta’ merkanzija jakkumula għaż-żona ta’ konservazzjoni); 

(h)il-ħlas tad-drittijiet tal-awtur, inklużi immaġnijiet jew ismijiet, direttament lill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni ta’ żona ta’ konservazzjoni;

(i)il-ġbir tad-donazzjonijiet volontarji tat-turisti li għandhom jiġu ttrasferiti għal fond jew kont iddedikat stabbilit mill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni ta’ żona ta’ konservazzjoni fuq bażi regolari.

1.3. Il-perċentwal (%) tal-kontribuzzjoni definita fil-ftehim kuntrattwali huwa mill-inqas ekwivalenti għal:

(a)1 % tal-fatturat annwali ta’ stabbiliment ta’ akkomodazzjoni turistika individwali, fejn il-ftehim kuntrattwali jinkludi stabbiliment wieħed biss;

(b)0,7 % tal-fatturat annwali ta’ stabbiliment ta’ akkomodazzjoni turistika individwali, fejn il-ftehim kuntrattwali jew l-ekwivalenti jkun kollettiv u jinkludi grupp ta’ minn tnejn sa 10 stabbilimenti;

(c)0,5 % tal-fatturat annwali ta’ stabbiliment ta’ akkomodazzjoni turistika individwali, fejn il-ftehim kuntrattwali jew l-ekwivalenti jkun kollettiv u jinkludi grupp ta’ aktar minn 10 stabbilimenti.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji obbligatorji applikati għall-attività fil-kuntest tal-qafas regolatorju nazzjonali jew lokali, inklużi t-taxxi ambjentali jew it-tariffi, ma jitqisux bħala kontribuzzjoni għall-attività ta’ konservazzjoni jew ta’ restawr.

2. Pjan ta’ azzjoni għall-kontribut għall-konservazzjoni tan-natura

2.1. L-attività żviluppat u implimentat pjan ta’ azzjoni speċifiku għas-servizz jew l-offerta tat-turiżmu pprovduta, li tiddefinixxi kif l-attività tista’ titwettaq b’mod li jkun kompatibbli ma’ u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ġestjoni jew ta’ strument ekwivalenti taż-żona ta’ konservazzjoni li għaliha l-attività jkollha l-ħsieb li tikkontribwixxi. Il-pjan jinkludi l-miżuri kollha li ġejjin rilevanti għall-objettivi ta’ konservazzjoni jew restawr taż-żona:

(a)sett ċar ta’ objettivi u attivitajiet immirati biex jevitaw jew jimminimizzaw l-impatti negattivi diretti fuq il-bijodiversità, inkluża analiżi tal-intensità tat-turiżmu jew il-limitu ta’ bidla aċċettabbli 18 taż-żona żviluppata mill-organizzazzjoni inkarigata mill-konservazzjoni jew ir-restawr taż-żona jew mill-operatur tal-attività f’kooperazzjoni ma’ dik l-organizzazzjoni 19 , inklużi l-elementi li ġejjin 20 :

(i)għal żjarat f’siti naturali: l-evitar ta’ ħsara diretta fuq l-ekosistemi jew fuq il-ħabitats permezz tal-ġestjoni tal-flussi u l-movimenti tat-turisti;

(ii)għall-interazzjoni tal-organiżmi selvaġġi:

l-evitar ta’ ħsara diretta u ta’ disturb permezz ta’ azzjonijiet detrimentali bħall-għalf tal-annimali, il-qerda jew il-ħsara lill-bajd u l-bejtiet, il-qerda jew it-tneħħija tal-pjanti jew tal-qroll;

l-evitar ta’ ħsara indiretta u ta’ disturb fuq speċijiet minn movimenti lokali tat-turisti, bħall-iskart, l-istorbju, il-plastik, it-tniġġis kimiku jew tad-dawl;

il-prevenzjoni u l-evitar tal-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi 21 ;

(iii)għall-ħsad u l-kummerċ ta’ organiżmi selvaġġi 22 : l-ispeċijiet protetti ta’ organiżmi selvaġġi ma jiġux maħsuda, ikkonsmati, mibjugħa;

(b)fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-ftehimiet ta’ sħubija ma’ entitajiet ta’ ġestjoni tal-konservazzjoni, ma’ NGOs lokali jew ma’ komunitajiet biex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni jew għar-restawr taż-żona li għaliha jkun biħsiebu jikkontribwixxi;

(c)pjan ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar il-bijodiversità marbut mal-impatti speċifiċi li jinħolqu mill-attivitajiet tat-turiżmu 23 ;

(d)qafas ċar għall-monitoraġġ u l-kejl kontinwi tal-effettività tal-kontribuzzjoni, inkluż approċċ adattiv li jippermetti l-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi, fejn meħtieġ.

3. Il-Katina tal-Provvista Sostenibbli u s-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali

3.1. L-istabbiliment għandu sehem ġust ta’ prodotti f’konformità mal-aħjar prattiki tas-suq (bħall-ikel u x-xorb, l-injam, inklużi l-għamara, il-karta, il-kartun u l-prodotti tal-plastik) iċċertifikati f’konformità mal-istandards ambjentali 24 . L-istabbiliment jimpenja ruħu għal titjib kontinwu tas-sehem tal-prodotti ċċertifikati minn parti terza indipendenti.

3.2. Għal stabbilimenti tal-akkomodazzjoni b’aktar minn 50 impjegat, l-attività tikkonforma ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)l-istabbiliment għandu sistema ta’ ġestjoni ambjentali (EMS) li teħtieġ ċertifikazzjoni minn partijiet terzi, bħall-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali 25 (EMAS), ISO 14001:2015 26 jew ekwivalenti, allinjata mal-aħjar prattika ta’ ġestjoni ambjentali u mal-prestazzjonijiet ta’ referenza bħad-dokument ta’ referenza tal-EMAS għas-settur tat-Turiżmu 27 jew standard nazzjonali jew internazzjonali ekwivalenti;

(b)l-istabbiliment ingħata Ekotikketta tal-UE għall-akkomodazzjoni turistika jew Ekotikketta EN ISO 14024:2018 ekwivalenti 28 tat-Tip I jew tikketta volontarja ekwivalenti li tissodisfa r-rekwiżiti ekwivalenti 29 .

4. Rekwiżiti minimi

4.1. Tlestiet Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew skrinjar 30 f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE 31 . Fejn twettqet VIA, jiġu implimentati l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens meħtieġa għall-ħarsien tal-ambjent.

L-attività ma għandhiex effetti negattivi sinifikanti fuq iż-żoni protetti (siti ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO, Żoni ta’ Bijodiversità Ewlenin, kif ukoll żoni protetti oħra għajr siti ta’ Natura 2000) u speċijiet protetti, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-impatt tagħha li tqis l-aħjar għarfien disponibbli 32 . L-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għaż-żamma tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet u tat-tipi ta’ ħabitats protetti skont il-liġi nazzjonali bi status ta’ konservazzjoni favorevoli.

Fl-Unjoni, fir-rigward tas-siti ta’ Natura 2000, l-attività ma għandhiex effetti sinifikanti fuq is-siti ta’ Natura 2000 fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom fuq il-bażi ta’ valutazzjoni xierqa mwettqa f’konformità mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE.

Fl-Unjoni, fi kwalunkwe żona, l-attività ma hijiex ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet protetti skont id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE fi status ta’ konservazzjoni favorevoli. L-attività lanqas ma hija ta’ detriment għall-irkupru jew għall-manutenzjoni tat-tipi ta’ ħabitats protetti skont id-Direttiva 92/43/KEE fi status ta’ konservazzjoni favorevoli.

4.2. L-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi evitata jew it-tixrid tagħhom jiġi ġestit f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014.

4.3. Attivitajiet ta’ kaċċa u sajd rikreattiv huma permessi biss meta jkunu inklużi b’mod espliċitu bħala parti mill-pjan ta’ konservazzjoni jew ta’ ġestjoni taż-żona ta’ konservazzjoni kif stabbilit mill-entità ta’ ġestjoni u mwettqa f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u dak nazzjonali.

5. Awditu

Fil-bidu tal-perjodu u mill-inqas kull 5 snin wara dan, il-konformità mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku tkun ikkontrollata mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rilevanti jew minn korp ta’ ċertifikazzjoni terz indipendenti, bħal skema dedikata ta’ ċertifikazzjoni jew akkreditazzjoni, b’talba tal-awtoritajiet nazzjonali jew tal-operatur tal-attività.

Iċ-ċertifikatur ta’ parti terza indipendenti ma għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess, b’mod partikolari mas-sid jew mal-finanzjatur, u ma għandux ikun involut fl-iżvilupp jew fl-operazzjoni tal-attività.

Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet, l-awditi jistgħu jitwettqu flimkien ma’ kwalunkwe awditu ieħor.

La tagħmilx ħsara sinifikanti (“DNSH”)

(1) Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Għall-binjiet mibnijin qabel il-31 ta’ Diċembru 2020, il-bini jkollu tal-anqas Ċertifikat tal-Prestazzjoni tal-Enerġija (Energy Performance Certificate, EPC) tal-klassi C. Bħala alternattiva, il-bini jkun fl-ogħla 30 % tal-istokk tal-bini nazzjonali jew reġjonali esprimut bħala Domanda għall-Enerġija Primarja (Primary Energy Demand, PED) operazzjonali u muri minn evidenza adegwata, li tal-anqas tqabbel il-prestazzjoni tal-assi rilevanti mal-prestazzjoni tal-istokk nazzjonali jew reġjonali mibni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 u talanqas tagħmel distinzjoni bejn binjiet residenzjali u mhux residenzjali.

Għal binjiet mibnija wara l-31 ta’ Diċembru 2020, id-Domanda għall-Enerġija Primarja (PED) 33 li tiddefinixxi r-rendiment tal-enerġija tal-bini li jirriżulta mill-kostruzzjoni ma taqbiżx il-limitu stabbilit għar-rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero (nearly zero-energy building, NZEB) fir-regolament nazzjonali li jimplimenta d-Direttiva 2010/31/UE. Il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija hija ċċertifikata bl-użu ta’ Ċertifikat tal-Prestazzjoni fl-Użu tal-Enerġija (Energy Performance Certificate, EPC).

