EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2011_160_R_0037_01

2011/351/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni ta’ protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit tal-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera
Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera

ĠU L 160, 18.6.2011, p. 37–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Marzu 2011

dwar il-konklużjoni ta’ protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit tal-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera

(2011/351/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2)(e), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fis-27 ta’ Frar 2006, in-negozjati mal-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein ta’ Protokoll dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli mill-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”) ġew iffinalizzati.

(2)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2008, u soġġett għall-konklużjoni tagħha f’data aktar tard, il-Protokoll ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea, fit-28 ta’ Frar 2008.

(3)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(4)

Il-Protokoll għandu jkun approvat.

(5)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward taŻ-żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera u d-dikjarazzjonijiet annessi miegħu huma approvati f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Protokoll, l-Att Final tiegħu u d-Dikjarazzjonijiet relatati huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiddepożita f’isem l-Unjoni l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 8(1) tal-Protokoll, sabiex jesprimi l-kunsens tal-tal-Unjoni li tintrabat, u sabiex tagħmel din in-notifika:

“Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea issostitwixxiet u ħadet post il-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għall-Komunità Ewropea fil-Protokoll kif ukoll fil-Ftehim għandhom, fejn xieraq, jinftiehmu bħala referenzi għal ‘l-Unjoni Ewropea’.”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CZOMBA S.


PROTOKOLL

bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

kif ukoll

IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

kif ukoll

IL-PRINĊIPALITÀ TA' LIECHTENSTEIN,

minn hawn 'il quddiem imsejħa 'il-Partijiet Kontraenti',

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera ffirmata fis-26 ta’ Ottubru 2004 (1) (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera”),

WARA LI FTAKRU li l-Artikolu 15 tiegħu jipprevedi l-possibbiltà għall-Prinċipalità ta’ Liechtenstein li taċċedi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera permezz ta’ Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni ġeografika tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein,

WARA LI KKUNSIDRAW ix-xewqa tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein li tkun assoċjata mal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tkopri r-Regolamenti ta’ Dublin u tal-Eurodac (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-acquis ta’ Dublin/Eurodac”),

BILLI fid-19 ta’ Jannar 2001 il-Komunità Ewropea kkonkludiet ftehim mar-Repubblika tal-Islanda u mar-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Islanda jew fin-Norveġja bbażata fuq il-Konvenzjoni ta’ Dublin (2),

BILLI huwa mixtieq li l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein tkun assoċjata fuq livell ugwali għal dak tal-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Dublin/Eurodac,

BILLI għandu jsir Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein li jipprevedi drittijiet u obbligi għal Liechtenstein simili għal dawk miftiehma bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, kif ukoll l-Isvizzera, min-naħa l-oħra,

BILLI d-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-atti adottati fuq il-bażi ta’ dak it-Titolu ma japplikawx għar-Renju tad-Danimarka skond il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat ta’ Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, imma għandu jsir possibbli għall-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein, minn naħa waħda, u d-Danimarka, min-naħa l-oħra, sabiex japplikaw id-dispożizzjonijiet sostantivi tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ xulxin, kif previst fl-Artikolu 11(1) tiegħu,

BILLI hu meħtieġ li jkun żgurat li l-Istati li magħhom il-Komunità Ewropea stabbiliet assoċjazzjoni għall-iskop tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Dublin/Eurodac japplikaw ukoll dak l-acquis fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ xulxin,

BILLI l-funzjonament bla xkiel tal-acquis ta’ Dublin/Eurodac jeħtieġ li dan il-Protokoll ikun applikat simultanjament mal-ftehim bejn il-partijiet varji assoċjati ma’ jew li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Dublin/Eurodac li jirregola r-relazzjonijiet reċiproki bejniethom,

BILLI d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3) għandha tkun applikata mill-Prinċipalità ta’ Liechtenstein kif hija applikata mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea meta jipproċessaw data għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (4),

FILWAQT LI JIFTAKRU r-rabta bejn l-acquis tal-Komunità dwar it-twaqqif tal-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula f'wieħed mill-Istati Membri u dwar it-twaqqif tal-Eurodac u l-acquis ta’ Schengen,

BILLI dik ir-rabta titlob li l-acquis ta’ Schengen ikun applikat simultanjament mal-acquis tal-Komunità dwar it-twaqqif tal-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula mill-Istati Membri u dwar it-twaqqif tal-Eurodac,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Skond l-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera”), il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Liechtenstein”) b'dan taċċedi għal dak il-Ftehim, taħt it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Protokoll.

