This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2019:083:FULL
Official Journal of the European Union, L 83, 25 March 2019
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 83, 25 ta' Marzu 2019
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 83, 25 ta' Marzu 2019
ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 62 |
Werrej |
|
I Atti leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
REGOLAMENTI
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/1 |
REGOLAMENT (UE) 2019/472 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Marzu 2019
li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, li tagħha l-Unjoni hija parti kontraenti, tistipula l-obbligi ta' konservazzjoni, inklużi ż-żamma jew l-irkupru tal-popolazzjonijiet ta' speċijiet maqbuda f'livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY). |
(2) |
Fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar fi New York fl-2015, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom biex, sal-2020, jirregolaw b'mod effettiv il-qbid, itemm s-sajd eċċessiv, is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u l-prattiki tas-sajd qerrieda, u jimplementaw pjanijiet ta' ġestjoni bbażati fuq ix-xjenza, biex l-istokkijiet tal-ħut jiġu ripristinati, fl-inqas żmien fattibbli, għall-inqas sa livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY skont kif ikun iddeterminat mill-karatteristiki bijoloġiċi tagħhom. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) bi qbil mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. Il-PKS għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent tal-baħar, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet kollha li huma sfruttati għall-kummerċ, u b'mod partikolari għall-kisba ta' status tajjeb ambjentali sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(4) |
L-objettivi tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli għat-terminu twil ta' żmien, li jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd. |
(5) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta' miżuri ta' konservazzjoni, skont kif ikun xieraq, fi kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, bħalma huma pjanijiet pluriennali, miżuri tekniċi, u l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. |
(6) |
Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali jridu jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi. Skont dawk id-dispożizzjonijiet, jenħtieġ li l-pjan pluriennali stabbilit permezz ta' dan ir-Regolament (“il-pjan”) ikun fih l-għanijiet, il-miri kwantifikabbli bi skedi ta' żmien ċari, punti ta' referenza għall-konservazzjoni, salvagwardji u miżuri tekniċi maħsubin biex jevitaw u jnaqqsu l-qabdiet inċidentali u biex jiġi minimizzat l-impatt fuq l-ambjent tal-baħar, b'mod partikolari fuq il-ħabitats vulnerabbli u l-ispeċijiet protetti. |
(7) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis il-limitazzjonijiet relatati mad-daqs tal-bastimenti tas-sajd artiġjanali u kostali użati fir-reġjuni ultraperiferiċi. |
(8) |
Jenħtieġ li “l-aħjar parir xjentifiku disponibbli” jinftiehem bħala li jirreferi għall-parir xjentifiku disponibbli b'mod pubbliku li huwa appoġġat mill-aktar data u metodi xjentifiċi aġġornati u li jkun jew ġie maħruġ jew rieżaminat minn korp xjentifiku indipendenti li huwa rikonoxxut fuq livell tal-Unjoni jew internazzjonali. |
(9) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikseb l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għall-istokkijiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-pjan. Biex tagħmel dan, tikkonkludi Memoranda ta' Qbil mal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES). Il-parir xjentifiku li jinħareġ b'mod partikolari mill-ICES jew minn xi korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-pjan u li jindika, b'mod partikolari, il-meded tal-FMSY u tal-punti ta' referenza tal-bijomassa, jiġifieri l-MSY Btrigger u l-Blim. Jeħtieġ li dawk il-valuri jkunu indikati fil-parir rilevanti għal kull stokk u, meta jkun jixraq, f'kull parir xjentifiku ieħor li jkun disponibbli għall-pubbliku, pereżempju anki fil-pariri dwar is-sajd imħallat li joħroġ b'mod partikolari l-ICES jew xi korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali. |
(10) |
Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004 (5), (KE) Nru 2166/2005 (6), (KE) Nru 388/2006 (7), (KE) Nru 509/2007 (8) u (KE) Nru 1300/2008 (9) jistipulaw ir-regoli għall-isfruttament tal-istokk tal-merluzz fit-Tramuntana, tal-istokkijiet tal-merluzz u tal-iskampu fil-Baħar ta' Cantabria u qrib in-naħa tal-Punent tal-Peniżola Iberika, tal-lingwata fil-Bajja ta' Biskajja, tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent, tal-aringi fin-naħa tal-Punent tal-Iskozja u tal-bakkaljaw fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fin-naħa tal-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż. Dawk l-istokkijiet u stokkijiet ta' ħut demersali oħrajn jittieħdu fis-sajd imħallat. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit pjan pluriennali uniku li jieħu kont ta' dawn l-interazzjonijiet tekniċi. |
(11) |
Barra minn hekk, tali pjan pluriennali jenħtieġ li jkun japplika għall-istokkijiet demersali u s-sajd tagħhom fl-Ilmijiet tal-Punent li huma magħmulin mill-Ilmijiet tal-Majjistral u l-ilmijiet tal-Lbiċ. Dawk huma speċijiet ta' ħut tond, pixxiċatt, ħut kartilaġinuż, u l-iskampu (Nephrops norvegicus) li jgħixu fil-qiegħ jew qrib il-qiegħ tal-kolonna tal-ilma. |
(12) |
Xi stokkijiet tal-ħut demersali huma sfruttati kemm fl-Ilmijiet tal-Punent kif ukoll fl-ilmijiet tal-madwar. Għaldaqstant, il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fil-pjan li għandhom rabta mal-miri u mas-salvagwardji għall-istokkijiet li prinċipalment jiġu sfruttati fl-Ilmijiet tal-Punent jeħtieġ li jiġi estiż saż-żoni 'l barra mill-Ilmijiet tal-Punent. Barra minn hekk, għall-istokkijiet li jinsabu wkoll fl-Ilmijiet tal-Punent li jiġu sfruttati b'mod prinċipali barra mill-Ilmijiet tal-Punent, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-miri u s-salvagwardji fil-pjanijiet pluriennali għaż-żoni fejn jiġu sfruttati dawk l-istokkijiet, 'il barra mill-Ilmijiet tal-Punent, u jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta'dawk il-pjanijiet biex ikun jinkludi l-Ilmijiet tal-Punent. |
(13) |
L-ambitu ġeografiku tal-pjan jeħtieġ li jkun ibbażat fuq id-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet indikati fil-parir xjentifiku dwar l-istokkijiet l-aktar riċenti li jingħata b'mod partikolari mill-ICES jew minn xi korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali. Bidliet futuri fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet kif indikati fil-pjan, jistgħu jkunu meħtieġa jew minħabba informazzjoni xjentifika aħjar jew minħabba l-migrazzjoni tal-istokkijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati li jaġġustaw id-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet stabbiliti fil-pjan jekk il-parir xjentifiku mogħti b'mod partikolari mill-ICES jew minn xi korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni u f'dak internazzjonali ikun jindika bidla fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet rilevanti. |
(14) |
Fejn l-istokkijiet ta' interess komuni huma sfruttati wkoll minn pajjiżi terzi, l-Unjoni jenħtieġ li tikkomunika ma' dawk il-pajjiżi terzi bil-ħsieb li tiżgura li dawk l-istokkijiet jiġu ġestiti b'mod sostenibbli li jkun konsistenti mal-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikolari mal-Artikolu 2(2) tiegħu, u mal-objettivi ta' dan ir-Regolament. Meta ma jintlaħaqx ftehim formali l-Unjoni jeħtiġilha tagħmel kull sforz biex tikseb arranġamenti komuni għas-sajd ta' dawn l-istokkijiet bil-għan li jinkiseb stat ta' ġestjoni sostenibbli, u b'hekk ikun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-Unjoni. |
(15) |
Jenħtieġ li l-għan tal-pjan ikun li jgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS u, b'mod partikolari, li jintlaħaq u jinżamm l-MSY għall-istokkijiet fil-mira, li jiġi implimentat l-obbligu ta' ħatt l-art għall-istokkijiet tal-ħut demersali soġġett għal-limiti ta' qbid, u li jiġi promoss livell ta' għajxien diċenti għal dawk li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jitqiesu l-aspetti soċjoekonomiċi u s-sajd kostali. Irid ukoll jimplimenta metodu ta' ġestjoni tas-sajd li jkun ibbażat fuq l-ekosistema biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Jenħtieġ li jkun jaqbel mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-għan li jintlaħaq status ambjentali tajjeb sal-2020 (bi qbil mad-Direttiva 2008/56/KE) u jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (11). Il-pjan irid ukoll jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fil-partijiet tal-Unjoni tal-Ilmijiet tal-Punent fir-rigward tal-istokkijiet kollha ta' dawk l-ispeċijiet li japplika għalihom l-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(16) |
L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jirrikjedi li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu ffissati f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tiegħu u jkunu konformi mal-miri, mal-iskedi ta' żmien u mal-marġini stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali. |
(17) |
Jixraq li tiġi stabbilita mira għall-mortalità mis-sajd (F) li taqbel mal-għan li jinkiseb u jinżamm MSY fil-forma ta' meded ta' valuri li jkunu konsistenti mal-kisba tal-MSY (FMSY). Dawk il-meded, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, huma meħtieġa biex ikun hemm biżżejjed flessibbiltà biex ikun jista' jsir adattament skont l-iżviluppi fil-parir xjentifiku, biex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u biex tingħata wisa' għall-karatteristiki tas-sajd imħallat. Il-meded tal-FMSY jenħtieġ li jiġu kkalkulati, b'mod partikolari mill- ICES, speċjalment fil-parir tiegħu dwar il-qabdiet perjodiċi, jew minn xi korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali. Abbażi tal-pjan dawn il-meded jenħtieġ li jiġu dderivati biex ma jingħatax aktar minn 5 % tnaqqis fir-rendiment fuq żmien twil meta mqabbel mal- MSY. Il-limitu massimu tal-medda jenħtieġ li jiġi applikat livell massimu, sabiex il-probabbiltà li l-istokk jinżel għal inqas mill-Blim ma tkunx ogħla minn 5 %. Dak il-limitu massimu jenħtieġ li jikkonforma wkoll mar-“regola rakkomandata” tal-ICES li tindika li meta l-bijomassa riproduttiva jew l-abbundanza jkunu fi stat ħażin, il-mortalità mis-sajd F għandha titnaqqas għal valur li ma jaqbiżx limitu massimu li jkun ugwali għall-valur tal-punt tal-FMSY immultiplikat bil-bijomassa riproduttiva jew bl-abbundanza fis-sena tal-qabda totali permissibbli (TAC) diviż bi MSY Btrigger. L-ICES iqis dawn il-kwistjonijiet u r-regola rakkomandata meta jagħti l-parir xjentifiku dwar il-mortalità mis-sajd u l-għażliet tal-qabdiet. |
(18) |
Biex jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd, jenħtieġ li jkun hemm livell massimu għall-meded tal-FMSY fl-użu normali u, dment li l-istokk ikkonċernat ikun meqjus li hu fi stat tajjeb, limitu massimu għal ċerti każijiet. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu ffissati l-opportunitajiet tas-sajd sal-limitu massimu biss jekk, abbażi ta' parir xjentifiku jew ta' evidenza xjentifika, ikun meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament fis-sajd imħallat, jew ikun meħtieġ biex tiġi evitata ħsara lil stokk minħabba d-dinamiċi bejn l-istokkijiet ta' speċi waħda jew bejn speċijiet imħallta, jew għal-limitazzjoni tal-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd minn sena għal oħra. |
(19) |
Jenħtieġ li jkun possibbli li Kunsill Konsultattiv rilevanti jirrakkomanda lill-Kummissjoni approċċ ta' ġestjoni li jfittex li jillimita l-varjazzjonijiet li jseħħu minn sena għal sena fl-opportunitajiet tas-sajd għal stokk partikolari elenkat f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-Kunsill iqis tali rakkomandazzjonijiet meta jkun qed jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd sakemm dawn l-opportunitajiet tas-sajd jikkonformaw mal-miri u s-salvagwardji skont il-pjan. |
(20) |
Fil-każ tal-istokkijiet li għalihom jeżistu l-miri b'rabta mal-MSY, u biex jiġu applikati miżuri ta' salvagwardja, jenħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta' referenza għall-konservazzjoni mogħtija bħala livelli limitu tal-bijomassa riproduttiva għall-istokkijiet tal-ħut, u livelli limitu tal-abbundanza għall-iskampu. |
(21) |
Jenħtieġ li jiġu previsti miżuri xierqa ta' salvagwardja fil-każ li d-daqs tal-istokk jaqa' taħt dawn il-livelli. Il-miżuri ta' salvagwardja jeħtieġ li jinkludu t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jindika li huma meħtieġa miżuri rimedjali. Dawk il-miżuri jridu jkunu supplimentati bil-miżuri xierqa l-oħrajn kollha pereżempju l-miżuri tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew il-miżuri tal-Istati Membri skont l-Artikolu 13 ta' dak ir-Regolament. |
(22) |
Jenħtieġ li jkun possibbli li t-TAC għall-iskampu f'erba' żoni speċifiċi ta' ġestjoni jiġu ffissati bħala s-somma tal-limiti tal-qbid stabbiliti għal kull unità funzjonali u s-somma tal-limiti tal-qbid fir-rettangoli statistiċi 'l barra mill-unitajiet funzjonali, fi ħdan kull żona ta' ġestjoni. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jipprekludix l-adozzjoni ta' miżuri biex jiġu protetti unitajiet funzjonali speċifiċi. |
(23) |
Biex jintuża metodu reġjonali għall-konservazzjoni u għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jixraq li tkun prevista l-possibbiltà li jittieħdu miżuri tekniċi għall-istokkijiet kollha fl-Ilmijiet tal-Punent. |
(24) |
Ir-reġim ta' limitazzjoni tal-isforz għal-lingwata fil-Kanal tal-Punent ħareġ għodda ta' ġestjoni effiċjenti komplementari għall-iffissar tal-possibbiltajiet tas-sajd. Tali limitazzjoni tal-isforz għandha għalhekk tibqa' tinżamm fil-qafas tal-pjan. |
(25) |
Meta l-mortalità kkawżata mis-sajd rikreattiv ikollha impatt sinifikanti fuq stokk ġestit abbażi tal-MSY, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista' jiffissa limiti mhux diskriminatorji għas-sajjieda rikreattivi. Jenħtieġ għalhekk li l-Kunsill jirreferi għal kriterji trasparenti u oġġettivi meta jkun qed jistabbilixxi limiti bħal dawn. Fejn xieraq, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati għall-monitoraġġ u l-ġbir tad-data għal stima affidabbli tal-livelli effettivi tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv. |