L-attività ma tinvolvix id-degradazzjoni tal-art b’ħażna għolja ta’ karbonju 34 u lanqas id-degradazzjoni tal-ambjent tal-baħar b’ħażna għolja ta’ karbonju.

(2) Adattament għat-tibdil fil-klima

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dan l-Anness.

(3) L-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Anness.

(4) Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

L-istabbiliment tal-akkomodazzjoni:

(a)ma jagħmel l-ebda użu jew ma joffrix lill-klijenti tiegħu mill-oġġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 ;

(b)jissepara mis-sors il-karta, il-metall, il-plastik, il-ħġieġ u l-bijoskart fejn il-ġbir separat għal dawn il-materjali jkun disponibbli fiż-żona 36 ;

(c)għandu pjan għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel b’mira kwantitattiva speċifika marbuta biż-żmien għat-tnaqqis tal-ħela tal-ikel 37 .

(5) Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis

L-attività tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Appendiċi C ta’ dan l-Anness.

L-attività hija konformi mad-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 .

It-tniġġis akustiku, tal-plastik, tad-dawl u kimiku jiġu minimizzati.



Appendiċi A: Kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-adattament għat-tibdil fil-klima

I. Kriterji

Ir-riskji klimatiċi fiżiċi li huma materjali għall-attività ġew identifikati minn dawk elenkati fit-tabella fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi billi saret valutazzjoni robusta tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi skont il-passi li ġejjin:

(a)    skrinjar tal-attività sabiex jiġi identifikat liema riskji klimatiċi fiżiċi mil-lista fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tal-attività ekonomika matul il-ħajja mistennija tagħha;

(b)    fejn l-attività tiġi vvalutata li qiegħda f’riskju minn wieħed jew aktar mir-riskji klimatiċi fiżiċi elenkati fit-Taqsima II ta’ dan l-Appendiċi, valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi sabiex tiġi vvalutata l-materjalità tar-riskji klimatiċi fiżiċi fuq l-attività ekonomika;

(c)    il-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet ta’ adattament li jistgħu jnaqqsu r-riskju klimatiku fiżiku identifikat.

Il-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi hija proporzjonali mal-iskala tal-attività u għat-tul tal-ħajja mistenni tagħha, b’tali mod li:

(a)    għal attivitajiet b’tul ta’ ħajja mistenni ta’ anqas minn 10 snin, il-valutazzjoni titwettaq, tal-anqas bl-użu ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi fl-iżgħar skala adegwata;

(b)    għall-attivitajiet l-oħrajn kollha, il-valutazzjoni titwettaq bl-użu tal-proġettazzjonijiet klimatiċi bl-ogħla riżoluzzjoni disponibbli, proġettazzjonijiet klimatiċi tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tul firxa ta’ xenarji futuri 39 konsistenti mat-tul ta’ ħajja mistenni tal-attività, inkluż, tal-anqas, xenarji ta’ proġettazzjonijiet klimatiċi fuq bejn 10 snin u 30 sena għal investimenti maġġuri.

Il-proġettazzjonijiet klimatiċi u l-valutazzjoni tal-impatti huma bbażati fuq l-aħjar prattika u fuq il-gwida disponibbli u jqisu x-xjenza tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-analiżi tal-vulnerabbiltà u tar-riskju u metodoloġiji relatati f’konformità mar-rapporti l-aktar riċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima 40 , ma’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari u ma’ mudelli b’sors miftuħ 41 jew bi ħlas.

Għal attivitajiet eżistenti u għal attivitajiet ġodda li jużaw assi fiżiċi eżistenti, l-operatur ekonomiku jimplimenta soluzzjonijiet fiżiċi u mhux fiżiċi (“soluzzjonijiet ta’ adattament”), fuq perjodu massimu ta’ 5 snin, li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi identifikati l-aktar importanti li jkunu materjali għal dik l-attività. Jitfassal pjan ta’ adattament kif xieraq għall-implimentazzjoni ta’ dawk is-soluzzjonijiet.

Għal attivitajiet ġodda u għal attivitajiet eżistenti li jużaw assi fiżiċi mibnija ġodda, l-operatur ekonomiku jintegra s-soluzzjonijiet ta’ adattament li jnaqqsu r-riskji klimatiċi fiżiċi identifikati l-aktar importanti li jkunu materjali għal dik l-attività fiż-żmien tad-disinn u tal-kostruzzjoni u jkun implimentahom qabel il-bidu tal-operazzjonijiet.

Is-soluzzjonijiet ta’ adattament implimentati ma jaffettwawx b’mod avvers l-isforzi ta’ adattament jew il-livell ta’ reżiljenza għal riskji fiżiċi klimatiċi ta’ persuni oħra, tan-natura, tal-patrimonju kulturali, tal-assi u ta’ attivitajiet ekonomiċi oħra; huma konsistenti mal-istrateġiji u mal-pjanijiet ta’ adattament lokali, settorjali, reġjonali jew nazzjonali; u jikkunsidraw l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura 42 jew jiddependu fuq infrastruttura blu jew ħadra 43 sa fejn ikun possibbli.

II. Klassifikazzjoni tal-perikli relatati mal-klima 44

Relatati mat-temperatura

Relatati mar-riħ

Relatati mal-ilma

Relatati mal-massa solida

Kroniċi

Tibdil fit-temperatura (arja, ilma ħelu, ilma baħar)

Tibdil fix-xejriet tar-riħ

Tibdil fix-xejriet u fit-tipi ta’ preċipitazzjoni (xita, silġ, borra)

Erożjoni kostali

Stress termiku

Varjabbiltà fil-preċipitazzjoni jew idroloġika

Degradazzjoni tal-ħamrija

Varjabbiltà fit-temperatura

Aċidifikazzjoni tal-oċeani

Erożjoni tal-ħamrija

Taħlil tal-permafrost

Intrużjoni salina

Soliflussjoni

Żieda fil-livell tal-baħar

Stress fuq l-ilma

Akuti

Mewġa ta’ sħana

Ċiklun, uragan, tifun

Nixfa

Valanga

Mewġa ta’ kesħa/ġlata

Maltempata (inklużi maltempati tas-silġ, tat-trab u tar-ramel)

Preċipitazzjoni qawwija (xita, silġ, borra)

Uqigħ tal-art

Nirien mhux ikkontrollati

Tromba tal-arja

Għargħar (kostali, tax-xmajjar, tax-xita, tal-ilma tal-pjan)

Ċediment

Kollass ta’ lag glaċjali



Appendiċi B: Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Ir-riskji ta’ degradazzjoni ambjentali relatati mal-preservazzjoni tal-kwalità tal-ilma u mal-evitar tal-istress fuq l-ilma huma identifikati u indirizzati bil-għan li jinkiseb status tajjeb tal-ilma u potenzjal ekoloġiku tajjeb kif definiti fil-punti (22) u (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/852, f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE 45 u pjan ta’ ġestjoni tal-użu u tal-protezzjoni tal-ilma, żviluppat skont dan għall-korp jew għall-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Meta titwettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE u tinkludi valutazzjoni tal-impatt fuq l-ilma f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni addizzjonali tal-impatt fuq l-ilma, dment li r-riskji identifikati jkunu ġew indirizzati.

L-attività ma xxekkilx l-ilħuq ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini jew ma tiddeterjorax l-ilmijiet marini li diġà jinsabu fi stat ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 5, tad-Direttiva 2008/56/KE 46 , filwaqt li titqies id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 fir-rigward tal-kriterji u l-istandards metodoloġiċi rilevanti għal dawk id-deskritturi.



Appendiċi C: Il-kriterji ġeneriċi għad-DNSH għall-prevenzjoni u għall-kontroll tat-tniġġis fir-rigward tal-użu u tal-preżenza ta’ sustanzi kimiċi

L-attività ma twassalx għall-manifattura, għat-tqegħid fis-suq jew għall-użu ta’:

(a) sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, elenkati fl-Annessi I jew II għar-Regolament (UE) 2019/1021, ħlief fil-każ ta’ sustanzi preżenti bħala kontaminant f’ammonti traċċa mhux intenzjonat;

(b) il-merkurju u l-komposti tal-merkurju, it-taħlitiet tagħhom u l-prodotti miżjudin bil-merkurju kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/852;

(c) sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlita jew f’oġġetti, elenkati fl-Annessi I jew II tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009;

(d) sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE, ħlief meta jkun hemm konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva;

(e) sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġett, elenkati fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ħlief meta jkun hemm konformità sħiħa mal-kundizzjonijiet speċifikati f’dak l-Anness;

(f) sustanzi, kemm jekk waħedhom, jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (w/w) u li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li kienu identifikati f’konformità mal-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament għal perjodu ta’ mill-inqas 18-il xahar, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw f’kundizzjonijiet ikkontrollati 47 .

Addizzjonalment, l-attività ma twassalx għall-manifattura, il-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew it-tqegħid fis-suq, ta’ sustanzi oħra, kemm jekk waħedhom jew f’taħlitiet jew f’oġġett, f’konċentrazzjoni ogħla minn 0,1 % skont il-piż (wieght by weight, w/w) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għal waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew mill-kategoriji ta’ periklu msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) 1907/2006, ħlief jekk jiġi vvalutat u ddokumentat mill-operaturi li ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa oħra disponibbli fis-suq, u li jintużaw taħt kundizzjonijiet ikkontrollati 48 .

