EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2023:324A:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, CA 324, 14 ta' Settembru 2023


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 324A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 66
14 ta' Settembru 2023


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2023/C 324 A/01

Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — EPSO/AD/404/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Ingliża (EN) (AD7) — EPSO/AD/405/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Spanjola (ES) (AD7) — EPSO/AD/406/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Litwana (LT) (AD7) — EPSO/AD/407/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Olandiża (NL) (AD7) — EPSO/AD/408/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Portugiża (PT) (AD7) — EPSO/AD/409/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Slovakka (SK) (AD7)

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 324/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

EPSO/AD/404/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Ingliża (EN) (AD7)

EPSO/AD/405/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Spanjola (ES) (AD7)

EPSO/AD/406/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Litwana (LT) (AD7)

EPSO/AD/407/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Olandiża (NL) (AD7)

EPSO/AD/408/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Portugiża (PT) (AD7)

EPSO/AD/409/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Slovakka (SK) (AD7)

(2023/C 324 A/01)

Data ta’ skadenza għall-applikazzjoni: is-17 ta’ Ottubru 2023 f’12.00 (nofsinhar), ħin tal-Lussemburgu

WERREJ

1.

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI 2

2.

XI DMIRIJIET GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ? 2

3.

JIEN ELIĠIBBLI? 2

3.1.

Kundizzjonijiet ġenerali 2

3.2.

Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi 2

3.3.

Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza tax-xogħol 2

4.

KIF SE JIĠU ORGANIZZATI L-KOMPETIZZJONIJIET? 3

4.1.

Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni 3

4.2.

Lingwi użati f’dawn il-kompetizzjonijiet 4

4.3.

Il-fażijiet tal-kompetizzjoni 5

5.

OPPORTUNITAJIET INDAQS U ARRANĠAMENTI RAĠONEVOLI 7

ANNESS I.

— Regoli ġenerali 8

ANNESS II.

— Eżempji ta’ kwalifiki minimi 15

1.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali, fuq il-bażi ta’ kwalifiki u testijiet, biex jinħolqu listi li minnhom il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, ibbażata fil-Lussemburgu, tkun tista’ tirrekluta membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “ġuristi lingwisti” (grad AD7).

Dan l-avviż ta’ kompetizzjonijiet u l-annessi tiegħu inkluż l-Anness I “Regoli ġenerali” ,jifformaw il-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-kompetizzjonijiet.

L-għadd mixtieq ta’ kandidati magħżula:

EPSO/AD/404/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Ingliża

30

EPSO/AD/405/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Spanjola

20

EPSO/AD/406/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Litwana

15

EPSO/AD/407/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Olandiża

20

EPSO/AD/408/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Portugiża

25

EPSO/AD/409/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Slovakka

15

Dan l-avviż jirrigwarda sitt kompetizzjonijiet. Kandidat jista’ japplika biss għal waħda minnhom. Il-kandidati jeħtiġilhom jagħmlu l-għażla tagħhom meta japplikaw u ma jkunux jistgħu jibdluha wara li jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom.

L-EPSO jagħmel ħiltu biex juża lingwaġġ newtrali għall-ġeneru u inklużiv sa fejn ikun possibbli. Kwalunkwe referenza għal persuna ta’ ġeneru speċifiku għandha titqies li tikkostitwixxi wkoll referenza għal persuna ta’ kwalunkwe ġeneru ieħor.

2.   XI DMIRIJIET GĦANDI NISTENNA LI NWETTAQ?

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE tirrekluta avukati bi kwalifiki tajbin ħafna, li jridu jkunu kapaċi jittraduċu testi ġuridiċi kumplessi fil-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas żewġ lingwi oħra. Sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, il-ġuristi lingwisti jużaw għodda standard tal-informatika kif ukoll għodda tal-uffiċċju.

Id-dmirijiet jinvolvu t-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, Opinjonijiet tal-Avukati Ġenerali, trattazzjonijiet bil-miktub tal-partijiet, eċċ.) lejn il-lingwa tal-kompetizzjoni minn tal-inqas żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni Ewropea, ir-rieżami ta’ dawn it-traduzzjonijiet u l-għoti ta’ analiżi ġuridika b’kooperazzjoni mar-Reġistri u d-dipartimenti l-oħra tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3.   JIEN ELIĠIBBLI?

Il-kandidati jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà ġenerali u speċifiċi kollha elenkati hawn taħt, fid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet.

3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

Kandidat irid:

1.

igawdi d-drittijiet kollha bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE,

2.

ikun issodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari,

3.

jissodisfa r-rekwiżiti tal-karattru għat-twettiq tad-dmirijiet involuti.

3.2.   Kundizzjonijiet speċifiċi — lingwi

Kandidat irid ikollu għarfien ta’ mill-anqas tliet lingwi uffiċjali tal-UE kif previst fit-Taqsima 4.2.1. ta’ hawn taħt.

3.3.   Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza tax-xogħol

Il-kwalifiki edukattivi speċifiċi li huma fil-prinċipju meħtieġa għal kull kompetizzjoni partikolari koperta minn dan l-avviż huma elenkati fit-Taqsimiet 3.3.1-3.3.6. L-ekwivalenza ma’ dawn il-kwalifiki tista’ tiġi aċċettata wkoll mill-Bord tas-Selezzjoni, fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tas-7 ta’ Settembru 2022, OQ vs Il-Kummissjoni Ewropea, IT-713/20.

Ara l-Anness II għal eżempji ta’ kwalifiki minimi. Biex jiddetermina jekk il-kandidat ikunx kiseb livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra r-regoli fis-seħħ fil-mument meta tkun inkisbet il-kwalifika.

Fil-prinċipju, mhi meħtieġa l-ebda esperjenza ta’ xogħol. Madankollu, f’każijiet fejn il-kwalifiki edukattivi meħtieġa ta’ kandidat jikkorrispondu għal studji universitarji kompluti ta’ tliet snin biss (jiġifieri meta kandidat ikun segwa kors ta’ lawrja ta’ tliet snin), hu għandu jkun sussegwentement kiseb ukoll esperjenza professjonali rilevanti ta’ mill-inqas sena.

L-esperjenza titqies rilevanti jekk tinkiseb f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:

1.

It-traduzzjoni legali;

2.

L-abbozzar ta’ testi legali;

3.

L-esperjenza legali miksuba bħala avukat li jaħdem għal rasu;

4.

L-esperjenza legali f’ditta legali, f’negozju, f’amministrazzjoni nazzjonali, f’organizzazzjoni intergovernattiva jew internazzjonali, f’waħda mill-istituzzjonijiet, aġenziji jew korpi oħra tal-UE, f’organizzazzjoni mhux governattiva jew f’università.

3.3.1.    EPSO/AD/404/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Ingliża

Biex ikun eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/404/23, kandidat irid ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ċċertifikati b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin: lawrja fil-liġi jew l-ekwivalenti tagħha mogħtija fir-Repubblika tal-Irlanda jew kwalifika bħala barrister jew solicitor fir-Repubblika tal-Irlanda.