(26) |
Biex jikkonforma mal-obbligu ta' ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jeħtieġ li l-pjan jipprevedi li jerġgħu jiġu speċifikati miżuri ta' ġestjoni addizzjonali bi qbil mal-Artikolu 18 ta' dak ir-Regolament. |
(27) |
Id-data ta' skadenza biex l-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet konġunti jeħtieġ li tiġi stabbilita, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(28) |
Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni perjodika mill-Kummissjoni tal-adegwatezza u l-effikaċja tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament skont il-parir xjentifiku. Jeħtieġ li l-pjan jiġi evalwat sas-27 ta' Marzu 2024, u kull ħames snin wara dan. Dak il-perjodu jagħti ż-żmien biex jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu ta' ħatt l-art, u biex jiġu adottati, implimentati, u jagħmlu l-effetti tagħhom fuq l-istokkijiet u fuq is-sajd il-miżuri reġjonali. Dan il-perjodu huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi. |
(29) |
Sabiex isir adattament għall-progress tekniku u xjentifiku fil-ħin u b'mod proporzjonat, u biex tkun żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa jkunu jistgħu jevolvu ċerti miżuri, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex dan ir-Regolament jiġi emendat jew issupplimentat fir-rigward tal-aġġustamenti li jikkonċernaw il-ħażniet koperti minn dan ir-Regolament wara bidliet fid-distribuzzjoni ġeografika tal-ħażniet, mal-miżuri ta' rimedju, mal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art u mal-limiti rigward il-kapaċità totali tal-flotot tal-Istati Membri kkonċernati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(30) |
Biex ikun hemm ċertezza legali, jixraq li jkun iċċarat li l-miżuri ta' waqfien temporanju li jkunu ġew adottati biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan jistgħu jitqiesu li huma eliġibbli għall-appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). |
(31) |
L-applikazzjoni ta' referenzi dinamiċi għall-meded tal-FMSY u għall-punti ta' referenza għall-konservazzjoni tiżgura li dawk il-parametri, li huma essenzjali biex jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd, ma jiskadux u li l-Kunsill dejjem ikun jista' juża l-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Barra minn hekk, l-approċċ li jikkonsisti fl-applikazzjoni ta' referenzi dinamiċi skont l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għandu jiġi segwit għall-ġestjoni tal-istokkijiet fil-Baħar Baltiku. Jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll li l-obbligu ta' ħatt l-art ma japplikax għas-sajd rikreattiv fiż-żoni koperti mill-pjan pluriennali għas-sajd tal-Baħar Baltiku. Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jiġi emendat. |
(32) |
Jenħtieġ li d-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni għall-iskampu fl-Iskagerrak u fil-Kattegat jiġi rieżaminat. Jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll li l-obbligu ta' ħatt l-art ma japplikax għas-sajd rikreattiv fiż-żoni koperti mill-pjan pluriennali għas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana. Ir-Regolament (UE) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat. |
(33) |
Jenħtieġ li jitħassru r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008. |
(34) |
L-impatt ekonomiku u soċjali probabbli tal-pjan ġie vvalutat bi qbil mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 qabel ma ġie ffinalizzat, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali (“il-pjan”) għall-istokkijiet tal-ħut demersali elenkati hawn taħt, fosthom stokkijiet tal-baħar fond, fl-Ilmijiet tal-Punent, u fejn dawk l-istokkijiet ikunu mifruxin 'il barra mill-Ilmijiet tal-Punent, fl-Ilmijiet tal-madwar tagħhom, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet:
(1) |
iċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo) fis-subżoni 1, 2, 4, 6–8, 10 u 14 u fit-taqsimiet 3a, 5a, 5b, 9a, u 12b tal-ICES; |
(2) |
il-grenadier imnieħru tond (Coryphaenoides rupestris) fis-subżoni 6 u 7 u fit-taqsima 5b tal-ICES; |
(3) |
l-ispnotta tat-tbajja' (Dicentrarchus labrax) fit-taqsimiet 4b, 4c, 7a, 7d–h, 8a u 8b tal-ICES; |
(4) |
l-ispnotta tat-tbajja' (Dicentrarchus labrax) fit-taqsimiet 6a, 7b u 7j tal-ICES; |
(5) |
l-ispnotta tat-tbajja' (Dicentrarchus labrax) fit-taqsimiet 8c u 9a tal-ICES; |
(6) |
il-bakkaljaw (Gadus morhua) fit-taqsima 7a tal-ICES; |
(7) |
il-bakkaljaw (Gadus morhua) fit-taqsimiet 7e–k tal-ICES; |
(8) |
il-megrim (Lepidorhombus spp.) fit-taqsimiet 4a u 6a tal-ICES; |
(9) |
il-megrim (Lepidorhombus spp.) fit-taqsima 6b tal-ICES; |
(10) |
il-megrim (Lepidorhombus spp.) fit-taqsimiet 7b–k, 8a, 8b, u 8d tal-ICES; |
(11) |
il-megrim (Lepidorhombus spp.) fit-taqsimiet 8c u 9a tal-ICES; |
(12) |
il-petriċa kbira (Lophiidae) fit-taqsimiet 7b–k, 8a, 8b, u 8d tal-ICES; |
(13) |
il-petriċa kbira (Lophiidae) fit-taqsimiet 8c u 9a tal-ICES; |
(14) |
il-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fit-taqsima 6b tal-ICES; |
(15) |
il-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fit-taqsima 7a tal-ICES; |
(16) |
il-merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fit-taqsimiet 7b–k tal-ICES; |
(17) |
il-merlangu (Merlangius merlangus) fit-taqsimiet 7b, 7c u 7e–k tal-ICES; |
(18) |
il-merlangu (Merlangius merlangus) fis-subżona 8 u fit-taqsima 9a tal-ICES; |
(19) |
il-merluzz (Merluccius merluccius) fis-subżoni 4, 6 u 7, u fit-taqsimiet 3a, 8a, 8b u 8d tal-ICES; |
(20) |
il-merluzz (Merluccius merluccius) fit-taqsimiet 8c u 9a tal-ICES; |
(21) |
il-linarda (Molva dypterygia) fis-subżoni 6 u 7 fit-taqsima 5b tal-ICES; |
(22) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) skont l-unitajiet funzjonali fis-subżona 6 u fit-taqsima 5b tal-ICES:
|
(23) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) skont l-unitajiet funzjonali fis-subżona 7 tal-ICES:
|
(24) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) skont l-unitajiet funzjonali fit-taqsimiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES:
|
(25) |
l-iskampu (Nephrops norvegicus) skont l-unitajiet funzjonali fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES, u ż-żona 34.1.1 tas-CECAF:
|
(26) |
il-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżona 9 tal-ICES; |
(27) |
il-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) fit-taqsima 7d tal-ICES; |
(28) |
il-barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) fit-taqsima 7e tal-ICES; |
(29) |
il-pollakkju (Pollachius pollachius) fis-subżoni 6 u 7 tal-ICES; |
(30) |
il-lingwata komuni (Solea solea) fis-subżoni 5, 12 u 14 u fit-taqsima 6b tal-ICES; |
(31) |
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsima 7d tal-ICES; |
(32) |
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsima 7e tal-ICES; |
(33) |
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsimiet 7f u 7 g tal-ICES; |
(34) |
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsimiet 7h, 7j u 7k tal-ICES; |
(35) |
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsimiet 8a u 8b tal-ICES; |
(36) |
il-lingwata komuni (Solea solea) fit-taqsimiet 8c u 9a tal-ICES. |
Meta l-parir xjentifiku, b'mod partikolari dak tal-ICES jew ta' korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, juri bidla fid-distribuzzjoni ġeografika tal-istokkijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 18 li jemendaw dan ir-Regolament billi jaġġustaw iż-żoni speċifikati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fuq biex dawn jiġu jirriflettu l-bidla. Dawn l-aġġustamenti ma għandhomx ikabbru ż-żoni tal-istokkijiet 'il barra mill-Ilmijiet tal-Unjoni tas-subżoni 4 sa 10 tal-ICES, u miż-żoni 34.1.1, 34.1.2, u 34.2.0 tas-CECAF.
2. Meta, abbażi tal-parir xjentifiku, il-Kummissjoni tkun tal-fehma li l-lista tal-istokkijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jeħtieġ li tiġi emendata, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta biex dik il-lista tiġi emendata.
3. Fir-rigward tal-ilmijiet tal-madwar koperti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, japplikaw biss l-Artikoli 4 u 7 u l-miżuri b'rabta mal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.
4. Dan ir-Regolament japplika wkoll għall-qabdiet inċidentali li jinqabdu fl-Ilmijiet tal-Punent waqt is-sajd tal-istokkijiet elenkati fil-paragrafu 1. Iżda fejn il-meded tal-FMSY u s-salvagwardji marbutin mal-bijomassa għal dawk l-istokkijiet ikunu stabbiliti f'atti legali oħrajn tal-Unjoni li jistabbilixxu l-pjanijiet pluriennali, japplikaw dawk il-meded u s-salvagwardji.
5. Dan ir-Regolament jispeċifika wkoll id-dettalji għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fil-partijiet tal-Unjoni tal-Ilmijiet tal-Punent fir-rigward tal-istokkijiet kollha ta' dawk l-ispeċijiet li japplika għalihom l-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
6. Dan ir-Regolament jipprevedi miżuri tekniċi, kif stabbilit fl-Artikolu 9, li japplikaw fl-Ilmijiet tal-Punent għal kwalunkwe stokk.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (16) u fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (17):
(1) |
“L-Ilmijiet tal-Punent” tfisser l-Ilmijiet tal-Majjistral (is-subżoni 5 tal-ICES (bl-esklużjoni tad-diviżjoni 5a u biss l-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 5b), 6 u 7 tal-ICES u l-Ilmijiet tal-Lbiċ (is-subżoni tal-ICES 8, 9, u 10 (l-ilmijiet madwar l-Azores), u ż-żoni 34.1.1, 34.1.2 u 34.2.0 tas-CECAF (l-ilmijiet madwar il-Madeira u l-Gżejjer tal-Kanarja)); |
(2) |
“il-medda tal-FMSY” tfisser medda ta' valuri li jingħataw fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal- ICES, jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li fiha l-livelli kollha tal-mortalità mis-sajd jagħtu r-rendiment massimu sostenibbli (MSY) fuq żmien twil ibbażat fuq mudell tas-sajd partikolari u taħt kundizzjonijiet ambjentali medji attwali, mingħajr ma taffettwa b'xi mod sinifikanti l-proċess tar-riproduzzjoni tal-istokk ikkonċernat. Hija dderivata b'tali mod li r-rendiment fit-tul ma jitnaqqasx b'aktar minn 5 % meta mqabbel mal-MSY. Din għandha limitu massimu biex il-probabbiltà li l-istokk jinżel għal inqas mill-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk (Blim) ma tkunx ta' iktar minn 5 %; |
(3) |
“MSY Flower” tfisser l-iżgħar valur fil-medda ta' FMSY; |
(4) |
“MSY Fupper” tfisser l-ogħla valur fil-medda tal-FMSY; |
(5) |
“Il-punt ta' valur tal-FMSY” huwa l-valur tal-mortalità mis-sajd stmat li bbażat fuq mudell tas-sajd partikolari u taħt kundizzjonijiet ambjentali medji attwali jagħti r-rendiment massimu fuq terminu ta' żmien twil; |
(6) |
“l-aktar medda baxxa tal-FMSY” tfisser medda ta' valuri li fiha l-valuri minn MSY Flower sal-punt ta' valur tal-FMSY; |
(7) |
“l-ogħla medda tal-FMSY” tfisser medda ta' valuri li fiha l-valuri mill-punt ta' valur tal-FMSY sal-MSY Fupper; |
(8) |
“Blim” tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES, jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li taħtu tista' titnaqqas il-kapaċità riproduttiva; |
(9) |
“MSY Btrigger” tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk, jew, fil-każ tal-iskampu, il-punt ta' referenza tal-abbundanza li jingħata fl-aħjar parir xjentifiku disponibbli, b'mod partikolari dak tal-ICES, jew korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali, li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni speċifika u xierqa biex jiġi żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jirripristinaw l-istokkijiet 'il fuq mil-livelli li jkunu kapaċi jipproduċu l-MSY fuq terminu ta' żmien twil. |
KAPITOLU II
GĦANIJIET
Artikolu 3
Għanijiet
1. Il-pjan għandu jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikolari billi jintuża approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirripristina l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet li jinstadu u jżommhom 'il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu l-MSY.
2. Il-pjan għandu jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-iskartar tal-ħut billi kemm jista' jkun jevita u jnaqqas il-qabdiet inċidentali, u jgħin fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 rigward l-ispeċijiet li huma soġġetti għal-limiti tal-qbid u li japplika għalihom dan ir-Regolament.
3. Il-pjan għandu jimplimenta metodu ta' ġestjoni tas-sajd li jkun ibbażat fuq l-ekosistema biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Dan ikun koerenti mal-leġislazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-objettiv li jinkiseb stat ambjentali tajjeb sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.
4. B'mod partikolari, il-pjan għandu jkollu l-għan li:
(a) |
jiżgura li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet deskritti fid-deskrittur 3 li jinsab fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE; |
(b) |
jikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati deskritturi rilevanti oħra li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE bi proporzjon mal-parti li għandu s-sajd fis-sodisfazzjon tagħhom; kif ukoll |
(c) |
jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2009/147/KE u l-Artikoli 6 u 12 tad-Direttiva 92/43/KEE, b'mod partikolari biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħabitats vulnerabbli u l-ispeċijiet protetti. |
5. Il-miżuri taħt il-pjan jittieħdu bi qbil mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli. Fejn ma hemmx biżżejjed dejta, għandu jkun hemm livell komparabbli ta' konservazzjoni għall-istokkijiet rilevanti.
KAPITOLU III
MIRI
Artikolu 4
Miri
1. Il-mortalità mis-sajd fil-mira bi qbil mal-meded tal-FMSY iddefiniti fl-Artikolu 2 għandha tinkiseb kemm jista' jkun malajr, u fuq bażi progressivament inkrementali sal-2020 rigward l-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1(1), u minn dik is-sena 'l quddiem għandha tinżamm fil-meded tal-FMSY bi qbil ma' dan l-Artikolu.
2. Il-meded tal-FMSY ibbażati fuq il-pjan għandhom jintalbu b'mod partikolari mingħand l-ICES jew mingħand korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali.
3. Bi qbil mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta l-Kunsill jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal stokk partikolari, għandu jistabbilixxi dawk l-opportunitajiet fil-medda l-iktar baxxa tal-FMSY disponibbli f'dak iż-żmien għal dak l-istokk.
4. Minkejja l-paragrafi 1 u 3, l-opportunitajiet tas-sajd għal stokk partikolari jistgħu jiġu ffissati f'livelli li huma aktar baxxi mill-meded tal-FMSY.