(1)    “Ħabitat” tfisser żona terrestri jew akkwatika li tintgħaraf minn karatteristiċi ġeografiċi, abijotiċi u bijotiċi, kemm jekk kompletament naturali kif ukoll jekk seminaturali, f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE.
(2)    “Ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali u mikroorganiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom, li jinteraġixxu bħala unità funzjonali, u jinkludu tipi ta’ ħabitats, ħabitats ta’ speċijiet u popolazzjonijiet ta’ speċijiet.
(3)    L-Artikolu 2 “Use of Terms” tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD), (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: tinsab fuq https://www.cbd.int/convention/articles/?a=cbd-02.)
(4)    “Kundizzjoni tajba” tfisser stat fejn il-karatteristiċi ewlenin ta’ ekosistema, jiġifieri l-istat fiżiku, kimiku, tal-kompożizzjoni, strutturali u funzjonali tagħha, u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ u tal-pajsaġġ tal-baħar tagħha, jirriflettu l-livell għoli ta’ integrità ekoloġika, stabbiltà u reżiljenza meħtieġa biex tiġi żgurata l-manutenzjoni fit-tul tagħha, mingħajr preġudizzju għal definizzjonijiet aktar speċifiċi ta’ “kundizzjoni tajba” f’oqfsa legali differenti.
(5)    “Ħabitat ta’ speċi” tfisser ambjent definit permezz ta’ fatturi speċifiċi abijotiċi u bijotiċi, li fihom tgħix l-ispeċi fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu bijoloġiku tagħha.
(6)    Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1).
(7)    Il-pjan ta’ restawr jista’ jkun parti minn pjan ta’ ġestjoni. Meta ż-żona tkun koperta minn pjan ta’ ġestjoni, ma jkun meħtieġ l-ebda pjan ta’ restawr addizzjonali.
(8)    Ara https://www.iucn.org/theme/protected-areas/about/protected-area-categories, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]).
(9)    Id-definizzjoni tal-OECM u gwida għall-applikazzjoni tagħha hija stabbilita fid-Deċiżjoni 14/8 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.cbd.int/doc/decisions/cop-14/cop-14-dec-08-en.pdf).
(10)    Il-kumpens għall-bijodiversità huwa eżiti ta’ konservazzjoni li jistgħu jitkejlu li jirriżultaw minn miżuri mfassla biex jikkumpensaw għal impatti residwi, inevitabbli u negattivi fuq il-bijodiversità li jirriżultaw minn attività jew proġett wara li jkunu ttieħdu miżuri xierqa ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni. L-għan tal-kumpens għall-bijodiversità huwa li jiġu kkonservati l-istess valuri tal-bijodiversità (ħabitats, speċijiet jew ekosistemi) li huma affettwati b’mod negattiv mill-attività jew mill-proġett.
(11)    Dan jista’ jinkludi eżiti addizzjonali ta’ konservazzjoni/restawr lil hinn mill-miżura ta’ kumpens.
(12)    “Art b’ħażna għolja ta’ karbonju” tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament afforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(13)    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(14)    Li jimplimenta fl-Unjoni l-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 3.).
(15)    The WHO Recommended Classification of Pesticides by Hazard (version 2019), (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/332193/9789240005662-eng.pdf?ua=1).
(16)    “Turiżmu” tfisser l-attività tal-viżitaturi li jagħmlu vjaġġ lejn destinazzjoni ewlenija barra mill-ambjent tas-soltu tagħhom, għal inqas minn sena, għal kwalunkwe għan ewlieni, inklużi n-negozju, id-divertiment jew skopijiet personali oħra, mingħajr ma jkunu impjegati minn entità residenti fil-post fejn issir iż-żjara, ara l-glossarju tal-Istatistika tal-Eurostat Spjegata, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=Glossary:Tourism).
(17)    “Destinazzjoni tat-turiżmu” hija ddefinita f’dan il-kuntest bħala żona ġeografika miżjura, li tikkonsisti f’sett ta’ riżorsi u attrazzjonijiet li huma ġeneralment promossi minn Organizzazzjoni tal-Ġestjoni tad-Destinazzjoni jew minn organizzazzjoni tat-turiżmu lokali, subnazzjonali jew nazzjonali.
(18)    L-“intensità tat-turiżmu” hija definita bħala n-numru massimu ta’ persuni li jistgħu jżuru destinazzjoni turistika fl-istess ħin, mingħajr ma jikkawżaw il-qerda tal-ambjent fiżiku, ekonomiku, soċjokulturali u tnaqqis inaċċettabbli fil-kwalità tas-sodisfazzjon tal-viżitaturi. (UNEP/MAP/PAP, 1997).
(19)    Il-kapaċità tat-turiżmu tista’ wkoll tkun żvulppata bħala parti mill-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) jew l-iskrinjar imsemmi fil-punt 4.1.
(20)    F’konformità mal-Kriterji tal-Industrija tal-Kunsill tat-Turiżmu Sostenibbli Globali (Global Sustainable Tourism Council, GSTC) għal-Lukandi, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.gstcouncil.org/gstc-criteria/gstc-industry-criteria-for-hotels/).
(21)    L-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi tiġi evitata jew it-tixrid tagħhom jiġi mmaniġġat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35). Barra mill-UE ssir referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u għall-Gwida Volontarja Supplimentari tas-CBD biex jiġu Evitati Introduzzjonijiet mhux Intenzjonati ta’ Speċijiet Aljeni Invażivi Assoċjati mal-Kummerċ f’Organiżmi Ħajjin, (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]) tinsab fuq 14/11. Speċijiet aljeni invażivi (cbd.int).
(22)    F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1), li jimplimentaw il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (Convention on International Trade in Endangered Species, CITES) fl-Unjoni. Għal attività f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES).
(23)    F’konformità mal-Kriterju 26 a tal-Ekotikketta tal-UE għas-servizzi ta’ akkomodazzjoni turistika: L-akkommodazzjoni turistika għandha tipprovdi avviżi ta’ komunikazzjoni u edukazzjoni ambjentali dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità, tal-pajsaġġ u tan-natura lokali.
(24)    Bħall-Ekotikketta tal-UE għall-akkomodazzjoni turistika, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/175 tal-25 ta’ Jannar 2017 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-akkomodazzjoni turistika (notifikata bid-dokument C(2017) 299) (ĠU L 28, 2.2.2017, p. 9), iċ-ċertifikazzjoni organika tal-UE għall-ikel u x-xorb f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1), it-tikketta FSC għall-injam u l-prodotti tal-karta (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://fsc.org/en) jew ir-Rainforest Alliance għal ċerti komoditajiet (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://www.rainforest-alliance.org/for-business/2020-certification-program/).
(25)    F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009.
(26)    ISO 14001:2015 Sistemi ta’ ġestjoni ambjentali – Rekwiżiti bi gwida għall-użu.
(27)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/611 tal-15 ta’ April 2016 dwar id-dokument ta’ referenza dwar l-aqwa prattiki ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta’ eċċellenza għas-settur tat-turiżmu skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (eco-management and audit scheme, EMAS) Komunitarja (notifikata bid-dokument C(2016) 2137) (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 27).
(28)    EN ISO 14024:2018 Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali – Dikjarazzjonijiet ambjentali tat-Tip I – Prinċipji u proċeduri.
(29)    B’mod partikolari, ir-rekwiżiti jinkludu: is-segwitu ta’ approċċ b’diversi kriterji; il-kriterji jiġu żviluppati permezz ta’ proċess indipendenti bbażat fuq ix-xjenza, ikunu disponibbli pubblikament u jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni; li t-tikketta tkun ibbażata fuq proċedura ta’ kontroll imparzjali permezz ta’ verifika minn parti terza.
(30)    Il-proċedura li permezz tagħha l-awtorità kompetenti tiddetermina jekk il-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE għandhomx ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali (kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Direttiva).
(31)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti li jeħtieġu t-tlestija ta’ VIA jew skrinjar, pereżempju l-Istandard ta’ Prestazzjoni 1 tal-IFC: Valutazzjoni u Ġestjoni tar-Riskji Ambjentali u Soċjali.
(32)    Għal attivitajiet li jinsabu f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali ekwivalenti, li għandhom l-għan li jippreservaw il-ħabitats naturali, il-fawna selvaġġa u l-flora selvaġġa, u li jirrikjedu (1) li titwettaq proċedura ta’ skrinjar sabiex jiġi ddeterminat jekk, għal attività partikolari, tkunx meħtieġa valutazzjoni xierqa tal-impatti possibbli fuq il-ħabitats u fuq l-ispeċijiet protetti; (2) tali valutazzjoni xierqa fejn l-iskrinjar jiddetermina li huwa meħtieġ, pereżempju l-Istandard tal-Prestazzjoni tal-IFC 6: Konservazzjoni tal-Bijodiversità u Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali Ħajjin.
(33)    L-ammont kalkolat tal-enerġija meħtieġa sabiex tiġi sodisfata d-domanda għall-enerġija assoċjata mal-użi tipiċi ta’ bini espressa b’indikatur numeriku ta’ użu ta’ enerġija primarja totali f’kWh/m2 fis-sena u fuq il-bażi tal-metodoloġija ta’ kalkolu nazzjonali rilevanti u kif murija fuq iċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija (EPC).
(34)    “Art b’ħażna għolja ta’ karbonju” tfisser artijiet mistagħdra, inklużi torbieri, u żoni kontinwament afforestati fis-sens tal-Artikolu 29(4)(a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(35)    Id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1).
(36)    Il-materjali li għalihom jeżisti l-ġbir separat biss jeħtieġ li jiġu separati fis-sors mill-istabbiliment.
(37)    “Ħela tal-ikel” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 4a; tad-Direttiva 2008/98/KE.
(38)    Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).
(39)    Ix-xenarji futuri jinkludu l-mogħdijiet ta’ konċentrazzjoni rappreżentattivi tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima RCP2.6, RCP4.5, RCP6.0 u RCP8.5.
(40)    Ir-Rapporti ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima: Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà, ippubblikati perjodikament mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (Intergovernmental Panel on Climate Change, IPCC), il-korp tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigat mill-valutazzjoni tax-xjenza relatata ma’ dak li jipproduċi t-tibdil fil-klima, https://www.ipcc.ch/reports/.
(41)    Bħas-servizzi ta’ Copernicus ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.
(42)    Is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ddefiniti bħala “soluzzjonijiet li huma ispirati u appoġġati min-natura, li huma kosteffettivi, u fl-istess ħin jipprovdu benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi u jgħinu fil-bini tar-reżiljenza. Tali soluzzjonijiet iġibu aktar natura u karatteristiċi u proċessi naturali, u aktar diversi, fl-ibliet u fil-pajsaġġi u fil-pajsaġġi tal-baħar, permezz ta’ interventi adattati lokalment, effiċjenti fir-riżorsi u sistemiċi”. Għalhekk, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma ta’ benefiċċju għall-bijodiversità u jappoġġaw it-twassil ta’ firxa ta’ servizzi tal-ekosistema. (il-verżjoni ta’ [data tal-adozzjoni]: https://commission.europa.eu/research-and-innovation_mt?pg=nbs).
(43)    Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Infrastruttura Ekonoloġika (GI) — Insaħħu l-Kapital Naturali tal-Ewropa (COM/2013/0249 final).
(44)    Il-lista ta’ perikli relatati mal-klima f’din it-tabella ma hijiex eżawrjenti, u tikkostitwixxi biss lista indikattiva tal-aktar perikli mifruxa li għandhom jitqiesu bħala minimu fil-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabbiltà klimatiċi.
(45)    Għal attivitajiet f’pajjiżi terzi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli jew mal-istandards internazzjonali li jsegwu objettivi ekwivalenti ta’ status tajjeb tal-ilma u ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb, permezz ta’ regoli proċedurali u sostantivi ekwivalenti, jiġifieri pjan ta’ ġestjoni tal-użu u ta’ protezzjoni tal-ilma żviluppat f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti li jiżgura li 1) l-impatt tal-attivitajiet fuq l-istatus identifikat jew fuq il-potenzjal ekoloġiku tal-korp jew tal-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati jiġi vvalutat u 2) id-deterjorament jew il-prevenzjoni ta’ status tajjeb/potenzjal ekoloġiku tajjeb tiġi evitata jew, fejn dan ma jkunx possibbli, 3) tkun ġustifikata min-nuqqas ta’ alternattivi ambjentali aħjar li ma jkunux sproporzjonatament għaljin/teknikament infattibbli, u ttieħdu l-passi possibbli kollha sabiex jiġi mitigat l-impatt avvers fuq l-istatus tal-korp tal-ilma.
(46)    Id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3, il-punt 5 tad-Direttiva 2008/56/KE tipprevedi b’mod partikolari li status ambjentali tajjeb għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tad-deskritturi kwalitattivi stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva.
(47)    Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mit-tqegħid fis-suq jew mill-użu tas-sustanzi msemmija fil-punt (f) ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.
(48)    Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-eċċezzjonijiet mill-projbizzjoni mill-manifattura, mill-preżenza fil-prodott finali jew fl-output, jew mit-tqegħid fis-suq tas-sustanzi msemmija f’dan il-paragrafu ladarba tkun ippubblikat prinċipji orizzontali dwar l-użu essenzjali tas-sustanzi kimiċi.
Top

