Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0516

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej

COM/2023/516 final

Brussell, 5.9.2023

COM(2023) 516 final

2023/0315(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 306 final} - {SWD(2023) 292 final} - {SWD(2023) 293 final} - {SWD(2023) 294 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-proposta tirriżulta mir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Frar 2022, li għandha l-għan li tippromwovi l-assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra mingħajr skop ta’ qligħ fl-UE fit-tlestija tas-suq intern, tipproteġi d-drittijiet fundamentali tagħhom u trawwem spazju demokratiku tal-UE. B’mod aktar preċiż, ir-riżoluzzjoni talbet lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), biex tissottometti żewġ proposti leġiżlattivi ġodda: Regolament (skont l-Artikolu 352 TFUE), li joħloq il-forma ġuridika ta’ “Assoċjazzjonijiet Ewropej”, u Direttiva li tarmonizza l-istandards minimi komuni għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ (skont l-Artikolu 114 TFUE). Il-Kummissjoni Ewropea wieġbet b’mod pożittiv għas-sejħa tal-Parlament Ewropew li tikkondividi l-ħtieġa li jinħoloq ambjent abilitanti għas-settur mingħajr skop ta’ qligħ, li fih l-assoċjazzjonijiet huma l-aktar forma ġuridika preżenti.

Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ billi tistabbilixxi miżuri li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (ATE), bl-għan li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà tal-moviment ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw fis-suq intern.

L-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jirrappreżentaw il-forma ġuridika predominanti fost l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fl-Unjoni Ewropea, b’numru stmat ta’ 3,8 miljun assoċjazzjoni preżenti fl-Istati Membri tal-UE. L-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ huma wkoll l-akbar fin-numru mill-erba’ forom ġuridiċi li tradizzjonalment huma koperti mill-ekonomija soċjali 1 . Fosthom, 310 000 assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ huma attivi f’aktar minn Stat Membru wieħed, filwaqt li potenzjalment 185 000 oħra teoretikament jistgħu jipparteċipaw f’attivitajiet transfruntiera, jekk jitneħħew l-ostakli. L-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ huma organizzazzjonijiet immexxija mill-prinċipji ewlenin tal-ekonomija soċjali: il-primat tan-nies kif ukoll l-iskop soċjali u ambjentali fuq il-profitt, l-investiment mill-ġdid tal-biċċa l-kbira tal-profitti u s-surpluses biex jitwettqu attivitajiet fl-interess tal-membri/utenti (“interess kollettiv”) jew tas-soċjetà inġenerali (“interess ġenerali”) u governanza demokratika jew parteċipattiva.

L-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ huma attivi f’setturi b’impatt fuq is-soċjetà bħall-kura tas-saħħa, is-servizzi soċjali, l-inklużjoni soċjali, il-kultura, l-isport, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u jikkontribwixxu 2,9 % għall-PDG tal-UE. Permezz tal-istruttura tagħhom ibbażata fuq is-sħubija, dawn għandhom ukoll effett ta’ ingranaġġ dirett fuq iċ-ċittadini li huma membri, donaturi jew benefiċjarji tal-attivitajiet tagħhom. Meta jiġu pprovduti bi ħlas, l-attivitajiet tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jikkostitwixxu servizz skont it-tifsira tal-Artikolu 57 tat-TFUE.

L-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ għandhom impatt pożittiv fuq l-iżgurar tal-ġustizzja soċjali u l-prosperità għaċ-ċittadini tal-UE u għandhom rwol sinifikanti fit-tkabbir fi ħdan is-suq intern. Madankollu, il-potenzjal soċjoekonomiku tagħhom ma huwiex sfruttat bis-sħiħ. Il-potenzjal sħiħ tas-suq intern jista’ jiġi sfruttat biss jekk il-parteċipanti kollha jgawdu d-drittijiet ipprovduti minnu. Għal dan l-għan, l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jeħtieġu qafas legali prevedibbli li jippermettilhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom mingħajr xkiel, inkluż meta jwettquhom b’mod transfruntier fis-suq intern.

Bħalissa, l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u l-attivitajiet tagħhom huma regolati 2 b’mod differenti minn leġiżlazzjoni speċifika f’24 Stat Membru, u dan joħloq inċertezza legali u jwassal għal proċeduri u rekwiżiti amministrattivi differenti. Ir-regoli dwar il-formazzjoni, is-sħubija u l-governanza jimponu rekwiżiti differenti. Pereżempju, in-numru ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi meħtieġa biex jiffurmaw assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ivarja minn 3 sa 20 skont l-Istat Membru. Japplikaw rekwiżiti differenti meta wieħed jiġi biex isir membru jew biex jaqdi rwol eżekuttiv fl-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, li f’xi każijiet jappartjenu għan-nazzjonalità jew għar-residenza legali. Filwaqt li l-assoċjazzjonijiet kollha mingħajr skop ta’ qligħ għandhom korp eżekuttiv u li jieħu d-deċiżjonijiet, ir-regoli li jappartjenu għall-governanza tagħhom ivarjaw bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-kisba ta’ personalità ġuridika tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ issegwi regoli differenti, b’xi Stati Membri jagħtu l-personalità ġuridika mar-reġistrazzjoni, u oħrajn mar-rikonoxximent mill-awtoritajiet nazzjonali jew sempliċiment mal-formazzjoni. Il-possibbiltajiet tat-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi jvarjaw ukoll. Barra minn hekk, maġġoranza kbira ħafna tal-Istati Membri ma jirrikonoxxux assoċjazzjonijiet minn Stati Membri oħra li jfittxu li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet transfruntiera. Dan iġiegħel lill-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jixtiequ jwettqu attivitajiet ekonomiċi fi Stat Membru ieħor jiffurmaw u jirreġistraw assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ għalkollox ġdida f’dak l-Istat Membru, ħaġa li timplika spejjeż u formalitajiet amministrattivi addizzjonali. Dan għandu wkoll konsegwenzi fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital bejn l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, u jimpedixxi l-fluss bla xkiel tal-kapital u jimmina l-kapaċità tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fi Stat Membru ieħor. Ir-regoli jvarjaw ukoll fir-rigward tal-aċċess għall-kapital u jeżistu diffikultajiet fir-rigward tal-aċċess għal self, krediti u garanziji finanzjarji fi ħdan l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. In-natura mingħajr skop ta’ qligħ tal-assoċjazzjonijiet tagħmel dawn l-ostakli partikolarment akuti u żżid il-piż finanzjarju li jeħtieġ li jerfgħu meta joperaw b’mod transfruntier fl-Unjoni.

Kif ġie identifikat fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatt li tappoġġa din il-proposta, dawn id-diverġenzi jimponu kostijiet ta’ konformità mhux ġustifikati għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jfittxu li jwettqu attivitajiet f’diversi Stati Membri, joħolqu inċertezza rigward l-obbligi applikabbli, u jistgħu jkunu ta’ deterrent għall-forniment u l-iżvilupp ulterjuri ta’ servizzi b’impatt fuq is-soċjetà fis-suq intern. Din l-eteroġeneità mhux biss timmina l-funzjonament xieraq tas-suq intern, iżda għandha wkoll impatt negattiv fuq il-libertà ta’ assoċjazzjoni, flimkien mal-libertà ta’ espressjoni u tal-informazzjoni, u, fl-aħħar mill-aħħar, tfixkel lill-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ milli jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom biex jiġġeneraw valur ekonomiku u għas-soċjetà fl-UE.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija inkluża fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 bħala parti mill-qafas tal-Ekonomija Soċjali taħt l-ambizzjoni l-kbira tal-Kummissjoni ta’ “Ekonomija għas-servizz tan-nies”, 3  u tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ “ekonomija li tista’ twieġeb bis-sħiħ għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-UE u b’hekk tiżgura l-ġustizzja soċjali u l-prosperità”. F’dan is-sens, hija marbuta wkoll mal-miżuri mħabbra fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Soċjali 4 u flimkien magħhom tifforma l-“qafas tal-Ekonomija Soċjali”, jiġifieri: il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar “l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas tal-ekonomija soċjali” 5 ; u żewġ dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jistabbilixxu “oqfsa ta’ tassazzjoni rilevanti għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali” 6 u “tassazzjoni mhux diskriminatorja ta’ organizzazzjonijiet tal-karità u d-donaturi tagħhom: prinċipju mislut mill-ġurisprudenza tal-UE” 7 . B’mod partikolari, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tippromwovi ambjent abilitanti għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali, inklużi l-assoċjazzjonijiet, u d-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta’ tassazzjoni jġibu ċarezza u jtejbu l-fehim tar-regoli tat-taxxa rilevanti għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali u d-donazzjonijiet transfruntiera għall-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Għalhekk, dawn it-testi jikkomplementaw din il-proposta leġiżlattiva peress li jipprovdu qafas għal strateġiji komprensivi għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali, inklużi l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, u jittrattaw il-qasam tat-tassazzjoni, li l-proposta ma tirregolax.