5. Minkejja dak li jinsab fil-paragrafi 3 u 4, l-opportunitajiet tas-sajd għal stokk jistgħu jiġu ffissati skont l-ogħla medda tal-FMSY disponibbli f'dak iż-żmien għal dak l-istokk, dejjem jekk l-istokk imsemmi fl-Artikolu 1(1) ikun ikbar mill MSY Btrigger:
(a) |
jekk, abbażi tal-parir jew tal-evidenza xjentifiċi jkun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat; |
(b) |
jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, ikun meħtieġ biex tiġi evitata ħsara serja lil stokk ikkawżata mid-dinamika tal-istokkijiet fost speċi waħda jew bejn speċijiet differenti; jew |
(c) |
biex ikun hemm limitazzjoni fil-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd għal mhux inqas minn 20 % minn sena għal sena konsekuttivi. |
6. Fejn il-meded ta' FMSY ma jistgħux jiġu determinati għal stokk elenkat fl-Artikolu 1(1) minħabba nuqqas ta' informazzjoni xjentifika adegwata, dak l-istokk għandu jiġi ġestit skont l-Artikolu 5 sa meta meded ta' FMSY ikunu disponibbli skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
7. Fi kwalunkwe każ, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati b'mod li jiżgura probabbiltà ta' inqas minn 5 % li l-bijomassa riproduttiva ta' stokk jinżel inqas mill-Blim.
Artikolu 5
Ġestjoni tal-qabdiet aċċessorji
1. Għandhom jiġu stabbiliti miżuri ta' ġestjoni tal-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(4) inklużi, fejn xieraq, l-opportunitajiet tas-sajd, filwaqt li jitqies l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.
2. L-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(4) għandhom jiġu ġestiti skont l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd kif iddefinit fil-punt 8 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta ma tkunx disponibbli informazzjoni xjentifika adegwata u skont l-Artikolu 3(5) ta' dan ir-Regolament.
3. Bi qbil mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-ġestjoni tas-sajd imħallat għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(4) ta' dan ir-Regolament għandha tqis id-diffikultà biex jinstadu l-istokkijiet kollha fil-livell MSY fl-istess ħin, speċjalment f'sitwazzjonijiet meta dan iwassal għall-għeluq qabel il-waqt tas-sajd.
Artikolu 6
Limitazzjoni tal-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd għal stokk
Kunsill Konsultattiv rilevanti jista' jirrakkomanda lill-Kummissjoni approċċ ta' ġestjoni li jfittex li jillimita l-varjazzjonijiet li jseħħu minn sena għal sena fl-opportunitajiet tas-sajd għal stokk partikolari elenkat fl-Artikolu 1(1).
Il-Kunsill jista' jqis kwalunkwe tali rakkomandazzjoni meta jkun qed jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd sakemm dawn l-opportunitajiet tas-sajd jikkonformaw mal-Artikoli 4 u 8.
KAPITOLU IV
SALVAGWARDJI
Artikolu 7
Punti ta' referenza għall-konservazzjoni
Il-punti ta' referenza għall-konservazzjoni għas-salvagwardja tal-kapaċità riproduttiva kollha tal-istokkijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) li ġejjin għandhom, abbażi tal-pjan, jintalbu b'mod partikolari mingħand l-ICES, jew mingħand korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali:
(a) |
L-MSY Btrigger għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1); |
(b) |
Il-Blim għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1). |
Artikolu 8
Salvagwardji
1. Meta l-parir xjentifiku jindika li għal sena partikolari l-bijomassa riproduttiva tal-istokk, u fil-każ tal-istokkijiet tal-iskampu, l-abbundanza, ta' xi wħud mill-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tkun inqas mil-livell tal-MSY Btrigger, għandhom jiġu adottati l-miżuri ta' rimedju kollha biex jiżguraw ir-ripristinament malajr tal-istokk jew tal-unità funzjonali kkonċernata għal-livelli ogħla minn dawk li huma kapaċi jipproduċu l-MSY. B'mod partikolari, minkejja l-Artikolu 4(3), l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f'livelli li jkunu konsistenti ma' mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset aktar mill-ogħla medda tal-FMSY, meta jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa.
2. Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa riproduttiva tal-istokk u, fil-każ tal-istokkijiet tal-iskampu, l-abbundanza ta' xi wħud mill-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tkun inqas mil-livell Blim, għandhom jittieħdu aktar miżuri ta' rimedju biex jiżguraw ir-ripristinament malajr tal-istokk jew tal-unità funzjonali kkonċernata għal-livelli ogħla minn dawk li huma kapaċi jipproduċu l-MSY. B'mod partikolari, dawk il-miżuri ta' rimedju jistgħu jinkludu, minkejja l-Artikolu 4(3), is-sospensjoni tas-sajd fil-mira għall-istokk jew għall-unità funzjonali kkonċernati u t-tnaqqis xieraq tal-opportunitajiet tas-sajd.
3. Il-miżuri ta' rimedju msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jinkludu:
(a) |
miżuri ta' emerġenza skont l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(b) |
miżuri skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. |
4. L-għażla tal-miżuri msemmijin f'dan l-Artikolu għandha ssir skont in-natura, is-serjetà, it-tul fiż-żmien u kemm tirrepeti ruħha s-sitwazzjoni li fiha l-bijomassa riproduttiva tal-istokk u, fil-każ tal-istokkijiet tal-iskampu, l-abbundanza jkunu inqas mil-livelli msemmijin fl-Artikolu 7.
KAPITOLU V
MIŻURI TEKNIĊI
Artikolu 9
Miżuri tekniċi
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati bi qbil mal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament fejn għandu x'jaqsam mal-miżuri tekniċi li ġejjin:
(a) |
l-ispeċifikazzjonijiet tal-karatteristiċi tal-irkapti tas-sajd u tar-regoli għall-użu tagħhom biex tiġi żgurata jew tittejjeb is-selettività, jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali jew jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv fuq l-ekosistema; |
(b) |
l-ispeċifikazzjonijiet ta' modifiki jew apparat addizzjonali mal-irkapti tas-sajd biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali jew jiġi jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv fuq l-ekosistema; |
(c) |
il-limitazzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti rkapti tas-sajd u fuq l-attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew perjodi biex jipproteġu l-ħut li jbid, il-ħut li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew il-ħut ta' speċijiet li ma jkunux fil-mira, jew biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt negattiv fuq l-ekosistema; kif ukoll |
(d) |
l-iffissar ta' daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għal kull stokk li għalih japplika dan ir-Regolament, biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħut żgħir tal-organiżmi tal-baħar. |
2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3.
KAPITOLU VI
OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD
Artikolu 10
Opportunitajiet tas-sajd
1. Huma u jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kompożizzjoni probabbli tal-qbid tal-bastimenti tas-sajd li jieħdu sehem fis-sajd imħallat.
2. Wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jiskambjaw l-opportunitajiet tas-sajd kollha allokati lilhom, jew parti minnhom, skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, it-TAC għall-istokkijiet tal-iskampu fl-Ilmijiet tal-Punent tista' tiġi stabbilita għaż-żoni ta' ġestjoni li jikkorrispondu għal kull waħda miż-żoni definiti taħt il-punti 22 sa 25 tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1). F'każijiet bħal dawn, it-TAC għal żona ta' ġestjoni tista' tkun is-somma tal-limiti tal-qbid ta' dawk l-unitajiet funzjonali u tal-limiti tal-qbid tar-rettangoli statistiċi 'l barra mill-unitajiet funzjonali.
Artikolu 11
Sajd rikreattiv
1. Meta l-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv qed ikollu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' xi stokk imsemmi fl-Artikolu 1(1), il-Kunsill jista' jistabbilixxi limiti mhux diskriminatorju għas-sajjieda rikreattivi.
2. Meta jkun qed jiffissa limiti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kunsill jibbaża ruħu fuq kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika. Il-kriterji użati jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, l-impatt fuq l-ambjent tas-sajd rikreattiv, l-importanza soċjali ta' dik l-attività u l-kontribut tagħha għall-ekonomija tat-territorji kostali.
3. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati għall-monitoraġġ u l-ġbir tad-dejta għal stima affidabbli tal-livelli effettivi tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv.
Artikolu 12
Limitazzjoni tal-isforz għal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent
1. It-TACs għal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent (diviżjoni 7e tal-ICES) taħt il-pjan għandhom ikunu kkumplementati b'limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd.
2. Meta jkun qed jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd, il-Kunsill għandu jiddeċiedi ta' kull sena dwar in-numru massimu ta' ġranet fuq il-baħar għall-bastimenti preżenti fil-Fliegu tal-Punent u li jużaw xbieki tat-tkarkir bit-travu b'malji li fihom daqs ta' 80 mm jew aktar u għall-bastimenti fil-Fliegu tal-Punent li jużaw xbieki statiċi b'malji li fihom daqs ta' 220 mm jew anqas.
3. In-numru massimu tal-ġranet fuq il-baħar imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi aġġustat bl-istess proporzjon bħall-aġġustament fir-rata tal-mortalità mis-sajd li tikkorrispondi għall-varjazzjoni fit-TACS.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-OBBLIGU TA' ĦATT L-ART
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu ta' ħatt l-art fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Ilmijiet tal-Punent
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet fl-Ilmijiet tal-Punent li għalihom japplika l-obbligu ta' ħatt l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 biex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji ta' dak l-obbligu kif previst fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
2. L-obbligu ta' ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika għas-sajd rikreattiv, inkluż f'każijiet fejn il-Kunsill jistabbilixxi limiti skont l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU VIII
AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET U R-RIŻORSI
Artikolu 14
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-limiti massimi tal-kapaċità
1. Għal kull waħda miż-żoni tal-ICES imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu joħroġ l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u li jistadu f'dik iż-żona. F'dawn l-awtorizzazzjonijiet għas-sajd, l-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw il-kapaċità totali ta' dawn il-bastimenti li jużaw irkaptu speċifiku.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi limiti fuq il-kapaċità totali tal-flotot tal-Istati Membri kkonċernati ħalli tiffaċilita l-ilħuq tal-għanijiet spjegati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.
3. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta' bastimenti li jkollhom l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmijin fil-paragrafu 1 u jagħmilha disponibbli fuq is-sit web uffiċjali tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħra.
KAPITOLU IX
ĠESTJONI TA' STOKKIJIET TA' INTERESS KOMUNI
Artikolu 15
Prinċipji u objettivi tal-ġestjoni ta' stokkijiet ta' interess komuni għall-Unjoni u pajjiżi terzi
1. Fejn l-istokkijiet ta' interess komuni jiġu sfruttati wkoll minn pajjiżi terzi, l-Unjoni għandha tikkomunika ma' dawk il-pajjiżi terzi bil-ħsieb li tiżgura li dawk l-istokkijiet jiġu ġestiti b'mod sostenibbli li jkun konsistenti mal-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu, u mal-objettivi ta' dan ir-Regolament. Meta ma jintlaħaqx ftehim formali l-Unjoni għandha tagħmel kull sforz biex tikseb arranġamenti komuni għas-sajd ta' dawn l-istokkijiet bil-għan li jinkiseb stat ta' ġestjoni sostenibbli, u b'hekk ikun hemm kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi tal-Unjoni.
2. Fil-kuntest tal-ġestjoni ta' stokkijiet kondiviża ma' pajjiżi terzi, l-Unjoni tista' tiskambja l-opportunitajiet tas-sajd ma' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
KAPITOLU X
REĠJONALIZZAZZJONI
Artikolu 16
Kooperazzjoni reġjonali
1. L-Artikolu 18(1) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 9 u 13 u fl-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament.
2. Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett fl-ilmijiet tal-Majjistral jistgħu jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-Ilmijiet tal-Majjistral u l-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett fl-Ilmijiet tal-Lbiċ jistgħu jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għall-Ilmijiet tal-Lbiċ. Dawk l-Istati Membri jistgħu wkoll flimkien jissottomettu rakkomandazzjonijiet konġunti għal dawk l-ilmijiet kollha f'daqqa. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ewwel darba mhux aktar tard mis-27 ta' Marzu 2020 u mbagħad 12-il xahar wara kull sottomissjoni tal-evalwazzjoni tal-pjan skont l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu wkoll jissottomettu tali rakkomandazzjonijiet meta jkun meħtieġ, b'mod partikolari fil-każ ta' xi bidla fis-sitwazzjoni ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, jew biex jindirizzaw b'mod determinat sitwazzjonijiet ta' emerġenza identifikati mill-parir xjentifiku l-aktar riċenti. Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti fir-rigward tal-miżuri li jikkonċernaw sena kalendarja partikolari għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena preċedenti.
3. Is-setgħat mogħtija skont l-Artikoli 9 u 13 u l-Artikolu 14(2) ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont dispożizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Unjoni, fosthom skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
KAPITOLU XI
EVALWAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI
Artikolu 17
Evalwazzjoni tal-pjan
Sas-27 ta' Marzu 2024, u wara dan, kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati u l-impatt tal-pjan fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u dwar is-sajd li jisfrutta lil dawk l-istokkijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.