3.3.2.    EPSO/AD/405/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Spanjola

Biex ikun eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/405/23, kandidat irid ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ċċertifikati b’waħda mid-diplomi li ġejjin fil-liġi Spanjola: Licenciatura en Derecho jew Grado en Derecho.

3.3.3.    EPSO/AD/406/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Litwana

Biex ikun eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/406/23, kandidat irid ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ċċertifikati b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Litwana: aukštasis universitetinis teisinis išsilavinimas — teisės bakalauro kvalifikacinis laipsnis arba teisės magistro kvalifikacinis laipsnis, įgytas turint teisės bakalauro kvalifikacinį laipsnį, arba teisininko profesinis kvalifikacinis laipsnis (vienpakopis teisinis universitetinis išsilavinimas).

3.3.4.    EPSO/AD/407/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Olandiża

Biex ikun eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/407/23, kandidat irid ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ċċertifikati b’waħda mill-kwalifiki li ġejjin fil-liġi Belġjana jew Olandiża u bil-lingwa Olandiża: Voltooide juridische studie, afgesloten met een diploma Nederlands recht (doctorandus of master) of Belgisch recht (licentiaat of master, afgegeven door een Nederlandstalige rechtenfaculteit). Ook een bachelor Nederlands of Belgisch recht, gevolgd door een master internationaal of Europees recht, zal worden aanvaard.

3.3.5.    EPSO/AD/408/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Portugiża

Biex ikun eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/408/23, kandidat irid ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ċċertifikati b’lawrja fil-liġi Portugiża: um curso superior sancionado por um diploma de “Licenciatura em Direito” atribuído por uma universidade portuguesa.

3.3.6.    EPSO/AD/409/23 — Ġuristi lingwisti tal-lingwa Slovakka

Biex ikun eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/409/23, kandidat irid ikollu livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma ċċertifikati bil-kwalifika li ġejja fil-liġi Slovakka: Vysokoškolské štúdium v oblasti slovenského práva ukončené diplomom z odboru právo (magister, mgr.), ktorý umožňuje pokračovať v doktorandskom študijnom programe.

4.   KIF SE JIĠU ORGANIZZATI L-KOMPETIZZJONIJIET?

4.1.   Ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri tal-kompetizzjoni

Dawn il-kompetizzjonijiet se jiġu organizzati fil-fażijiet li ġejjin:

L-applikazzjoni (ara t-Taqsima 4.3.1).

L-ittestjar (ara t-Taqsima 4.3.2).

Il-kontroll tal-eliġibbiltà (ara t-Taqsima 4.3.3.).

L-istabbiliment tal-klassifikazzjoni skont il-punteġġi globali finali (ara t-Taqsima 4.3.4).

L-iċċekkjar tad-dokumenti ta’ sostenn u l-ħolqien ta’ listi ta’ riżerva (ara t-Taqsima 4.3.5.).

4.2.   Lingwi użati f’dawn il-kompetizzjonijiet

4.2.1.    Rekwiżiti lingwistiċi

Kandidat f’waħda minn dawn il-kompetizzjonijiet jenħtieġ li jkollu għarfien ta’ dawn il-lingwi li ġejjin:

Lingwa 1 (il-lingwa tal-kompetizzjoni): L-Ingliż, l-Ispanjol, il-Litwan, l-Olandiż, il-Portugiż, jew is-Slovakk. Il-livell ta’ għarfien meħtieġ — C2 f’kull kapaċità lingwistika mitluba fil-formola tal-applikazzjoni (taħdit, kitba, qari u smigħ).

Lingwa 2: Il-Franċiż. Livell minimu ta’ għarfien meħtieġ: C1 tal-inqas fil-kapaċità tal-qari.

Lingwa 3: lingwa uffiċjali oħra tal-UE, differenti mil-lingwa 1 u l-lingwa 2. Livell minimu ta’ għarfien meħtieġ: C1 tal-inqas fil-kapaċità tal-qari.

Il-livelli u l-kapaċitajiet linwistiċi jirriflettu dawk tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (1).

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE hija istituzzjoni multilingwistika li tiffunzjona skont ir-regoli lingwistiċi definiti mir-Regoli ta’ Proċedura tagħha.

Il-lingwa 1 ta’ kull kompetizzjoni tikkorrispondi għal-lingwa mira tal-unità tat-traduzzjoni kkonċernata. Hu mitlub li l-ġuristi lingwisti li jridu jittraduċu testi ġuridiċi kumplessi fil-lingwa 1 ikollhom ħakma perfetta ta’ din il-lingwa. Hekk ukoll, fuq il-bażi ta’ kompetenza perfetta u attiva tal-lingwa 1, hemm bżonn li l-kandidati juru, pereżempju, li jkunu kapaċi jwettqu analiżi ġuridika u terminoloġika tar-rinviji għal deċiżjoni preliminari mibgħuta mill-qrati nazzjonali f’din il-lingwa.

L-għażla tal-Franċiż bħala Lingwa 2 tirrifletti l-fatt li l-maġġoranza tat-testi għandhom jiġu tradotti mill-Franċiż, b’mod partikolari s-sentenzi u d-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali. Biex jiġi żgurat li l-ġurisprudenza tkun tista’ tiġi ppubblikata fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, huwa essenzjali li kull ġurista lingwista f’kull waħda mill-unitajiet tat-traduzzjoni kkonċernati jkun jista’ jaħdem bil-Franċiż.

Il-lingwa 3 hija meħtieġa għal dawn il-kompetizzjonijiet minħabba li — għal raġunijiet organizzattivi — il-ġuristi lingwisti fil-Qorti tal-Ġustizzja jeħtieġ li jkunu jistgħu jittraduċu testi legali fil-lingwa 1 minn tal-inqas żewġ lingwi sors.

Ir-rekwiżiti lingwistiċi speċifikati hawn fuq jiddeterminaw ukoll il-lingwi tat-testijiet (ara t-Taqsima 4.2.2 hawn taħt).

4.2.2.    Il-lingwi tal-applikazzjoni u tat-test

Il-lingwi se jintużaw f’fażijiet differenti tal-kompetizzjonijiet kif ġej:

Fażi tal-kompetizzjoni

Testijiet

Lingwi

Applikazzjoni

Waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. L-użu tal-lingwa 1 huwa mħeġġeġ bil-qawwa.

Ittestjar

Testijiet tar-raġunament

Lingwa 1

Test tat-traduzzjoni 1

Lingwa 1 u lingwa 2

Test tat-traduzzjoni 2

Lingwa 1 u lingwa 3

Minħabba r-restrizzjonijiet speċifiċi fuq il-ħidma tal-ġuristi lingwisti fil-Qorti tal-Ġustizzja kif deskritti fit-taqsima preċedenti, huwa xieraq li l-kandidati jintalbu jagħmlu t-testijiet ta’ raġunament fil-lingwa 1 tagħhom. Barra minn hekk, sabiex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar rapidu, il-kandidati huma mħeġġa bil-qawwa biex jimlew il-formola tal-applikazzjoni tagħhom bil-lingwa 1.