Il-proposta ssegwi parzjalment xi soluzzjonijiet adottati fil-kuntest tar-regoli tal-UE dwar id-dritt tal-kumpaniji 8 u dwar is-servizzi fis-suq intern. Ir-regoli tal-UE dwar id-dritt tal-kumpaniji (id-Direttiva UE 2017/1132) 9 jarmonizzaw, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti u l-operazzjonijiet ta’ formazzjoni, ta’ kapital u ta’ divulgazzjoni (fużjonijiet u diviżjonijiet domestiċi, konverżjonijiet transfruntiera, fużjonijiet u diviżjonijiet għal kumpaniji b’responsabbiltà limitata) li jippermettu li jiġu stabbiliti negozji u li jitwettqu operazzjonijiet fi kwalunkwe post fl-UE. Id-Direttiva dwar is-Servizzi 10 tħaffef l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment għall-fornituri tas-servizzi u l-moviment liberu tas-servizzi, filwaqt li tinżamm kwalità għolja tas-servizzi. B’mod simili, il-proposta għandha l-għan li tindirizza r-restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tal-libertajiet tas-suq intern li jiffaċċjaw l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u li tippermettilhom iwettqu l-operazzjonijiet fi kwalunkwe post fl-UE, permezz tal-forma l-ġdida ta’ assoċjazzjoni transfruntiera Ewropea.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, id-Direttiva timla lakuna leġiżlattiva peress li ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni ddedikata fil-livell tal-UE li tirregola l-kundizzjonijiet għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ biex joperaw b’mod transfruntier fis-suq intern 11 . F’dan is-sens, l-approċċ immirat tal-proposta huwa pjuttost differenti minn dak wiesa’ segwit mill-proposta tal-Kummissjoni tal-1992 biex tinħoloq forma ġuridika Ewropea għal assoċjazzjoni (jiġifieri l-Assoċjazzjoni Ewropea) 12 , peress li ma għandhiex l-intenzjoni li toħloq statut Ewropew għall-assoċjazzjonijiet, u minflok toħloq forma ġuridika nazzjonali ġdida li jiġu ffaċilitati l-attivitajiet transfruntiera ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u l-mobilità tagħhom filwaqt li tirrispetta t-tradizzjonijiet nazzjonali.

Barra minn hekk, il-proposta torbot mar-regoli tal-UE dwar forom ġuridiċi Ewropej eżistenti oħra ġeneralment imfassla biex jiffaċilitaw u jtejbu l-attivitajiet transfruntiera fost l-Istati Membri u b’mod aktar ġenerali madwar l-Unjoni, b’mod partikolari l-Grupp Ewropew b’Interess Ekonomiku (GEIE) 13 , ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) 14 , il-Konsorzju Ewropew għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) 15 , u l-Konsorzji għall-Infrastruttura Diġitali Ewropea (EDIC) 16 . Għalkemm ibbażati fuq il-membri, dawn il-forom ġuridiċi ma humiex komparabbli mal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fil-kuntest ta’ din il-proposta. Dawn jew tfasslu għat-twettiq ta’ kompiti speċifiċi ħafna u limitati 17 (ERIC u EDIC), jew għandhom tip limitat ħafna ta’ sħubija 18 (REKT u ERIC), jew ma għandhomx responsabbiltà limitata (GIEE u REKT), jew ma għandhomx għan mingħajr skop ta’ qligħ u restrizzjoni fuq it-tqassim tal-qligħ (GEIE).

Fl-aħħar nett, din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tirregola ċerti oqsma tal-liġi pertinenti għall-ATE fis-suq intern, b’mod partikolari t-tassazzjoni, il-liġi dwar l-impjiegi, il-kompetizzjoni, il-proprjetà intellettwali, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-insolvenza.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija inkorporata fl-objettivi politiċi usa’ tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (inkluż il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”) u hija rilevanti għal politiki oħra tal-UE stabbiliti f’oqsma bħad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali.

Il-proposta hija inkorporata wkoll fil-prijorità tal-Kummissjoni ta’ “Ewropa Lesta għall-Era Diġitali” 19 u tappoġġa l-objettiv politiku tad-Deċennju Diġitali 2030 billi ttejjeb u tħeġġeġ l-użu ta’ mezzi diġitali biex jitnaqqas il-piż amministrattiv marbut ma’ attivitajiet transfruntiera ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Dan fl-aħħar mill-aħħar huwa rilevanti għat-tisħiħ tal-libertajiet tal-espressjoni u tal-informazzjoni fis-soċjetà ċivili, kif ukoll għat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini.

Filwaqt li tindirizza l-attivitajiet transfruntiera ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, il-proposta hija konformi mas-sejbiet tar-Rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tal-2022, 20 li jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jippromwovu politiki u leġiżlazzjoni lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri u li r-rwol tagħhom huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest tal-isfidi kurrenti li qed tiffaċċja l-UE. F’dan ir-rigward, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa 21 rrikonoxxiet ir-rwol importanti tas-soċjetà ċivili u semmiet il-ħtieġa għal statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ transfruntieri Ewropej. Il-proposta tista’ ġġib ingranaġġ pożittiv għall-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej bl-għan li tiġi ffaċilitata kooperazzjoni transfruntiera aktar profonda, fit-tul u flessibbli 22 . Il-proposta titħejja wkoll flimkien mal-pakkett imħabbar dwar id-“Difiża tad-Demokrazija” 23 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 50 TFUE u l-Artikolu 114 TFUE.

L-Artikolu 50(1) u (2) TFUE, li jagħti s-setgħa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottaw dispożizzjonijiet sabiex tinkiseb il-libertà ta’ stabbiliment, iservi bħala bażi ġuridika għal miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment ta’ assoċjazzjonijiet li jipparteċipaw f’attività ekonomika u l-mobilità tagħhom, eż. it-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat.

L-Artikolu 114 TFUE jagħti s-setgħa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jadottaw miżuri għall-approssimizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri, li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

L-għan tal-proposta huwa li tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt tal-istabbiliment tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet ta’ moviment liberu billi tistabbilixxi miżuri li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u għall-operazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej, u b’hekk jipprevedi, fost l-oħrajn, ir-rikonoxximent awtomatiku tal-personalità ġuridika tagħhom mill-Istati Membri, filwaqt li tiżgura li jkunu soġġetti għal obbligu ta’ reġistrazzjoni uniku u tipprevedi regoli armonizzati dwar il-mobilità (jiġifieri trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat). Din il-proposta, billi toħloq fl-ordni ġuridiku nazzjonali tal-Istati Membri forma ġuridika ġdida ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ iddedikati għal attivitajiet transfruntiera ta’ u billi tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet u l-mobbiltà tagħha madwar l-Unjoni, tirriżulta fl-approssimizzazzjoni tal-azzjoni legali u amministrattiva fl-Istati Membri fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u, għalhekk, tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern.