2.   Dan il-Protokoll joħloq drittijiet u obbligi reċiproki bejn il-Partijiet Kontraenti, skond ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti hawnhekk.

Artikolu 2

1.   Id-dispożizzjonijiet ta':

ir-Regolament ta’ Dublin (5);

ir-Regolament Eurodac (6);

ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Eurodac (7); kif ukoll

ir-Regolament ta’ implimentazzjoni ta’ Dublin (8)

għandhom jiġu implimentati minn Liechtenstein, u applikati fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u mal-Isvizzera.

2.   L-atti u l-miżuri meħuda mill-Komunità Ewropea li jemendaw jew jibnu fuq id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet meħudin skond il-proċeduri stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, għandhom ukoll ikunu aċċettati, implimentati u applikati minn Liechtenstein.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafi 1 u 2, referenzi għall-“Istati Membri” fid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li jinkludu lil Liechtenstein.

Artikolu 3

Id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 2, 3(1) sa (4), fl-Artikoli 5 sa 7, fit-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 8(1) u fl-Artikolu 8(2), fl-Artikoli 9 sa 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera għandhom japplikaw mutatis mutandis għal Liechtenstein.

Artikolu 4

Rappreżentant tal-Gvern ta’ Liechtenstein għandu jsir membru tal-Kumitat Imħallat kif stabbilit mill-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera.

L-uffiċċju tal-President tal-Kumitat Imħallat għandu jinżamm, b'mod li jalterna f'perjodi ta’ sitt xhur, mir-rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn 'il quddiem il-“Kummissjoni”) u mir-rappreżentant tal-Gvern ta’ Liechtenstein jew tal-Isvizzera, rispettivament.

Artikolu 5

1.   Suġġett għall-paragrafu 2, meta l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-“Kunsill”) jadotta atti jew miżuri li jemendaw jew jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu2 u meta atti jew miżuri jkunu adottati skond il-proċeduri stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet, dawk l-atti jew miżuri għandhom ikunu applikati simultanjament mill-Istati Membri u Liechtenstein, ħlief fejn jeżistu dispożizzjonijiet ċari għall-kuntrarju ta’ dan.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil Liechtenstein bla dewmien dwar l-adozzjoni tal-atti jew il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1. Liechtenstein għandha tiddeċiedi jekk taċċettax il-kontenut tagħhom u timplimentahom fl-ordni legali intern tagħha. Din id-deċiżjoni għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni fi żmien tletin ġurnata mill-adozzjoni tal-atti jew il-miżuri in kwistjoni.

3.   Jekk il-kontenut ta’ tali att jew miżura jistgħu jorbtu lil Liechtenstein biss wara li jkunu ntlaħqu l-ħtiġijiet kostituzzjonali, Liechtenstein għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan fi żmien tan-notifika tagħha. Hekk kif tkun wettqet il-ħtiġijiet kostituzzjonali kollha, Liechtenstein għandha minnufih tinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, bil-miktub. Fejn ma jkunx meħtieġ referendum, in-notifika għandha ssir mhux aktar tad minn tletin jum wara d-data ta’ skadenza tar-referendum. Jekk ikun meħtieġ referendum, Liechtenstein għandha jkollha massimu ta’ tmintax-il xahar mid-data tan-notifika mill-Kummissjoni sabiex tagħmel in-notifika tagħha. Mid-data stabbilita għad-dħul fis-seħħ tal-att jew miżura għal Liechtenstein u sakemm tkun tat notifika li jkunu ntlaħqu l-ħtiġijiet kostituzzjonali, Liechtenstein għandha, fejn ikun possibbli, timplementa l-att jew il-miżura in kwistjoni fuq bażi provviżorja.

4.   Jekk Liechtenstein ma tkunx tista' timplementa l-att jew il-miżura in kwistjoni fuq bażi provviżorja, u jekk dan joħloq diffikultajiet li jfixklu l-operazzjoni tal-koperazzjoni Dublin/Eurodac, is-sitwazzjoni għandha tiġi eżaminata mill-Kumitat Imħallat. Il-Komunità Ewropea tista' tieħu miżuri proporzjonati u xierqa kontra Liechtenstein sabiex tiżgura li l-koperazzjoni Dublin/Eurodac topera bla xkiel.

5.   L-aċċettazzjoni, min-naħa ta’ Liechtenstein, tal-atti u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 toħloq drittijiet u obbligi bejn Liechtenstein, l-Isvizzera u l-Istati membri tal-Unjoni Ewropea.