ANNESS V

Emendi għall-Annessi I, II, III, IV, V, VII, IX u X tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178

(1)L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)fit-Taqsima 1.1.2.2, il-ħames paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“In-numeratur għandu jkun fih il-parti tal-CapEx imsemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali. In-numeratur għandu jipprevedi diżaggregazzjoni għall-parti tal-CapEx allokata għal kontribuzzjoni sostanzjali għal kull objettiv ambjentali.”;

(b)fit-Taqsima 1.1.3.2, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“In-numeratur għandu jinkludi l-parti tal-OpEx imsemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali. In-numeratur għandu jipprevedi diżaggregazzjoni għall-parti tal-OpEx allokata għal kontribuzzjoni sostanzjali għal kull objettiv ambjentali.”;

(c)fit-Taqsima 1.2.1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-fatturat u n-nefqa kapitali, l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jinkludu referenzi għall-partiti relatati fir-rapporti finanzjarji;

(d)fit-Taqsima 2, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e) l-impriżi mhux finanzjarji għandhom jidentifikaw l-attivitajiet ekonomiċi mhux eliġibbli għat-Tassonomija u jiddivulgaw il-proporzjon fid-denominatur tal-fatturat, CapEx u OpEx KPIs ta’ dawk l-attivitajiet ekonomiċi fil-livell tal-impriża jew tal-grupp”;

(2)L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness segwenti:



"ANNESS II

FORMOLI GĦALL-KPIs TA’ IMPRIŻI MHUX FINANZJARJI

Formola: Il-proporzjon tal-fatturat minn prodotti jew servizzi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija - divulgazzjoni li tkopri s-sena N

Sena finanzjarja N

Sena

Kriterji ta’ Kontribuzzjoni Sostanzjali

Kriterji tad-DNSH (“La tagħmilx Ħsara Sinifikanti”)(h)

 

 

 

 

Attivitajiet Ekonomiċi (1)

Kodiċi (a) (2)

Fatturat (3)

Proporzjon tal-Fatturat, sena N (4)

Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima (5)

Adattament għat-Tibdil fil-Klima (6)

Ilma (7)

Tniġġis (8)

Ekonomija Ċirkolari (9)

Bijodiversità (10)

Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima (11)

Adattament għat-Tibdil fil-Klima (12)

Ilma (13)

Tniġġis (14)

Ekonomija Ċirkolari (15)

Bijodiversità (16)

Salvagwardji Minimi (17)

Proporzjon
Allinjat mat-Tassonomija (A.1.) jew eliġibbli (A.2.) 
fatturat,
sena N-1 (18)

Attività
li tabilita
il-kategorija (19)

Kategorija 
attività
ta’ tranżizzjoni (20)

Test

 

Munita

%

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

%

E

T

A. ATTIVITAJIET ELIĠIBBLI GĦAT-TASSONOMIJA 

A.1. Attivitajiet ambjentalment sostenibbli (allinjati mat-Tassonomija) 

Attività 1

 

 

%

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

 

 

Attività 1 (d)

 

 

%

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

E

 

Attività 2

 

 

%

 

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

 

T

Fatturat ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli (allinjati mat-Tassonomija) (A.1)  

%

%

%

%

%

%

%

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

Li minnhom Abilitanti

%

 %

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

E

 

Li minnhom ta’ Tranżizzjoni

%

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

 

T

A.2 Attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux ambjentalment sostenibbli (attivitajiet mhux allinjati mat-Tassonomija) (g)

 

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Attività 1 (e)

 

 

%

EL

EL

 

 

EL

 

 

 

 

 

 

 

 

%

 

 

Fatturat ta’ attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux ambjentalment sostenibbli (mhux attivitajiet allinjati mat-Tassonomija) (A.2) 

%

 

 

 

 

 

 

 

%

 

A. Fatturat ta’ attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija (A.1+A.2)

%

B. ATTIVITAJIET MHUX ELIĠIBBLI GĦAT-TASSONOMIJA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fatturat tal-attivitajiet mhux eliġibbli għat-Tassonomija 

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

100 %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(a) Il-Kodiċi huwa magħmul mill-abbrevjazzjoni tal-objettiv rilevanti li għalih l-attività ekonomika hija eliġibbli tagħmel kontribuzzjoni sostanzjali, flimkien man-numru tat-Taqsima tal-attività fl-Anness rilevanti li jkopri l-objettiv, jiġifieri:  
- Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima: CCM 
Adattament għat-Tibdil fil-Klima: CCA
- Riżorsi tal-Ilma u tal-Baħar: WTR 
- Ekonomija Ċirkolari: CE 
- Prevenzjoni u Kontroll tat-Tniġġis: PPC 
- Bijodiversità u ekosistemi: BIO
Pereżempju, l-Attività "Afforestazzjoni" ikollha l-Kodiċi: CCM 1.1 

Meta l-attivitajiet ikunu eliġibbli biex jagħtu kontribut sostanzjali għal aktar minn objettiv wieħed, il-kodiċijiet għall-objettivi kollha jenħtieġ li jiġu indikati.  
Pereżempju, jekk l-operatur jirrapporta li l-attività “Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” tagħti kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ekonomija ċirkolari, il-kodiċi jkun: CCM 7.1. / CE 3.1.

L-istess kodiċijiet jenħtieġ li jintużaw fit-Taqsimiet A.1 u A.2 ta’ din il-formola.

 

(b) Y - Iva, Attività eliġibli għat-Tassonomija u alinjata mat-Tassonomija bl-objettiv ambjentali rilevanti 
N - Le, Attività eliġibli għat-Tassonomija iżda mhux alinjata mat-Tassonomija bl-objettiv ambjentali rilevanti 
N/EL – mhux eliġibbli, Attività mhux eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv ambjentali rilevanti

 

(c) Fejn attività ekonomika tikkontribwixxi sostanzjaliment għal objettivi ambjentali multipli, impriżi mhux finanzjarji għandhom jindikaw, b’tipa grassa, l-objettiv ambjentali l-aktar rilevanti għall-iskop tal-kalkolu tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji waqt li jkun evitat l-għadd doppju. Fil-KPIs rispettivi tagħhom, meta l-użu tar-rikavati mill-finanzjament ma jkunx magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom jikkalkulaw il-finanzjament ta’ attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal diversi objettivi ambjentali skont l-aktar objettiv ambjentali rilevanti li jiġi rrapportat b’tipa grassa f’din il-formola minn impriżi mhux finanzjarji. Objettiv ambjentali jista’ jiġi rrapportat biss b’tipa grassa darba f’ringiela waħda biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-attivitajiet ekonomiċi fil-KPIs tal-impriżi finanzjarji. Dan ma għandux japplika għall-komputazzjoni tal-allinjament tat-Tassonomija tal-attivitajiet ekonomiċi għall-prodotti finanzjarji definiti fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088. L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jirrapportaw ukoll il-livell ta’ eliġibbiltà u allinjament għal kull objettiv ambjentali, li jinkludi allinjament ma’ kull wieħed mill-objettivi ambjentali għal attivitajiet li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għal diversi objettivi, billi jużaw il-formola ta’ hawn taħt:

Proporzjon tal-fatturat/Fatturat totali

Alinjati mat-Tassonomija skont l-objettiv

Eliġibbli għat-Tassonomija skont l-objettiv

CCM

%

%

CCA

%

%

WTR

%

%

CE

%

%

PPC

%

%

BIO

%

%

(d) L-istess attività tista’ tallinja ma’ objettiv ambjentali wieħed biss li għalih tkun eliġibbli jew aktar.

 

(e) L-istess attività tista’ tkun eliġibbli għal objettiv ambjentali rilevanti iżda mhux allinjata miegħu.  

 

(f) EL - Attività eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv rilevanti 
N/EL - Attività mhux eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv rilevanti

(g) L-attivitajiet għandhom ikunu rraportati fit-Taqsima A.2 ta’ din il-formola biss jekk ma jkunux qed jallinjaw ma’ xi objettiv ambjentali li għalih ikunu eliġibbli. L-attivitajiet li jallinjaw ma’ mill-inqas objettiv ambjentali wieħed għandhom jiġu rrapportati fit-Taqsima A.1 ta’ din il-formola.