Minħabba dan, l-Artikolu 50 TFUE huwa l-bażi ġuridika xierqa għal miżuri li jimmiraw direttament li jtejbu d-dritt tal-istabbiliment tal-assoċjazzjonijiet u l-mobilità tagħhom fis-suq intern.

L-Artikolu 50 TFUE huwa kkombinat mal-Artikolu 114 TFUE. Tabilħaqq, minbarra li tiġi ffaċilitata l-libertà tal-istabbiliment, id-Direttiva proposta għandha l-għan li tiżgura li l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ il-moviment liberu tal-merkanzija, jeżerċitaw attività ekonomika u jirċievu servizzi, u jistgħu jeżerċitaw il-libertà li jirċievu kapital. Hija tagħmel dan billi tneħħi r-restrizzjonijiet, b’mod partikolari dawk relatati mar-regolamentazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u t-twassil tal-kapital. Għalhekk, l-Artikolu 114 TFUE huwa bażi ġuridika addizzjonali għal intervent li jkopri l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ involuti f’attivitajiet ekonomiċi fis-suq intern, billi jarmonizza d-dispożizzjonijiet restrittivi diverġenti tal-Istati Membri fir-rigward tal-eżerċitar tagħhom ta’ attività ekonomika u l-libertà tagħhom li jirċievu kapital, li għandhom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-għan ġenerali tal-proposta huwa li jitneħħew l-ostakli għall-attivitajiet transfruntiera u l-mobilità transfruntiera ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fis-suq intern.

Hemm valur miżjud ċar fit-teħid ta’ azzjoni fil-livell tal-UE minħabba li l-problemi li din il-proposta tindirizza għandhom dimensjoni transfruntiera b’saħħitha. Bħalissa, ftit li xejn hemm koordinazzjoni fost l-Istati Membri biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ekonomiċi transfruntiera ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, il-mobilità tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jgawdu l-libertajiet tas-suq intern. Tali koordinazzjoni, għalkemm teoretikament possibbli, tidher improbabbli fil-futur qarib. Pereżempju, wara l-irtirar tal-Kummissjoni fl-2005 tal-proposta tagħha li toħloq l-istatut għal assoċjazzjoni Ewropea, tliet Stati Membri biss illeġiżlaw b’modi li jiffaċilitaw l-attivitajiet transfruntiera ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ permezz ta’ dmirijiet ta’ reġistrazzjoni. B’mod partikolari, l-azzjoni individwali jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-Istati Membri jiffokaw l-aktar fuq ir-regolamentazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fil-kuntest nazzjonali speċifiku tagħhom u ma jindirizzawx id-dimensjoni transfruntiera, bl-eċċezzjoni ta’ ftit Stati Membri. Id-Direttiva għandha fokus transfruntier uniku peress li tistabbilixxi forma ġuridika mmirata lejn l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ interessati li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed (l-assoċjazzjoni transfruntiera Ewropea) u tipprevedi l-kundizzjonijiet tal-operazzjonijiet tagħha u l-objettiv tagħha huwa li tgħin lil dawn l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jibbenefikaw bis-sħiħ mil-libertajiet tas-suq intern permezz tar-rikonoxximent tal-personalità ġuridika tagħhom madwar l-Unjoni u ċarezza mtejba dwar il-proċeduri amministrattivi li japplikaw meta joperaw b’mod transfruntier. Abbażi tal-azzjoni tal-Istati Membri biss, huwa probabbli li l-ostakli legali u amministrattivi li jiffaċċjaw l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ meta jipparteċipaw f’attivitajiet transfruntiera jippersistu, u dan jirriżulta fil-kontinwazzjoni tal-inċertezza ġuridika u l-burokrazija u ma jippermettix kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fis-suq intern.

Billi taġixxi, l-UE se tipprovdi qafas ċar u prevedibbli li jippermetti lill-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jibbenefikaw bis-sħiħ mil-libertajiet tas-suq intern tagħhom meta joperaw b’mod transfruntier. Għalhekk, l-objettiv ta’ din l-inizjattiva ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni.

Proporzjonalità

Il-proposta hija mmirata lejn assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw jew li jixtiequ joperaw b’mod transfruntier u mhux neċessarjament se twassal lill-Istati Membri biex ibiddlu r-regoli nazzjonali eżistenti tagħhom dwar l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u lanqas mhu se jkollha implikazzjonijiet diretti fuq l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li ma humiex interessati fl-attivitajiet transfruntiera. Il-kontenut u l-forma tal-proposta huma, għalhekk, proporzjonati mal-iskala u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-problemi identifikati li l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jiffaċċjaw meta dawn jinvolvu ruħhom f’attivitajiet transfruntiera jew fil-mobilità.

Il-forma ġuridika l-ġdida mfassla u introdotta speċifikament fil-livell nazzjonali, li hija l-element ċentrali ta’ din il-proposta, se tippermetti flessibbiltà biex l-Istati Membri jadattawha għall-konfigurazzjonijiet rispettivi tagħhom. Id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva proposta mhux se jirrikjedu tibdil fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri li tirregola l-forom eżistenti ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ stabbiliti fit-territorju tagħhom.

L-analiżi tal-għażliet ta’ politika mwettqa fil-Valutazzjoni tal-Impatt, li qieset l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-proporzjonalità tagħhom, uriet li l-għażliet kollha jista’ jkollhom impatt pożittiv u li l-għażla fil-proposta ppreżentata kklassifikat l-ogħla f’dawk it-termini.

Għażla tal-istrument

Din il-proposta tieħu l-forma ta’ Direttiva u ta’ Regolament.

L-użu ta’ Direttiva huwa meħtieġ mill-Artikolu 50 TFUE. Barra minn hekk, id-direttiva hija meqjusa bħala l-aktar strument ġuridiku xieraq u proporzjonat biex ikun hemm lok għall-adattament tal-miżuri ta’ traspożizzjoni għall-ambjenti nazzjonali, u b’hekk ikollha wkoll il-potenzjal li tiffaċilita l-adozzjoni tal-forma ġuridika l-ġdida mill-assoċjazzjonijiet.

Ir-Regolament huwa ta’ natura teknika u jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 24 li stabbilixxa s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) sabiex jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni permezz tal-IMI meta japplikaw ir-regoli nazzjonali implimentati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-proposta. Barra minn hekk jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 25 li stabbilixxa l-Gateway Diġitali Unika biex jiżgura li l-Istati Membri jagħtu aċċess online għall-informazzjoni rilevanti għall-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (ATE) u l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti matul il-proċeduri li jikkonċernaw l-ATE, kif stabbiliti mid-Direttiva proposta. Ir-Regolament huwa l-istrument xieraq fid-dawl tal-prinċipju tal-paralleliżmu tal-forma.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Din il-proposta ssegwi attivitajiet estensivi ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jiġifieri l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, l-Organizzazzjonijiet Mingħajr Skop ta’ Qligħ (NPOs), iċ-ċittadini tal-UE li jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u ta’ NPOs oħra, l-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi, in-negozji, l-esperti, u r-riċerkaturi dwar id-dritt dwar l-entitajiet mingħajr skop ta’ qligħ.

Fil-5 ta’ Awwissu 2022 ġew ippubblikati konsultazzjoni pubblika miftuħa u sejħa għal evidenza li baqgħu miftuħin sat-3 ta’ Novembru 2022 26 . L-input u l-kontribut mill-partijiet ikkonċernati kkontribwew għall-proċess tad-determinazzjoni u d-definizzjoni tad-daqs tal-problema u tal-għażliet ta’ politika. 

Il-Kummissjoni kkuntrattat studju estern b’appoġġ għat-tħejjija ta’ din il-proposta. F’dan il-kuntest, saru konsultazzjonijiet immirati addizzjonali mal-partijiet ikkonċernati.