6.   Il-Protokoll għandu jiġi sospiż jekk:

(a)

Liechtenstein tinnotifika d-deċiżjoni tagħha li ma taċċettax il-kontenut ta’ att jew miżura msemmija fil-paragrafu 1 u li għalihom ġew applikati l-proċeduri stabbiliti f'dan il-Protokoll; jew

(b)

Liechtenstein ma tagħtix notifika fil-limitu ta’ żmien ta’ tletin ġurnata msemmi fil-paragrafu 2; jew

(c)

Liechtenstein ma tagħtix notifika sa tletin jum wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għar-referendum jew, fil-każ ta’ referendum, fil-limitu ta’ żmien ta’ 18-il xahar stabbilit fil-paragrafu 3, jew ma tipprovdix għall-implimentazzjoni provviżorja kif maħsuba fl-istess paragrafu mid-data stabbilita għad-dħul fis-seħħ tal-att konċernat jew tal-miżura konċernata.

7.   Il-Kumitat Imħallat għandu jeżamina l-kwistjoni li wasslet għas-sospensjoni u għandu jimpenja ruħu sabiex jindirizza l-kawżi li hemm wara n-nuqqas ta’ approvazzjoni jew r-ratifika fi żmien disgħin jum. Wara li jiġu eżaminati l-għażliet l-oħra kollha bil-ħsieb li jkun żgurat li l-Protokoll ikompli jopera bla xkiel, inkluża l-possibbiltà li jkun innutat li l-liġijiet u r-regolamenti tal-Partijiet Kontraenti huma ekwivalenti, jista' jiddeċiedi, fuq bażi unanima, li jerġa' jdaħħal dan il-Protokoll. Jekk dan il-Protokoll ikun għadu sospiż wara disgħin jum, għandu jiġi meqjus bħala terminat.

Artikolu 6

F'dak li jirrigwarda l-ispejjeż operattivi u amministrattivi assoċjati mat-twaqqif u l-operat tal-unità ċentrali tal-Eurodac, Liechtenstein għandha tagħti kontribuzzjoni lill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej li tammonta għal 0.071 % ta’ ammont inizjali ta’ referenza ta’ EUR 11 675 000 u, mis-sena finanzjarja 2004, kontribuzzjoni annwali li tammonta għal 0.071 % tal-approprjazzjonijiet baġitarji korrispondenti għas-sena finanzjarja in kwistjoni.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll m'għandux jolqot kwalunkwe ftehim bejn Liechtenstein u l-Isvizzera sa fejn dan ikun kompatibbli ma’ dan il-Protokoll. Jekk xi ftehim bħal dan ma jkunx kompatibbli ma’ dan il-Protokoll, għandu jipprevalixxi dan tal-aħħar.

Artikolu 8

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti. L-istrumenti ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li għandu jservi ta’ depożitarju.

2.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara avviż mid-depożitarju lill-Partijiet Kontraenti li l-istrument finali ta’ ratifika jew approvazzjoni jkun ġie depożitat.

3.   L-Artikoli 1, 4 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(2) ta’ dan il-Protokoll u d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 2, 3 (1) sa (4) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera għandhom japplikaw provviżorjament għal Liechtenstein mid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 9

Fir-rigward tal-atti u l-miżuri adottati wara l-iffirmar ta’ dan il-Protokoll iżda qabel ma jidħol fis-seħħ, il-perjodu ta’ tletin jum imsemmi fl-aħħar sentenza tal-Artikolu5(2) għandu jibda jiddekorri mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu10

1.   Dan il-Protokoll għandu jkun applikat biss jekk dawk il-ftehim li jkollhom isiru minn Liechtenstein u li huma msemmija fl-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera jiġu wkoll implimentati.

2.   Addizzjonalment, dan il-Protokoll, għandu jiġi implimentat biss jekk il-Protokoll magħmul bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen ikun implimentat ukoll.

Artikolu 11

1.   Dan il-Protokoll jista jiġi denunzjat minn kwalunkwe Parti Kontraenti. Id-depożitarju għandu jkun avżat bid-denunzja, li għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-avviż.

2.   Fil-każ ta’ denunzja mill-Isvizzera ta’ dan il-Protokoll jew tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera, jew fil-każ tat-terminazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera fir-rigward tal-Isvizzera, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera u dan il-Protokoll għandhom jibqgħu fis-seħħ fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u Liechtenstein, min-naħa l-oħra.

