EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2023:227:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 227, 14 ta' Settembru 2023


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 227

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 66
14 ta' Settembru 2023


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1721]

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1722]

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2020 tal-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1723]

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1724]

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1725]

9

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1726]

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1727]

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1728]

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1729]

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1730]

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1731]

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1732]

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1733]

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1734]

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1735]

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1736]

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 162/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1737]

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1738]

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 164/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1739]

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 165/2020 tal-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1740]

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 166/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1741]

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1742]

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1743]

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 169/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1744]

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1745]

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2023/1746]

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 172/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet [2023/1747]

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet [2023/1748]

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 174/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet [2023/1749]

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 175/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet [2023/1750]

43

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 176/2020 tat-30 ta’ Ottubru 2020 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1751]

44

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 146/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1721]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1895 tas-7 ta’ Novembru 2019 li tirrikonoxxi diversi gżejjer tal-Portugall bħala ħielsa mill-varroożi u li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/503/UE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar annimali ħajjin li mhumiex ħut u annimali tal-akkwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma għandhiex tapplika għall-Iżlanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Iżlanda.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 59 (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/503/UE) fil-Parti 7.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32019 D 1895: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1895 tas-7 ta’ Novembru 2019 (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 54).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1895 bil-lingwa Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 291, 12.11.2019, p. 54.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 147/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1722]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/147 tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv tal-għalf għad-driefeġ miftuma, għall-ħnieżer nisa (biex ikun ta’ benefiċċju għad-driefeġ) u għall-baqar tal-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni S.I. Lesaffre) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1zt (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004), fil-punt 1zze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004) u fil-punt 1zzr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005):

“—

32020 R 0147: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/147 tat-3 ta’ Frar 2020 (ĠU L 31, 4.2.2020, p. 7).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 312 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1977):

“313.

32020 R 0147: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/147 tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-4407 bħala addittiv tal-għalf għad-driefeġ miftuma, għall-ħnieżer nisa (biex ikun ta’ benefiċċju għad-driefeġ) u għall-baqar tal-ħalib u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004, (KE) Nru 1288/2004 u (KE) Nru 1811/2005 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni, S.I. Lesaffre) (ĠU L 31, 4.2.2020, p. 7).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/147 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 31, 4.2.2020, p. 7.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 148/2020

tal-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1723]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/228 tad-19 ta’ Frar 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-eritrosina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/229 tad-19 ta’ Frar 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-triptofan bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/238 tal-20 ta’ Frar 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma għandiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tibqa' estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(5)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 313 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/147) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“314.

32020 R 0228: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/228 tad-19 ta’ Frar 2020 i jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-eritrosina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u l-klieb (ĠU L 47, 20.2.2020, p. 1).

315.

32020 R 0229: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/229 tad-19 ta’ Frar 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-triptofan bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 47, 20.2.2020, p. 5).

316.

32020 R 0238: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/238 tal-20 ta’ Frar 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-treonina bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 48, 21.2.2020, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/228, (UE) 2020/229 u (UE) 2020/238 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 47, 20.2.2020, p. 1.

(2)   ĠU L 47, 20.2.2020, p. 5.

(3)   ĠU L 48, 21.2.2020, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 149/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1724]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/196 tat-13 ta’ Frar 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus niger CBS 109.713 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbijin għat-tnissil, għal speċijiet minuri ta’ tjur (minbarra l-għasafar tal-bajd) u għall-għasafar ornamentali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1380/2007, (KE) Nru 1096/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 843/2012 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni hija BASF SE) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/197 tat-13 ta’ Frar 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aħmar allura AC bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2020/196 jirrevoka r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1380/2007 (3), (KE) Nru 1096/2009 (4) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 843/2012 (5), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandhom jiġu revokati skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(5)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 316 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/238):

“317.

32020 R 0196: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/196 tat-13 ta’ Frar 2020 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus niger CBS 109.713 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbijin għat-tnissil, għal speċijiet minuri ta’ tjur (minbarra l-għasafar tal-bajd) u għall-għasafar ornamentali u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1380/2007, (KE) Nru 1096/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 843/2012 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni hija BASF SE) (ĠU L 42, 14.2.2020, p. 1)).

318.

32020 R 0197: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/197 tat-13 ta’ Frar 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aħmar allura AC bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb (ĠU L 42, 14.2.2020, p. 4).”

2.

It-test tal-punt 1zzzze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1380/2007), tal-punt 1zzzzzu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009) u tal-punt 70 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 843/2012) huma mħassra.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/196 u (UE) 2020/197 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 42, 14.2.2020, p. 1

(2)   ĠU L 42, 14.2.2020, p. 4.