Il-valutazzjoni tal-impatt b’appoġġ għall-proposta tal-Kummissjoni tibni fuq ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ konsultazzjoni li ġejjin:

sejħa għal evidenza, li rċeviet 50 tweġiba;

konsultazzjoni pubblika, li rċeviet 64 tweġiba;

fil-kuntest tal-istudju estern, konsultazzjoni mmirata permezz ta’ stħarriġ online, bi tweġibiet minn assoċjazzjonijiet domestiċi u transfruntiera (b’kollox 88, inklużi organizzazzjonijiet umbrella), fornituri ta’ servizzi (b’kollox 12), istituti akkademiċi/ta’ riċerka (b’kollox 14), u awtoritajiet responsabbli (b’kollox 11);

fil-kuntest tal-istudju estern, 64 intervista ma’ assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet umbrella li jlaqqgħu flimkien l-assoċjazzjonijiet nazzjonali.

Filwaqt li n-numri assoluti ta’ tweġibiet fl-attivitajiet ta’ konsultazzjoni kollha jistgħu jitqiesu bħala ġeneralment limitati, ir-rappreżentattività tal-kontributi hija msaħħa permezz tal-kontributi ta’ 29 organizzazzjoni umbrella, li rrappreżentaw il-vuċi ta’ 3026 assoċjazzjoni.

B’mod ġenerali, l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni wrew li, fost il-partijiet ikkonċernati, hemm kemm rikonoxximent wiesa’ tal-ħtieġa li jissaħħu l-attivitajiet transfruntiera tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ kif ukoll appoġġ għal azzjoni tal-UE biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet transfruntiera tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fis-suq intern 27 .

Il-biċċa l-kbira tar-rispondenti rrapportaw sfidi u ostakli rikorrenti fit-twettiq ta’ attivitajiet transfruntiera. Fis-Sejħa għall-Evidenza, il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw l-ostakli eżistenti f’oqsma bħall-forniment ta’ servizzi fi Stat Membru ieħor mingħajr reġistrazzjoni, problemi ta’ rikonoxximent fi Stat Membru ieħor, aċċess għall-finanzjament, u reġimi u approċċi differenti tal-VAT f’pajjiżi differenti tal-UE. Fil-konsultazzjoni pubblika, l-aktar kwistjonijiet rikorrenti kienu kwistjonijiet relatati mat-taxxa, il-proċessi ta’ reġistrazzjoni, u l-formalitajiet amministrattivi. It-tweġibiet mill-konsultazzjonijiet immirati mal-partijiet ikkonċernati kienu simili, u identifikaw kwistjonijiet bħal settijiet differenti ta’ regoli nazzjonali għall-istabbiliment ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ segwiti minn diffikultajiet fil-fużjoni ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ madwar Stati Membri differenti u kwistjonijiet oħra tat-taxxa.

Fir-rigward tal-għażla politika ppreferuta, 36 % (22 minn 64) tar-rispondenti kollha għall-konsultazzjoni pubblika, (fejn 67 % jiġifieri 43 minn 64 huma parti mis-settur mingħajr skop ta’ qligħ) kienu favur “forma ġuridika ġdida għall-assoċjazzjonijiet”. 16 minn 38 rispondent li identifikaw lilhom infushom li jaqgħu taħt il-forma ġuridika ta’ assoċjazzjonijiet, (jiġifieri 42 % ta’ dawk li wieġbu) kienu favuriha wkoll. L-“armonizzazzjoni tal-istandards minimi komuni” (l-għażla ta’ politika 2) kienet l-għażla ppreferuta ta’ 42 % (26 minn 64) tar-rispondenti kollha u ta’ 32 % (12 minn 38) tar-rispondenti taħt il-forma ġuridika ta’ assoċjazzjoni.

Fil-kuntest tal-istħarriġ immirat (li rċieva 140 tweġiba), l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li wieġbu appoġġaw intervent tal-UE, li potenzjalment jiffavorixxi l-ħolqien ta’ forom ġuridiċi ġodda f’termini ta’ effettività fl-iffaċilitar tal-operazzjonijiet tal-assoċjazzjonijiet fi Stat Membru ieħor, filwaqt li għażliet ta’ politika oħrajn kienu appoġġati b’mod wiesa’ wkoll.

Informazzjoni dettaljata dwar l-istrateġija ta’ konsultazzjoni, l-eżiti u l-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati jistgħu jinstabu fl-Anness 2 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt u fuq Semma’ leħnek (europa.eu) .

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Biex tappoġġa l-analiżi li tirfed il-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni użat ir-riżultati ta’ studju estern ikkuntrattat biex jiġbor aktar evidenza dwar l-attivitajiet transfruntiera tal-assoċjazzjonijiet. Dan kien jinkludi analiżi legali komparattiva tal-liġijiet u r-reġimi tal-assoċjazzjonijiet fl-UE, stħarriġ immirat u l-valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva tal-impatti tal-miżuri potenzjali.

Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt ġiet appoġġata b’evidenza li tirriżulta mill- istudju dwar l-Analiżi legali komparattiva tal-liġijiet u r-reġimi tal-assoċjazzjonijiet fl-UE , ippubblikat f’Settembru 2022, u l- istudju dwar l-analiżi legali komparattiva tar-regoli dwar il-fużjonijiet li jikkonċernaw l-assoċjazzjonijiet fl-UE , ippubblikat f’Lulju 2023. 

Minbarra dawn l-istudji ta’ appoġġ, ġie identifikat għarfien espert addizzjonali permezz tar-riċerka fil-letteratura u permezz tar-reazzjonijiet għall-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni infurmat u ddiskutiet f’Ġunju u f’Novembru 2022 mal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali (GECES) fuq l-inizjattiva dwar l-attivitajiet transfruntiera ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

Flimkien mal-istudji ta’ appoġġ u mal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni tat attenzjoni mill-qrib għar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Frar 2022, li pprovdiet rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ transfruntieri Ewropej, kif ukoll għall-istudju tal-Parlament Ewropew li huwa l-bażi tar-riżoluzzjoni tiegħu 28 .

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta ġiet eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fit-2 ta’ Marzu 2023. Wara l-opinjoni negattiva li waslet fil-31 ta’ Marzu, fit-8 ta’ Mejju 2023 ġiet ippreżentata valutazzjoni tal-impatt riveduta lill-Bord. Wara l-opinjoni pożittiva b’riżervi tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tat-8 ta’ Ġunju 2023, il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta ġiet riveduta sabiex jiġu indirizzati kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord, eż. billi tiġi spjegata aktar l-għażla tal-bażi ġuridika, jiġu ċċarati l-impatti differenti fost l-għażliet ta’ politika anki f’termini ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità u tiġi ppreżentata l-metodoloġija tal-għoti tal-punteġġ għall-għażliet ta’ politika b’mod aktar granulari.

Il-valutazzjoni tal-impatt analizzat l-għażliet ta’ politika li jibnu fuq l-analiżi tal-ostakli identifikati f’erba’ oqsma ewlenin tas-suq intern: fir-rigward tad-dritt ta’ stabbiliment tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ meta joperaw b’mod transfruntier, il-kapaċitajiet tagħhom li jipprovdu servizzi u oġġetti u jibagħtu u jirċievu kapital; il-possibbiltajiet ta’ sħubija u parteċipazzjoni transfruntiera fil-korpi ta’ governanza tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ meta joperaw b’mod transfruntier; il-mobilità transfruntiera tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

Taħt ix-xenarju bbażat fuq l-ebda intervent ta’ politika fil-livell tal-UE, l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ se jkomplu jiġu rregolati esklużivament mid-dritt nazzjonali. F’dan ix-xenarju bażi, il-valutazzjoni tal-impatt uriet li x’aktarx l-ostakli eżistenti se jibqgħu jew f’xi każijiet se jmorru għall-agħar fid-dawl tal-isfidi tas-soċjetà u l-iżviluppi tas-suq. L-Istati Membri bħalissa ma għandhomx leġiżlazzjoni li tindirizza speċifikament l-attivitajiet transfruntiera u l-mobilità ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, ħlief għal ftit pajjiżi. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-Istati Membri qegħdin jippjanaw leġiżlazzjoni f’dan il-qasam. Mingħajr mod xieraq biex jinkiseb rikonoxximent u tiġi ffaċilitata l-mobilità, il-miżuri fil-livell tal-Istati Membri jkollhom benefiċċji limitati.