It-testijiet (tat-traduzzjoni) relatati mal-qasam se jirrikjedu li l-kandidati juru l-kapaċità li jużaw il-lingwi 1, 2 u 3, li jikkorrispondu għal-lingwi li se jużaw fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Dan joffri l-aqwa garanzija li l-kandidati reklutati jkunu tal-ogħla standard f’termini ta’ kapaċità u effikaċja u se jkunu operattivi immedjatament mar-reklutaġġ.

4.3.   Il-fażijiet tal-kompetizzjoni

4.3.1.    Applikazzjoni

Sabiex japplika, kandidat jeħtieġ li jkollu kont tal-EPSO. Il-kandidati li għad ma għandhomx kont tal-EPSO, ikollhom joħolqu wieħed. Jista’ jinħoloq kont wieħed biss għall-applikazzjonijiet kollha tal-EPSO ta’ kandidat partikolari wieħed.

Il-kandidati jridu japplikaw online fuq is- sit web tal-EPSO  (2) sas-

17 ta’ Ottubru 2023 f’12.00 (nofsinhar), ħin tal-Lussemburgu.

Bil-validazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jiddikjaraw fuq l-unur tagħhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha msemmija fit-Taqsima “Jien eliġibbli?”. Ladarba l-kandidati jkunu vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom, dawn ma jkunu jistgħu jagħmlu l-ebda bidla. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li jlestu u jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza.

Sal-14 ta’ Diċembru 2023 f’12.00 (nofsinhar), ħin tal-Lussemburgu, il-kandidati se jkollhom itellgħu — fil-kont tal-EPSO tagħhom — kopji skenjati tad-dokumenti li jappoġġjaw id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom.

4.3.2.    Ittestjar

Il-kandidati huma mistiedna jikkonsultaw it-Taqsima 5 tar-Regoli Ġenerali (Anness I) li fiha informazzjoni importanti dwar l-ittestjar.

Il-kandidati kollha li vvalidaw il-formola tal-applikazzjoni tagħhom sal-iskadenza indikata f’dan l-avviż se jiġu mistiedna jagħmlu sensiela ta’ testijiet.

(a)   Testijiet tar-raġunament

It-testijiet tal-ħiliet ta’ raġunament tal-kandidati se jiġu organizzati kif ġej:

Testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Durata

Punteġġjatura

Punteġġ minimu meħtieġ

Raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 minuta

minn 0 sa 20

20/40

Raġunament numeriku

10 mistoqsijiet

20 minuta

minn 0 sa 10

Raġunament astratt

10 mistoqsijiet

10 minuti

minn 0 sa 10

Kull mistoqsija tiswa punt wieħed. Ma hemm l-ebda punteġġ minimu obbligatorju għal kull test. Madankollu, kandidat irid tal-anqas jikseb punteġġ minimu ta’ 20/40 b’kollox għat-testijiet kollha kkombinati. Il-punteġġ miksub fit-testijiet ta’ raġunament ma jgħoddux għall-punteġġ globali finali (ara t-Taqsima 4.3.4.).

Il-kandidati li ma jilħqux il-punteġġ minimu meħtieġ fit-testijiet ta’ raġunament mhux se jkollhom l-eliġibilità tagħhom ivverifikata (ara t-Taqsima 4.3.3).

(b)   Testijiet tat-traduzzjoni

It-testijiet tat-traduzzjoni se jiġu organizzati kif ġej:

Test

Deskrizzjoni

Durata

Punteġġjatura

Punteġġ minimu meħtieġ

Test tat-traduzzjoni 1

Traduzzjoni fil-lingwa 1 magħżula mill-kandidat ta’ test legali abbozzat fil-lingwa 2, mingħajr l-għajnuna ta’ dizzjunarju jew riżorsi oħra

90 minuta

minn 0 sa 80

40/80

Test tat-traduzzjoni 2

Traduzzjoni fil-lingwa 1 magħżula mill-kandidat ta’ test legali abbozzat fil-lingwa 3 magħżula mill-kandidat, mingħajr l-għajnuna ta’ dizzjunarju jew riżorsi oħra

90 minuta

minn 0 sa 80

40/80

F’kull test, kandidat irid jilħaq tal-inqas punteġġ minimu ta’ 40/80.

4.3.3.    Kontroll tal-eliġibbiltà

Il-kandidati li kisbu l-punteġġ minimu meħtieġ fit-testijiet ta’ raġunament se jkollhom l-eliġibbiltà tagħhom ikkontrollata.

Il-kontroll tal-eliġibbiltà jinvolvi l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fit-Taqsima 3 (“Jien eliġibbli?”) ta’ dan l-avviż. Dan se jsir abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati magħmula fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom, soġġetti għal verifika sussegwenti tad-dokumenti ta’ sostenn (ara t-Taqsima 4.3.5).

4.3.4.    Stabbiliment tal-klassifikazzjoni skont il-punteġġi ġenerali finali

Il-kandidati meqjusa eliġibbli se jkollhom punteġġ għat-test tat-traduzzjoni 1.

Il-kandidati li jiksbu l-punteġġ meħtieġ fit-test tat-traduzzjoni 1 se jkollhom punteġġ għat-test tat-traduzzjoni 2 tagħhom.

Il-kandidati li jiksbu l-punteġġi minimi meħtieġa fiż-żewġ testijiet tat-traduzzjoni se jkollhom iż-żewġ punteġġi magħduda flimkien biex jikkostitwixxu l-punteġġ globali finali, minn 160. Hawnhekk, “160” jirrappreżenta s-somma tal-ogħla punteġġi possibbli fit-test tat-traduzzjoni 1 (80) u fit-test tat-traduzzjoni 2 (80).

Imbagħad, il-Bord tas-Selezzjoni se jfassal lista ta’ kandidati fl-ordni dixxendenti tal-punteġġi globali finali.

4.3.5.    Verifika tad-dokumenti ta’ sostenn u l-istabbiliment ta’ listi ta’ riżerva

Il-verifika tad-dokumenti ta’ sostenn tinvolvi l-paragun (a) tad-dikjarazzjonijiet li l-kandidati għamlu fil-formola tal-applikazzjoni tagħhom (inkluż fit-Taqsimiet “Edukazzjoni u Taħriġ” u “Esperjenza Professjonali”) ma’ (b) id-dokumenti li l-kandidati tellgħu fil-kont tal-EPSO tagħhom biex jappoġġaw dawk id-dikjarazzjonijiet. Bħala riżultat ta’ dan it-tqabbil, il-Bord tas-Selezzjoni se jlesti l-valutazzjoni tal-eliġibbiltà.

Il-Bord tas-Selezzjoni jiċċekkja l-files tad-dokumenti tal-kandidati fl-ordni dixxendenti tal-punteġġi globali tagħhom ikkalkulati skont it-Taqsima 4.3.4, sakemm l-għadd ta’ kandidati li jinstabu eliġibbli jilħaq l-għadd ta’ kandidati li għaddew u li huma mfittxija għal kull kompetizzjoni.

