Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-baġit tal-UE għall-2019

 

SOMMARJU TA’:

Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2019/333 tal-baġit ġenerali tal-UE għall-2019

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN L-ATT?

Dan huwa t-test maqbul mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jadotta l-baġit tal-UE għall-2019.

Il-baġit:

  • jgħin biex jagħmel il-prijoritajiet politiċi tal-UE realtà;
  • jistabbilixxi u jawtorizza d-dħul u n-nefqa totali annwali għall-UE u għall-Awtorità Ewropea tal-Enerġija Atomika;
  • jidentifika oqsma prijoritarji speċifiċi tan-nefqa f’konformità mal-programm tal-Kummissjoni Juncker.

Għall-2019, dawn jinkludu:

  • it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi;
  • ir-riċerka u l-innovazzjoni;
  • l-istudenti u ż-żgħażagħ;
  • il-ġestjoni effettiva tal-migrazzjoni u tal-fruntieri esterni tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-baġit tal-UE għall-2019 jipprevedi EUR 165.795 biljun f’impenji* ta’ nfiq u EUR 148.199 biljun fi krediti ta’ pagament*. L-oqsma ewlenin tan-nefqa (f’EUR miljuni) huma:

L-impenji (EUR miljuni)

Il-pagamenti (EUR miljuni)

Il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi (ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, eċċ.)

23 335

20 522

Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (fondi reġjonali, soċjali u ta’ investiment, eċċ .)

57 192

47 035

It-tkabbir sostenibbli, ir-riżorsi naturali (l-agrikoltura, is-sajd, il-politiki rurali u ambjentali, eċċ.)

59 642

57 400

  • li minnhom: L-appoġġ finanzjarju dirett għall-bdiewa u l-miżuri ta’ intervent fis-suq

43 192

43 116

Is-sigurtà u ċ-ċittadinanza (il-protezzjoni tal-fruntieri, il-politika dwar l-asil, l-attivitajiet kontra t-terroriżmu, eċċ.)

3 787

3 527

Ewropa Globali (l-għajnuna għall-iżvilupp barra mill-UE, l-għajnuna umanitarja, eċċ.)

11 319

9 358

Amministrazzjoni (salarji tal-persunal, il-kostijiet tal-pensjonijiet u operazzjonali)

9 943

9 945

Strumenti speċjali

577

412

MINN META JAPPLIKA L-BAĠIT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2019.

SFOND

Il-baġit annwali jiffinanzja l-firxa sħiħa tal-politiki, l-attivitajiet, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE. Dan jirrappreżenta madwar 1 % tal-introjtu nazzjonali gross tat-28 pajjiż tal-UE (1).

Kull sena, normalment fl-aħħar tar-rebbiegħa, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-abbozz tal-baġit tal-UE għas-sena ta’ wara. Għall-2019, l-abbozz inizjali tal-baġit tal-UE ġie propost fit-23 ta’ Mejju 2018. Din il-proposta inkludiet EUR 166 biljun f’impenji u EUR 149 biljun f’pagamenti (madwar 3 % ogħla miċ-ċifri tal-2018 fiż-żewġ każijiet). Abbażi ta’ dan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ilkoll ħadu pożizzjoni.

Wara li saru negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fl-aħħar intlaħaq ftehim fit-3 ta’ Diċembru 2018. Il-baġit tal-UE għall-2019 ġie approvat b’mod formali mill-Kunsill fil-11 ta’ Diċembru 2018 u ġie adottat b’mod definittiv mill-Parlament Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2018.

Il-baġit għall-2019 huwa s-sitt wieħed taħt il-qafas finanzjarju pluriennali attwali ta’ bejn l-2014 u l-2020.

Għal aktar tagħrif ara:

  • Baġit (il-Kummissjoni Ewropea).

TERMINI EWLENIN

Impenji: wegħdiet legali biex jiġi pprovdut finanzjament f’sena partikolari, dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.
Pagamenti: flus li se jitħallsu bi flus kontanti jew bi trasferimenti bankarji lill-benefiċjarji matul is-sena baġitarja.

DOKUMENT EWLIENI

Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2019/333 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (ĠU L 67, 7.3.2019, pp. 1-2350)

l-aħħar aġġornament 04.03.2019



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

Top