Għalhekk, ġew ivvalutati tliet għażliet ta’ politika biex jitnaqqsu l-ostakli identifikati li jiffaċċjaw l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ meta joperaw b’mod transfruntier fis-suq intern.

L-ewwel għażla ta’ politika ġiet analizzata permezz ta’ żewġ subgħażliet li jipproponu l-introduzzjoni ta’: a) forma ġuridika Ewropea msejħa l-“Assoċjazzjoni Ewropea” li tirregola l-aspetti kollha tal-funzjonament ta’ din il-forma ġuridika ġdida u li teżisti flimkien ma’ forom legali nazzjonali mingħajr ma toħdilhom posthom. Il-forma ta’ Assoċjazzjoni Ewropea tkun ta’ benefiċċju għal assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ interessati li joperaw f’diversi Stati Membri, iżda setgħet kienet inqas adattata għal assoċjazzjonijiet żgħar mingħajr skop ta’ qligħ b’attivitajiet transfruntiera okkażjonali; b) l-istabbiliment ta’ forma ġuridika fil-livell tal-UE msejħa l-“Assoċjazzjoni transfruntiera Ewropea” li tkopri speċifikament l-aspetti transfruntiera. Għall-kuntrarju tas-subgħażla taħt il-punt a), din is-subgħażla ma tippreskrivix bis-sħiħ il-forma ġuridika iżda tippreskrivi biss b’mod eżawrjenti l-aspetti transfruntiera. Iż-żewġ subgħażliet ikunu bbażati fuq l-Artikolu 352 TFUE u b’hekk il-forma ġuridika l-ġdida tinħoloq permezz ta’ regolament.

It-tieni għażla ta’ politika tipproponi l-armonizzazzjoni ta’ standards minimi komuni għall-attivitajiet transfruntiera u l-mobilità ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ madwar l-Istati Membri. Din l-għażla tkun teħtieġ it-tneħħija jew l-emenda tad-dispożizzjonijiet eżistenti u l-introduzzjoni ta’ oħrajn ġodda fid-dritt tal-Istati Membri biex jintlaħqu dawn l-objettivi. Din l-għażla tħeġġeġ ir-reġistrazzjoni kompletament online, ir-reġistri diġitali, u proċeduri standardizzati biex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw b’mod transfruntier u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri u fil-livell tal-UE. L-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jibbenefikaw awtomatikament minn dawn il-miżuri ta’ armonizzazzjoni, u skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-armonizzazzjoni, l-assoċjazzjonijiet kollha mingħajr skop ta’ qligħ setgħu ġew affettwati mir-regoli l-ġodda. L-armonizzazzjoni parzjali tal-liġijiet nazzjonali tissimplifika r-regoli applikabbli għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw f’kuntesti transfruntiera, billi tipprovdi drittijiet u salvagwardji għall-mobilità u l-attivitajiet transfruntiera tagħhom. L-istrument legali għal din l-għażla jkun Direttiva u l-bażi ġuridika tkun l-Artikolu 114 jew 50 TFUE, jew taħlita tagħhom, filwaqt li jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-inizjattiva.

It-tielet, ġiet ivvalutata għażla ta’ politika li toħloq fil-livell nazzjonali forma ġuridika addizzjonali ta’ assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ imfassla għal skopijiet transfruntiera u rikonoxxuta mill-Istati Membri. Din l-għażla ta’ politika tkun tirrikjedi li kull Stat Membru jintroduċi fis-sistema legali nazzjonali tiegħu forma ġuridika ta’ assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ imfassla għal skopijiet transfruntiera. Fil-livell tal-UE, din tkun tinkludi l-preskrizzjoni ta’ rekwiżiti u salvagwardji li huma meħtieġa għall-iffaċilitar tal-għanijiet transfruntiera msemmija biss, u tkun teżisti flimkien mal-forom ġuridiċi eżistenti għal assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fid-dritt nazzjonali, filwaqt li jiġu rrispettati t-tradizzjonijiet nazzjonali differenti fid-dritt dwar l-assoċjazzjonijiet. “Assoċjazzjonijiet transfruntiera” mhux neċessarjament ikollhom bżonn jirreġistraw f’kull Stat Membru separatament, peress li l-personalità u l-kapaċità ġuridiċi tagħhom jiġu rikonoxxuti awtomatikament u anki meta formalitajiet addizzjonali jkunu ġġustifikati, l-“assoċjazzjonijiet transfruntiera” jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jipprovdu informazzjoni diġà sottomessa lil awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. Minflok, l-informazzjoni tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri b’mod diġitali.

It-tielet għażla ta’ politika toffri taħlita ta’ aspetti mill-ewwel u mit-tieni għażliet ta’ politika, fis-sens li toħloq forma ġuridika ġdida addizzjonali ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ (simili għall-ewwel għażla ta’ politika), iżda biss b’dispożizzjonijiet rilevanti għall-aspetti transfruntiera, li l-Istati Membri jistgħu jadattaw għall-ambjent nazzjonali rispettiv tagħhom permezz tat-traspożizzjoni (simili għat-tieni għażla ta’ politika), filwaqt li jevitaw il-ħtieġa li neċessarjament jemendaw ir-regoli dwar il-forom legali eżistenti fil-livell nazzjonali.

Għalkemm l-għażliet ta’ politika kollha jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi ta’ politika tal-inizjattiva (għalkemm b’mod u b’firxa differenti), id-differenzi ewlenin bejniethom jikkonċernaw il-livell ta’ konformità tagħhom mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà u l-livell ta’ fattibbiltà legali tagħhom fir-rigward tal-problema identifikata. F’dan il-kuntest, it-tielet għażla rriżultat l-għażla ppreferuta, peress li tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tal-problema identifikata u tindirizza l-objettivi speċifiċi, filwaqt li hija mmirata u bbilanċjata f’termini ta’ kostijiet u benefiċċji 29 .

Barra minn hekk, l-istudju li jappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt ivvaluta wkoll l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-għażla politika ppreferuta u kkonkluda li, b’mod ġenerali, l-għażla ta’ politika tlieta hija mistennija li jkollha impatt pożittiv fuq l-awtoritajiet kompetenti fit-tul mingħajr spejjeż sinifikanti ta’ adattament.