L-ismijiet ta’ dawn il-kandidati se jiġu inklużi fil-listi ta’ riżerva. Il-kandidati li jġibu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva se jiżdiedu wkoll ma’ dik il-lista ta’ riżerva.

Il-files tad-dokumenti tal-kandidati l-oħra ma jiġux ivverifikati.

L-ismijiet fil-listi ta’ riżerva se jiġu elenkati b’mod alfabetiku. Il-listi ta’ riżerva jkunu disponibbli għas-servizzi ta’ reklutaġġ. Il-kandidati jiġu mgħarrfa bir-riżultati tagħhom (riżultati tat-test, ir-riżultati tal-kontroll tal-eliġibilità u/jew dokumenti) sakemm dawk ir-riżultati ma jkunux ġew ipproċessati għar-raġunijiet ipprovduti f’dan l-avviż.

L-inklużjoni fil-lista ta’ riżerva ma tagħti l-ebda dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

5.   OPPORTUNITAJIET INDAQS U ARRANĠAMENTI RAĠONEVOLI

L-EPSO jagħmel mill-aħjar sabiex japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs għall-kandidati kollha.

Il-kandidati li għandhom diżabilità jew kundizzjoni medika li tista’ taffettwa l-kapaċità tagħhom li jagħmlu t-testijiet, għandhom jindikaw dan fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom u jsegwu l-proċedura sabiex jitolbu aġevolament raġonevoli kif deskritt fis-sit web tal-EPSO (3). Wara li jeżamina t-talba tal-kandidati kif ukoll id-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, l-EPSO jista’ jikkonċedi akkomodazzjonijiet raġonevoli fejn jitqies neċessarju.


(1)  https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60

(2)  https://epso.europa.eu/mt/job-opportunities/open-for-application

(3)  https://epso.europa.eu/mt/node/495


ANNESS I

REGOLI ĠENERALI

1.   Dispożizzjonijiet bażiċi

(1)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli ġenerali japplikaw sakemm l-avviż tal-kompetizzjoni ma jiddikjarax mod ieħor.

(2)

Il-kandidati jirċievu informazzjoni sensittiva għall-ħin fil-kontijiet tal-EPSO tagħhom. Jenħtieġ li dawn jiċċekkjaw il-kont tal-EPSO tagħhom mill-inqas kull tlett ijiem kalendarji biex isegwu l-progress tagħhom matul il-kompetizzjoni u biex jevitaw li jitilfu xi skadenza.

Jekk kandidat ma jistax jiċċekkja l-kont tal-EPSO tiegħu minħabba problema teknika min-naħa tal-EPSO, għandu jinnotifika lill-EPSO immedjatament permezz tal-formola ta’ kuntatt online (1).

(3)

Jekk bosta kandidati jiksbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli f’kull fażi tal-kompetizzjoni, dawn kollha jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni. Jekk bosta kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli fil-lista ta’ riżerva, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva.

(4)

Kwalunkwe kandidat ammess mill-ġdid wara talba, ilment jew appell ta’ suċċess jew (a) jerġa’ jidħol fil-kompetizzjoni fil-fażi li minnha jkun ġie eskluż jew (b) jiżdied mal-lista ta’ riżerva, kif applikabbli.

(5)

Meta l-EPSO jindirizza kandidat permezz tal-kont tal-EPSO jew permezz tal-posta elettronika, jagħmel dan f’waħda mil-lingwi li l-kandidat ikun iddikjara li għandu għarfien tagħha fil-livell B2 jew ogħla (2) fit-taqsima “Ability to read” (Abilità ta’ qari) fil-formola tal-applikazzjoni.

(6)

Il-kandidati jistgħu jikkuntattjaw lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online disponibbli fuq is-sit web tal-EPSO (3). Qabel ma jikkuntattjaw lill-EPSO, il-kandidati huma mistiedna jikkonsultaw it-taqsima “mistoqsijiet frekwenti” fuq is-sit web tal-EPSO (4).

(7)

L-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza mhux xierqa (jiġifieri ripetittiva, abbużiva u/jew irrilevanti).

2.   Kwalifiki, esperjenza, dokumenti ta’ sostenn

Il-bidu u t-tmiem tal-perjodi ta’ edukazzjoni jew esperjenza għandhom dejjem jiġu indikati fil-format jj/xx/ssss.

2.1.   Kwalifiki edukattivi

(1)

Lawrji, diplomi u/jew ċertifikati, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE kif ukoll f’pajjiżi mhux tal-UE, iridu jiġu rikonoxxuti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-UE.

(2)

Id-differenzi bejn is-sistemi edukattivi nazzjonali, b’mod partikolari d-differenzi bejn it-titoli mogħtija lil-lawrji, id-diplomi u ċ-ċertifikati, se jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk il-kandidati għandhomx il-kwalifiki meħtieġa mill-avviż tal-kompetizzjoni.

(3)

Għal kwalunkwe kwalifika edukattiva, il-kandidati għandhom jindikaw it-titolu, il-livell ta’ edukazzjoni, is-suġġetti koperti, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-istudji, u t-tul ta’ żmien regolari/uffiċjali tal-istudju.

(4)

Fit-tab “Edukazzjoni” tal-formola tal-applikazzjoni, il-kandidati għandhom jinkludu wkoll il-kwalifika ta’ edukazzjoni sekondarja tagħhom.

2.2.   Esperjenza professjonali

(1)

Biex tiġi kkunsidrata, l-esperjenza professjonali trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

(a)

Trid tinkiseb wara li tinkiseb il-kwalifika edukattiva minima meħtieġa indikata fl-avviż tal-kompetizzjoni;

(b)

Trid tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv;

(c)

Trid tiġi remunerata;

(d)

Trid tinvolvi relazzjoni professjonali, i.e. tkun parti minn struttura organizzattiva jew tipprovdi servizz;

(e)

Trid tikkonforma mal-kriterji ta’ rilevanza definiti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Jekk biċċa waħda biss tal-kompiti mwettqa matul perjodu partikolari ta’ esperjenza professjonali tista’ titqies rilevanti, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(i)

Jekk aktar minn 75 % tal-kompiti jkunu rilevanti, il-perjodu kollu ta’ esperjenza professjonali jitqies rilevanti;

(ii)

Jekk 50–75 % tal-kompiti jkunu rilevanti, il-perjodu partikolari ta’ esperjenza professjonali jgħodd bir-rata ta’ 75 %;

(iii)

Jekk 25–50 % tal-kompiti jkunu rilevanti, il-perjodu partikolari ta’ esperjenza professjonali jgħodd bir-rata ta’ 50 %;

(iv)

Jekk inqas minn 25 % tal-kompiti jkunu rilevanti, il-perjodu partikolari ta’ esperjenza professjonali ma jiġix ikkunsidrat.