(3)   ĠU L 309, 27.11.2007, p. 21.

(4)   ĠU L 301, 17.11.2009, p. 3.

(5)   ĠU L 252, 19.9.2012, p. 23.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 150/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1725]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1341 tas-28 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/466 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri temporanji (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji, l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi I u II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 11c (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I u fil-punt 31r (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32020 R 1341: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1341 tat-28 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 2).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 170 (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/466) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32020 R 1341: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1341 tat-28 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 2).”

Artikolu 3

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1341 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 314, 29.9.2020, p. 2.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 151/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1726]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/239 tal-20 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 901/2014 fir-rigward tal-adattament tal-mudelli għall-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli għar-rekwiżiti tal-passi ambjentali Euro 5 u Euro 5+ (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-punt 46c (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 901/2014) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32020 R 0239: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/239 tal-20 ta’ Frar 2020 (ĠU L 48, 21.2.2020, p. 6).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/239 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 48, 21.2.2020, p. 6.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 152/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1727]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2093 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 333/2007 fir-rigward tal-analiżi tal-esteri tal-aċidi xaħmin tat-3-monokloropropan-1,2-diol (3-MCPD), tal-esteri tal-aċidi xaħmin tal-gliċidil, tal-perklorat u tal-akrilammid (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tibqa’ estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzp (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32019 R 2093: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2093 tad-29 ta’ Novembru 2019 (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 96).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2093 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 317, 9.12.2019, p. 96.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 153/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1728]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1881 tat-8 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 37/2010 biex jikklassifika s-sustanza diflubenżuron fir-rigward tal-limitu massimu ta’ residwi tagħha (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32019 R 1881: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1881 tat-8 ta’ Novembru 2019 (ĠU L 290, 11.11.2019, p. 8).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1881 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 290, 11.11.2019, p. 8.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 154/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1729]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/27 tat-13 ta’ Jannar 2020 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-propikonażol għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 12zzzzzzj (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1973) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“12zzzzzzk.

32020 D 0027: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/27 tat-13 ta’ Jannar 2020 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-propikonażol għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 (ĠU L 8, 14.1.2020, p. 39).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/27 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 8, 14.1.2020, p. 39.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 155/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1730]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/896 tad-19 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali ta’ basktijiet tal-plastik ħfief u li temenda d-Deċiżjoni 2005/270/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 7e (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE):

“, kif emendat minn:

32018 D 0896: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/896 tad-19 ta’ Ġunju 2018 (ĠU L 160, 25.6.2018, p. 6).“

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7f (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/292/KE):

“7g.

32018 D 0896: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/896 tad-19 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali ta’ basktijiet tal-plastik ħfief u li temenda d-Deċiżjoni 2005/270/KE (ĠU L 160, 25.6.2018, p. 6).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/896 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 160, 25.6.2018, p. 6.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 156/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1731]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/442 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jikkoreġi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35, li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1b (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32020 R 0442: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/442 tas-17 ta’ Diċembru 2019 (ĠU L 92, 26.3.2020, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2020/442 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ October 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 92, 26.3.2020, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 157/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1732]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat Tal-Kummissjoni (UE) 2019/1935 tat-13 ta’ Mejju 2019 li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jadattaw l-ammonti bażi tal-euro għal assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali u għall-kapaċità finanzjarja tal-intermedjarji tal-assikurazzjoni u r-riassikurazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 13e (id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32019 R 1935: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1935 tat-13 ta’ Mejju 2019 (ĠU L 301, 22.11.2019, p. 3).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1935 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 214/2018 tas-26 ta’ Ottubru 2018 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 301, 22.11.2019, p. 3.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 105, 25.3.2021, p.9.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 158/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1733]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/125 tad-29 ta’ Jannar 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ indiċi diversifikati b’mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 14aq (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2014) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“, kif emendat minn:

32020 R 0125: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/125 tad-29 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 24, 30.1.2020, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/125 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 24, 30.1.2020, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 159/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1734]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 tas-27 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħa ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (h) fil-punt 16e (id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“(i)

Fl-Artikolu 115, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-raba’ paragrafu għandu jinqara kif ġej:

“Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà msemmijin fl-Artikoli 65, 66, 67 u 97 minn 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2020 tat-23 ta’ Ottubru 2020.” ”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 16ea (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2055):

“16eb.