(h) Biex attività tkun irraportata fit-Taqsima A.1 għandhom ikunu ssodisfati l-kriterji kollha DNSH u s-salvagwardji minimi. Għal dawk l-attivitajiet elenkati taħt A2, il-kolonni minn (5) sa (17) jistgħu jintlew fuq bażi volontarja minn impriżi mhux finanzjarji. L-impriżi mhux finanzjarji jistgħu jindikaw il-kontribuzzjoni sostanzjali u l-kriterji tad-DNSH li jissodisfaw jew li ma jissodisfawx fit-Taqsima A.2 billi jużaw: (a) għal kontribuzzjoni sostanzjali - il-kodiċijiet Y/N u N/EL minflok EL u N/EL u (b) għall-kodiċijiet DNSH – Y/N.

Formola: Il-proporzjon tal-CapEx minn prodotti jew minn servizzi assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija - divulgazzjoni li tkopri s-sena N

Sena finanzjarja N

Sena

Kriterji ta’ Kontribuzzjoni Sostanzjali

Kriterji tad-DNSH (“La tagħmilx Ħsara Sinifikanti”)(h)

 

 

 

 

Attivitajiet Ekonomiċi (1)

Kodiċi (a) (2)

CapEx (3)

Proporzjon tal-CapEX, sena N (4)

Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima (5)

Adattament għat-Tibdil fil-Klima (6)

Ilma (7)

Tniġġis (8)

Ekonomija Ċirkolari (9)

Bijodiversità (10)

Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima (11)

Adattament għat-Tibdil fil-Klima (12)

Ilma (13)

Tniġġis (14)

Ekonomija Ċirkolari (15)

Bijodiversità (16)

Salvagwardji Minimi (17)

Proporzjon
Allinjat mat-Tassonomija (A.1.) jew eliġibbli (A.2.) 
CapEx,
sena N-1 (18)

Attività
li tabilita
il-kategorija (19)

Kategorija 
attività
ta’ tranżizzjoni (20)

Test

 

Munita

%

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

%

E

T

A. ATTIVITAJIET ELIĠIBBLI GĦAT-TASSONOMIJA 

A.1. Attivitajiet ambjentalment sostenibbli (allinjati mat-Tassonomija) 

Attività 1

 

 

%

 

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

 

 

Attività 1 (d)

 

 

%

 

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

E

 

Attività 2

 

 

%

 

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

 

T

CapEx ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli (allinjati mat-Tassonomija) (A.1)  

%

%

%

%

%

%

%

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

Li minnhom Abilitanti

%

 %

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

E

 

Li minnhom ta’ Tranżizzjoni

%

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

 

T

A.2 Attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux ambjentalment sostenibbli (attivitajiet mhux allinjati mat-Tassonomija) (g)

 

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Attività 1 (e)

 

 

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

%

 

 

CapEx ta’ attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux ambjentalment sostenibbli (attivitajiet mhux allinjati mat-Tassonomija) (A.2) 

%

 

 

 

 

 

 

 

%

 

A. CapEx ta’ attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija (A.1+A.2)

%

B. ATTIVITAJIET MHUX ELIĠIBBLI GĦAT-TASSONOMIJA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CapEx ta’ attivitajiet mhux eliġibbli għat-Tassonomija 

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

100 %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(a) Il-Kodiċi huwa magħmul mill-abbrevjazzjoni tal-objettiv rilevanti li għalih l-attività ekonomika hija eliġibbli tagħmel kontribuzzjoni sostanzjali, flimkien man-numru tat-Taqsima tal-attività fl-Anness rilevanti li jkopri l-objettiv, jiġifieri:  
- Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima: CCM 
Adattament għat-Tibdil fil-Klima: CCA
- Riżorsi tal-Ilma u tal-Baħar: WTR 
- Ekonomija Ċirkolari: CE 
- Prevenzjoni u Kontroll tat-Tniġġis: PPC 
- Bijodiversità u ekosistemi: BIO
Pereżempju, l-Attività "Afforestazzjoni" ikollha l-Kodiċi: CCM 1.1 

Meta l-attivitajiet ikunu eliġibbli biex jagħtu kontribut sostanzjali għal aktar minn objettiv wieħed, il-kodiċijiet għall-objettivi kollha jenħtieġ li jiġu indikati.  
Pereżempju, jekk l-operatur jirrapporta li l-attività “Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” tagħti kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ekonomija ċirkolari, il-kodiċi jkun: CCM 7.1. / CE 3.1.

L-istess kodiċijiet jenħtieġ li jintużaw fit-Taqsimiet A.1 u A.2 ta’ din il-formola.

 

(b) Y - Iva, Attività eliġibli għat-Tassonomija u alinjata mat-Tassonomija bl-objettiv ambjentali rilevanti 
N - Le, Attività eliġibli għat-Tassonomija iżda mhux alinjata mat-Tassonomija bl-objettiv ambjentali rilevanti 
N/EL – mhux eliġibbli, Attività mhux eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv ambjentali rilevanti

 

(c) Fejn attività ekonomika tikkontribwixxi sostanzjaliment għal objettivi ambjentali multipli, impriżi mhux finanzjarji għandhom jindikaw, b’tipa grassa, l-objettiv ambjentali l-aktar rilevanti għall-iskop tal-kalkolu tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji waqt li jkun evitat l-għadd doppju. Fil-KPIs rispettivi tagħhom, meta l-użu tar-rikavati mill-finanzjament ma jkunx magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom jikkalkulaw il-finanzjament ta’ attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal diversi objettivi ambjentali skont l-aktar objettiv ambjentali rilevanti li jiġi rrapportat b’tipa grassa f’din il-formola minn impriżi mhux finanzjarji. Objettiv ambjentali jista’ jiġi rrapportat biss b’tipa grassa darba f’ringiela waħda biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-attivitajiet ekonomiċi fil-KPIs tal-impriżi finanzjarji. Dan ma għandux japplika għall-komputazzjoni tal-allinjament tat-Tassonomija tal-attivitajiet ekonomiċi għall-prodotti finanzjarji definiti fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088. L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jirrapportaw ukoll il-livell ta’ eliġibbiltà u allinjament għal kull objettiv ambjentali, li jinkludi allinjament ma’ kull wieħed mill-objettivi ambjentali għal attivitajiet li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għal diversi objettivi, billi jużaw il-formola ta’ hawn taħt:

Proporzjon tal-CapEx/Total CapEx

Alinjati mat-Tassonomija skont l-objettiv

Eliġibbli għat-Tassonomija skont l-objettiv

CCM

%

%

CCA

%

%

WTR

%

%

CE

%

%

PPC

%

%

BIO

%

%

(d) L-istess attività tista’ tallinja ma’ objettiv ambjentali wieħed biss li għalih tkun eliġibbli jew aktar.

 

(e) L-istess attività tista’ tkun eliġibbli għal objettiv ambjentali rilevanti iżda mhux allinjata miegħu.  

 

(f) EL - Attività eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv rilevanti 
N/EL - Attività mhux eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv rilevanti

(g) L-attivitajiet għandhom ikunu rraportati fit-Taqsima A.2 ta’ din il-formola biss jekk ma jkunux qed jallinjaw ma’ xi objettiv ambjentali li għalih ikunu eliġibbli. L-attivitajiet li jallinjaw ma’ mill-inqas objettiv ambjentali wieħed għandhom jiġu rrapportati fit-Taqsima A.1 ta’ din il-formola.

(h) Biex attività tkun irraportata fit-Taqsima A.1 għandhom ikunu ssodisfati l-kriterji kollha DNSH u s-salvagwardji minimi. Għal dawk l-attivitajiet elenkati taħt A2, il-kolonni minn (5) sa (17) jistgħu jintlew fuq bażi volontarja minn impriżi mhux finanzjarji. L-impriżi mhux finanzjarji jistgħu jindikaw il-kontribuzzjoni sostanzjali u l-kriterji tad-DNSH li jissodisfaw jew li ma jissodisfawx fit-Taqsima A.2 billi jużaw: (a) għal kontribuzzjoni sostanzjali - il-kodiċijiet Y/N u N/EL minflok EL u N/EL u (b) għall-kodiċijiet DNSH – Y/N.

Formola: Il-proporzjon ta’ OpEx minn prodotti jew servizzi assoċjati mal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija - divulgazzjoni li tkopri s-sena N

Sena finanzjarja N

Sena

Kriterji ta’ Kontribuzzjoni Sostanzjali

Kriterji tad-DNSH (“La tagħmilx Ħsara Sinifikanti”)(h)

 

 

 

 

Attivitajiet Ekonomiċi (1)

Kodiċi (a) (2)

OpEx (3)

Proporzjon tal-OpEx, sena N (4)

Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima (5)

Adattament għat-Tibdil fil-Klima (6)

Ilma (7)

Tniġġis (8)

Ekonomija Ċirkolari (9)

Bijodiversità (10)

Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima (11)

Adattament għat-Tibdil fil-Klima (12)

Ilma (13)

Tniġġis (14)

Ekonomija Ċirkolari (15)

Bijodiversità (16)

Salvagwardji Minimi (17)

Proporzjon
Allinjat mat-Tassonomija (A.1.) jew eliġibbli (A.2.) 
OpEx,
sena N-1 (18)

Attività
li tabilita 
il-kategorija (19)

Kategorija 
attività
ta’ tranżizzjoni (20)

Test

 

Munita

%

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y; N; N/EL (b) (c)

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

%

E

T

A. ATTIVITAJIET ELIĠIBBLI GĦAT-TASSONOMIJA 

A.1. Attivitajiet ambjentalment sostenibbli (allinjati mat-Tassonomija) 

Attività 1

 

 

%

 

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

 

 

Attività 1 (d)

 

 

%

 

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

E

 

Attività 2

 

 

%

 

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

 

T

OpEx ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli (allinjati mat-Tassonomija) (A.1)  

%

%

%

%

%

%

%

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

Li minnhom Abilitanti

%

 %

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

E

 

Li minnhom ta’ Tranżizzjoni

%

 

 

 

 

 

Y

Y

Y

Y

Y

Y

Y

%

 

T

A.2 Attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux ambjentalment sostenibbli (attivitajiet mhux allinjati mat-Tassonomija) (g)

 

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

EL; N/EL (f)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Attività 1 (e)

 

 

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

%

 

 

OpEx ta’ attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux ambjentalment sostenibbli (attivitajiet mhux allinjati mat-Tassonomija) (A.2) 

%

 

 

 

 

 

 

 

%

 

A. OpEx ta’ attivitajiet eliġibbli għat-Tassonomija (A.1+A.2)

%

B. ATTIVITAJIET MHUX ELIĠIBBLI GĦAT-TASSONOMIJA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

OpEx ta’ attivitajiet mhux eliġibbli għat-Tassonomija 

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TOTAL

 

100 %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(a) Il-Kodiċi huwa magħmul mill-abbrevjazzjoni tal-objettiv rilevanti li għalih l-attività ekonomika hija eliġibbli tagħmel kontribuzzjoni sostanzjali, flimkien man-numru tat-Taqsima tal-attività fl-Anness rilevanti li jkopri l-objettiv, jiġifieri:  
- Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima: CCM 
Adattament għat-Tibdil fil-Klima: CCA
- Riżorsi tal-Ilma u tal-Baħar: WTR 
- Ekonomija Ċirkolari: CE 
- Prevenzjoni u Kontroll tat-Tniġġis: PPC 
- Bijodiversità u ekosistemi: BIO
Pereżempju, l-Attività "Afforestazzjoni" ikollha l-Kodiċi: CCM 1.1 

Meta l-attivitajiet ikunu eliġibbli biex jagħtu kontribut sostanzjali għal aktar minn objettiv wieħed, il-kodiċijiet għall-objettivi kollha jenħtieġ li jiġu indikati.  
Pereżempju, jekk l-operatur jirrapporta li l-attività “Kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda” tagħti kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-ekonomija ċirkolari, il-kodiċi jkun: CCM 7.1. / CE 3.1.