(2)

L-esperjenza professjonali elenkata hawn taħt se tiġi kkunsidrata wkoll fid-dawl ta’ regoli speċifiċi, inklużi ċerti eżenzjonijiet mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu (1) hawn fuq:

(a)

Fil-każ ta’ volontarjat, “remunerazzjoni” għandha tinftiehem bħala kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż u l-kopertura tal-assigurazzjoni. Barra minn hekk, ix-xogħol volontarju għandu jinvolvi sigħat fil-ġimgħa u tul ta’ żmien simili għal impjieg regolari.

(b)

Fil-każ ta’ traineeships, “remunerazzjoni” għandha tinftiehem bħala kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja riċevuta, inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż u l-kopertura tal-assigurazzjoni. Traineeship obbligatorju li huwa parti minn programm ta’ studju, jista’ jitqies sakemm (i) it-traineeship isir wara li tinkiseb il-kwalifika edukattiva minima indikata fl-avviż tal-kompetizzjoni, u li (ii) it-traineeship ikun imħallas.

(c)

Traineeship obbligatorju li huwa parti minn programm li jwassal għal, jew prekundizzjoni għar-reġistrazzjoni ma’ assoċjazzjoni professjonali sabiex jinkiseb id-dritt li wieħed jipprattika professjoni (pereżempju, l-ammissjoni fil-kamra tal-avukati) jista’ jitqies irrispettivament minn jekk ix-xogħol kienx imħallas. Madankollu, meta x-xogħol ma jkunx ġie mħallas, il-perjodu ta’ traineeship jista’ jitqies biss jekk il-programm ikun tlesta b’suċċess u jkun inkiseb id-dritt li wieħed jipprattika. Fil-każijiet kollha, jitqies biss it-tul ta’ żmien obbligatorju minimu.

(d)

Is-servizz militari obbligatorju li jkun seħħ qabel jew wara l-kisba tal-kwalifika edukattiva minima meħtieġa indikata fl-avviż tal-kompetizzjoni se jitqies, inkluż jekk ma jissodisfax il-kriterji ta’ rilevanza definiti fl-avviż tal-kompetizzjoni, iżda biss għal perjodu li ma jaqbiżx it-tul obbligatorju fl-Istat Membru rilevanti.

(e)

Jista’ jitqies il-liv tal-maternità, tal-paternità, tal-adozzjoni jew tal-ġenituri biss jekk ikun kopert f’kuntratt ta’ xogħol.

(f)

Fil-każ ta’ studji ta’ dottorat, il-perjodu meqjus m’għandux jaqbeż it-3 snin, sakemm id-dottorat ikun inkiseb, u irrispettivament minn jekk ix-xogħol kienx imħallas.

(g)

Il-perjodu meqjus f’każijiet ta’ xogħol part-time għandu jiġi kkalkulat pro rata, eż. xogħol ta’ nofs il-ħin għal sitt xhur jgħodd bħala tliet xhur.

2.3.   Dokumenti ta’ sostenn

(1)

Il-kandidati jkollhom itellgħu — fil-kont tagħhom tal-EPSO — kopji skennjati tad-dokumenti li jappoġġaw id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-formola ta’ applikazzjoni tagħhom. Huma jkollhom jagħmlu dan sad-data stabbilita fl-avviż tal-kompetizzjoni jew — jekk ma tiġi stabbilita l-ebda data mill-avviż — sad-data indikata mill-EPSO.

(2)

Jekk ma jingħatax/jingħatawx dokument(i) ta’ sostenn sad-data msemmija hawn fuq, kandidat jista’ jitqies ineliġibbli jew ma jitqisux il-kwalifiki jew l-esperjenza speċifiċi tiegħu.

(3)

Fi kwalunkwe fażi tal-proċedura, il-kandidati jistgħu jintalbu (tipikament, permezz ta’ email) biex jipprovdu informazzjoni jew dokumenti addizzjonali.

(4)

Fost dokumenti oħra, il-kandidati se jkollhom itellgħu kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport tagħhom li trid tkun valida fid-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet. Meta jintalbu jagħmlu dan, il-kandidati jkollhom jippreżentaw kopja oriġinali tal-karta tal-identità jew tal-passaport tagħhom.

(5)

Bħala prova tal-kwalifiki edukattivi u tat-taħriġ tagħhom, il-kandidati se jkollhom jipprovdu:

(a)

kopja tad-diploma/i u/jew ċertifikat(i) ta’ taħriġ tagħhom li jiċċertifikaw kwalifiki edukattivi li jagħtu aċċess għall-kompetizzjoni (ara t-taqsima “Jien eliġibbli” fl-avviż tal-kompetizzjoni);

(b)

diploma/ċertifikat ta’ edukazzjoni sekondarja (inkluż f’każijiet fejn l-avviż ta’ kompetizzjoni jistabbilixxi rekwiżiti edukattivi minimi ogħla mil-livell ta’ edukazzjoni sekondarja);

(c)

f’każijiet ta’ diplomi/ċertifikati maħruġa f’pajjiż mhux tal-UE, dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-UE.

(6)

Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali jridu jkunu koperti minn kopji oriġinali jew iċċertifikati tad-dokumenti li ġejjin:

(a)

Dokumenti mingħand l-impjegatur(i) preċedenti u/jew attwali: kuntratt(i) ta’ impjieg li jindikaw id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-impjieg u/jew l-ewwel u l-aħħar rendikonti tal-paga. Dawn id-dokumenti għandhom jindikaw in-natura, il-livell, kif ukoll deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa, u għandu jkollhom intestatura u timbru uffiċjali ta’ min iħaddem, u l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli.

(b)

Għal xogħol mingħajr salarju, eż. persuni li jaħdmu għal rashom/professjonijiet liberi: fatturi jew formoli tal-ordni li jagħtu dettalji dwar ix-xogħol imwettaq jew kwalunkwe dokument uffiċjali ta’ sostenn ieħor rilevanti li jispeċifika n-natura u l-perjodu tad-dmirijiet imwettqa jew tas-servizzi mogħtija;

(c)

Għal tradutturi freelance: dokumenti li jiċċertifikaw il-perjodi ta’ ħin maħduma u l-għadd ta’ paġni tradotti;

(d)

Għal interpreti freelance: dokumenti li jiċċertifikaw in-numru ta’ jiem maħduma, u l-lingwi interpretati minnhom u lejhom.

3.   Rwol tal-Bord tas-Selezzjoni

(1)

Il-Bord tas-Selezzjoni tal-kompetizzjoni jiddeċiedi dwar id-diffikultà tat-testijiet tal-kompetizzjoni u japprova l-kontenut tagħhom, jevalwa l-konformità tal-kandidati mal-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ eliġibbiltà, iqabbel il-merti tal-kandidati, u jagħżel l-aħjar kandidati fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni.

(2)

Il-proċedimenti tal-Bord tas-Selezzjoni huma sigrieti.

(3)

Il-ħidma tal-Bord tas-Selezzjoni hija ffaċilitata mill-EPSO.

4.   Kunflitt ta’ interess

(1)

L-ismijiet tal-membri tal-Bord huma ppubblikati fuq is-sit web tal-EPSO (5).