32018 R 0389: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/389 tas-27 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri (ĠU L 69, 13.3.2018, p. 23).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 165/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 69, 13.3.2018, p. 23.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 291, 10.11.2022, p. 50.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 160/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1735]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2294 tat-28 ta’ Awwissu 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/565 rigward l-ispeċifikazzjoni tad-definizzjoni ta’ internalizzaturi sistematiċi għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/442 tat-12 ta’ Diċembru 2018 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2017/587 biex jispeċifika r-rekwiżit għall-prezzijiet biex jirrifletti l-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u biex jaġġorna u jikkoreġi ċerti dispożizzjonijiet (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/443 tat-13 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta’ dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1000 tal-14 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1799 fir-rigward tal-eżenzjoni tal-People’s Bank of China mir-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1011 tat-13 ta’ Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 rigward ċerti kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni biex jippromwovu l-użu tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs għall-finijiet tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(6)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/541 tal-1 ta’ April 2019 dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju applikabbli għall-boroż approvati u għall-operaturi tas-suq rikonoxxuti f’Singapore f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(7)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 31bah (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/565):

“, kif emendat minn:

32017 D 2294: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2294 tat-28 ta’ Awwissu 2017 (ĠU L 329, 13.12.2017, p. 4),

32019 D 1011: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1011 tat-13 ta’ Diċembru 2018 (ĠU L 165, 21.6.2019, p. 1).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 31bazd (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/587):

“, kif emendat minn:

32019 D 0442: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/442 tat-12 ta’ Diċembru 2018 (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 56).”

3.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 31baze (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/588):

“, kif emendat minn:

32019 D 0443: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/443 tat-13 ta’ Frar 2019 (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 59).”

4.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31bazt (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1799):

“—

32019 D 1000: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1000 tal-14 ta’ Marzu 2019 (ĠU L 163, 20.6.2019, p. 56).”

5.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bazzg (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2441):

“31bazzh.

32019 D 0541: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/541 tal-1 ta’ April 2019 dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju applikabbli għall-boroż approvati u għall-operaturi tas-suq rikonoxxuti f’Singapore f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 93, 2.4.2019, p. 18).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2017/2294, (UE) 2019/442, (UE) 2019/443, (UE) 2019/1000, (UE) 2019/1011 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/541 fil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 329, 13.12.2017, p. 4.

(2)   ĠU L 77, 20.3.2019, p. 56.

(3)   ĠU L 77, 20.3.2019, p. 59.

(4)   ĠU L 163, 20.6.2019, p. 56.

(5)   ĠU L 165, 21.6.2019, p. 1.

(6)   ĠU L 93, 2.4.2019, p. 18.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 161/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1736]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1308 tal-21 ta’ Settembru 2020 li tiddetermina, għal perjodu ta’ żmien limitat, li l-qafas regolatorju applikabbli għal kontropartijiet ċentrali fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa ekwivalenti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bcax (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/684) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“31bcay.

32020 D 1308: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1308 tal-21 ta’ Settembru 2020 li tiddetermina, għal perjodu ta’ żmien limitat, li l-qafas regolatorju applikabbli għal kontropartijiet ċentrali fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa ekwivalenti, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 21.9.2020, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1308 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 306, 21.9.2020, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 162/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1737]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1744 tas-17 ta’ Settembru 2019 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rappurtaġġ elettroniku tal-bastimenti fin-navigazzjoni interna u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 164/2010 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1744 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2010 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 49ad (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 164/2010) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinbidel b’li ġej:

32019 R 1744: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1744 tas-17 ta’ Settembru 2019 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għar-rappurtaġġ elettroniku tal-bastimenti fin-navigazzjoni interna u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 164/2010 (ĠU L 273, 25.10.2019, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1744 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppiment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 273, 25.10.2019, p. 1.

(2)   ĠU L 57, 6.3.2010, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 163/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1738]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/411 tad-19 ta’ Novembru 2019 li jemenda d-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri involuti fi vjaġġi domestiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 56f (id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32020 R 0411: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/411 tad-19 ta’ Novembru 2019 (ĠU L 83, 19.3.2020, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2020/411 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2020 tal-14 ta’ Lulju 2020 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 83, 19.3.2020, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2020 tal-14 ta’ Lulju 2020 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1367] (ĠU L 172, 6.7.2023, p. 23).


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 164/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1739]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910 tat-30 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998, (UE) 2019/103 u (UE) 2019/1583 fir-rigward tad-deżinjazzjoni mill-ġdid tal-linji tal-ajru, tal-operaturi u tal-entitajiet li jipprovdu kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta li jaslu minn pajjiżi terzi, kif ukoll il-posponiment ta’ ċerti rekwiżiti regolatorji fil-qasam taċ-ċibersigurtà, tal-kontroll tal-isfond, tal-istandards tat-tagħmir b’sistemi għad-detezzjoni tal-isplussivi, u tat-tagħmir għad-detezzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4241 tat-30.6.2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019) 132 final fir-rigward tal-posponiment ta’ xi rekwiżiti regolatorji fil-qasam tal-kontroll tal-isfond minħabba l-pandemija tal-COVID-19 trid tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 66he (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998):

“—

32020 R 0910: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910 tat-30 ta’ Ġunju 2020 (ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43).”