3.   Dan il-Protokoll għandu jitqies bħala terminat jekk Liechtenstein ittemm wieħed mill-ftehim imsemmija fl-Artikolu 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera li ġew konklużi minn Liechtenstein, jew ittemm il-Protokoll imsemmi fl-Artikolu 10(2).

Artikolu12

Dan il-Protokoll huwa mfassal fi tlitt eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż b'kull test ugwalment awtentiku.

B'XHIEDA TA' DAN iffirmaw il-Plenipotenzjarji sottoskritti.

Съставено в Брюксел на двадесет и осми февруари две хиляди и осма година.

Hecho en Bruselas, el veintiocho de febrero de dos mil ocho.

V Bruselu dne dvacátého osmého února dva tisíce osm.

Udfærdiget i Bruxelles den otteogtyvende februar to tusind og otte.

Geschehen zu Brüssel am achtundzwanzigsten Februar zweitausendacht.

Kahe tuhande kaheksanda aasta veebruarikuu kahekümne kaheksandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι οκτώ Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Brussels on the twenty-eighth day of February in the year two thousand and eight.

Fait à Bruxelles, le vingt-huit février deux mille huit.

Fatto a Bruxelles, addì ventotto febbraio duemilaotto.

Briselē, divtūkstoš astotā gada divdesmit astotajā februārī.

Priimta du tūkstančiai aštuntų metų vasario dvidešimt aštuntą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-nyolcadik év február huszonnyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tmienja u għoxrin jum ta’ Frar tas-sena elfejn u tmienja.

Gedaan te Brussel, de achtentwintigste februari tweeduizend acht.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego ósmego lutego roku dwa tysiące ósmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e oito de Fevereiro de dois mil e oito.

Încheiat la Bruxelles, la douăzeci și opt februarie în anul două mii opt.

V Bruseli dňa dvadsiateho ôsmeho februára dvetisícosem.

V Bruslju, dne osemindvajsetega februarja leta dva tisoč osem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkahdeksantena päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Som skedde i Bryssel den tjugoåttonde februari tjugohundraåtta.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vārdā

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisee

Per la Confederazione svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Állmszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suiça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

För Schweiziska edsförbundet

Image

За Княжeство Лиxтeнщaйн

Por el Principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

For Fyrstendømmet Liechtenstein

Für das Fürstentum Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για τo Πριγκιπάτo τoυ Λιχτενστάιν

For the Principality of Liechtenstein

Pour la Principauté de Liechtenstein

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Liechtensteinu

Pelo Principado do Liechtenstein

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensteinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein

Image


(1)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(2)  ĠU L 93, 3.4.2001, p.38.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1).

(6)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-asil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin bil-ħsieb li tgħin sabiex tkun determinata l-Parti Kontraenti responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil skond il-Konvenzjoni ta’ Dublin (ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002 tat-28 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jimplimetaw ir-Regolament ta-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (ĠU L 62, 5.3.2002, p. 1).


ATT FINALI

Il-Plenipotenzjarji

tal-KOMUNITÀ EWROPEA

kif ukoll

tal-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

kif ukoll

tal-PRINĊIPALITÀ TA' LIECHTENSTEIN,

minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”,

imlaqqgħin fi Brussell fit-tmienja u għoxrin jum ta’ Frar tas-sena 2008 għall-iffirmar tal-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera, adottaw il-Protokoll.

Il-Plenipotenzjarji tal-Partijiet Kontraenti ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet, li ġejjin, elenkati hawn taħt u annessi mal-Att Finali:

Dikjarazzjoni Komuni tal-Partijiet Kontraenti dwar djalogu mill-qrib;

Dikjarazzjoni mill- Liechtenstein dwar l-Artikolu 5(3);

Dikjarazzjoni konġunta dwar laqgħat konġunti tal-Kumitati Mħallta.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vārdā

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

За Конфедерация Швейцария

Por la Confederación Suiza

Za Švýcarskou konfederaci

For Det Schweiziske Forbund

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Šveitsi Konföderatsiooni nimel

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisee

Per la Confederazione svizzera

Šveices Konfederācijas vārdā

Šveicarijos Konfederacijos vardu

A Svájci Állmszövetség részéről

Għall-Konfederazzjoni Żvizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej

Pela Confederação Suiça

Pentru Confederația Elvețiană

Za Švajčiarsku konfederáciu

Za Švicarsko konfederacijo

Sveitsin valaliiton puolesta

För Schweiziska edsförbundet

Image

За Княжeство Лиxтeнщaйн

Por el Principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

For Fyrstendømmet Liechtenstein

Für das Fürstentum Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για τo Πριγκιπάτo τoυ Λιχτενστάιν

For the Principality of Liechtenstein

Pour la Principauté de Liechtenstein

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat ta’ Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Liechtensteinu

Pelo Principado do Liechtenstein

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensteinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein

Image

DIKJARAZZJONI KOMUNI TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR DJALOGU MILL-QRIB

Il-Partijiet Kontraenti jisħqu dwar l-importanza ta’ djalogu mill-qrib u produttiv bejn il-partijiet kollha li qed jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu2(1) ta’ dan il-Protokoll.