(2)

Il-kandidati, il-membri tal-Bord tas-Selezzjoni, u l-membri tal-persunal tal-EPSO li jiffaċilitaw l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni speċifika huma meħtieġa jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jista’ jinqala’, b’mod partikolari, f’każijiet ta’ relazzjoni ta’ familja jew ta’ xogħol dirett. Sitwazzjoni li tista’ tikkostitwixxi kunflitt ta’ interess għandha tiġi ddikjarata lill-EPSO malli l-persuna kkonċernata ssir taf biha. L-EPSO se jevalwa kull każ individwalment u jieħu miżuri xierqa.

(3)

Biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Bord tas-Selezzjoni, ħlief f’każijiet espressament awtorizzati, huwa strettament ipprojbit li l-kandidati jew kwalunkwe persuna barra l-Bord tipprova tikkuntattja lil kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-kompetizzjoni jew il-proċedimenti tal-Bord.

(4)

Il-kandidati li jixtiequ jiddikjaraw il-każ tagħhom lill-Bord tas-Selezzjoni jridu jagħmlu dan bil-miktub, billi jissottomettu din il-korrispondenza permezz tal-EPSO (6).

(5)

Ksur ta’ xi waħda mir-regoli msemmija hawn fuq jista’ jirriżulta f’azzjoni dixxiplinarja kontra membru tal-Bord tas-Selezzjoni jew membru tal-persunal tal-EPSO u/jew fi skwalifika ta’ kandidat mill-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 6).

5.   Ittestjar

(1)

It-testijiet se jsiru u jiġu sorveljati (inviġilati) mill-bogħod (online). Ir-rekwiżiti tal-IT biex wieħed jgħaddi mit-testijiet huma speċifikati fuq is-sit web tal-EPSO (7). Il-kandidati huma mħeġġa ħafna jikkonsultaw is-sit web mill-aktar fis possibbli biex jiżguraw li l-istruttura diġitali tagħhom tissodisfa r-rekwiżiti preskritti.

(2)

Il-kandidati jridu jibbukkjaw appuntament ta’ test skont l-istruzzjonijiet li jkunu rċevew mingħand l-EPSO. Il-perjodi ta’ prenotazzjoni u ttestjar huma limitati.

(3)

Id-dettalji u l-istruzzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa se jiġu speċifikati fl-ittri tal-istedina għat-testijiet.

(4)

F’każijiet fejn il-kandidati jonqsu milli jibbukkjaw, jagħmlu, jew ilestu test wieħed jew aktar, jitqies li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kompetizzjoni tkun intemmet, sakemm il-kandidati ma jkunux jistgħu jagħtu prova li n-nuqqas ta’ prenotazzjoni, ta’ attendenza jew ta’ tlestija ta’ test ikun dovut għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-kandidati jew minħabba sitwazzjoni ta’ force majeure. In-nuqqas ta’ konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet għall-ittestjar speċifikati fl-istruzzjonijiet u l-informazzjoni disponibbli għall-kandidati mhux se jitqies bħala ċirkostanza lil hinn mill-kontroll tal-kandidati jew bħala sitwazzjoni ta’ force majeure.

6.   Skwalifika mill-kompetizzjoni

(1)

Il-kandidati jistgħu jiġu skwalifikati fi kwalunkwe stadju tal-kompetizzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

ħolqien ta’ iktar minn kont tal-EPSO wieħed;

(b)

applikazzjoni permezz ta’ diversi kanali meta dan ikun ipprojbit mill-avviż tal-kompetizzjoni;

(c)

dikjarazzjonijiet foloz jew dikjarazzjonijiet mhux sostnuti minn dokumenti xierqa;

(d)

qerq waqt it-testijiet, reġistrazzjoni tat-testijiet online jew tentattivi ta’ manipulazzjoni tat-twettiq ġust tat-testijiet, jew tfixkil tal-integrità tal-proċess tal-kompetizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor;

(e)

kuntatt jew tentattivi ta’ kuntatt ma’ membru tal-Bord tas-Selezzjoni b’mod mhux awtorizzat;

(f)

nuqqas ta’ informar lill-EPSO dwar kunflitt ta’ interess potenzjali ma’ membru tal-Bord tas-Selezzjoni jew ma’ membru tal-persunal tal-EPSO;

(g)

iffirmar jew għemil ta’ marka distintiva fuq testijiet bil-miktub jew prattiċi minkejja li jkunu saru struzzjonijiet mod ieħor.

(2)

Il-kandidati għar-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet tal-UE huma mistennija jaġixxu bl-ogħla integrità possibbli, f’konformità mal-Artikolu 27, l-ewwel paragrafu, u l-Artikolu 28(c) tar-Regolamenti tal-Persunal. F’każ ta’ frodi jew attentat ta’ frodi, l-EPSO jista’ jiddeċiedi li jiddikjara kandidat ineliġibbli għal kompetizzjonijiet futuri għal perjodu ta’ żmien limitat.

7.   Tħassib u rimedji

7.1.   Kwistjonijiet tekniċi u organizzattivi

(1)

Jekk fi kwalunkwe fażi tal-proċedura tas-selezzjoni l-kandidati jiltaqgħu ma’ problema teknika jew organizzattiva serja, huma għandhom jinfurmaw lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online (8).

(2)

Għal kwistjonijiet bil-formola tal-applikazzjoni, il-kandidati jridu jikkuntattjaw lill-EPSO immedjatament u fi kwalunkwe każ qabel l-iskadenza għall-applikazzjonijiet.

(3)

Jekk il-problema tinqala’ waqt l-ittestjar mill-bogħod, kandidat irid jagħmel dawn iż-żewġ affarijiet:

(a)

javża minnufih lill-prokuraturi (l-inviġilaturi) jew jikkuntattja l-appoġġ tekniku (permezz ta’ link apposta) biex jippermetti soluzzjoni fil-pront, u fl-istess ħin jitlob li l-ilment jiġi rreġistrat bil-miktub,

kif ukoll

(b)

fi żmien tlett ijiem kalendarji, li jibdew jgħoddu minn (u inkluż) l-għada tal-jum li fih il-kandidat ikun għamel it-test, jikkuntattja lill-EPSO permezz tal-formola ta’ kuntatt online (9), filwaqt li jagħti deskrizzjoni qasira tal-problema u jehmeż il-prova tat-tentattiv(i) biex isolvi l-kwistjoni (pereżempju, in-numru tal-biljett tal-help-desk, it-traskrizzjonijiet taċ-chat, eċċ.). Din il-prova dokumentarja hija meħtieġa biex l-EPSO jkun jista’ jagħmel mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni.

L-obbligu li l-EPSO jiġi infurmat japplika fil-każijiet kollha, anki meta l-prokuraturi (l-inviġilaturi) jew l-appoġġ tekniku jkunu segwew l-ilment tal-kandidat.

L-ilmenti li jaslu wara l-iskadenza speċifikata f’dan il-punt jew l-ilmenti li ma jkunux akkumpanjati mill-evidenza ta’ tentattiv biex tiġi solvuta l-kwistjoni jiġu rrifjutati.