2.

Dan li ġej jiżdied fit-tielet inċiż (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2019) 0132) tal-punt 66hf (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2015) 8005):

“, kif emendat minn:

32020 D 4241: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 4241 tal-30.6.2020.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/910 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 208, 1.7.2020, p. 43.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 165/2020

tal-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness XVII (Proprjetà Intellettwali) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1740]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2017/1564 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2017 dwar ċerti użi permessi ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XVII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XVII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 9e (id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“kif emendat bi:

32017 L 1564: Id-Direttiva (UE) 2017/1564 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2017 (ĠU L 242, 20.9.2017, p. 6).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 14 (id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“15.

32017 L 1564: Id-Direttiva (UE) 2017/1564 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2017 dwar ċerti użi permessi ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 242, 20.9.2017, p. 6).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) 2017/1564 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 242, 20.9.2017, p. 6.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 166/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1741]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/519 tat-3 ta’ April 2020 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1eap (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/63) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“1eaq.

32020 D 0519: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/519 tat-3 ta’ April 2020 dwar id-dokument ta’ referenza settorjali dwar l-aqwa prassi ta’ ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-punti ta’ riferiment ta’ eċċellenza għas-settur tal-immaniġġar tal-iskart skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 115, 14.4.2020, p. 1).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) 2020/519 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 115, 14.4.2020, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 167/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1742]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21apk (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“21apl.

32019 R 1842: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (ĠU L 282, 4.11.2019, p. 20).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1842 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠUL 282, 4.11.2019, p. 20.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 168/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1743]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2019/631 iħassar, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020, ir-Regolament (UE) Nru 443/2009 (2) u (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li huma inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, u li konsegwentement iridu jitħassru skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 21ayf (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/313):

“21az.

32019 R 0631: Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 6(2):

‘Jekk il-grupp jinkludi biss manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, il-manifatturi għandhom jirreġistraw l-informazzjoni mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Jekk il-grupp jinkludi mill-inqas manifattur wieħed stabbilit fl-Unjoni u mill-inqas manifattur wieħed stabbilit fl-Istati tal-EFTA, il-manifatturi għandhom jirreġistraw l-informazzjoni mal-Kummissjoni u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’

(b)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 6(3):

‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tinnotifika lill-manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA.’

(c)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 6(4):

‘Jekk il-grupp jinkludi biss manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, il-manifatturi għandhom jinfurmaw flimkien lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA. Jekk il-grupp jinkludi jew huwa estiż biex jinkludi mill-inqas manifattur wieħed stabbilit fl-Unjoni u mill-inqas manifattur wieħed stabbilit fl-Istati tal-EFTA, il-manifatturi għandhom jinformaw flimkien kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.’

(d)

Fl-Artikolu 6(5), il-kliem ‘l-Artikoli 101 u 102 TFUE’ għandhom jinqraw ‘l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE’ u l-kelma ‘Unjoni’ tinqara ‘ŻEE’.

(e)

Fl-Artikolu 6(7), il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘Kummissjoni’.

(f)

Id-data li jirrappurtaw l-Istati tal-EFTA għandha tinżamm ukoll fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 7(4).

(g)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 7(4):

‘L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tagħmel il-kalkoli stipulati fis-subparagrafu 1 għall-manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA u tinnotifika lil kull manifattur stabbiliti fl-Istati tal-EFTA f’konformità mat-tieni subparagrafu.’

(h)

Mingħajr preġudizzju għall-Protokoll 1 tal-Ftehim, fl-Artikolu 7(5) u fl-Artikolu 10(3), (4), (5) u (6), il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘Kummissjoni’.

(i)

Is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 8(1):

‘Meta manifattur jew amministratur ta’ grupp jkun stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha timponi primium għal emissjonijiet eċċessivi.

L-ammonti tal-primium għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqassmu bejn il-Kummissjoni u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA proporzjonalment għas-sehem ta’ reġistrazzjonijiet ta’ vetturi kummerċjali ħfief fl-UE jew fl-Istati tal-EFTA, rispettivament, meta mqabbel mal-għadd totali ta’ vetturi kummerċjali ħfief irreġistrati fiż-ŻEE.’

