Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2005_094_R_0038_01

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/296/PESK/ĠAI ta’ l- 24 ta’ Jannar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata

    ĠU L 94, 13.4.2005, p. 38–44 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 346–346 (MT)

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    346


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/296/PESK/ĠAI

    ta’ l-24 ta’ Jannar 2005

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

    Billi:

    (1)

    Fil-laqgħa tiegħu tas-27 u t-28 ta’ Novembru 2003, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, assistita mis-Segretarju ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), biex tiftaħ n-negozjati skond l-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma’ ċerti stati terzi, sabiex l-Unjoni Ewropea tikkonkludi ma’ kull wieħed minnhom Ftehim dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata.

    (2)

    B’segwitu ta’ din l-awtorizzazzjoni biex jinfetħu n-negozjati, il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, innegozjat Ftehim ma’ Dik Li Qabel Kienet Ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Dik Li Qabel Kienet Ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata hu b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

    It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill hu b’dan awtorizzat li jagħżel il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim sabiex torbot/jorbtu lill-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, nhar l-24 ta’ Jannar, 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. BODEN


    Top