(4)

It-talbiet li jsiru fil-kuntest tal-ilmenti msemmija fit-Taqsimiet 7.2.2 u 7.3.1 u bbażati fuq allegati kwistjonijiet tekniċi u/jew organizzattivi li ma kinux ġew irrapportati f’konformità mat-Taqsima 7.1, se jiġu miċħuda.

7.2.   Proċeduri ta’ rieżami interni

7.2.1.   Ilmenti dwar mistoqsijiet tat-test MCQ

(1)

Il-kandidati li jqisu li għandhom raġunijiet ġustifikabbli biex jemmnu li żball f’waħda jew aktar mill-mistoqsijiet fit-test ta’ mistoqsija b’għażla multipla (MCQ) affettwa l-kapaċità tagħhom li jwieġbu, jistgħu jitolbu li l-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i tiġi/jiġu rieżaminata/i.

(2)

Il-Bord tas-Selezzjoni jista’ jiddeċiedi li “jinnewtralizza” il-mistoqsija/jiet li jkun fihom l-iżball: jikkanċella l-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i u jqassam mill-ġdid il-punti inizjalment allokati għal dik/dawk il-mistoqsija/jiet fost il-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Dawk il-kandidati li jkunu rċevew il-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i biss jiġu affettwati minn dan il-kalkolu mill-ġdid. L-għoti ta’ punteġġi tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fit-taqsimiet rilevanti tal-avviż tal-kompetizzjoni.

(3)

Biex jintroduċi lment dwar mistoqsija/jiet tat-test MCQ, kandidat għandu:

(a)

jikkuntattja lill-EPSO permezz tal-formola online (10) fi żmien tlett ijiem kalendarji li jibdew jgħoddu minn (u inkluż) l-għada tal-jum li fih il-kandidat ikun għamel it-test;

(b)

jiddeskrivi l-mistoqsija/jiet ikkonċernata/i bl-aktar mod preċiż possibbli, u

(c)

jispjega n-natura tal-iżball/żbalji allegat/i.

(4)

Ilmenti sottomessi wara l-iskadenza jew ilmenti li ma jiddeskrivux b’mod ċar il-mistoqsija/jiet kkontestata/i u/jew l-iżball/żbalji allegat/i mhux se jiġu kkunsidrati. B’mod partikolari, ilmenti li sempliċement jindikaw kwistjonijiet allegati ta’ traduzzjoni, mingħajr ma jispeċifikaw il-problema, mhux se jiġu kkunsidrati.

(5)

It-talbiet li saru fil-kuntest tal-ilmenti msemmija fit-Taqsima 7.3.1 u bbażati fuq kwistjonijiet allegati fil-mistoqsijiet tat-test MCQ li ma kinux ġew irrapportati skont it-Taqsima 7.2.1, se jiġu miċħuda.

7.2.2.   Talbiet għal rieżami

(1)

Il-kandidati jistgħu jitolbu rieżami ta’ deċiżjoni meħuda mill-Bord tas-Selezzjoni, li tistabbilixxi r-riżultati tagħhom, tiddetermina jekk jistgħux jipproċedu għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni, jew taffettwax l-istatus legali tagħhom bħala kandidati b’mod ieħor.

(2)

L-għan tal-proċedura ta’ rieżami huwa li tippermetti lill-Bord tas-Selezzjoni jemenda d-deċiżjoni kkontestata f’każijiet fejn ikun hemm raġuni biex jagħmel dan (bħal żball fl-evalwazzjoni). Fil-proċedura ta’ rieżami, il-Bord tas-Selezzjoni se jirrieżamina l-valutazzjoni tiegħu tal-merti tal-kandidat u se jikkonferma l-konklużjonijiet inizjali tiegħu jew jipprovdi valutazzjoni riveduta.

(3)

Il-Bord tas-Selezzjoni mhu se jwieġeb għall-ebda argument legali, kemm jekk relatat mal-valutazzjoni kkontestata kif ukoll jekk le. Kwalunkwe argument ta’ natura legali u pretensjoni relatata mal-qafas legali tal-kompetizzjoni jistgħu jitressqu fil-forma ta’ lment amministrattiv (ara t-Taqsima 7.3.1).

(4)

Is-sempliċi fatt li l-kandidati jistgħu ma jaqblux mal-evalwazzjoni mill-Bord tas-Selezzjoni tal-prestazzjoni tagħhom f’test jew tal-kwalifiki u/jew l-esperjenza tagħhom, ma jfissirx li l-Bord tas-Selezzjoni wettaq żball ta’ valutazzjoni. Il-Bord tas-Selezzjoni jgawdi marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni biex jagħmel ġudizzji ta’ valur dwar il-prestazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-kandidati.

(5)

Ma hija possibbli l-ebda talba għal rieżami fir-rigward tar-riżultati tat-test MCQ.

(6)

Biex jintroduċi talba għal rieżami, kandidat irid:

(a)

jikkuntattja lill-EPSO permezz tal-formola online (11) fi żmien ħamest ijiem kalendarji li jibdew jgħoddu minn (u jinkludu) l-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fil-kont EPSO tal-kandidat;

(b)

jindika b’mod ċar id-deċiżjoni li l-kandidat jixtieq jikkontesta u r-raġunijiet għaliex qed jikkontestaha.

(7)

Il-kandidati jirċievu rikonoxximent awtomatiku li t-talba tagħhom tkun waslet. Il-Bord tas-Selezzjoni se jeżamina t-talba għal rieżami u se jinforma lill-kandidat bid-deċiżjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli.

(8)

It-talbiet għal rieżami li jaslu wara l-iskadenza indikata fil-punt (6)(a) hawn fuq se jitqiesu inammissibbli u mhux se jiġu eżaminati, ħlief fejn il-kandidati jistgħu juru sitwazzjoni ta’ force majeure.

7.3.   Forom oħra ta’ rieżami

7.3.1.   Ilmenti amministrattivi skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal

(1)

Il-kandidati jistgħu jressqu lment amministrattiv kontra miżura (deċiżjoni jew nuqqas tagħha) jekk:

(a)

huma jqisu li r-regoli li jirregolaw il-proċeduri tal-kompetizzjoni ġew miksura, u

(b)

il-miżura kkontestata taffettwa b’mod negattiv lill-kandidat ikkonċernat, jiġifieri, direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħu bħala kandidat (jiġifieri, tistabbilixxi r-riżultati tiegħu, tiddetermina jekk jistax jipproċedi għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni, jew taffettwa l-istatus legali tiegħu bħala kandidat b’mod ieħor).

(2)

L-ilment jista’ jsir kontra n-nuqqas ta’ deċiżjoni f’dawk il-każijiet fejn hemm obbligu li tittieħed deċiżjoni fi żmien skadenza speċifikata fir-Regolamenti tal-Persunal.

(3)

Il-kandidati li jkunu ressqu talba għal rieżami (ara t-Taqsima 7.2.2) iridu jistennew sakemm jiġu nnotifikati bit-tweġiba għal dik it-talba qabel ma jiddeċiedu jekk jippreżentawx ilment amministrattiv. F’każijiet bħal dawn, l-iskadenza għall-introduzzjoni ta’ lment amministrattiv tibda tgħodd mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni dwar it-talba għal rieżami.