Artikolu 18
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta'adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(1), fl-Artikoli 9 u 13 u fl-Artikolu 14(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mis-26 ta' Marzu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 1(1), fl-Artikoli 9 u 13 u fl-Artikolu 14(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikaha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 1(1), l-Artikoli 9 u 13 u l-Artikolu 14(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
KAPITOLU XII
APPOĠĠ MILL-FOND EWROPEW GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD
Artikolu 19
Appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Il-miżuri ta' waqfien temporanju adottati biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan għandhom jitqiesu bħala waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
KAPITOLU XIII
EMENDI TAR-REGOLAMENTI (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973
Artikolu 20
Emendi tar-Regolament (UE) 2016/1139
Ir-Regolament (UE) 2016/1139 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 japplikaw. Barra minn hekk japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 4 Miri 1. Il-mortalità mis-sajd fil-mira bi qbil mal-meded tal-FMSY iddefiniti fl-Artikolu 2 għandha tinkiseb kemm jista' jkun malajr, u fuq bażi progressivament inkrementali sal-2020 rigward l-istokkijiet elenkati fl-Artikolu 1(1), u minn dik is-sena 'l quddiem għandha tinżamm fil-meded tal-FMSY bi qbil ma' dan l-Artikolu. 2. Il-meded tal-FMSY ibbażati fuq il-pjan għandhom jintalbu b'mod partikolari mingħand l-ICES jew mingħand korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali. 3. Bi qbil mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta l-Kunsill jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal stokk partikolari, għandu jistabbilixxi dawk l-opportunitajiet fil-medda l-iktar baxxa tal-FMSY disponibbli f'dak iż-żmien għal dak l-istokk. 4. Minkejja dak li jinsab fil-paragrafi 1 u 3, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu ffissati f'livelli li huma aktar baxxi mill-meded tal-FMSY. 5. Minkejja dak li jinsab fil-paragrafi 3 u 4, l-opportunitajiet tas-sajd għal stokk jistgħu jiġu ffissati skont l-ogħla medda tal-FMSY disponibbli f'dak iż-żmien għal dak l-istokk, dejjem jekk l-istokk imsemmi fl-Artikolu 1(1) ikun ikbar mill MSY Btrigger:
6. Fi kwalunkwe każ, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati b'mod li jiżgura probabbiltà ta' inqas minn 5 % li l-bijomassa riproduttiva ta' stokk jinżel inqas mill-Blim.”; |
3. |
Fil-Kapitolu III, l-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 4: “Artikolu 4a Punti ta' referenza għall-konservazzjoni Il-punti ta' referenza għall-konservazzjoni li ġejjin għas-salvagwardja tal-kapaċità riproduttiva kollha tal-istokkijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) għandhom, abbażi tal-pjan, jintalbu mingħand l-ICES jew mingħand korp xjentifiku indipendenti simili rikonoxxut fil-livell tal-Unjoni jew f'dak internazzjonali:
|
4. |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Salvagwardji 1. Meta l-parir xjentifiku jindika li għal sena partikolari l-bijomassa riproduttiva ta' xi wħud mill-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tkun inqas mil-livell tal-MSY Btrigger, għandhom jiġu adottati l-miżuri ta' rimedju kollha biex jiżguraw ir-ripristinament malajr tal-istokk ikkonċernat għal livelli ogħla minn dawk li huma kapaċi jipproduċu l-MSY. B'mod partikolari, minkejja l-Artikolu 4(3), l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu ffissati f'livelli li jkunu konsistenti ma' mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset għal inqas mill-ogħla medda tal-FMSY, meta jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa. 2. Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa riproduttiva tal-istokk ta' xi wħud mill-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tkun inqas mil-livell Blim, għandhom jittieħdu aktar miżuri ta' rimedju biex jiżguraw ir-ripristinament malajr tal-istokk ikkonċernat għal livelli ogħla minn dawk li huma kapaċi jipproduċu l-MSY. B'mod partikolari, dawk il-miżuri ta' rimedju jistgħu jinkludu, minkejja l-Artikolu 4(3), is-sospensjoni tas-sajd fil-mira għall-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis xieraq tal-opportunitajiet tas-sajd. 3. Il-miżuri ta' rimedju msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jinkludu:
4. L-għażla tal-miżuri msemmijin f'dan l-Artikolu għandha ssir skont in-natura, is-serjetà, it-tul fiż-żmien u kemm tirrepeti ruħha s-sitwazzjoni li fiha l-bijomassa riproduttiva tal-istokk tkun inqas mil-livelli msemmijin fl-Artikolu 4a.”; |
(5) |
Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. L-obbligu ta' ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika għas-sajd rikreattiv, inkluż f'każijiet fejn il-Kunsill jistabbilixxi limiti għas-sajjieda rikreattivi.”; |
(6) |
Jitħassru l-Annessi I u II. |
Artikolu 21
Emendi tar-Regolament (UE) 2018/973
Ir-Regolament (UE) 2018/973 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. B'deroga mill-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 850/98, id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-iskampu (Nephrops norvegicus) fid-diviżjoni 3a tal-ICES huwa stabbilit għal 105 mm. Dan il-paragrafu għandu japplika sad-data li fiha l-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 850/98 ma jibqax japplika.”; |
2. |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11 Dispożizzjonijiet relatati mal-obbligu ta' ħatt l-art fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana 1. Għall-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet fil-Baħar tat-Tramuntana li għalihom japplika l-obbligu ta' ħatt l-art, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sabiex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji ta' dak l-obbligu kif previst fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. 2. L-obbligu ta' ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandux japplika għas-sajd rikreattiv, inkluż f'każijiet fejn il-Kunsill jistabbilixxi limiti fuq is-sajd rikreattiv skont l-Artikolu 10(4) ta' dan ir-Regolament.”. |
KAPITOLU XIV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Tħassir
1. Jitħassru r-Regolamenti li ġejjin:
(a) |
ir-Regolament (KE) Nru 811/2004; |
(b) |
ir-Regolament (KE) Nru 2166/2005; |
(c) |
ir-Regolament (KE) Nru 388/2006; |
(d) |
ir-Regolament (KE) Nru 509/2007; |
(e) |
ir-Regolament (KE) Nru 1300/2008. |
2. Ir-referenzi li jsiru għal dawn ir-Regolamenti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 440, 6.12.2018, p. 171.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 ... (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Marzu 2019.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(4) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004 tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi l-miżuri għall-irkupru tal-ħażna ta' marlozz tat-Tramuntana (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u l-awwista Norveġiża fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' speċijiet żgħar ta' ħlejjaq tal-baħar (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli ta' stokkijiet tal-lingwata fil-Bajja ta' Biskajja (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007 tas-7 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażniet tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent (ĠU L 122, 11.5.2007, p. 7).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 6).
(10) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(12) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(13) Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).
(14) Ir-Regolament (UE) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2016, p. 1).
(15) Ir-Regolament (UE) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art fil-Baħar tat-Tramuntana u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u (KE) Nru 1342/2008 (ĠU L 179, 16.7.2018, p. 1).
(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom l-intenzjoni li jirrevokaw l-għoti tas-setgħat għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament meta jadottaw regolament ġdid dwar miżuri tekniċi li jinkludi għoti ta' setgħa li jkopri l-istess miżuri.
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/18 |
REGOLAMENT (UE) 2019/473 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Marzu 2019
dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd
(kodifikazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (3) ġie emendat kemm-il darba (4) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi kkodifikat. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw kontroll, spezzjoni u infurzar tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd ikunu effettivi u li jikkoperaw flimkien u ma' pajjiżi terzi għal dak il-għan. |
(3) |
Sabiex jitwettqu dawk l-obbligi, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta' kontroll u spezzjoni fit-territorju tal-art tagħhom, f'ibħra tal-Unjoni u dawk internazzjonali, skont il-liġi internazzjonali u, b'mod partikolari, l-obbligi tal-Unjoni fil-qafas ta' organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali u taħt ftehim ma' pajjiżi terzi. |
(4) |
L-ebda skema ta' spezzjoni ma tista' tkun effettiva a paragun tan-nefqa mingħajr ma tipprovdi għal spezzjonijiet fuq l-art. Huwa għal dik ir-raġuni li territorju tal-art jenħtieġ li jkun kopert bi pjanijiet ta' skjerament konġunti. |
(5) |
Tali koperazzjoni, permezz tal-koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni, jenħtieġ li tkun ta' kontribut għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akwatiċi ħajjin kif ukoll tiżgura kundizzjonijiet indaqs għall-industrija tas-sajd involuta f'dan l-isfruttar u b'hekk tnaqqas id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
(6) |
Il-kontroll u l-ispezzjoni effettiva tas-sajd huma kkunsidrati bħala essenzjali biex jiġi miġġieled sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat. |
(7) |
Mingħajr preġudizzju għar-reponsabbiltajiet tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, hemm bżonn ta' korp tekniku u amministrattiv tal-Unjoni sabiex jorganizza koperazzjoni u kordinazzjoni bejn l-Istati Membri rigward kontroll u spezzjoni tas-sajd. |
(8) |
L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (“l-Aġenzija”) jenħtieġ li tkun f'pożizzjoni li tappoġġja l-implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta' kontroll tal-politika komuni tas-sajd, biex tkun żgurata l-organizzazzjoni tal-koperazzjoni operattiva, biex tingħata assistenza lill-Istati Membri u tiġi stabbilita unità ta' emerġenza fejn jiġi identifikat riskju serju għall-politika komuni tas-sajd. Jenħtieġ ukoll li tkun tista' tipprovdi lilha nfisha bit-tagħmir neċessarju biex twettaq pjanijiet ta' skjerament konġunti u biex tikkoopera fl-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE. |
(9) |
Huwa meħtieġ li l-Aġenzija, fuq talba tal-Kummissjoni, tkun kapaċi tassisti l-Unjoni u l-Istati Membri fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonjiet tas-sajd reġjonali jew it-tnejn, u li tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom fi ħdan il-qafas tal-obbligi internazzjonali tal- Unjoni. |
(10) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li ssir ħidma lejn l-applikazzjoni effettiva tal-proċeduri ta' spezzjoni tal-Unjoni. Matul iż-żmien l-Aġenzija tista' ssir sors ta' referenza għall-għajnuna xjentifika u teknika għall-kontroll u l-ispezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd. |
(11) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd, li għandha tipprovdi għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akwatiċi ħajjin fil-kuntest ta' żvilupp sostenibbli, l-Unjoni tadotta miżuri li jikkonċernaw il-konservazzjoni, l-immaniġġar u l-sfruttar ta' riżorsi akwatiċi ħajjin. |
(12) |
Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta' tali miżuri, jenħtieġ li jiġu użati mezzi adegwati ta' kontroll u infurzar mill-Istati Membri. Sabiex tali kontroll u infurzar isir aktar effettiv u effiċjenti, huwa xieraq li l-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u flimkien mal-Istati Membri kkonċernati, tadotta programmi speċifiċi ta' kontroll u spezzjoni. |
(13) |
Il-kordinazzjoni mill-Aġenzija tal-koperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri jenħtieġ li ssir abbażi ta' pjanijiet ta' skjerament konġunti, li jorganizzaw l-użu tal-mezzi disponibbli ta' kontroll u spezzjoni tal-Istati Membri kkonċernati sabiex jagħtu effett lill-programmi ta' kontroll u spezzjoni. L-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mill-Istati Membri jenħtieġ li jitwettqu bi qbil mal-kriterji, prijoritajiet, punti ta' riferenza, u proċeduri komuni dwar l-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni abbażi ta' dawk il-programmi. |
(14) |
L-adozzjoni ta' programm ta' kontroll u spezzjoni jobbliga lill-Istati Membri biex jipprovdu effettivament ir-riżorsi meħtieġa biex jitwettaq il-programm. Huwa meħtieġ għall-Istati Membri li jinnotifikaw mill-ewwel lill-Aġenzija bil-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li bihom għandhom l-intenzjoni li jeżegwixxu tali programm. Jenħtieġ li ma jinħolqu l-ebda obbligi addizzjonali, f'termini ta' kontroll, spezzjoni u infurzar jew fir-rigward ta' disponibbiltà ta' riżorsi meħtieġa f'dan il-kuntest, mill-pjanijiet skjerament konġunti. |
(15) |
Pjan ta' eżerċizzju konġunt jenħtieġ li jkun preparat mill-Aġenzija biss jekk ikun previst fil-programm ta' ħidma. |
(16) |
Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv, li jiżgura li jintlaħaq konsensus suffiċjenti, inkluż fit-tqabbil tal-kompiti previsti għall-Aġenzija fil-programm ta' ħidma u r-riżorsi disponibbli għall-Aġenzija, abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri. |
(17) |
Il-kompitu prinċipali tad-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ li jkun li jiżgura li fil-konsultazzjonijiet tiegħu mal-Membri tal-Bord u l-Istati Membri l-ambizzjonijiet stabbiliti fil-programm ta' ħidma għal kull sena jkunu jaqblu ma' riżorsi suffiċjenti biex jitwettaq il-programm ta' ħidma magħmula disponibbli għall-Aġenzija mill-Istati Membri. |
(18) |
Id-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ, b'mod partikolari, ifassal pjanijiet ta' skjerament preċiżi, billi juża r-riżorsi notifikati mill-Istati Membri, għat-twettiq ta' kull programm ta' kontroll u spezzjoni u jirrispetta r-regoli u l-għanijiet imniżżla fil-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni li fuqu huwa bbażat il-programm ta' skjerament konġunt, kif ukoll regoli relevanti oħra, bħal dawk relatati mal-Ispetturi tal-Unjoni. |
(19) |
F'dan il-kuntest, huwa meħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv jamministra ż-żminijiet b'tali mod li jagħti lill-Istati Membri żmien biżżejjed biex jipprovdu l-kummenti tagħhom, jibnu fuq il-kompetenza operattiva tagħhom, filwaqt li jibqgħu fi ħdan il-pjan ta' ħidma tal-Aġenzija u t-termini perentorji previsti f'dan ir-Regolament. Huwa meħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv jieħu kont tal-interess tal-Istati Membri konċernati fl-attivitajiet tas-sajd koperti minn kull pjan. Sabiex tiġi żgurata kordinazzjoni effiċjenti u fil-ħin tal-attivitajiet konġunti ta' kontroll u spezzjoni, huwa meħtieġ li tiġi provduta proċedura li tippermetti deċiżjoni dwar l-adozzjoni tal-pjanijiet meta ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim bejn l-Istati Membri konċernati. |
(20) |
Il-proċedura għat-tfassil u l-adozzjoni ta' pjanijiet ta' skjerament konġunti barra ibħra tal-Unjoni jenħtieġ li tkun simili għal dik li tikkonċerna l-ibħra tal-Unjoni. Il-bażi għal tali pjanijiet ta' skjerament konġunti jenħtieġ li jkun programm internazzjonali ta' kontroll u spezzjoni li jagħti effett lill-obbligi internazzjonali relatati ma' kontroll u spezzjoni li jorbot lill-Unjoni. |
(21) |
Għall-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' skjerament konġunti, l-Istati Membri konċernati jenħtieġ li jiġbru u jeżerċitaw il-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li huma impenjaw għal tali pjanijiet. L-Aġenzija jenħtieġ li tivvaluta jekk il-mezzi ta' kontroll u spezzjoni disponibbli humiex biżżejjed u, fejn xieraq, tinforma lill-Istati Membri konċernati u lill-Kummissjoni li l-mezzi mhumiex biżżejjed biex jitwettqu l-kompiti meħtieġa taħt il-programm ta' kontroll u spezzjoni. |
(22) |
Filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jirrispettaw l-obbligi tagħhom relatati ma' spezzjoni u kontroll, b'mod partikolari taħt il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Aġenzija jenħtieġ li ma jkollhiex s-setgħa li timponi obbligi addizzjonali permezz ta' pjanijiet ta' skjerament konġunti jew li tissanzjona Stati Membri. |
(23) |
L-Aġenzija jenħtieġ li tirrevedi perjodikament l-effettività tal-pjanijiet ta' skjerament konġunti. |
