Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOC_2014_032_R_NS0012

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7144 – Apollo/Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito/Synergy) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 32, 4.2.2014, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 32, 4.2.2014, p. 19–20 (HR)

    4.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/30


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.7144 – Apollo/Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito/Synergy)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2014/C 32/13

    1.

    Fl-24 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-affiljati ta' Apollo Management L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito (“FGD”, Spanja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolamenti dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Synergy Industry and Technology, SA (“Synergy”, Spanja) permezz ta' xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Apollo: ġestjoni ta' fondi ta' investiment li tinvesti f'kumpaniji involuti f'bosta negozji madwar id-dinja. Eżempji tal-investimenti ta' bħalissa jinkludu, fost affarijiet oħrajn, kumpaniji fin-negozji tal-kimika, il-kruċiri, il-loġistika, il-karta, l-ippakkjar u l-metalli,

    għal FGD: FGD hija fond iffinanzjata bl-imnut, banek korporattivi u tat-tfaddil kif ukoll mill-bank ċentrali Spanjoli li tkopri depożiti fil-banek Spanjoli,

    għal Synergy: bħala l-kumpanija azzjonarja ta' Aernnova Group u azzjonista ta' Aeroblade SA u Orisol Corporación Energética SA, hija attiva fil-manifattura ta' makkinarju relatat mal-inġenji tal-ajru u tal-ispazju.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7144 – Apollo/Fondo de Garantía de Depósitos de Entidades de Crédito/Synergy, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top