Konformement mal-Artikolu3(1) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera, fil-laqgħat tal-Kumitat Imħallat għall-finijiet ta’ skambju ta’ fehmiet mal-Isvizzera, il-Kummissjoni sejra tistieden esperti mill-Istati Membri sabiex jiddiskutu ma’ esperti minn Liechtenstein il-kwistjonijiet kollha indirizzati fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera.

Il-Partijiet Kontraenti jinnotaw li l-Istati Membri huma lesti sabiex jaċċettaw din l-istedina u jieħdu sehem f'dawn l-iskambji ta’ ideat ma’ Liechtenstein dwar il-materji kollha indirizzati fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera.

DIKJARAZZJONI MILL-LIECHTENSTEIN DWAR L-ARTIKOLU 5(3)

(Limitu ta’ żmien għall-aċċettazzjoni ta’ żviluppi ġodda fl-acquis ta’ Dublin/Eurodac)

Il-limitu massimu ta’ żmien ta’ tmintax-il xahar stabbilit fl-Artikolu 5(3) jkopri kemm l-approvazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni tal-att jew miżura. Dan jinkludi l-istadji li ġejjin:

l-istadju ta’ tħejjija,

il-proċedura parlamentari,

l-iskadenza ta’ tletin jum tar-referendum,

fejn applikabbli r-referendum (l-organizzazzjoni u l-votazzjoni),

is-sanzjoni tal-prinċep li jkollu r-renju.

Il-Gvern ta’ Liechtenstein għandu jgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bla dewmien dwar it-tlestija ta’ kull wieħed mill-istadji.

Il-Gvern ta’ Liechtenstein jimpenja ruħu li juża kwalunkwe mezz għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jiżgura li l-istadji msemmija hawn fuq jitlestew malajr kemm jista' jkun.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR LAQGĦAT KONĠUNTI TAL-KUMITATI MĦALLTA

Id-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Id-delegazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-Gvernijiet tar-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja,

Id-delegazzjoni li tirrappreżenta lill-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera,

Id-delegazzjoni li tirrappreżenta lill-Gvern tal-Prinċipalità ta’ Liechtenstein,

Jinnutaw li Liechtenstein qed taderixxi mal-Kumitat Imħallat stabbilit mill-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Isvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen permezz ta’ Protokoll għal dan il-Ftehim.

Iddeċidew li jorganizzaw konġuntement il-laqgħat tal-Kumitati Imħallat, stabbiliti bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun stabbilit Stat responsabbli għall-eżami ta’ talba għal asil mressqa fi Stat Membru jew fl-Islanda jew in-Norveġja, minn naħa waħda, u l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun stabbilit l-istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għal asil mressqa fi Stat Membru jew fl-Isvizzera kif komplementat mill-Protokoll dwar l-adeżjoni ta’ Liechtenstein, min-naħa l-oħra.

Jinnotaw li l-mod konġunt li bih jitwettqu dawn il-laqgħat jeħtieġ li jkun hemm arranġament prattiku dwar l-uffiċċju ta’ presidenza ta’ tali laqgħat meta dik il-presidenza tinżamm mill-Istati assoċjati skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun stabbilit l-istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għal asil mressqa fi Stat Membru jew fl-Isvizzera kif komplementat mill-Protokoll dwar l-adeżjoni ta’ Liechtenstein jew il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun stabbilit Stat responsabbli għall-eżami ta’ talba għal asil mressqa fi Stat Membru jew fl-Islanda jew in-Norveġja.

Jinnotaw ix-xewqa tal-Istati assoċjati sabiex iċedu, kif ikun hemm bżonn, l-eżerċizzju tal-presidenzi tagħhom u jirrotawh fosthom skond l-ordni alfabetiku tal-ismijiet sa mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-asil magħmula fi Stat Membru jew fl-Isvizzera kif komplementat mill-Protokoll dwar l-adeżjoni ta’ Liechtenstein.


Top