(4)

L-ilmenti amministrattivi jiġu eżaminati mid-Direttur tal-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

(5)

L-għan tal-proċedura tal-ilmenti amministrattivi huwa li jiġi vverifikat jekk il-qafas legali tal-kompetizzjoni ġiex irrispettat. Il-kandidati għandhom jinnotaw li d-Direttur tal-EPSO ma jistax ibiddel ġudizzju ta’ valur magħmul minn Bord tas-Selezzjoni u ma għandu l-ebda setgħa legali biex ibiddel is-sustanza ta’ deċiżjoni tal-Bord tas-Selezzjoni. Jekk id-Direttur tal-EPSO jsib żball proċedurali jew żball manifest ta’ valutazzjoni, il-każ jista’ jiġi referit lura lill-Bord tas-Selezzjoni għal valutazzjoni mill-ġdid.

(6)

Biex jintroduċi lment amministrattiv, kandidat għandu:

(a)

jikkuntattja lill-EPSO permezz tal-formola online (12) fl-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri tliet xhur (i) mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni kkontestata jew (ii) mid-data li fih tali deċiżjoni kellha tittieħed,

kif ukoll

(b)

jindika d-deċiżjoni jew in-nuqqas ta’ deċiżjoni, li l-kandidat jixtieq jikkontesta u r-raġunijiet għall-kontestazzjoni tagħha.

(7)

L-ilmenti amministrattivi li jaslu wara l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jitqiesu inammissibbli.

7.3.2.   Appelli ġudizzjarji

(1)

Il-kandidati għandhom id-dritt li jressqu appell ġudizzjarju quddiem il-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

(2)

Appelli ġudizzjarji kontra deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO (aktar milli mill-Bord tas-Selezzjoni) ma jkunux ammissibbli quddiem il-Qorti Ġenerali sakemm kandidat ma jkunx uża kif xieraq ir-rimedju ta’ lment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal (ara t-Taqsima 7.3.1 hawn fuq).

(3)

L-informazzjoni kollha dwar l-appelli ġudizzjarji tinsab fuq is-sit web tal-Qorti Ġenerali (13).

7.3.3.   Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew

(1)

Iċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE jistgħu jressqu lment lill-Ombudsman Ewropew dwar każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina.

(2)

Qabel ma jressqu lment lill-Ombudsman, il-kandidati l-ewwel iridu jkunu eżawrew ir-rimedji interni pprovduti mill-EPSO (ara t-Taqsimiet 7.1 u 7.2 hawn fuq).

(3)

L-ilmenti li jsiru lill-Ombudsman ma għandhom l-ebda effett sospensiv fuq l-iskadenzi stabbiliti għall-preżentazzjoni ta’ talbiet, ilmenti, jew appelli ġudizzjarji msemmija f’dawn ir-regoli.

(4)

L-informazzjoni kollha dwar l-ilmenti lill-Ombudsman tista’ tinstab fuq is-sit web apposta (14).

Tmiem l-ANNESS I, agħfas hawnhekk sabiex terġa’ lura għat-test ewlieni


(1)  https://epso.europa.eu/mt/contact-us

(2)  https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=090000168045bb60

(3)  https://epso.europa.eu/mt/contact-us

(4)  https://epso.europa.eu/mt/epso-faqs-by-category

(5)  https://epso.europa.eu/mt

(6)  https://epso.europa.eu/mt/contact-us

(7)  https://epso.europa.eu/en/it-requirements-passing-epsos-remotely-proctored-tests

(8)  https://epso.europa.eu/mt/help/faq/complaints

(9)  https://epso.europa.eu/mt/help/faq/complaints

(10)  https://epso.europa.eu/mt/help/faq/complaints

(11)  https://epso.europa.eu/mt/help/faq/complaints

(12)  https://epso.europa.eu/mt/help/faq/complaints

(13)  https://curia.europa.eu/jcms/

(14)  https://www.ombudsman.europa.eu/mt/home


ANNESS II

EŻEMPJI TA’ KWALIFIKI MINIMI

(Eżempji ta’ kwalifiki minimi skont l-Istat Membru u r-Renju Unit u skont il-grad li, fil-prinċipju, jikkorrispondu għal dawk mitluba mill-avviżi ta’ kompetizzjonijiet)

Agħfas hawnhekk għal verżjoni li tista’ tinaqara faċilment ta’ dawn l-eżempji

PAJJIŻ

Minn AST-SC 1 sa AST-SC 6

Minn AST 1 sa AST 7

Minn AST 3 sa AST 11

Minn AD 5 sa AD 16

Edukazzjoni sekondarja (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja)

Edukazzjoni postsekondarja (kors postsekondarju iżda mhux universitarju jew kors universitarju qasir ta’ perjodu ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni ta’ livell universitarju (mill-anqas tliet snin)

Edukazzjoni ta’ livell universitarju (erba’ snin jew aktar)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel/Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature/Kandidaat

Graduat/Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česko

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhvervsakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (BA eller BS)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (mag.art)

Licenciatgrad

ph.d.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/Fachhochschulabschluss/Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht, Grád D3, I 5 ábhar/Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)/Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta/National Certificate

Gnáthchéim bhaitsiléara/Ordinary bachelor degree

Dioplóma náisiúnta (ND, Dip.)/National diploma (ND, Dip.)

Ardteastas (120 ECTS)/Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onóracha bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)/Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onóracha bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)/Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS)

Céim ollscoile/University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)/Master’s degree (60-120 ECTS)

Dochtúireacht/Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (ΙΕΚ)

 

Πτυχίο ΑΕΙ (πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕΙ)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme d’études approfondies (DEA), master 1, master 2 professionnel, master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea — L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the latter, accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredītpunktu)

Bakalaura diploms (160 kredītpunktu)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi-képesítő bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Programme)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree) (Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 À Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs (Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of «Ingenieur»

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom

Fachhochschuldiplom

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire (colegiu universitar)

Învățământ preuniversitar

Diplomă de licenţă

Diplomă de licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo (spričevalo o poklicni maturi) (spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma

Magisterij

Specializacija

Doktorat

Slovensko

Vysvedčenie o maturitnej skúške

Absolventský diplom

Diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (Bakalár)

Diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

Bakalár (Bc.)

Magister

Magister/Inžinier

ArtD.

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

Todistus yhdistelmäopinnoista (Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor)

Maisterin tutkinto – Magisterexamen/Ammattikorkeakoulututkinto – Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan (3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå: Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, À level (VCE À level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate

NOTE:

UK diplomas awarded in 2020 (until 31 December 2020) are accepted without an equivalence. UK diplomas awarded as from 1 January 2021 must be accompanied by an equivalence issued by a competent authority of an EU Member State.

Tmiem l-ANNESS II, agħfas hawnhekk sabiex terġa’ lura għat-test prinċipali


Top