L-istess kodiċijiet jenħtieġ li jintużaw fit-Taqsimiet A.1 u A2 ta’ din il-formola.

 

(b) Y - Iva, Attività eliġibli għat-Tassonomija u alinjata mat-Tassonomija bl-objettiv ambjentali rilevanti 
N - Le, Attività eliġibli għat-Tassonomija iżda mhux alinjata mat-Tassonomija bl-objettiv ambjentali rilevanti 
N/EL – mhux eliġibbli, Attività mhux eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv ambjentali rilevanti

 

(c) Fejn attività ekonomika tikkontribwixxi sostanzjaliment għal objettivi ambjentali multipli, impriżi mhux finanzjarji għandhom jindikaw, b’tipa grassa, l-objettiv ambjentali l-aktar rilevanti għall-iskop tal-kalkolu tal-KPIs tal-impriżi finanzjarji waqt li jkun evitat l-għadd doppju. Fil-KPIs rispettivi tagħhom, meta l-użu tar-rikavati mill-finanzjament ma jkunx magħruf, l-impriżi finanzjarji għandhom jikkalkulaw il-finanzjament ta’ attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal diversi objettivi ambjentali skont l-aktar objettiv ambjentali rilevanti li jiġi rrapportat b’tipa grassa f’din il-formola minn impriżi mhux finanzjarji. Objettiv ambjentali jista’ jiġi rrapportat biss b’tipa grassa darba f’ringiela waħda biex jiġi evitat l-għadd doppju tal-attivitajiet ekonomiċi fil-KPIs tal-impriżi finanzjarji. Dan ma għandux japplika għall-komputazzjoni tal-allinjament tat-Tassonomija tal-attivitajiet ekonomiċi għall-prodotti finanzjarji definiti fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088. L-impriżi mhux finanzjarji għandhom jirrapportaw ukoll il-livell ta’ eliġibbiltà u allinjament għal kull objettiv ambjentali, li jinkludi allinjament ma’ kull wieħed mill-objettivi ambjentali għal attivitajiet li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għal diversi objettivi, billi jużaw il-formola ta’ hawn taħt:

Proporzjon ta’ OpEx/OpEx Totali

Alinjati mat-Tassonomija skont l-objettiv

Eliġibbli għat-Tassonomija skont l-objettiv

CCM

%

%

CCA

%

%

WTR

%

%

CE

%

%

PPC

%

%

BIO

%

%

(d) L-istess attività tista’ tallinja ma’ objettiv ambjentali wieħed biss li għalih tkun eliġibbli jew aktar.

 

(e) L-istess attività tista’ tkun eliġibbli għal objettiv ambjentali rilevanti iżda mhux allinjata miegħu.  
(f) EL - Attività eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv rilevanti 
N/EL - Attività mhux eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv rilevanti

(g) L-attivitajiet għandhom ikunu rraportati fit-Taqsima A.2 ta’ din il-formola biss jekk ma jkunux qed jallinjaw ma’ xi objettiv ambjentali li għalih ikunu eliġibbli. L-attivitajiet li jallinjaw ma’ mill-inqas objettiv ambjentali wieħed għandhom jiġu rrapportati fit-Taqsima A.1 ta’ din il-formola.

(h) Biex attività tkun irraportata fit-Taqsima A.1 għandhom ikunu ssodisfati l-kriterji kollha DNSH u s-salvagwardji minimi. Għal dawk l-attivitajiet elenkati taħt A2, il-kolonni minn (5) sa (17) jistgħu jintlew fuq bażi volontarja minn impriżi mhux finanzjarji. L-impriżi mhux finanzjarji jistgħu jindikaw il-kontribuzzjoni sostanzjali u l-kriterji tad-DNSH li jissodisfaw jew li ma jissodisfawx fit-Taqsima A.2 billi jużaw: (a) għal kontribuzzjoni sostanzjali - il-kodiċijiet Y/N u N/EL minflok EL u N/EL u (b) għall-kodiċijiet DNSH – Y/N. ”;

 

(3)Fl-Anness III, it-Taqsima 1.1., jiżdied ir-raba’ paragrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ din it-Taqsima, l-investimenti fil-proprjetà immobbli għandhom jiġu inklużi fin-numeratur sal-punt u fil-proporzjon li bih jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija.”;

(4)L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)fit-Taqsima “Tqassim tan-numeratur tal-KPI għal kull objettiv ambjentali” il-kliem “Attivitajiet ta’ tranżizzjoni: A % (Fatturat; CapEx)” jitħassru mil-linji (2) sa (6);

(b)it-tmien ringiela hija sostitwita b’dan li ġej: “

Il-proporzjon ta’ skoperturi għal kontropartijiet u assi oħra fuq l-assi totali koperti mill-KPI:

X %

Valur tal-iskoperturi għal kontropartijiet u assi oħra:

[ammont monetarju]

”;

(c)it-tlettax-il ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

Il-proporzjon ta’ skoperturi allinjati mat-tassonomija għal kontropartijiet u assi oħra fuq l-assi totali koperti mill-KPI:

Abbażi tal-fatturat: %

Abbażi tal-infiq tal-kapital: %

Valur tal-iskoperturi allinjati mat-tassonomija għal kontropartijiet u assi oħra:

Abbażi tal-fatturat: [ammont monetarju]

Abbażi tal-infiq tal-kapital: [ammont monetarju]

”;

(5)L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)fit-Taqsima 1.1.2, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-assi li ġejjin għandhom jiġu esklużi min-numeratur tal-GAR:

(a) assi finanzjarji miżmuma għan-negozju;

(b) self interbankarju fuq talba;

(c) skoperturi għal impriżi li mhumiex obbligati jippubblikaw informazzjoni mhux finanzjarja skont l-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE;

(d) derivattivi;

(e) flus kontanti u assi relatati ma’ flus kontanti;

(f) kategoriji oħra ta’ assi (bħal Avjament, komoditajiet eċċ.).”;

(b)fil-punt 1.2.1, il-ħames paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Minbarra l-GAR, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-perċentwal tal-assi totali tagħhom li huma esklużi min-numeratur tal-GAR f’konformità mal-Artikolu 7(2) u (3) ta’ dan ir-Regolament u l-punt 1.1.2 ta’ dan l-Anness.”;

(c)fit- Taqsima 1.2.1.1, fl-ewwel paragrafu, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

Objettiv ambjentali

L-ewwel pass

It-tieni pass

Proporzjon tal-assi ekoloġiċi (GAR)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

(CCM)

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima meta mqabbel mas-self/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità totali ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, meta mqabbel mas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi f’setturi koperti mit-tassonomija għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Li minnu: attivitajiet ta’ tranżizzjoni

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, meta mqabbel mas-self u avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Li minnu: attivitajiet ta’ tranżizzjoni

Stokks u flussi

Adattament għat-Tibdil fil-Klima

(CCA)

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima mqabbel mas-self/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità totali ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima, meta mqabbel mas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi f’setturi koperti mit-tassonomija għall-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-adattament għat-tibdil fil-klima, meta mqabbel mas-self u avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali 

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Stokks u flussi

Riżorsi tal-ilma u tal-baħar

(WTR)

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv tal-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar imqabbel mas-self/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità totali ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar imqabbel mas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi f’setturi koperti mit-tassonomija għall-objettiv tal-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar imqabbel mas-self u avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali 

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Stokks u flussi

Ekonomija Ċirkolari

(CE)

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari mqabbel mas-self/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità totali ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari mqabbel mas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi f’setturi koperti mit-tassonomija għall-objettiv tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari mqabbel mas-self u avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali 

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Stokks u flussi

Tniġġis

(PPC)

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv tal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis imqabbel mas-self/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità totali ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv taprevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis imqabbel mas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi f’setturi koperti mit-tassonomija għall-objettiv taprevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis imqabbel mas-self u avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali 

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Stokks u flussi

Bijodiversità u ekosistemi

(BIO)

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-Tassonomija għall-objettiv tal-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi mqabbel mas-self/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità totali ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi mqabbel mas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi f’setturi koperti mit-tassonomija għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Proporzjon tas-self u l-avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija għall-objettiv tal-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi mqabbel mas-self u avvanzi/ titoli ta’ dejn/ strumenti ta’ ekwità ta’ impriżi mhux finanzjarji u l-assi l-oħrajn kollha koperti fil-karta bilanċjali 

Li minnu: użu tar-rikavati

Li minnu: attivitajiet abilitanti

Stokks u flussi

”;

(d)fit-Taqsima 1.2.1.1., l-intestatura tal-punt (i) hija sostitwita b’dan li ġej:

“(i) Il-GAR għal attivitajiet ta’ self lil impriżi mhux finanzjarji (self u avvanzi - GAR L&A)”;

(e)fit-taqsima 1.2.1.1 il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ammont għall-fini ta’ (1)(c) għandu jiġi kkalkolat billi tintuża l-formula li ġejja 1(c) = (1)(c)(1) + (1)(c)(2) fejn:

(1)(c)(1)    tirrappreżenta self u avvanzi fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, inkluż self speċjalizzat kif imsemmi fl-Artikolu 147(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(1)(c)(2)    tirrappreżenta self u avvanzi fejn l-użu tar-rikavati ma jkunx magħruf (self ġenerali).”;

(f)fit-Taqsima 1.2.1.1, fil-punt (i), it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-punt (1)(c)(1), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l-ammont riportat gross tal-iskoperturi fejn l-użu tar-rikavati huwa magħruf , inkluż skoperturi ta’ self speċjalizzat, għall-impriża mhux finanzjarja sal-punt u l-proporzjon li jiffinanzjaw attività ekonomika allinjata mat-tassonomija. Il-valutazzjoni ta’ jekk dak ir-rekwiżit ma kienx sodisfat għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kontroparti dwar il-proġett jew l-attivitajiet li għalihom se jiġi applikat ir-rikavat. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-tip ta’ attività ekonomika li hija ffinanzjata. Ma għandux ikun permess għadd doppju. Meta l-istess skopertura għal self speċjalizzat tkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jallokawha għall-aktar objettiv rilevanti.”;

(g)fit-Taqsima 1.2.1.1., is-sitt paragrafuq tal-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“GAR L&A (għal kull objettiv ambjentali) = (1)(c)/(1)(a). L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-GAR ibbażat fuq il-CapEx u l-KPIs tal-fatturat u separatament il-parti tal-KPI li tirreferi għal attivitajiet abilitanti u ta’ tranżizzjoni, fejn rilevanti.”;

(h)fit-Taqsima 1.2.1.1, fil-punt (ii), it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-finijiet tal-punt 2(c)(1), l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw dan li ġej:

(2)(c)(1)(a) l-ammont riportat gross totali ta’ skoperturi għal bonds ambjentalment sostenibbli maħruġa f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-ħruġ kurrenti ta’ bonds kwalifikati bħala bonds ekoloġiċi minn emittenti li l-użu tar-rikavat tagħhom irid jiġi investit f’attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija għandu jiġi vvalutat skont il-livell ta’ allinjament tat-tassonomija tal-attivitajiet ekonomiċi f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/852 jew tal-proġetti ffinanzjati, abbażi ta’ informazzjoni speċifika pprovduta mill-emittent għal ħruġ. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu trasparenza dwar it-tip ta’ attività ekonomika li tkun qed tiġi ffinanzjata. L-għadd doppju mhuwiex permess. Fejn l-istess bond ekoloġiku jista’ jkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jallokawh għall-objettiv l-aktar rilevanti.

(2)(c)(1)(b) l-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn investiti fi skoperturi fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, inklużi skoperturi ta’ għoti ta’ self speċjalizzat, sal-punt li l-attivitajiet iffinanzjati jkunu attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni speċifika pprovduta mill-emittent għal dak il-ħruġ. L-għadd doppju mhuwiex permess. Fejn l-istess skopertura ta’ self speċjalizzat tista’ tkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jallokawha għall-objettiv l-aktar rilevanti. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu trasparenza dwar it-tip ta’ attività ekonomika li hija ffinanzjata.”;

(i)fit-Taqsima 1.2.1.2., it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Dan il-GAR għandu jinkludi divulgazzjonijiet għall-objettivi ambjentali kollha, b’diżaggregazzjoni għall-attivitajiet abilitanti. Għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-GAR għandu jkun fih ukoll divulgazzjonijiet tal-attivitajiet ta’ tranżizzjoni. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu wkoll divulgazzjonijiet tal-istokk u tal-fluss.

Għal skoperturi fejn l-użu tar-rikavati jkun magħruf, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw, għan-numeratur tal-GAR għall-impriżi finanzjarji, l-ammont riportat gross ta’ self u avvanzi u titoli ta’ dejn tal-portafolli kontabilistiċi rilevanti għall-impriżi finanzjarji sal-punt u l-proporzjon li fihom dawk l-iskoperturi jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija. Il-valutazzjoni ta’ jekk dak ir-rekwiżit ma kienx sodisfat għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kontroparti. Ma għandux ikun permess għadd doppju. Meta l-istess skopertura tkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jallokawha għall-aktar objettiv rilevanti.

Għal skoperturi fejn l-użu tar-rikavati ma jkunx magħruf, in-numeratur tal-GAR għall-impriżi finanzjarji għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-KPIs tal-kontropartijiet ikkalkulati skont dan ir-Regolament. L-ammont ta’ self u avvanzi, titoli ta’ dejn u parteċipazzjoni fl-ekwitá tal-portafolli kontabilistiċi rilevanti lill-impriżi finanzjarji li għandu jiġi kkunsidrat fin-numeratur tal-proporzjon għandu jkun is-somma tal-ammont riportat gross tagħhom, ponderata bil-proporzjon ta’ attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija b’diżaggregazzjoni għall-objettivi ambjentali u attivitajiet abilitanti għal kull kontroparti. Għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, id-diżaggregazzjoni għandu jkun fiha wkoll attivitajiet ta’ tranżizzjoni għal kull kontroparti.

Meta l-kontroparti tkun istituzzjoni ta’ kreditu oħra kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u, għal dan l-għan biss, bank multilaterali tal-iżvilupp imsemmi fl-Artikolu 117(1), it-tieni subparagrafu, jew l-Artikolu 117(2) ta’ dak ir-Regolament, il-KPIs ibbażati fuq il-fatturat u bbażati fuq il-CapEx użati għandhom ikunu l-ammont riportat gross ta’ titoli ta’ dejn, self u avvanzi u strumenti ta’ ekwità ta’ portafolli kontabilistiċi rilevanti ponderati bil-“GAR totali tal-kontroparti”, li huwa l-ammont riportat gross immultiplikat bil-“GAR Totali” tal-kontroparti.”;

(j)fit-Taqsima 1.2.1.3, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Il-GAR għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur għal self għal proprjetà immobbli residenzjali jew għar-rinnovazzjoni ta’ djar għandu jiġi kkalkulat bħala proporzjon ta’ self lil unitajiet domestiċi kollateralizzati bi proprjetà immobbli residenzjali jew mogħti għal skopijiet ta’ rinnovazzjoni ta’ djar li huwa allinjat mat-tassonomija f’konformità mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-binjiet, b’mod partikolari r-rinnovazzjoni u l-akkwiżizzjoni u s-sjieda f’konformità mat-Taqsimiet 7.1, 7.2, 7.3, 7.4, 7.5, 7.6, u 7.7. rispettivament, tal-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 jew it-Taqsimiet 3.1 u 3.2 tal-Anness II tal-[Att Delegat Ambjentali], meta mqabbel mas-self totali lil unitajiet domestiċi kollateralizzat minn proprjetà immobbli residenzjali jew mogħtija għal skopijiet ta’ rinnovazzjoni tad-djar. Dan il-GAR għandu jinkludi divulgazzjoni tal-attivitajiet ta’ tranżizzjoni, u divulgazzjoni tal-stokks u l-fluss.”;

(k)fit-Taqsima 1.2.1.3., fil-punt (i) l-ewwel u t-tieni paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Id-divulgazzjoni tal-KPI tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandha tkopri l-portafoll tas-self għall-konsumatur, b’mod partikolari l-portafoll tas-self ipotekarju. Dan il-KPI għandu jiġi ddivulgat billi titqies il-konformità mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar għall-binjiet kif stabbiliti fit-Taqsimiet 7.1, 7.2, 7.3, 7.4, 7.5, 7.6 u 7.7 tal-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 jew it-Taqsimiet 3.1 u 3.2 tal-Anness II tal-[Att Delegat Ambjentali].

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-KPI għall-portafoll tagħhom ta’ self għal proprjetà immobbli residenzjali bħala proporzjon ta’ self lil unitajiet domestiċi kollateralizzati bi proprjetà immobbli residenzjali li jikkontribwixxi għall-objettiv ambjentali residenzjali kif stabbiliti, b’mod partikolari fit-Taqsimiet 7.1, 7.2, 7.3, 7.4, 7.5, 7.6 u 7.7 tal-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 jew it-Taqsimiet 3.1 u 3.2 tal-Anness II tal-[Att Delegat Ambjentali], meta mqabbel mas-self totali lil unitajiet domestiċi kollateralizzat bi proprjetà immobbli residenzjali.”;

(l) fit-taqsima 1.2.1.3, fil-punt (i) il-ħames paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fin-numeratur tal-proporzjon, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw ukoll dak is-self mogħti għar-rinnovazzjoni ta’ binja jew ta’ dar skont il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-binjiet, b’mod partikolari, skont it-Taqsima 7.1, 7.2, 7.3, 7.4, 7.5 u 7.6 tal-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 jew it-Taqsimiet 3.1 u 3.2 tal-Anness II tal-[Att Delegat Ambjentali]”;

(m)fit-Taqsima 1.2.1.4, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom mudel tan-negozju bbażat fil-biċċa l-kbira tiegħu fuq l-iffinanzjar tal-akkomodazzjoni pubblika, huma għandhom jiddivulgaw KPI dwar il-proporzjoni tal-iskoperturi lill-awtoritajiet pubbliċi li jiffinanzjaw attivitajiet f’konformità mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar, b’mod partikolari, skont it-Taqsima 7.1, 7.2, 7.3, 7.4, 7.5, 7.6 u 7.7 tal-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 jew it-Taqsimiet 3.1 u 3.2 tal-Anness II tal-[Att Delegat Ambjentali]. Dan il-GAR għandu jiġi stmat u ddivulgat mill-istituzzjoni ta’ kreditu bħala proporzjon tal-iskoperturi ta’ self jew titoli ta’ dejn għal muniċipalitajiet li jiffinanzjaw akkomodazzjoni pubblika f’konformità mal-kriterji tekniċi rilevanti ta’ skrinjar, b’mod partikolari, f’konformità mat-Taqsimiet 7.1, 7.2, 7.3, 7.4, 7.5, 7.6 u 7.7 tal-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 jew it-Taqsimiet 3.1 u 3.2 tal-Anness II ta’ [Att Delegat Ambjentali] meta mqabbel mas-self totali lill-muniċipalitajiet li jiffinanzjaw l-akkomodazzjoni pubblika. L-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinkludi divulgazzjonijiet tal-istokks u tal-fluss.”;