Minn perspettiva ekonomika, il-proposta ma timponi l-ebda kost. L-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jieħdu din il-forma ġuridika ġdida jistgħu jiffaċċjaw ċerti kostijiet, li jiddependu fuq kemm id-dispożizzjonijiet armonizzati jkunu differenti mir-regoli nazzjonali, iżda dawn il-kostijiet ma jkunux sinifikanti. Jista’ jkun kostijiet mhux sinifikanti għall-amministrazzjonijiet pubbliċi f’każ li jkun meħtieġ li jiġi żviluppat jew adattat reġistru online. Ma jkun hemm l-ebda kost ta’ aġġustament u amministrattiv għal dawk l-assoċjazzjonijiet li ma jkunux jixtiequ jieħdu din il-forma ġuridika. Din l-għażla ta’ politika tnaqqas kemm il-kostijiet ta’ darba tat-tnedija tal-operazzjonijiet kif ukoll il-kostijiet rikorrenti tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw b’mod transfruntier meta mqabbla mal-għażla ta’ politika bażi. B’mod aktar preċiż, it-tnaqqis tal-kostijiet eċċessivi tat-tnedija (eż. il-kost tal-informazzjoni u l-imposti diretti) huwa stmat għal EUR 2 150 għal kull tnedija. Fi ħdan il-perjodu ta’ żmien ta’ 15-il sena vvalutat, it-tnaqqis fil-kostijiet żejda jista’ potenzjalment jammonta għal bejn EUR 338 miljun – EUR 378 miljun fix-xenarju tal-aħjar stima (EUR 358 miljun għall-istima ċentrali ta’ 166 500 assoċjazzjoni transfruntiera ġdida fil-perjodu ta’ żmien ta’ 15-il sena vvalutat). It-tnaqqis tal-kost eċċessiv tal-operazzjonijiet (kostijiet rikorrenti, eż. kostijiet amministrattivi u ta’ konformità) għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li bħalissa joperaw b’mod transfruntier huwa stmat għal EUR 770 miljun fis-sena. Fi ħdan il-perjodu ta’ żmien ta’ 15-il sena vvalutat, l-iffrankar tal-kostijiet jista’ potenzjalment jammonta għal sa EUR 8,5 biljun, li jikkontribwixxi għat-tnaqqis ġenerali tal-piż regolatorju. Il-valutazzjoni tal-impatt tagħmel ukoll l-aħjar stima tal-benefiċċji ekonomiċi indiretti potenzjali ġġenerati: 157 000 – 176 000 assoċjazzjoni addizzjonali li joperaw b’mod transfruntier, li joħolqu 64 000 – 71 000 impjieg u valur miżjud ta’ EUR 3,57 biljun – EUR 4 biljun, li jikkorrispondu għall-użu potenzjali massimu fuq perjodu ta’ żmien ta’ 15-il sena 30 . 

Fir-rigward tal-impatti soċjali, deher diffiċli li tiġi ddeterminata relazzjoni kawżali bejn Direttiva li tissimplifika r-regoli regolatorji u amministrattivi dwar l-operazzjonijiet transfruntiera ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u l-impatti soċjali potenzjali. Madankollu, il-valutazzjoni tal-impatt iddeterminat effetti pożittivi indiretti, iżda mhux li jistgħu jitkejlu. B’mod partikolari, id-Direttiva hija maħsuba li ttejjeb l-aċċess għaċ-ċittadini f’setturi li joffru servizzi fi Stati Membri differenti (eż. il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali, ix-xogħol soċjali għas-servizz komunitarju, l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-servizzi tal-impjiegi, eċċ.). Se tkompli trawwem il-konverġenza bejn il-mudelli differenti offruti fl-Istati Membri, li twassal għal kwalità ġenerali aħjar ta’ tali servizzi fl-UE. Fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, din id-Direttiva tista’ ssaħħaħ ukoll id-dritt għal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni b’mod mhux diskriminatorju, peress li l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jużaw il-forom ġuridiċi l-ġodda jiġu ttrattati b’mod ugwali bħalassoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li diġà jeżistu skont il-liġijiet nazzjonali. Skont ir-riżultati tar-riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni u tal-Konsultazzjoni Pubblika, billi jittejbu l-kundizzjonijiet għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ biex joperaw fis-suq intern, it-tielet għażla ta’ politika hija maħsuba li għandha impatt pożittiv qawwi fuq is-salvagwardja tad-drittijiet għal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u tal-membri tagħhom fl-UE.

Fil-prinċipju, in-natura u l-objettivi tal-inizjattiva ma humiex mistennija li jiġġeneraw impatti ambjentali diretti li jistgħu jitkejlu. Meta wieħed iħares lejn il-benefiċċji indiretti potenzjali, l-għażla ppreferuta hija mistennija li tiġġenera impatt pożittiv billi ttejjeb il-pożizzjoni u l-preżenza tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw b’mod transfruntier u li huma attivi fl-isfera ambjentali u tat-tibdil fil-klima, bħall-promozzjoni tal-bijodiversità, il-preservazzjoni tan-natura u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

L-inizjattiva jkollha wkoll impatt ekonomiku indirett fuq l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni f’setturi kritiċi ta’ rilevanza għolja għas-soċjetà (eż. servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali, xogħol soċjali, integrazzjoni tax-xogħol, servizzi ta’ taħriġ u edukazzjoni, servizzi ta’ impjieg u riċerka u żvilupp). B’inqas ostakli għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fis-suq intern, se jkun hemm aktar servizzi u prodotti offruti fis-swieq nazzjonali, kif ukoll aktar kooperazzjoni u kompetizzjoni. Dan se jrawwem l-innovazzjoni u l-kwalità tal-prezzijiet għas-servizzi u l-oġġetti.

Fl-aħħar nett, l-inizjattiva tikkontribwixxi għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), u tappoġġa b’mod partikolari l-SDG 8 ( Jiġu promossi tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti għal kulħadd ), billi tippromwovi l-ħolqien tal-impjiegi u ttejjeb l-aċċess ugwali u inklużiv għall-opportunitajiet ekonomiċi. Tikkontribwixxi wkoll għall-SDG 16 ( Paċi, ġustizzja u soċjetajiet inklużivi ), billi ssaħħaħ is-soċjetà ċivili permezz tal-protezzjoni tal-assoċjazzjonijiet fost entitajiet oħra.

Drittijiet fundamentali

Għalkemm il-proposta hija ċċentrata fuq il-funzjonament tas-suq intern għal assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw b’mod transfruntier, se jkollha wkoll effett pożittiv fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali. Pereżempju, it-titjib tal-kundizzjonijiet għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ biex joperaw fis-suq intern se jsaħħaħ it-tgawdija tal-libertajiet tal-espressjoni u tal-informazzjoni (l-Artikolu 11 tal-Karta) u l-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni (l-Artikolu 12 tal-Karta) fl-UE. Dan fil-fatt se jippermetti lill-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ b’ambizzjonijiet transfruntiera jespandu b’mod effettiv, u b’hekk jikkontribwixxu għall-eżerċitar ukoll tad-drittijiet fundamentali li jinvolvu fuq skala akbar, billi jibbenefikaw minn qafas legali aktar armonizzat li ma jinjorax l-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

Minn din il-perspettiva, din l-inizjattiva se jkollha esternalitajiet pożittivi fuq it-tisħiħ tas-soċjetà ċivili fl-UE u fil-mitigazzjoni tax-xejra ġenerali tat-tnaqqis tal-ispazju ċiviku osservati fl-Ewropa, billi jiġu ffaċilitati l-attivitajiet transfruntiera u l-mobilità ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u tippermettilhom jimmobilizzaw lill-membri, il-voluntiera u l-gruppi ta’ interess li joperaw fis-suq intern. Din tagħmilha aktar faċli għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jipparteċipaw f’attivitajiet fi Stati Membri differenti u tippermettilhom, l-ewwel, li jisfruttaw il-potenzjal ekonomiku tagħhom u, it-tieni, il-potenzjal tagħhom li jbaxxu l-limitu tal-involviment taċ-ċittadini f’assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ madwar l-Unjoni (kif indikat fit-Taqsima 4 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt dwar l-objettivi ġenerali). Fl-aħħar mill-aħħar, l-inizjattiva se jkollha impatt pożittiv indirett fuq l-ispazju demokratiku tal-UE.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta tistabbilixxi l-implikazzjonijiet tar-riżorsi baġitarji, umani u amministrattivi.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni tad-Direttiva u se tirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew kull 7 snin. Għall-fini tal-monitoraġġ u r-rapportar, il-Kummissjoni se tfittex li tikseb feedback mill-partijiet ikkonċernati ewlenin dwar l-impatt tal-proposta, inklużi l-vantaġġi, l-iżvantaġġi u kwalunkwe sfida prattika fl-implimentazzjoni għall-Istati Membri u l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Ċirkwit regolari ta’ feedback se jippermetti wkoll il-ġbir tad-data mill-Istati Membri dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (ATE) irreġistrati fit-territorju tagħhom.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta’ din il-proposta, huma meħtieġa dokumenti ta’ spjegazzjoni, li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti tagħha u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Id-Direttiva proposta tistabbilixxi miżuri li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament ta’ “assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej” (ATE), bil-għan li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv minn assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ tad-drittijiet tagħhom relatati mal-libertà tal-istabbiliment, il-moviment liberu tal-kapital, il-libertà li jiġu pprovduti u riċevuti servizzi u l-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern.