(24) |
Huwa xieraq li jiġi provdut għall-possibiltà li jiġu adottati regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi għall-adozzjoni u l-approvazzjoni ta' pjanijiet ta' skjerament konġunti. L-użu ta' din il-possibbiltà jista' jkun utli ladarba l-Aġenzija tkun bdiet topera u jekk id-Direttur Eżekuttiv jikkunsidra li tali regoli jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni. |
(25) |
L-Aġenzija jenħtieġ li jkollha d-dritt, meta hekk mitluba, li tipprovdi servizzi kuntrattwali relatati mal-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li għandhom jintużaw fl-iskjerament konġunt mill-Istati Membru konċernati. |
(26) |
Għall-iskop tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Aġenzija jenħtieġ li jiskambjaw informazzjoni rilevanti dwar il-kontroll u l-ispezzjoni permezz ta' network ta' informazzjoni. |
(27) |
L-istatus u l-istruttura tal-Aġenzija jenħtieġ li jaqblu man-natura oġġettiva tar-riżultati li hija maħsuba li tipproduċi u jenħtieġ li jippermettula li twettaq il-funzjonijiet tagħha f'koperazzjoni stretta mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni. B'konsegwenza, l-Aġenzija jenħtieġ li tingħata awtonomija legali, finanzjarja u amministrattiva filwaqt li fl-istess ħin iżżomm rabtiet stretti mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ u xieraq li l-Aġenzija tkun korp tal-Unjoni b'personalità legali u teżerċita s-setgħat li huma mogħtija lilha minn dan ir-Regolament. |
(28) |
Għar-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija, li hija regolata mil-liġi li tapplika għall-kuntratti finalizzati mill-Aġenzija, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jkollha ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ li tkun tinsab fil-kuntratt. Il-Qorti tal-Ġustizzja jenħtieġ li jkollha wkoll ġurisdizzjoni f'tilwim relatat mal-kumpens għal kwalunkwe dannu li joħroġ mir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Aġenzija skont il-prinċipji ġenerali li huma komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri. |
(29) |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu rappreżentati fi ħdan bord amministrattiv inkarigat li jiżgura t-tħaddim korrett u effettiv tal-Aġenzija. |
(30) |
Ladarba l-Aġenzija għandha twettaq l-obbligi tal-Unjoni u, fuq talba tal-Kummissjoni tikkopera ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali fi ħdan il-qafas tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, huwa xieraq li l-President tal-Bord Amministrattiv jenħtieġ li jkun elett minn fost ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni. |
(31) |
Arranġamenti dwar il-votazzjoni fil-Bord Amministrattiv jenħtieġ li jagħtu każ tal-interessi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fl-operat effettiv tal-Aġenzija. |
(32) |
Bord Konsultattiv jenħtieġ li jinħoloq sabiex jagħti parir lid-Direttur Eżekuttiv u jiżgura koperazzjoni stretta ma' partijiet interessati. |
(33) |
Huwa xieraq li ssir dispożizzjoni biex fid-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv jipparteċipa rappreżentant tal-Bord Konsultattiv mingħajr drittijiet ta' votazzjoni. |
(34) |
Huwa meħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-ħatra u r-revoka tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, kif ukoll għar-regoli li jirregolaw it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. |
(35) |
Sabiex jiġi promoss tħaddim trasparenti tal-Aġenzija, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jenħtieġ li japplika għall-Aġenzija mingħajr restrizzjonijiet. |
(36) |
Fl-interess tal-ħarsien tal-privatezza tal-individwi, ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jenħtieġ li japplika għal dan ir-Regolament. |
(37) |
Sabiex tkun garantita l-awtonomija funzjonali u l-indipendenza ta l-Aġenzija, jenħtieġ li tingħata baġit awtonomu li d-dħul tiegħu jiġi minn kontribut mill- Unjoni kif ukoll minn ħlasijiet għal servizzi kuntrattwali mogħtija mill-Aġenzija. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun applikabbli safejn għandhom x' jaqsmu l-kontribut tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor a karigu tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. L-awditjar tal-kontijiet jenħtieġ li jsir mill-Qorti tal-Awdituri. |
(38) |
Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni, u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jenħtieġ li japplikaw mingħajr ebda restrizzjoni għall-Aġenzija, li jenħtieġ li taderixxi mal-Ftehim Inter-istituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward ta' investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (9). |
(39) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
GĦAN U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Għan
Dan ir-Regolament jagħmel dispożizzjoni biex ikun hemm Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (“l-Aġenzija”), li l-għan tagħha huwa li torganizza l-kordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni tas-sajd mill-Istati Membri u li tgħinhom jikkoperaw sabiex jikkonformaw mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u uniformi tagħha.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“kontroll u spezzjoni” tfisser kwalunkwe miżura meħuda mill-Istati Membri, b'mod partikolari skont l-Artikoli 5, 11, 71, 91 u 117 u t-Titolu VII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (11) biex tikkontrolla u tispezzjona l-attivitajiet tas-sajd fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-politika komuni tas-sajd, inklużi l-attivitajiet ta' sorveljanza u monitoraġġ, bħal sistemi satellitari ta' monitoraġġ tal-bastimenti u skemi ta' osservaturi; |
(b) |
“mezzi ta' kontroll u spezzjoni” tfisser il-bastimenti ta' sorveljanza, inġenji tal-ajru, vetturi u riżorsi materjali oħra kif ukoll spetturi, osservaturi u riżorsi umani oħra użati mill-Istati Membri għall-kontroll u l-ispezzjoni; |
(c) |
“pjan ta' eżerċizzju konġunt” tfisser pjan li jistabbilixxi arranġamenti operattivi għall-użu ta' mezzi disponibbli ta' kontroll u spezzjoni; |
(d) |
“programm internazzjonali ta' kontroll u spezzjoni” tfisser programm li jistabbilixxi għanijiet, prijoritajiet komuni u proċeduri għal attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni biex jiġu implimentati obbligi internazzjonali tal-Kummissjoni relatati mal-kontroll u l-ispezzjoni; |
(e) |
“programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni” tfisser programm li jistabbilixxi għanijiet, prijoritajiet u proċeduri komuni għal attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni stabbiliti bi qbil mal-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; |
(f) |
“attività ta' sajd” tfisser l-attivitajiet ta' sajd kif definiti fil-punt 28 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013; |
(g) |
“spetturi tal-Unjoni” tfisser l-ispetturi inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
KAPITOLU II
IL-MISSJONI U L-KOMPITI TAL-AĠENZIJA
Artikolu 3
Missjoni
Il-missjoni tal-Aġenzija għandha tkun:
(a) |
li tikkordina l-kontroll u l-ispezzjoni minn Stati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-obbligi ta' kontroll u spezzjoni tal-Unjoni; |
(b) |
li tikkordina l-użu tal-mezzi nazzjonali ta' kontroll u spezzjoni miġbura mill-Istati Membri kkonċernati skont dan ir-Regolament; |
(c) |
li tkun ta' assistenza għall-Istati Membri fir-rappurtar ta' informazzjoni dwar attivitajiet ta' sajd u attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni lill-Kummissjoni u partijiet terzi; |
(d) |
li, fil-qasam tal-kompetenzi tagħha, tkun ta' assistenza għall-Istati Membri biex iwettqu l-kompiti u l-obbligi tagħhom skont ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd; |
(e) |
li tkun ta' assistenza għall-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-armonizzazzjoni tal-applikazzjoni tal-politika komuni tas-sajd f'kull parti tal-Unjoni; |
(f) |
li tagħti kontribut fix-xogħol tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fil-qasam tar-riċerka u żvilupp ta' tekniki ta' kontroll u spezzjoni; |
(g) |
li tagħti kontribut għall-kordinazzjoni ta' taħriġ għal spetturi u l-iskambju ta' esperjenza bejn l-Istati Membri; |
(h) |
li tikkoordina l-operazzjonijiet biex jiġi miġġieled sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (“IUU”) skont ir-regoli tal-Unjoni; |
(i) |
li tassisti fl-implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta' kontroll tal-politika komuni tas-sajd, inkluż b'mod partikolari:
|
(j) |
li tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), kull waħda skont il-mandat tagħha, biex tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta kif stabbilit fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, billi tagħtihom servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ u billi tikkoordina operazzjonijiet li jaqdu aktar minn għan wieħed. |
Artikolu 4
Kompiti relatati mal-obbligi internazzjonali tal- Unjoni relatati mal-kontroll u l-ispezzjoni
1. L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni:
(a) |
tkun ta' assistenza għall-Unjoni u l-Istati Membri fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet tas-sajd reġjonali internazzjonali li tagħhom l-Unjoni hija membru; |
(b) |
tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-organizzazzjonijiet tas-sajd internazzjonali reġjonali rigward l-obbligi ta' kontroll u spezzjoni tal- Unjoni fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' tali korpi. |
2. L-Aġenzija tista', fuq talba tal-Kummissjoni, tikkopera mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kontroll u spezzjoni fil-qafas ta' ftehim konklużi bejn l-Unjoni u tali pajjiżi terzi.
3. L-Aġenzija tista', fi ħdan il-qasam ta' kompetenza tagħha, twettaq, f'isem l-Istati Membri, il-kompiti li jaqgħu taħt ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd li l-Unjoni tifforma parti minnhom.
Artikolu 5
Kompiti relatati mal-koordinazzjoni operattiva
1. Il-koordinazzjoni operattiva mill-Aġenzija għandha tkopri l-kontroll tal-attivitajiet kollha koperti mill-politika komuni tas-sajd.
2. Għal għanijiet ta' koordinazzjoni operattiva, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi pjanijiet ta' skjerament konġunti u torganiżża kordinazzjoni operattiva ta' kontroll u spezzjoni mill-Istati Membri skont il-Kapitolu III.
3. Għall-fini tat-tisħieħ tal-koordinazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija tista' tistabbilixxi pjanijiet operattivi mal-Istati Membri kkonċernati u tikkoordina l-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 6
L-għoti ta' servizzi kuntrattwali lil Stati Membri
Fuq talba ta' Stati Membri, l-Aġenzija tista' tipprovdi servizzi kuntrattwali, li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll u l-ispezzjoni f'relazzjoni mal-obbligi tagħhom rigward is-sajd fl-Unjoni u/jew f'ibħra internazzjonali, inkluż il-kiri, l-operat u l-għoti ta' persunal għall-pjattaformi ta' kontroll u spezzjoni u l-forniment ta' osservaturi għal operazzjonijiet konġunti mill-Istati Membri konċernati.
Artikolu 7
Assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri
L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġi żgurat li jiġu ssodisfatti l-obbligi tagħhom fl-ogħla livell, uniformi u effikaċi, skont ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd, inkluża rigward il-ġlieda kontra s-sajd IUU, u tassistihom fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi. L-Aġenzija għandha b'mod partikolari:
(a) |
tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu ċentrali għat-taħriġ tal-għalliema fl-ispettorat tas-sajd tal-Istati Membri u tipprovdi korsijiet ta' taħriġ u seminars addizzjonali għal dawk l-uffiċjali u persunal ieħor involvuti fl-attivitajiet ta' kontroll u ta' spezzjoni; |
(b) |
tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu ċentrali għat-taħriġ tal-ispetturi tal-Unjoni qabel l-ewwel skjerament tagħhom u tipprovdi taħriġ u seminars addizzjonali aġġornati fuq bażi regolari għal dawk l-uffiċjali; |
(c) |
fuq it-talba tal-Istati Membri, timpenja lilha nnifisha fl-akkwist konġunt tal-oġġetti u s-servizzi relatati mal-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni mill-Istati Membri kif ukoll tipprepara u tikoordina l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-proġetti pilota konġunti; |
(d) |
tipprepara proċeduri operattivi konġunti relatati mal-attivitajiet ta' kontroll u ispezzjoni konġunti li jimpenjaw żewġ Stati Membri jew aktar; |
(e) |
telabora kriterji għall-iskambju tal-mezzi ta' kontroll u ta' spezzjoni bejn l-Istati Membri u bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, u għall-provvista ta' dawk il-mezzi mill-tati Membri; |
(f) |
tagħmel analiżi tar-riskju abbażi ta' data tas-sajd dwar il-qabdiet, l-iżbarki u l-isforz tas-sajd, kif ukoll analiżi tar-riskju tal-iżbarki mhux rapportati inkluż fost l-oħrajn paragun tad-data dwar il-qabdiet u l-importazzjonijiet mad-data dwar l-esportazzjonijiet u dwar il-konsum nazzjonali; |
(g) |
fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri, tiżviluppa metodoloġiji u proċeduri komuni ta' spezzjoni; |
(h) |
tassisti lill-Istati Membri, fuq it-talba tagħhom, biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tal-Unjoni kif ukoll dawk internazzjonali, inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU, u dawk li jirriżultaw fil-kuntest tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd; |
(i) |
tippromwovi u tikkoordina l-iżvilupp ta' metodoloġiji uniformi ta' ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-kompetenza tagħha; |
(j) |
tikkoordina u tippromwovi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, u l-istandards komuni għall-iżvilupp ta' pjani għat-teħid ta' kampjuni kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009. |
Artikolu 8
Koperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta
1. L-Aġenzija għandha, f'koperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u, meta jkun xieraq, fil-livell internazzjonali permezz:
(a) |
tal-kondiviżjoni, tal-fużjoni u tal-analiżi ta' informazzjoni disponibbli fis-sistemi ta' rapportar tal-bastimenti u sistemi oħra ta' informazzjoni ospitati minn jew aċċessibbli għal dawk l-aġenziji, f'konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda ta' data mill-Istati Membri; |
(b) |
tal-għoti ta' servizzi ta' sorveljanza u ta' komunikazzjoni bbażati fuq l-aħħar teknoloġija, inklużi l-infrastruttura fl-ispazju u fuq l-art u s-sensuri mmuntati fuq kwalunkwe tip ta' pjattaforma; |
(c) |
tal-bini tal-kapaċità billi tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet u billi jiġu stabbiliti l-aħjar prattiki, kif ukoll billi tipprovdi taħriġ u skambju tal-persunal; |
(d) |
tat-tisħiħ tal-iskambju tal-informazzjoni u tal-koperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta inkluż permezz tal-analiżi tal-isfidi operazzjonali u r-riskji emerġenti fil-qasam marittimu; |
(e) |
tal-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet permezz tal-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet li jaqdu iktar minn għan wieħed, u l-kondiviżjoni ta' assi u kapaċitajiet oħra, sal-punt li dawk l-attivitajiet ikunu kkoordinati minn dawk l-aġenziji u jkun hemm qbil dwarhom mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
2. Il-forom preċiżi tal-koperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom jiġu ddeterminati f'arranġament ta' ħidma, f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u mar-regoli finanzjarji applikabbli għal dawk l-aġenziji. Tali arranġament għandu jiġi approvat mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija, mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mill-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima.
3. Il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, tagħmel disponibbli manwal prattiku dwar il-koperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta. Dak il-manwal prattiku għandu jkun fih linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-iskambju ta' informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal fil-forma ta' rakkomandazzjoni.
KAPITOLU III
KOORDINAZZJONI OPERATTIVA
Artikolu 9
Implimentazzjoni ta' obbligi tal-Unjoni relatati ma' kontroll u spezzjoni
1. L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tikkoordina attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni minn Stati Membri abbażi tal-programmi internazzjonali ta' kontroll u spezzjoni billi tistabbilixxi pjanijiet ta' skjerament konġunti.
2. L-Aġenzija tista' takkwista jew tikri (rent jew charter) t-tagħmir li hu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' skjerament konġunti msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 10
L-implimentazzjoni ta' programmi ta' spezzjoni u kontroll speċifiċi
1. L-Aġenzija għandha tikkoordina l-implimentazzjoni tal-programmi ta' kontroll u spezzjoni speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 permezz ta' pjanijiet ta' skjerament konġunti.