(n)fit-Taqsima 1.2.1.4, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-finanzjament ta’ attivitajiet u assi oħra minbarra l-akkomodazzjoni pubblika fejn l-użu tar-rikavat huwa magħruf, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw l-ammont riportat gross ta’ dawk l-iskoperturi, inkluż skoperturi ta’ self speċjalizzat, lill-awtorità pubblika sal-punt u l-proporzjon li s-self jiffinanzja attività ekonomika allinjata mat-Tassonomija. Il-valutazzjoni ta’ jekk kienx hemm konformità ma’ dak ir-rekwiżit għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità pubblika dwar il-proġett jew l-attivitajiet li għalihom se jiġi applikat ir-rikavat. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-tip ta’ attività ekonomika li hija ffinanzjata. Ma għandux ikun permess għadd doppju. Meta l-istess skopertura għal self speċjalizzat tkun rilevanti għal żewġ objettivi ambjentali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jallokawha għall-aktar objettiv rilevanti.”;

(o)It-Taqsima 1.2.1.6. hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.2.1.6. GAR Totali

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar il-GAR Totali. Dan għandu jirrifletti l-valur kumulattiv tal-KPIs ibbażati fuq l-iskopertura, billi jinkludi fid-denominatur it-total tal-assi fil-karta bilanċjali mingħajr l-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 7(1) u billi jżdied fin-numeratur totali n-numeraturi tal-iskoperturi ambjentalment sostenibbli tal-KPIs ibbażati fuq l-iskopertura:

(a)    GAR totali għal attivitajiet ta’ finanzjament diretti lejn impriżi finanzjarji, għall-objettivi ambjentali kollha.

(b)    GAR totali għal attivitajiet ta’ finanzjament diretti lejn impriżi mhux finanzjarji, għall-objettivi ambjentali kollha.

(c)    il-GAR għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali, inkluż self għar-rinnovazzjoni tad-djar, għall-objettivi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, adattament għat-tibdil fil-klima, u ekonomija ċirkolari.

(d)    il-GAR għas-self għall-karozzi fil-livell tal-konsumatur, għall-objettiv tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

(e)    il-GAR għall-użu tar-rikavat li jiffinanzja l-gvernijiet lokali, għall-objettivi ambjentali kollha.

(f)    il-GAR għal kollateral ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali riposseduta miżmuma għall-bejgħ, għal objettivi ta’ tibdil fil-klima.

Flimkien mal-GAR totali, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddivulgaw il-perċentwal tal-assi li huma esklużi min-numeratur tal-GAR skont l-Artikolu 7(2) u (3) u t-Taqsima 1.1.2 ta’ dan l-Anness”;

(p)fit-Taqsima 1.2.2.1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-proporzjon ekoloġiku għall-garanziji finanzjarji lill-impriżi għandu jiġi definit bħala proporzjon tal-garanziji finanzjarji li jappoġġaw self u avvanzi u titoli ta’ dejn li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija meta mqabbla mal-garanziji finanzjarji kollha li jappoġġaw self u avanzi u titoli ta’ dejn lill-impriżi. Dan għandu jinkludi divulgazzjonijiet tal-istokk u tal-fluss, għall-objettivi ambjentali kollha. Għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, dan għandu jinkludi wkoll divulgazzjonijiet dwar liema huma l-attivitajiet abilitanti u ta’ tranżizzjoni. Għal objettivi ambjentali oħra, dan għandu jinkludi divulgazzjonijiet li minnhom ikunu attivitajiet abilitanti.”;

(q)fit-Taqsima 1.2.2.2, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-proporzjon ekoloġiku għall-assi mmaniġġjati għandu jkun il-proporzjon tal-assi mmaniġġajti (ekwità, strumenti ta’ dejn u proprjetà immobbli) minn impriżi li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija, meta mqabbel mal-assi totali mmaniġġjati (ekwità, strumenti ta’ dejn u assi oħra). Dan għandu jinkludi divulgazzjonijiet tal-istokk u tal-fluss, għall-objettivi ambjentali kollha. Għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, dan għandu jinkludi wkoll divulgazzjonijiet dwar liema huma l-attivitajiet abilitanti u ta’ tranżizzjoni. Għal objettivi ambjentali oħra, dan għandu jinkludi divulgazzjonijiet li minnhom ikunu attivitajiet abilitanti.”;

(r)fit-Taqsima 1.2.3., it-tieni u t-tielet paragrafi, il-kliem “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 680/2014” huwa sostitwit bil-kliem “Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451”;

(s)fl-Anness V, il-kliem “parteċipazzjonijiet azzjonarji” huwa sostitwit bil-kliem “strumenti ta’ ekwità”;

(6)fl-Anness VII, it-taqsima 2.4, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-ħames paragrafu:

“B’deroga mit-tieni u t-tliet subparagrafi ta’ dan il-punt 2.4 l-investimenti fil-proprjetà immobbli għandhom jiġu inklużi fin-numeratur sal-punt u fil-proporzjon li bih jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija.”;

(7)fl-Anness IX, is-sitt paragrafu tal-punt 1 huwa sostitwit bil-paragrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel u r-raba’ paragrafu ta’ dan il-punt 1, it-titoli ta’ dejn bil-għan li jiffinanzjaw attivitajiet jew proġetti speċifiċi identifikati jew bonds ambjentalment sostenibbli maħruġa minn impriża destinatarja ta’ investiment għandhom jiġu inklużi fin-numeratur sal-valur tal-attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija li r-rikavat ta’ dawn il-bonds u l-finanzjament tat-titoli ta’ dejn, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-impriża destinatarja ta’ investiment.”;

(8)fl-Anness IX, fl-aħħar tal-punt 1, jiżdied il-pargrafu li ġej:

“B’deroga mill-ewwel u l-ħames paragrafi ta’ dan il-punt 1 l-investimenti fil-proprjetà immobbli għandhom jiġu inklużi fin-numeratur sal-punt u fil-proporzjon li bih jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-Tassonomija.”;

(9) fl-Anness IX, l-ewwel paragrafu tat-Taqsima 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni minbarra l-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandhom jikkalkulaw il-KPI relatat mal-attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni u jippreżentaw id-dħul tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja tal-“primiums grossi sottoskritti” jew, kif applikabbli, id-dħul mir-riassigurazzjoni li jikkorrispondi għall-attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni allinjati mat-Tassonomija f’konformità mal-punti 10.1. u 10.2. tal-Anness II tal-Att Delegat dwar il-Klima. Il-KPI għandu jintwera f’termini perċentwali relattivi għal waħda minn dawn li ġejjin, skont kif applikabbli:

(a)    total tal-primiums grossi miktubin tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(b)    total tal-primiums grossi miktubin tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(c)    total tad-dħul mill-assigurazzjoni mhux tal-ħajja;

(d)    total tad-dħul mir-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja.”;

(10)Fl-Anness X, l-ewwel formola hija sostitwita bil-formola li ġeja:

‘ANNESS X

FORMOLI GĦALL-KPIs TAL-IMPRIŻI TAL-ASSIGURAZZJONI U TAR-RIASSIGURAZZJONI

Formola: Il-KPI ta’ sottoskrizzjoni għall-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja

 

 

 

Kontribut sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

 

 

 

DNSH (La tagħmilx ħsara sinifikanti)

Attivitajiet ekonomiċi (1)

Primjums assoluti, is-sena t (2)

Proporzjon ta’ primjums, sena t (3)

Proporzjon ta’ primjums, sena t-1 (4)

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (5)

Riżorsi tal-ilma u tal-baħar (6)

Ekonomija ċirkolari (7)

Tniġġis (8)

Bijodiversità u ekosistemi (9)

Salvagwardji minimi (10)

 

Munita

%

%

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

Y/N

A.1. Attivitajiet ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni mhux tal-ħajja allinjati mat-Tassonomija (ambjentalment sostenibbli)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A.1.1 Li minnhom riassigurati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A.1.2 Li minnhom ġejjin minn attività tar-riassigurazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A.1.2.1 Li minnhom riassigurati (retroċessjoni)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

A.2 Attivitajiet ta’ sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja eliġibbli għat-Tassonomija iżda mhux ambjentalment sostenibbli (attivitajiet mhux allinjati mat-Tassonomija)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B. Assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u attivitajiet tas-sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni mhux eliġibbli għat-Tassonomija

 

 

 

 

 

Total (A.1 + A.2 +B)

100 %

100 %

 

 

 

 

 

 

“Primjums” fil-kolonni (2) u (3) għandhom ikunu rrapportati bħala primjums grossi sottoskritti jew, kif applikabbli, fatturat relatat ma’ attività tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja.

L-informazzjoni fil-kolonna (4) għandha tiġi rrapportata f’divulgazzjonijiet fis-sena 2024 u wara.

L-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni mhux tal-ħajja jistgħu jiġu allinjati biss mar-Regolament (UE) 2020/852 bħala attività li tabilita l-adattament għat-tibdil fil-klima.”;

(11)fl-Anness X, fit-tieni formola, fit-Taqsima “Diżaggregazzjoni tan-numeratur tal-KPI għal kull objettiv ambjentali” il-kliem “Attivitajiet ta’ tranżizzjoni: A % (Fatturat; CapEx)” jitħassru mil-linji (2) sa (6);

(12)fl-Anness X, fit-tieni formola, it-tmien ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

Il-proporzjon ta’ skoperturi għal kontropartijiet u assi oħra fuq l-assi totali koperti mill-KPI:

X %

Il-valur tal-iskoperturi għal kontropartijiet u assi oħra: 

[ammont monetarju]

”;

(13)fl-Anness X fit-tieni formola, il-ħmistax-il ringiela hija sostitwita b’dan li ġej:

Il-proporzjon ta’ skoperturi allinjati mat-Tassonomija għal kontropartijiet u assi oħra fuq l-assi totali koperti mill-KPI:

Abbażi tal-fatturat: %

Abbażi tal-infiq tal-kapital: %

Il-valur ta’ skoperturi allinjati mat-Tassonomija għal kontropartijiet u assi oħra fuq l-assi totali koperti mill-KPI:

Abbażi tal-fatturat: [ammont monetarju]

Abbażi tal-infiq tal-kapital: [ammont monetarju]

”.

Top