Din fiha d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Il-Kapitolu 1 fih, l-ewwel nett, id-dispożizzjonijiet ġenerali bħas-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni (l-Artikolu 1) u d-definizzjonijiet (l-Artikolu 2). It-tieni nett, jagħti dettalji dwar il-karatteristiċi ta’ ATE (l-Artikolu 3) u r-regoli applikabbli għaliha (l-Artikolu 4). It-tielet nett, dan jagħti s-setgħa lill-ATE bil-personalità ġuridika u bil-kapaċità ġuridika u r-rikonoxximent awtomatiku tagħhom fl-Istati Membri kollha (l-Artikolu 5). Ir-raba’ nett, jistabbilixxi regoli komuni għall-ATE dwar l-istatuti tagħhom (l-Artikolu 6), il-governanza (l-Artikolu 7), u s-sħubija (l-Artikolu 8).

Il-Kapitolu 2 jelenka d-drittijiet u r-restrizzjonijiet ipprojbiti tal-ATE. ATE tibbenefika mill-prinċipji ta’ trattament indaqs (l-Artikolu 9) u nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 10). Id-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw ATE magħmula mill-awtoritajiet amministrattivi fl-Istati Membri jenħtieġ li jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju (l-Artikolu 11). ATE jenħtieġ li tirreġistra biss fi Stat Membru wieħed biex tikseb personalità u kapaċità ġuridiċi u minħabba raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku biss, huwa possibbli li kemm l-Istat Membru domiċiljari kif ukoll dak ospitanti jitolbu formalitajiet addizzjonali (l-Artikolu 12). ATE jenħtieġ li tkun tista’ tapplika għal finanzjament fl-Istat(i) Membru/i li fih(om) topera u ma għandhiex tkun ristretta f’dik li hija l-kapaċità tagħha li tipprovdi jew tirċievi finanzjament, ħlief sal-punt li tali restrizzjonijiet huma stipulati mil-liġi, ġustifikati minħabba raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku, adatti biex jiżguraw l-ilħuq tal-objettiv segwit u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq. (Artikolu 13). Barra minn hekk, ATE jenħtieġ li tkun tista’ tipprovdi u tirċievi servizzi u tipparteċipa fil-kummerċ tal-oġġetti (l-Artikolu 14). Minbarra dan, jenħtieġ li ATE ma tkunx soġġetta għal ċerti restrizzjonijiet abbażi, pereżempju, tan-nazzjonalità tal-membri tagħha (l-Artikolu 15).

Il-Kapitolu 3 jikkonċerna r-regoli ta’ kostituzzjoni u reġistrazzjoni ta’ ATE u jikkonsisti f’żewġ taqsimiet. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li ATE tiġi ffurmata permezz tar-reġistrazzjoni tagħha u jkollha minimu ta’ tliet membri fundaturi (l-Artikolu 16). Dan il-kapitolu jipprevedi wkoll ir-regoli dwar il-konverżjoni domestika ta’ assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ f’ATE (l-Artikolu 17). Jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni (l-Artikolu 18), kif ukoll il-proċedura ta’ reġistrazzjoni (l-Artikolu 19). Jispeċifika li l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu reġistru għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni tal-ATE (l-Artikolu 20) u l-kontenut taċ-ċertifikat tal-ATE (l-Artikolu 21).

Il-Kapitolu 4 jistabbilixxi r-regoli dwar id-drittijiet ta’ mobilità tal-ATE. Dan jikkonċerna speċifikament il-possibbiltà li ATE tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha mingħajr ma tali trasferiment jirriżulta fix-xoljiment tal-ATE kkonċernata (l-Artikolu 22) u l-proċedura għat-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tal-ATE (l-Artikolu 23).

Il-Kapitolu 5 fih dispożizzjonijiet dwar ix-xoljiment ta’ ATE. B’mod aktar preċiż, dan jistabbilixxi r-regoli dwar ix-xoljiment volontarju (l-Artikolu 24) u x-xoljiment involontarju (l-Artikolu 27). Barra minn hekk, hija tiżgura li x-xoljiment tal-ATE jinvolvi l-likwidazzjoni tagħha li trid tkun konformi mar-restrizzjoni fuq in-nuqqas ta’ distribuzzjoni marbuta mal-għan tagħha mingħajr skop ta’ qligħ (l-Artikolu 25).

Il-Kapitolu 6 jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-infurzar, il-kooperazzjoni u l-monitoraġġ tar-regoli li jinsabu fil-proposta. Dan jikkonċerna l-ħatra tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw minn din il-proposta (l-Artikolu 27); il-kooperazzjoni amministrattiva fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-monitoraġġ mill-Kummissjoni tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni (l-Artikolu 28); ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ din id-Direttiva proposta (l-Artikolu 29).

Il-Kapitolu 7 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet finali li jippermettu lill-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 30), dwar it-traspożizzjoni ta’ din il-proposta (l-Artikolu 31) u d-dħul fis-seħħ (l-Artikolu 32) kif ukoll id-destinatarji tal-proposta (l-Artikolu 33).

Id-Direttiva hija akkumpanjata minn Regolament li huwa ta’ natura teknika u jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 li stabbilixxa s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) sabiex jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni permezz tal-IMI, meta japplikaw ir-regoli nazzjonali implimentati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-proposta (l-Artikolu 1). Barra minn hekk jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 31 li stabbilixxa l-Gateway Diġitali Unika, biex jiżgura li l-Istati Membri jagħtu aċċess online għall-informazzjoni dwar l-ATE u l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ evidenza bejn l-awtoritajiet kompetenti matul il-proċeduri li jikkonċernaw l-ATE, kif stabbiliti mid-Direttiva proposta (l-Artikolu 2).

 

2023/0315 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50 u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 32 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)F’konformità mal-Artikolu 26(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa żgurat il-moviment liberu tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, l-Artikolu 50 TFUE jipprevedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu permezz ta’ direttivi sabiex tinkiseb il-libertà ta’ stabbiliment fir-rigward ta’ attività partikolari. Barra minn hekk, l-Artikolu 114 TFUE jipprevedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw il-miżuri għall-approssimizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri, li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

(2)L-eliminazzjoni tal-ostakli għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ madwar l-Istati Membri hija essenzjali sabiex tinkiseb il-libertà tal-istabbiliment tagħhom, kif ukoll libertajiet fundamentali oħra bħal-libertà li jiġi pprovdut u riċevut il-kapital u l-libertà li jiġu pprovduti u riċevuti servizzi fis-suq intern. Billi japprossimaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jaffettwaw l-eżerċizzju ta’ dawn il-libertajiet, din id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern. B’dan il-mod, din id-Direttiva se tkompli taqdi l-objettivi tat-tisħiħ tal-integrazzjoni Ewropea, il-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali u l-prosperità għaċ-ċittadini tal-UE u l-iffaċilitar tal-eżerċizzju effettiv tal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni madwar l-Unjoni.

(3)Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni fis-17 ta’ Frar 2022 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ transfruntieri Ewropej 33 .

(4)Fid-9 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea adottat pjan ta’ azzjoni ġdid għall-ekonomija soċjali 34 . Fil-pjan ta’ azzjoni, il-Kummissjoni ressqet miżuri speċifiċi biex jinħolqu opportunitajiet għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali biex jibdew u jespandu, u biex jiġi żgurat li l-ekonomija soċjali u l-potenzjal tagħha jkunu aktar viżibbli. Il-Parlament Ewropew laqa’ l-pjan ta’ azzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu maħruġa fis-6 ta’ Lulju 2022 35 .