2. L-Aġenzija tista' takkwista, tikri (rent jew charter) it-tagħmir li hu meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' skjerament konġunti msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 11
Kontenut tal-pjanijiet ta' skjerament konġunti
Kull pjan ta' skjerament konġunt għandu:
(a) |
iwettaq ir-rekwiżiti tal-programm rilevanti ta' kontroll u spezzjoni; |
(b) |
japplika l-kriterji, punti ta' referenza, prijoritajiet u proċeduri ta' spezzjoni komuni determinati mill-Kummissjoni fil-programmi ta' kontroll u spezzjoni; |
(c) |
ifittex li jqabbel il-mezzi eżistenti nazzjonali ta' kontroll u spezzjoni komunikati skont l-Artikolu 12(2), mal-ħtiġijiet, u jorganizza l-użu tagħhom; |
(d) |
jorganizza l-użu tar-riżorsi umani u materjali, fir-rigward tal-perijodi u żoni li fihom huma jridu jiġu użati, inkluż l-operat tat-timijiet ta' spetturi tal-Unjoni minn aktar minn Stat Membru wieħed; |
(e) |
jieħu kont tal-obbligi eżistenti tal-Istati Membri kkonċernati rigward pjanijiet ta' skjerament konġunti oħra, kif ukoll kwalunkwe restrizzjoni speċifika reġjonali jew lokali; |
(f) |
jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom il-mezzi ta' kontroll u spezzjoni ta' Stat Membru jistgħu jidħlu fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovrenità u l-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru ieħor. |
Artikolu 12
Notifika ta' mezzi ta' kontroll u spezzjoni
1. L-Istati Membri għandhom kull sena qabel il-15 ta' Ottubru, jgħarrfu lill-Aġenzija bil-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li għandha disponibbli għall-iskop ta' kontroll u spezzjoni għas-sena ta' wara.
2. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Aġenzija dwar il-mezzi li bihom għandu l-ħsieb iwettaq il-programm internazzjonali ta' kontroll u spezzjoni jew il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni li jikkonċernah, mhux aktar tard minn xahar min-notifika lill-Istati Membri bid-Deċiżjoni li tistabbilixxi kwalunkwe programm bħal dan.
Artikolu 13
Proċedura għall-adozzjoni ta' pjanijiet ta' skjerament konġunti
1. Abbażi tan-notifiki previsti fl-Artikolu 12(2) u fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi dawk in-notifiki, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jistabbilixxi abbozz ta' pjan ta' eżerċizzju kongunt b'konsultazzjoni mal-Istati Membri konċernati.
2. L-abbozz tal-pjan ta' eżerċizzju konġunt għandu jidentifika l-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li jistgħu jinġabru sabiex jiġi mplimentat il-programm ta' kontroll u spezzjoni li għalih jirreferi l-pjan, abbażi tal-interess tal-Istati Membri kkonċernati fl-attivita ta' sajd relevanti.
L-interess ta' Stat Membru f'attivita ta' sajd għandu jiġi stmat b'referenza għall-kriterji li ġejjin, li l-piż relattiv tagħhom għandu jiddependi fuq il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull pjan:
(a) |
l-ammont relattiv tal-ibħra soġġetti għas-sovranità u l-ġurisdizzjoni tiegħu, jekk jeżistu, li huma koperti mill-pjan ta' eżerċizzju konġunt; |
(b) |
il-kwantità ta' ħut imtella' l-art fuq it-territorju tiegħu f'perijodu ta' riferenza mogħti bħala proporzjoni tat-tlugħ l-art ta' ħut totali mill-attività ta' sajd li hija soġġetta għall-pjan ta' skjerament konġunt; |
(c) |
in-numru relattiv tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tiegħu (is-saħħa tal-magna u t-tunnellaġġ gross) li huma involuti fl-attività tas-sajd li hija soġġetta għall-pjan ta' skjerament konġunt fir-rigward tan-numru totali ta' bastimenti li huma involuti f'dik l-attivita ta' sajd; |
(d) |
id-daqs relattiv tal-allokazzjoni tal-kwota tiegħu jew, fin-nuqqas ta' kwota, il-qabda f'perijodu ta' referenza mogħti fir-rigward ta' dik l-attivita ta' sajd. |
3. Jekk, fil-proċess ta' tħejjija ta'abbozz ta' pjan ta' skjerament konġunt, jidher ċar li ma hemmx biżżejjed mezzi disponibbli ta' kontroll u spezzjoni biex jitwettqu l-ħtiġijiet tal-programm ta' kontroll u spezzjoni rilevanti, id-Direttur Eżekuttiv għandu mill-ewwel jinnotifika lill-Istati Membri konċernati u lill-Kummissjoni.
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika l-abbozz tal-pjan ta' skjerament konġunt lill-Istati Membri konċernati u lill-Kummissjoni. Jekk, fi żmien ħmistax-il jum ta' xogħol minn dik in-notifika, l-Istati Membri konċernati jew il-Kummissjoni ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jadotta l-pjan.
5. Jekk wieħed mill-Istati Membri konċernati jew aktar jew il-Kummissjoni jagħmlu oġġezzjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kwalunkwe aġġustament meħtieġ għall-pjan u tadottah skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
6. Kull pjan ta' eżerċizzju konġunt għandu jkun soġġett għal analiżi annwali mill-Aġenzija b'konsultazzjoni mal-Istati Membri konċernati biex jiġi kkunsidrat kwalunkwe programm ta' kontroll u spezzjoni ġdid li għalih l-Istati Membri kkonċernati huma soġġetti u kwalunkwe prijorità determinata mill-Kummissjoni fil-programmi ta' kontroll u spezzjoni.
Artikolu 14
Implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' skjerament konġunti
1. Attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni konġunti għandhom jitwettqu abbażi tal-pjanijiet ta' skjerament konġunti.
2. L-Istati Membri kkonċernati minn pjan ta' skjerament konġunt għandhom:
(a) |
jagħmlu disponibbli dawk il-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li huma marbuta mal-pjan ta' skjerament konġunt; |
(b) |
jaħtru punt wieħed nazzjonali ta' kuntatt/koordinatur, li għandu jingħata setgħa suffiċjenti biex iwieġeb fil-ħin għal talbiet mill-Aġenzija li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni tal-pjan ta' skjrament konġunt, u jinnotifikaw lill-Aġenzija b'dan; |
(c) |
jiskjeraw il-mezzi kollettivi tagħhom ta' kontroll u spezzjoni skont il-pjan ta' skjerament konġunt u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 4; |
(d) |
jipprovdu lill-Aġenzija aċċess on-line għall-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' skjerament konġunt; |
(e) |
jikkoperaw mal-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' skjermanet konġunt; |
(f) |
jiżguraw li kwalunkwe mezz ta' kontroll u spezzjoni, assenjat lil pjan ta' skjerament konġunt tal-Unjoni, ijwettaq l-attivitajiet tiegħu skont ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fi ħdan il-qafas ta' pjan ta' skjerament konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 13, il-kmand u l-kontroll tal-mezzi ta' kontroll u spezzjoni li ġew impenjati għal pjan ta' skjerament konġunt għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont il-liġi nazzjonali.
4. Id-Direttur Eżekuttiv jista' jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' pjan ta' skjerament konġunt adottat taħt l-Artikolu 13. Tali rekwiżiti għandhom jibqgħu fil-limiti ta' dak il-pjan.
Artikolu 15
Evalwazzjoni tal-pjanijiet ta' skjerament konġunti
L-Aġenzija għandha twettaq evalwazzjoni annwali tal-effikaċja ta' kull pjan ta' skjerament konġunt, kif ukoll analiżi, abbażi ta l- evidenza disponibbli, tal-eżistenza ta' riskju li l-attivitajiet ta' sajd ma jkunux konformi mal-miżuri ta' kontroll applikabbli. Tali evalwazzjonijiet għandhom jiġu komunikati minnufih lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.
Artikolu 16
Attivitajiet ta' sajd li mhumiex soġġetti għal programmi ta' kontroll u spezzjoni
Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex tikkoordina l-iskjerament tal-mezzi ta' kontroll u spezzjoni tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam ma' attivita ta' sajd jew qasam li mhuwiex soġġett għal programm ta' kontroll u spezzjoni. Tali koordinazzjoni għandha sseħħ skont kriterji u prijoritajiet ta' kontroll u spezzjoni miftehma bejn l-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 17
Network ta' informazzjoni
1. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni rilevanti disponibbli għalihom rigward l-attivitajiet ta' kontroll u spezzjoni konġunti fi ħdan l-ibħra tal-Unjoni u dawk internazzjonali.
2. Kull awtorità kompetenti nazzjonali għandha tieħu miżuri, skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, biex tiżgura kunfidenzjalità xierqa tal-informazzjoni li tirċievi, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu skont l-Artikoli 112 u 113 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 18
Regoli dettaljati
Regoli dettaljati, għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Dawn ir-regoli jistgħu jkopru, b'mod partikolari, l-proċeduri għat-tħejjija u l-adozzjoni tal-abbozz tal-pjanijiet ta' skjerament konġunti.
KAPITOLU IV
KOMPETENZA TAL-AĠENZIJA
Artikolu 19
Ħatra ta' uffiċjali tal-Aġenzija bħala spetturi tal-Unjoni
L-uffiċjali tal-Aġenzija jistgħu jiġu assenjati f'ilmijiet internazzjonali bħala spetturi tal-Unjoni skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.
Artikolu 20
Miżuri tal-Aġenzija
L-Aġenzija għandha, fejn adatt:
(a) |
toħroġ manwali dwar l-istandards armonizzati tal-ispezzjonijiet; |
(b) |
tiżviluppa materjal ta' gwida li jirrifletti l-aħjar prattiki fil-qasam tal-kontroll tal-politika komuni tas-sajd, inkluż dwar it-taħriġ ta' uffiċjali tal-kontroll, u taġġorna tali materjal fuq bażi regolari; |
(c) |
tipprovdi lill-Kummissjoni bl-appoġġ tekniku u amministrattiv meħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha. |
Artikolu 21
Koperazzjoni
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw mal-Aġenzija u jagħtuha l-assistenza meħtieġa għall-qadi tal-missjoni tagħha.
2. B'konsiderazzjoni tas-sistemi legali differenti fl-Istati Membri individwali, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejnhom u l-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' standards armonizzati għall-kontroll, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u b'konsiderazzjoni tal-aqwa prattiki fl-Istati Membri u l-istandards internazzjonali maqbulin.
Artikolu 22
Unità ta' emerġenza
1. Fejn il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta' mill-anqas żewġ Stati Membri, tidentifika sitwazzjoni li tinvolvi riskju serju dirett, indirett jew potenzjali għall-politika komuni tas-sajd, u dak ir-riskju ma jistax jiġi pprevenut, eliminat jew imnaqqas b'mezzi eżistenti jew ma' jistax jiġi ġestit b'mod adegwat, l-Aġenzija għandha tiġi notifikata immedjatament.
2. L-Aġenzija li taġixxi fuq notifika mill-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess għandha immedjatament twaqqaf unità ta' emerġenza u tinforma lill-Kummissjoni.
Artikolu 23
Kompiti tal-unità ta' emerġenza
1. L-unità ta' emerġenza stabbilita mill-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-ġbir u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha u l-identifikazzjoni tal-alternattivi disponibbli għall-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskju għall-politika komuni tas-sajd bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli.
2. L-unità ta' emerġenza tista' titlob l-assistenza ta' kwalunkwe awtorità pubblika jew persuna privata li tqis li l-esperjenza professjonali tagħhom hija neċessarja biex ikun hemm reazzjoni effikaċi għall-emerġenza.
3. L-Aġenzija għandha tiżgura l-koordinazzjoni meħtieġa biex tirreaġixxi b'mod adegwat u opportun għall-emerġenza.
4. L-unità ta' emerġenza, fejn adatt, għandha żżomm lill-pubbliku informat dwar ir-riskji involuti u l-miżuri meħudin.
Artikolu 24
Programm ta' ħidma pluriennali
1. Il-programm ta' ħidma pluriennali tal-Aġenzija għandu jistabbilixxi l-għanijiet ġenerali, il-mandat, il-kompiti, l-indikaturi tar-rendiment u l-prijoritajiet għal kull azzjoni tal-Aġenzija għal perijodu ta' ħames snin. Għandu jinkludi preżentazzjoni tal-pjan ta' politika tal-persunal u stima tal-approprjazzjonijiet tal-baġit li għandhom ikunu disponibbli għall-kisba tal-għanijiet għal dak il-perjodu ta' ħames snin.
2. Il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jiġi ppreżentat skont is-sistema u l-metodoloġija tal-ġestjoni msejsa fuq l-attività żviluppata mill-Kummissjoni. Dan għandu jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv.
3. Il-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 32(2)(c) għandu jirreferi għall-programm ta' ħidma pluriennali. Dan għandu jindika b'mod ċar żidiet, bidliet jew tħassir li jsir meta mqabbel mal-programm ta' ħidma tas-sena preċedenti, u l-progress miksub fil-kisba tal-għanijiet ġenerali u l-prijoritajiet tal-programm ta' ħidma pluriennali.
Artikolu 25
Koperazzjoni fl-affarijiet marittimi
L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE, u b'mod partikolari tikkonkludi ftehimiet amministrattivi ma' entitajiet oħra fi kwistjonijiet li jidħlu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, wara l-approvazzjoni mill-Bord Amministrattiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri b'dan fi stadju bikri tan-negozjati.
Artikolu 26
Regoli dettaljati
Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
Dawk ir-regoli jistgħu jkopru, b'mod partikolari, t-tħejjija tal-pjani ta' reazzjoni għall-emerġenzi, l-istabbiliment ta' unità ta' emerġenza u l-proċeduri prattiċi li għandhom jiġu applikati.
KAPITOLU V
STRUTTURA INTERNA U TĦADDIM
Artikolu 27
Status legali u l-uffiċċju prinċipali
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Għandha jkollha personalità ġuridika.
2. F' kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi minn kompetenza legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom. Tista', b' mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli, u tista' tkun parti fi proċedimenti legali.
3. L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha.
4. Is-sede tal-Aġenzija għandha tkun f'Vigo, fi Spanja.
Artikolu 28
Persunal
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68 (14) u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u Kondizzjonjiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija. Il-Bord Amministrattiv, fi ftehim mal-Kummissjoni, għandu jadotta r-regoli dettaljati meħtieġa ta' applikazzjoni.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39, is-setgħat mogħtija lill-awtorità li taħtar mir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra għandhom ikunu eżerċitati mill-Aġenzija fir-rigward tal-persunal tagħha stess.
3. Il-persunal tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn uffiċjali assenjati jew sekondati mill-Kummissjoni fuq bażi temporanja u minn persunal ieħor impjegat mill-Aġenzija kif meħtieġ biex iwettqu il-kompiti tagħha.
L-Aġenzija tista' ukoll tħaddem uffiċjali sekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja.
Artikolu 29
Privileġġi u Immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija.
Artikolu 30
Responsabbiltá
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tiġi regolata mil-liġi li tapplika għall-kuntratt ikkonċernat.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha jkollha ġurisdizzjoni li tagħti ġudizzju skont kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ li tinsab fil-kuntratt finalizzat mill-Aġenzija.
3. F'każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skont il-prinċipji ġenerali, komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull ħsara kkawżata minnha jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta' dmirijiethom. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha ġurisdizzjoni f'kull tilwima relatata ma' kumpens għal tali ħsara.