(j)

Is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Artikolu 8(3):

‘Il-Kummissjoni Ewropea għandha tuża l-mezzi stabbiliti tagħha għall-ġbir ta’ primiums għal emissjonijiet eċċessivi skont il-paragrafu 1 ukoll fir-rigward ta’ reġistrazzjonijiet fl-Istati tal-EFTA ta’ manifatturi stabbiliti fl-UE.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha tiddetermina l-modi għall-ġbir ta’ primiums għall-emissjonijiet eċċessivi skont il-paragrafu 1. Dawn il-mezzi għandhom ikunu bbażati fuq il-mezzi tal-Kummissjoni.’

(k)

Is-sottoparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 8(4):

‘Għall-Istati tal-EFTA, l-Istati tal-EFTA għandhom jiddeterminaw l-allokazzjoni tal-ammonti tal-primium għal emissjonijiet eċċessivi.’

(l)

Fl-Artikolu 9(1), dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘‚il-Kummissjoni’: ‘u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, fir-rigward tal-manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA,’.

(m)

Mingħajr preġudizzju għall-Protokoll 1 tal-Ftehim, fl-Artikoli 10(2) u (4) it-tieni subparagrafu, il-kliem ‘, jew, fil-każ ta’ manifattur stabbilit fl-Istati tal-EFTA, lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA,’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘Kummissjoni’.

(n)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 11(2):

‘Fornituri jew manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni applikazzjonijiet konformi ma’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-istess prijorità għal tali applikazzjonijiet kif tagħti lil applikazzjonijiet oħrajn skont dan l-Artikolu.’

(o)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 11(4):

‘Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw teknoloġiji innovattivi skont dan l-Artiklu huma applikabbli b’mod ġenerali u għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.’

(p)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal-Liechtenstein.”

2.

It-testi tal-punt 21ae (ir-Regolament (KE) Nru 443/2009) u tal-punt 21ay (ir-Regolament (UE) Nru 510/2011) jitħassru.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2019/631 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkunu awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020 jew fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(3)   ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(*1)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 169/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1744]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/95 tat-22 ta’ Jannar 2020 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 32fhd (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32020 D 0095: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/95 tat-22 ta’ Jannar 2020 (ĠU L 18, 23.1.2020, p. 6).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/95 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 18, 23.1.2020, p. 6.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 170/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1745]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1910 tat-28 ta’ Ottubru 2016 dwar l-ekwivalenza ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ ċerti pajjiżi terzi dwar il-pagamenti lill-gvernijiet għar-rekwiżiti tal-Kapitolu 10 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XXII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 10i (id-Direttiva 2013/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“10ia.

32016 D 1910: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1910 tat-28 ta’ Ottubru 2016 dwar l-ekwivalenza ta’ rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ ċerti pajjiżi terzi dwar il-pagamenti lill-gvernijiet għar-rekwiżiti ta’ Kapitolu 10 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 295, 29.10.2016, p. 82).”

Artikolu 2

It-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1910 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 293/2015 tat-30 ta’ Ottubru 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 295, 29.10.2016, p. 82.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 161, 22.6.2017, p. 87.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 171/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet [2023/1746]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim taż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-Azzjoni Preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafu 13(a) tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem ‘u 2019’ jinbidel bil-kliem “, 2019 u 2020”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 172/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet [2023/1747]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafi 5 u 13 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem ‘u l-2019’ jinbidel bil-kliem ‘, l-2019 u l-2020’.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 173/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet [2023/1748]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni u tal-iżvilupp tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafu 11 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem ‘u l-2019’ jinbidlu bil-kliem ‘, l-2019 u l-2020’.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1) *.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 174/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet [2023/1749]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-funzjonament u l-iżvilupp tas-suq intern tal-prodotti u tas-servizzi u fir-rigward tal-għodod ta' governanza tas-suq intern.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafi 12 u 14 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem ‘u l-2019’ jinbidel bil-kliem ‘, l-2019 u l-2020’.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 175/2020

tat-23 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet [2023/1750]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-ŻEE f'azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni rigward id-dritt soċjetarju.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-paragrafu 13 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-kliem ‘u l-2019’ jinbidlu bil-kliem ‘, l-2019 u l-2020’.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1) *.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


14.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 176/2020

tat-30 ta’ Ottubru 2020

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/1751]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1477 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 fir-rigward tal-estensjoni temporanja ta’ miżuri eċċezzjonali biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 64b (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93) tal-Anness XIII tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“—

32020 R 1477: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1477 tal-14 ta’ Ottubru 2020 (ĠU L 338, 15.10.2020, p. 4).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1477 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ottubru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 338, 15.10.2020, p. 4.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top