4. Ir-responsabbiltà personali tal-impjegati tagħha lejn l-Aġenzija għandha tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kondizzjonijiet ta' impieg applikabbli għalihom.
Artikolu 31
Lingwi
1. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 (15) għandhom japplikaw għall-Aġenzija.
2. Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu provduti miċ-Ċentru ta' Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 32
Ħolqien u setgħat tal-Bord Amministrattiv
1. L-Aġenzija għandha jkollha Bord Amministrattiv.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu:
(a) |
jaħtar u jirrevoka n-nomina tad-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 39; |
(b) |
jadotta, sat-30 ta' April ta' kull sena, ir-rapport ġenerali tal-Aġenzija għas-sena ta' qabel, u jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jkun pubbliku; |
(c) |
jadotta sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, il-programm ta' ħidma tal-Aġenzija għas-sena ta' wara u jgħaddih lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Il-programm ta' ħidma għandu jkun fih il-prijoritajiet tal-Aġenzija. Għandu jagħti prijorità lid-dmirijiet tal-Aġenzija relatati ma' programmi ta' kontroll u sorveljanza. Għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali tal-baġit tal-Unjoni. Fejn il-Kummissjoni tesprimi, fi żmien 30 ġurnata mid-data tal-adozzjoni tal-programm ta' ħidma, in-nuqqas ta' qbil tagħha ma' dak il-programm, il-Bord Amministrattiv għandu jerġa jeżamina l-programm u jadottah, possibilment emendat, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari; |
(d) |
jadotta l-baġit finali tal-Aġenzija qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, jaġġustah, fejn meħtieġ, skont il-kontribut tal-Unjoni u kwalunkwe dħul ieħor tal-Aġenzija. |
(e) |
iwettaq dmirijietu fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija skont l-Artikoli 44, 45 u 47; |
(f) |
jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv; |
(g) |
jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu li jistgħu jipprovdu għat-twaqqif ta' sottokumitati tal-Bord Amminsitrattiv kif ikun meħtieġ; |
(h) |
jadotta l-proċeduri meħtieġa biex l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha. |
Artikolu 33
Kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u sitt rappreżentanti tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu d-dritt jaħtar membru wieħed. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru sostituti għal kull membru li jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu.
2. Il-membri tal-bord għandhom jinħatru abbażi tal-livell tagħhom ta' esperjenza rilevanti u għarfien fil-qasam tal-kontroll u spezzjoni tas-sajd.
3. Il-mandat ta' kull membru għandu jkun ta' ħames snin mid-data tal-ħatra. Il-mandat jista' jiġġedded.
Artikolu 34
Presidenza tal-Bord Amministrattiv
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar President minn fost ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar Deputat President minn fost il-membri tiegħu. Id-Deputat President għandu awtomatikament jieħu post il-President jekk hu ma jkunx jista' jwettaq id-doveri tiegħu.
2. Il-mandati tal-President u tad-Deputat President għandhom ikunu ta' tliet snin u għandhom jiskadu meta ma jibqgħux membri tal-Bord Ammistrattiv. Il-mandat tagħhom għandu jkun jista' jiġġedded darba.
Artikolu 35
Laqgħat
1. Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu mill-President tiegħu. L-aġenda għandha tiġi determinata mill-President, li għandu jqis il-proposti tal-membri tal-Bord Amministrattiv u tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.
2. Id-Direttur Eżekuttiv u r-rappreżentant maħtur mill-Bord Konsultattiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet mingħajr id-dritt għal vot.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħmel laqgħa ordinarja mill-inqas darba fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President jew fuq talba tal-Kummissjoni jew ta' terz tal-Istati Membri rappreżentati fuq il-Bord Amministrattiv.
4. Meta jkun hemm kwistjoni ta' kunfidenzjalità jew kunflitt ta' interess, il-Bord Amministrattiv jista' jiddeċiedi li jeżamina punti speċifiċi fl-aġenda tiegħu mingħajr il-preżenza tar-rappreżentant maħtur mill-Bord Konsultattiv. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni jistgħu jiġu stabbiliti fir-regoli tal-proċedura.
5. Il-Bord Amministrattiv jista' jistieden kwalunkwe persuna li l-fehma tagħha tista' tkun ta' interess biex tattendi għal-laqgħat bħala osservatur.
6. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-regoli ta' proċedura tiegħu, jkunu assistiti minn konsulenti jew esperti.
7. Is-segretarjat tal-Bord Amministrattiv għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.
Artikolu 36
Votazzjoni
1. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta' maġġoranza assoluta tal-voti.
2. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fl-assenza ta' xi membru, is-sostitut tiegħu għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt li jivvota.
3. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet għal membru biex jaġixxi għan-nom ta' membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtieġa għal quorum, fejn xieraq.
Artikolu 37
Dikjarazzjoni ta' interessi
Il-membri tal-Bord Amministrattiv għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta' interessi fejn jindikaw in-nuqqas ta' kwalunkwe interess li jista' jippreġudika l-indipendenza tagħhom, jew kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista' jitqies ta' ħsara għall-indipendenza tagħhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru kull sena bil-miktub jew kull meta jista' jkun hemm konflitt ta' interess fir-rigward tal-punti ta' fuq l-aġenda. Fil-każ tal-aħħar, il-membru kkonċernat m'għandux ikollu d-dritt li jivvota fuq kwalunkwe minn dawk il-punti.
Artikolu 38
Dmirijiet u setgħat tad-Direttur Eżekuttiv
1. L-Aġenzija għandha titmexxa mid-Direttur Eżekuttiv tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv m'għandux la jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew korp ieħor.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu, fit-twettiq ta' dmirijietu, jagħti effett lill-prinċipji tal-politika komuni tas-sajd.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu d-drittijiet u s-setgħat li ġejjin:
(a) |
għandu jħejji l-abbozz tal-programm ta' ħidma u jippreżentah lill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri. Għandu jieħu l-passi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma fi ħdan il-limiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, mir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u minn kwalunkwe liġi applikabbli oħra; |
(b) |
għandu jieħu l-passi meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' avviżi, sabiex jiżgura l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Aġenzija skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
għandu jieħu l-passi meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltajiet tal-Aġenzija skont il-Kapitoli II u III, li jinkludu l-kiri u l-operat permezz ta' mezzi ta' kontroll u spezzjoni u t-tħaddim ta' network ta' informazzjoni; |
(d) |
għandu jwieġeb għal talbiet mill-Kummissjoni u talbiet għall-għajnuna minn Stat Membru, skont l-Artikoli 6, 7 u 16; |
(e) |
għandu jorganizza sistema effettiva ta' monitoraġġ biex ikun jista' jqabbel il-kisbiet tal-Aġenzija mal-għanijiet operattivi tagħha. Fuq din il-bażi, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara abbozz ta' rapport ġenerali kull sena u jissottomettih lill-Bord Amministrattiv. Għandu jistabbilixxi proċeduri ta' evalwazzjoni regolari li jilħqu standards professjonali rikonoxxuti; |
(f) |
għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal is-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 28(2); |
(g) |
għandu jfassal estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija skont l-Artikolu 44, u għandu jimplimenta il-baġit skont l-Artikolu 45. |
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mill-attivitajiet tiegħu lill-Bord Amministrattiv.
Artikolu 39
Ħatra u revoka tad-Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv, skont il-mertu u l-esperjenza rilevanti dokumentata fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd u l-kontroll u l-ispezzjoni ta' attivitajiet tas-sajd, minn lista ta' mill-inqas żewġ kandidati proposti mill-Kummissjoni wara proċedura ta' għażla, wara li jkun ġie ppubblikat avviż ta' sejħa għall-espressjoni ta' interess fuq Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u xi mkien ieħor.
2. Is-setgħa tar-revoka tan-nomina tad-Direttur Eżekuttiv għandha tkun f'idejn il-Bord Amministrattiv. Il-Bord għandu jiddelibera fuq tali punt fuq talba tal-Kummissjoni jew ta' terz tal-membri tagħha.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 b'żewġ terzi tal-maġġoranza tal-membri.
4. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Il-mandat jista' jiġi estiż darba għal ħames snin oħra fuq proposta tal-Kummissjoni, u dik l-estensjoni għandha tkun approvata b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord Amministrattiv.
Artikolu 40
Il-Bord Konsultattiv
1. Il-Bord Konsultattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali previsti fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi ta' rappreżentant wieħed maħtur minn kull Kunsill Konsultattiv Reġjonali. Ir-rappreżentanti jistgħu jiġu mibdula bis-sostitwiti, maħtura fl-istess ħin.
2. Il-membri tal-Bord Konsultattiv ma għandhomx ikunu membri tal-Bord Amministrattiv.
Il-Bord Konsultattiv għandu jaħtar wieħed mill-membri tiegħu biex jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord Amministrattiv mingħajr id-dritt għal vot.
3. Il-Bord Konsultattiv għandu, fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv, jagħtih parir waqt it-twettiq ta' dmirijietu skont dan ir-Regolament.
4. Il-Bord Konsultattiv għandu jkun presedut mid-Direttur Eżekuttiv. Għandu jiltaqa', fuq stedina tal-President, mhux inqas minn darba fis-sena.
5. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ loġistiku xieraq meħtieġ għall-Bord Konsultattiv u tipprovdi segretarjat għal-laqgħat tiegħu.
6. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord Konsultattiv.
Artikolu 41
Trasparenza u komunikazzjoni
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu, fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
3. L-Aġenzija tista' tikkomunika fuq inizjattiva tagħha stess, fl-oqsma fi ħdan il-missjoni tagħha. Għandha tiżgura, b'mod partikolari, li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr tagħrif oġġettiv, affidabbli u li jiftiehem f'dak li għandu x'jaqsam max-xogħol tagħha.
4. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi r-regoli interni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3.
5. Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jagħtu lok għall-preżentazzjoni ta' ilment lill-Ombudsman Ewropew jew ikunu s-suġġett ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
6. L-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni u l-Aġenzija skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 42
Kunfidenzjalità
1. Il-membri tal-Bord Amministrattiv, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-persunal tal-Aġenzija, anki wara li jkunu ntemmu d-dmirijiet tagħhom, għandhom ikunu soġġetti għall-ħtiġijiet ta' kunfidenzjalità skont l-Artikolu 339 tat-TFUE.
2. Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi r-regoli interni dwar l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tal-ħtiġijiet tal-kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 43
Aċċess għall-informazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha miġbura mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tagħti kwalunkwe informazzjoni u evalwazzjoni ta' dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni meta din tal-aħħar titlobha u fil-forma speċifikata minnha.
2. L-Istati Membri milquta bi kwalunkwe operat partikolari tal-Aġenzija għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni miġbura mill-Aġenzija fir-rigward ta' dak l-operat, soġġett għall-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu stabbiliti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 44
Baġit
1. Id-dħul tal-Aġenzija għandu jkun magħmul minn:
(a) |
kontribut mill- Unjoni mdaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (sezzjoni tal-Kummissjoni); |
(b) |
ħlasijiet għal servizzi pprovduti mill-Aġenzija lill-Istati Membri skont l-Artikolu 6; |
(c) |
ħlasijiet għal pubblikazzjonijiet, taħriġ u/jew servizzi oħra pprovduti mill-Aġenzija. |
2. In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi l-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta' dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara u għandu jgħaddih lill-Bord Amministrattiv, flimkien ma' abbozz ta' pjan ta' stabbiliment.
4. Għandu jkun hemm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq.
5. Kull sena il-Bord Amministrattiv, abbażi ta' abbozz ta' dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u l-infiq, għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-istimi tad-dħul u l-infiq għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta' wara.
6. Id-dikjarazzjoni tal-istimi msemmija fil-paragrafu 5, li għandha tinkludi abbozz ta' pjan għall-istabbiliment, flimkien mal-programm ta' ħidma proviżorju, għandha, tingħadda mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu.
7. Id-dikjarazzjoni tal-istimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (“l-awtorità tal-baġit”) flimkien mal-abbozz preliminari ġenerali tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.
8. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-istimi, il-Kummissjoni, fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha tinkludi l-istimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi inkluż fil-baġit ġenerali, li għandha tpoġġi quddiem l-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 314 tat- TFUE.
9. L-awtorità tal-baġit għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità tal-baġit għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.
10. Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Amministrattiv. Hu għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Fejn xieraq, għandu jiġi aġġustat b'konsegwenza.
11. Il-Bord Amministrattiv għandu, kemm jista' jkun malajr, javża l-awtorità tal-baġit bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji notevoli għal finanzjament tal-baġit, b'mod partikolari kwalunkwe proġett li għandu x'jaqsam ma' proprjetà, bħal kiri jew xiri ta' bini. Hu għandu jinforma kif xieraq lill-Kummissjoni.
12. Fejn parti mill-awtorità tal-baġit tkun avżat li għandha l-intenzjoni li tagħti opinjoni, din għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-avviż dwar il-proġett.
Artikolu 45
Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.
2. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal kontabbli tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal kontabbli tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar l-immaniġġar tal-baġit u dak finanzjarju għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal kontabbli tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 245 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) (ir-“Regolament Finazjarju”).
3. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal kontabbli tal-Kummissjoni għandu jgħaddi l-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar l-amministrazzjoni tal-baġit u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni tal-baġit u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja għandu wkoll jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiat tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 246 tar-Regolament Finanzjarju, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Aġenzija b'responsabbiltà tiegħu u jgħaddihom lill-Bord Amministrattiv għal opinjoni.
5. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.
6. Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Amministrattiv, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.
8. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi funzjoni ta' verifika interna ta' kontijiet li għandha titwettaq skont l-istandards internazzjonali rilevanti.
9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru. Hu għandu jibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord Amministrattiv.
10. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kull tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni mingħajr xkiel tal-proċedura tal-approvazzjoni tas-sena finanzjarja inkwistjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 261(3) tar-Regolament Finanzjarju.
11. Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill, għandu, qabel it-30 ta' April tat-tieni sena ta' wara, jagħti l-approvazzjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena kkonċernata.
Artikolu 46
Ġlieda kontra l-frodi
1. Għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjoni għall-ġenzija.
2. L-Aġenzija għandha tidħol fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni tal-OLAF u għandha toħroġ, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-persunal kollu tagħha.
3. Id-deċiżjonijiet dwar il-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-ftehim u l-istrumenti relatati magħhom għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu jwettqu, jekk meħtieġ, kontrolli fuq il-post fost dawk li jirċievu fondi tal-Aġenzija u l-aġenti responsabbli li jallokawhom.
Artikolu 47
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Il-Bord Amministrattiv, għandu jadotta r-regoli finanzjarji tal-Aġenzija wara li jirċieva l-qbil tal-Kummissjoni u l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri. Dawn ma għandhomx jiddevjaw mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (17), sakemm mhuwiex meħtieġ speċifikament għall-operat tal-Aġenzija u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 48
Evalwazzjoni
1. Fi żmien ħames snin mid-data li fiha l-Aġenzija tkun bdiet taqdi dmirijietha, u minn hemm 'il quddiem kull ħames snin, il-Bord Amministrattiv għandu jikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni li l-Aġenzija tqis rilevanti għall-valwazzjoni.
2. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' dan ir-Regolament, l-utilità, ir-rilevanza u l-effikaċja tal-Aġenzija u l-prattiki tax-xogħol tagħha, u kemm tikkontribwixxi għall-kisba ta' livell għoli ta' konformità mar-regoli li jkunu saru taħt il-politika komuni tas-sajd. Il-Bord Amministrattiv għandu joħroġ termini ta' riferenza speċifiċi bi qbil mal-Kummissjoni, wara l-konsultazzjonijiet mal-partijiet involuti.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jirċievi l-evalwazzjoni u jagħti rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar bidliet f'dan ir-Regolament, fl-Aġenzija u l-prattiki tax-xogħol tagħha. Kemm ir-riżultati tal-evalwazzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-Kummissjoni u għandhom isiru pubbliċi.
Artikolu 49
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 50
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Marzu 2019.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1).
(4) Ara Anness I.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(9) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
(12) Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà [Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima] (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).
(14) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunitá Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
(16) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(17) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
ANNESS I
Regolament imħassar u elenku tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 |
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 |
L-Artikolu 120 biss |
Regolament (UE) 2016/1626 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill |
|
ANNESS II
Tabella ta' Korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 768/2005 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 sa 7 |
Artikoli 1 sa 7 |
Artikolu 7a |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 17a |
Artikolu 19 |
Artikolu 17b |
Artikolu 20 |
Artikolu 17c |
Artikolu 21 |
Artikolu 17d |
Artikolu 22 |
Artikolu 17e |
Artikolu 23 |
Artikolu 17f |
Artikolu 24 |
Artikolu 17g |
Artikolu 25 |
Artikolu 17h |
Artikolu 26 |
Artikolu 18 |
Artikolu 27 |
Artikolu 19 |
Artikolu 28 |
Artikolu 20 |
Artikolu 29 |
Artikolu 21 |
Artikolu 30 |
Artikolu 22 |
Artikolu 31 |
Artikolu 23 |
Artikolu 32 |
Artikolu 24 |
Artikolu 33 |
Artikolu 25 |
Artikolu 34 |
Artikolu 26 |
Artikolu 35 |
Artikolu 27 |
Artikolu 36 |
Artikolu 28 |
Artikolu 37 |
Artikolu 29 |
Artikolu 38 |
Artikolu 30 |
Artikolu 39 |
Artikolu 31 |
Artikolu 40 |
Artikolu 32 |
Artikolu 41 |
Artikolu 33 |
Artikolu 42 |
Artikolu 34 |
Artikolu 43 |
Artikolu 35 |
Artikolu 44 |
Artikolu 36 |
Artikolu 45 |
Artikolu 37 |
Artikolu 46 |
Artikolu 38 |
Artikolu 47 |
Artikolu 39 |
Artikolu 48 |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 41 |
— |
— |
Artikolu 49 |
Artikolu 42 |
Artikolu 50 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/38 |
REGOLAMENT (UE) 2019/474 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-19 ta' Marzu 2019
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33, 114 u 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, (il-Kodiċi) u jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri ġenerali applikabbli għall-merkanzija li tiddaħħal jew li tinħareġ barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
(2) |
Il-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia, esklava Taljana fit-territorju tal-Iżvizzera u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano jenħtieġ li jiġu inklużi fit-territorju doganali tal-Unjoni għax ma għadhomx japplikaw ir-raġunijiet storiċi li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta' dawk it-territorji, bħalma huma l-iżolament u l-iżvantaġġi ekonomiċi tagħhom. Għall-istess raġunijiet, dawk it-territorji jenħtieġ li jiġu inklużi fl-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa filwaqt li jibqgħu jiġu esklużi mis-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud. Sabiex jiġi żgurat li dawn il-bidliet japplikaw b'mod konsistenti mill-istess żmien, l-inklużjoni ta' dawk it-territorji fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020. |
(3) |
Jenħtieġ li l-Kodiċi jiġi emendat biex jiċċara li detentur tad-deċiżjoni tal-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi (BTI) jista' juża dik id-deċiżjoni sa sitt xhur wara li tiġi revokata d-deċiżjoni BTI jekk ir-revoka tirriżulta mill-fatt li dik id-deċiżjoni ma tikkonformax mal-leġiżlazzjoni doganali jew li l-kundizzjonijiet stabbiliti għat-teħid ta' deċiżjonijiet BTI ma kinux jew ma baqgħux issodisfati. |
(4) |
Jenħtieġ li l-ħażna temporanja tiżdied mal-lista tal-formalitajiet doganali koperti mid-dispożizzjoni tal-Kodiċi li tipprovdi li jinqata' dejn doganali għax ikun hemm nuqqas ta' konformità fejn in-nuqqas ma kellu ebda effett sinifikanti fuq l-operazzjoni korretta tal-proċedura kkonċernata, ma kienx jikkostitwixxi attentat ta' qerq, u s-sitwazzjoni tkun ġiet sussegwentament regolarizzata. Għall-finijiet tal-qtugħ tad-dejn doganali f'dawk il-każijiet, jenħtieġ li l-ħażna temporanja ma tiġix ittrattata b'mod differenti minn proċedura doganali. Id-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dik id-dispożizzjoni tal-Kodiċi jenħtieġ li tiġi wkoll emendata biex tinkludi l-ħażna temporanja. |
(5) |
Meta l-awtoritajiet doganali jkunu meħtieġa jinvalidaw dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul minħabba l-fatt li l-merkanzija koperta bid-dikjarazzjoni ma tkunx iddaħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul tiġi invalidata mingħajr dewmien 200 jum wara li tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni minflok fi żmien 200 jum, peress li dak huwa l-perjodu li fih il-merkanzija trid tiddaħħal fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
(6) |
Biex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jwettqu analiżi tar-riskju adegwata u kontrolli xierqa bbażati fuq ir-riskju, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi jipprovduhom bid-data u informazzjoni ta' qabel il-wasla dwar il-merkanzija mhux tal-Unjoni fil-forma ta' dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul. Meta dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ma tkunx ġiet ippreżentata qabel mal-merkanzija tkun daħlet fit-territorju doganali tal-Unjoni u l-obbligu li din tiġi ppreżentata ma jkunx ġie rrinunzjat, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu d-data u l-informazzjoni li normalment tiġi inkluża fid-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul fid-dikjarazzjonijiet doganali jew fid-dikjarazzjonijiet għall-ħażna temporanja tagħhom. Għal dawk il-finijiet, il-possibbiltà li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja minflok dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jenħtieġ li tkun disponibbli biss f'każ li dan ikun permess mill-awtoritajiet doganali fejn tiġi ppreżentata l-merkanzija. Meta l-awtoritajiet doganali jkunu meħtieġa jinvalidaw dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja minħabba l-fatt li l-merkanzija koperta bid-dikjarazzjoni ma tkunx ġiet ippreżentata lid-dwana, jenħtieġ li dik d-dikjarazzjoni tiġi invalidata mingħajr dewmien wara li jkunu għaddew 30 jum minn mindu tkun ġiet ippreżentata d-dikjarazzjoni minflok fi żmien 30 jum, peress li dak huwa l-perjodu li fih il-merkanzija trid tiġi ppreżentata lid-dwana. |
(7) |
Jenħtieġ li l-eżenzjoni sħiħa mid-dazju tal-importazzjoni tingħata għall-merkanzija li tkun issewwiet jew inbidlet skont il-proċedura ta' proċessar passiv f'pajjiż jew f'territorju li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali li jagħti din l-eżenzjoni, biex jiġi żgurat li l-Unjoni tissodisfa l-impenji internazzjonali tagħha f'dan ir-rigward. Peress li l-iskop ta' dik l-eżenzjoni huwa limitat għall-importazzjoni tal-prodotti li attwalment ġew imsewwija jew mibdula fil-pajjiż jew fit-territorju kkonċernat, jenħtieġ li huwa ma jiġix estiż għall-importazzjoni ta' prodotti msewwija jew mibdula li jinkisbu mill-merkanzija ekwivalenti jew ta' prodotti sostitwiti skont is-sistema standard ta' skambju. Għalhekk, jenħtieġ li l-eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni ma tapplikax għal dawk il-prodotti u l-merkanzija. |
(8) |
Meta l-awtoritajiet doganali jkunu meħtieġa jinvalidaw dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ jew notifika ta' esportazzjoni mill-ġdid minħabba l-fatt li l-merkanzija rilevanti ma tkunx inħarġet barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni jew in-notifika jiġu invalidati mingħajr dewmien wara li jkunu għaddew 150 jum minn mindu tkun ġiet ippreżentata minflok fi żmien 150 jum, peress li dak huwa l-perjodu li fih il-merkanzija trid tinħareġ barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
(9) |
Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħqu l-għanijiet bażiċi li bihom l-unjoni doganali tkun tista' taħdem b'mod effettiv u biex tiġi implimentata l-politika komuni tal-kummerċ li jiġu indirizzati għadd ta' kwistjonijiet tekniċi li ġew identifikati fl-implimentazzjoni tal-Kodiċi minn meta daħal fis-seħħ, li żewġ territorji ta' Stat Membru jiddaħħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-territorju doganali tal-Unjoni u li l-Kodiċi jiġi allinjat ma' ftehimiet internazzjonali li ma kinux fis-seħħ fi żmien l-adozzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet maħsuba, skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
(10) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 4(1), it-12-il inciż huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 34(9), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “9. Fejn deċiżjoni BTI jew BOI titlef il-validità tagħha f'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1 jew mal-paragrafu 2, jew tkun revokata f'konformità mal-paragrafi 5, 7 jew 8, id-deċiżjoni BTI jew BOI xorta tista' tintuża fir-rigward ta' kuntratti vinkolanti li kienu bbażati fuq dik id-deċiżjoni u li kienu konklużi qabel ma titlef il-validità tagħha jew qabel tkun revokata. Dak l-użu estiż ma għandux japplika fejn deċiżjoni BOI tittieħed għal merkanzija li trid tiġi esportata.”; |
(3) |
fl-Artikolu 124(1), il-punt (h)(i) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 126 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 126 Id-delega tas-setgħa Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 284, biex tiddetermina l-lista ta' nuqqasijiet li ma jkollhom l-ebda effett sinifikanti fuq l-operazzjoni korretta tal-ħażna temporanja jew tal-proċedura doganali kkonċernata u biex tissupplimenta il-punt (h)(i) tal-Artikolu 124(1).”; |
(5) |
fl-Artikolu 129, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Fejn il-merkanzija li għaliha tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul ma tiddaħħalx fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik id-dikjarazzjoni mingħajr dewmien f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(6) |
fl-Artikolu 139, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Fejn merkanzija mhux tal-Unjoni li tkun ippreżentata lid-dwana ma tkunx koperta minn dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul, u ħlief fejn jingħata eżoneru mill-obbligu ta' preżentazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni, waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 127(4) għandha, mingħajr ħsara għall-Artikolu 127(6), tippreżenta minnufih din id-dikjarazzjoni jew, jekk titħalla mill-awtoritajiet doganali, minflok tippreżenta dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja. Fejn, f'tali ċirkostanzi, tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali jew dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi mill-inqas id-dettalji meħtieġa għad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul.”; |
(7) |
fl-Artikolu 146, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Fejn il-merkanzija li għaliha tkun ġiet ippreżentata dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja ma tiġix ippreżentata lid-dwana, l-awtoritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik id-dikjarazzjoni mingħajr dewmien f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(8) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 260a Merkanzija msewwija jew mibdula fil-kuntest ta' ftehimiet internazzjonali 1. Għandha tingħata eżenzjoni sħiħa mid-dazju tal-importazzjoni għall-prodotti pproċessati li jirriżultaw minn merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura tal-ipproċessar passiv fejn l-awtoritajiet doganali huma sodisfatti li:
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-prodotti pproċessati li jirriżultaw minn merkanzija ekwivalenti kif imsemmi fl-Artikolu 223 u għall-prodotti sostituti kif imsemmi fl-Artikoli 261 u 262.”; |
(9) |
fl-Artikolu 272, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Fejn il-merkanzija li għaliha kienet ippreżentata dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ ma tinħariġx mit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awotritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik id-dikjarazzjoni mingħajr dewmien f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(10) |
fl-Artikolu 275, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Fejn il-merkanzija li għaliha tkun ġiet ippreżentata notifika tal-esportazzjoni mill-ġdid ma tinħariġx 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awotritajiet doganali għandhom jinvalidaw dik in-notifika mingħajr dewmien f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(1) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
A. TAJANI
Għall-Kunsill
Il-President
G. CIAMBA
(1) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 39.
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2019.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
DIRETTIVI
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/42 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2019/475
tat-18 ta' Frar 2019
li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE rigward l-inklużjoni tal-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni u fl-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 2008/118/KE
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) |
Permezz tal-ittra tagħha tat-18 ta' Lulju 2017, l-Italja talbet li l-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano jiġu inklużi fit-territorju doganali tal-Unjoni kif definit fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kif ukoll fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (4) għall-finijiet tad-dazju tas-sisa, filwaqt li dawk it-territorji jitħallew barra mill-kamp ta' applikazzjoni territorjali tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (5) għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud. |
(2) |
Il-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia, esklava Taljana fit-territorju tal-Iżvizzera, u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta' Lugano jenħtieġ li jiġu inklużi fit-territorju doganali tal-Unjoni għax ma għadhomx japplikaw ir-raġunijiet storiċi li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta' dawk it-territorji, bħall-iżolament u l-iżvantaġġi ekonomiċi tagħhom. Għall-istess raġunijiet, dawk it-territorji jenħtieġ li jiġu inklużi fl-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 2008/118/KE. |
(3) |
Madankollu, l-Italja trid tkompli bl-esklużjoni ta' dawk it-territorji mill-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 2006/112/KE, għax dan huwa essenzjali biex jinżammu kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-Iżvizzera u fil-muniċipalità Taljana ta' Campione d'Italia bl-applikazzjoni ta' sistema ta' tassazzjoni indiretta lokali b'konformità mas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud Żvizzera. |
(4) |
Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun strettament marbuta mar-Regolament (UE) 2019/474 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni neċessarji għall-konformità ma' din id-Direttiva japplikaw mid-data ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. |
(5) |
Għaldaqstant, id-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Fid-Direttiva 2006/112/KE, l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
(2) |
fil-paragrafu 2, jitħassru l-punti (f) u (g). |
Artikolu 2
Fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2008/118/KE, jitħassru l-punti (f) u (g).
Artikolu 3
1. Sal-31 ta' Diċembru 2019, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Dawn għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Jannar 2020.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif għandha issir din ir-referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Frar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
N. BĂDĂLĂU
(1) Opinjoni tat-2 ta' Ottubru 2018 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-11 ta' Lulju 2018 (ĠU C 367, 10.10.2018, p. 117).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2019/474 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-19 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ara l-paġna 38 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).