(5)B’segwitu għall-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali, il-Kummissjoni rrakkomandat miżuri konkreti biex tappoġġa l-ekonomija soċjali, li tagħti prijorità lin-nies, lill-kawżi soċjali u lill-kawżi ambjentali fuq il-qligħ. Il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas tal-ekonomija soċjali tat-13 ta’ Ġunju 2023 36 tinkludi rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw strateġiji tal-ekonomija soċjali. Fl-istess jum, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll żewġ Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal biex ittejjeb il-fehim tar-regoli tat-taxxa rilevanti għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali 37 u tad-donazzjonijiet transfruntiera ta’ benefiċċju pubbliku 38 .

(6)Fost il-forom ġuridiċi disponibbli fis-settur mingħajr skop ta’ qligħ u fl-ekonomija soċjali, il-forma ġuridika tal-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ hija l-għażla għall-maġġoranza l-kbira. Minbarra li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Unjoni u għall-kisba tal-għanijiet li huma fl-interess pubbliku, l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jagħmlu kontribut importanti għas-suq intern billi jipparteċipaw fuq bażi regolari f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ekonomiċi, pereżempju billi joffru servizzi f’setturi bħas-servizzi soċjali u s-saħħa, il-komunikazzjoni u l-informazzjoni, il-promozzjoni, il-kultura, il-protezzjoni tal-ambjent, l-edukazzjoni, ir-rikreazzjoni, l-isport, u fil-promozzjoni tal-avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi. Dan huwa minnu meta t-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi jkun l-attività prinċipali jew l-objettiv tal-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, u f’każijiet oħra.

(7)Suq intern li jiffunzjona bis-sħiħ għall-attivitajiet ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ huwa essenzjali sabiex jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku u soċjali fl-Istati Membri kollha. Bħalissa, l-ostakli fis-suq intern jipprevjenu lill-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ milli jestendu l-operazzjonijiet tagħhom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom, u b’hekk ifixklu l-operazzjoni effettiva tas-suq intern. Il-ħidma lejn suq intern kompletament effettiv tirrikjedi libertà sħiħa ta’ stabbiliment għall-attivitajiet kollha li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Unjoni.

(8)Sabiex jiġi stabbilit suq intern ġenwin għall-attivitajiet ekonomiċi ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, huwa meħtieġ li titneħħa kwalunkwe restrizzjoni mhux ġustifikata fuq il-libertà tal-istabbiliment, il-moviment liberu tas-servizzi, il-moviment liberu tal-merkanzija u l-moviment liberu tal-kapital li għadhom japplikaw fil-liġijiet ta’ ċerti Stati Membri. Dawn ir-restrizzjonijiet ifixklu lill-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ milli joperaw b’mod transfruntier, mhux l-inqas minħabba li jimponu fuqhom ħtieġa speċifika li jallokaw ir-riżorsi għal attivitajiet amministrattivi jew ta’ konformità li ma humiex meħtieġa, li għandhom effett ta’ deterrent partikolari fid-dawl tan-natura mingħajr skop ta’ qligħ tagħhom.

(9)Dawn l-ostakli jinħolqu minħabba inkonsistenzi fl-oqfsa legali nazzjonali tal-Istati Membri. Il-qafas legali li fih l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ iwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-Unjoni huwa bbażat fuq id-dritt nazzjonali, li ma humiex armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Bħalissa, l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ ma jirċevux rikonoxximent uniformi tal-personalità u tal-kapaċità ġuridiċi tagħhom madwar l-Unjoni u spiss ikollhom bżonn jirreġistraw għat-tieni darba jew saħansitra jiffurmaw entità ġuridika ġdida sabiex jipparteċipaw f’attivitajiet fi Stat Membru għajr dak li huma stabbiliti fih. L-elementi fundamentali li jikkonċernaw il-mobilità tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fl-Unjoni għadhom regolati b’mod inadegwat, u dan jirriżulta f’ambigwità ġuridika għall-assoċjazzjonijiet kollha mingħajr skop ta’ qligħ b’attivitajiet transfruntiera. Pereżempju, meta l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ ikollhom l-intenzjoni li jirrilokaw l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ġdid, ikun għad hemm inċertezzi fir-rigward tar-rilokazzjoni. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat mingħajr ma jgħaddu minn likwidazzjoni jxekkel lill-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ milli jaġixxu, jiċċaqilqu, u jagħmlu ristrutturar bejn il-fruntieri fl-Unjoni. Ir-regoli nazzjonali jvarjaw u spiss jonqsu milli jipprovdu soluzzjonijiet u proċeduri ċari għall-eżerċizzju tal-mobilità transfruntiera u l-attivitajiet ekonomiċi ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

(10)Il-kapaċità li jiġu aċċessati u allokati l-fondi u l-kapital u li dawn jiġu ttrasferiti b’mod effiċjenti lil hinn mill-fruntieri hija meħtieġa sabiex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fis-suq intern. Dan jinkludi remunerazzjoni għall-attivitajiet ekonomiċi, iżda wkoll donazzjonijiet, wirt, jew forom oħra ta’ finanzjament. Oqfsa regolatorji u restrizzjonijiet eżistenti differenti fl-Istati Membri rigward ir-riċeviment, is-solleċitazzjoni ta’ donazzjonijiet, u kontribuzzjonijiet simili fi kwalunkwe forma jirriżultaw fi frammentazzjoni fis-suq intern u jikkostitwixxu ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern.

(11)Barra minn hekk, il-liġijiet ta’ ċerti Stati Membri jimponu rekwiżiti rigward in-nazzjonalità jew ir-residenza ġuridika fuq il-membri ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jew fuq il-membri tal-korp eżekuttiv ta’ tali assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Tali rekwiżiti jenħtieġ li jiġu eliminati sabiex jiġi protett l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà ta’ assoċjazzjoni taċ-ċittadini tal-UE.

(12)Il-libertà ta’ assoċjazzjoni hija kruċjali għall-funzjonament tad-demokrazija, peress li tikkostitwixxi kundizzjoni essenzjali għall-eżerċizzju ta’ drittijiet fundamentali oħra mill-individwi, inkluż id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni. Kif rikonoxxut fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (CFR) u fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-libertà ta’ assoċjazzjoni hija dritt fundamentali.

(13)Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jiffaċilitaw it-twettiq ta’ attivitajiet transfruntiera tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Jenħtieġ li r-regoli nazzjonali eżistenti dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera jiġu armonizzati sabiex jippermettu li dawk l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jieħdu forma legali mfassla speċifikament biex tiffaċilita l-operazzjonijiet fuq bażi transkonfinali. Dik il-forma ġuridika jenħtieġ li tiġi pprovduta fl-ordnijiet ġuridiċi domestiċi tal-Istat Membru permezz tal-adattament tar-regoli rispettivi tagħhom dwar l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Din il-forma ġuridika, li għandha tissejjaħ l-“assoċjazzjoni transfruntiera Ewropea” (“ATE”), jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta awtomatikament mill-Istati Membri kollha u tippermetti lill-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jegħlbu l-ostakli li jiffaċċjaw fis-suq intern, filwaqt li jiġu rrispettati t-tradizzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.

(14)Barra minn hekk, li l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jitħallew igawdu bis-sħiħ il-libertà ta’ stabbiliment fl-Unjoni permezz ta’ reġistrazzjoni unika li tkun valida madwar l-Unjoni u r-rikonoxximent awtomatiku tal-personalità ġuridika tagħhom huwa direttament relatat mal-funzjonament tas-suq intern u meħtieġ għalih u l-possibbiltà li jibbenefikaw b’mod effettiv mid-drittijiet derivati minn dik il-libertà.

(15)It-trade unions u l-assoċjazzjonijiet tat-trade unions jenħtieġ li jitħallewx jistabbilixxu ATE, peress li għandhom status partikolari fid-dritt nazzjonali.

(16)Lanqas il-partiti politiċi u l-assoċjazzjonijiet tal-partiti politiċi ma għandhom jitħallew jistabbilixxu ATE, peress li jgawdu status partikolari fid-dritt nazzjonali u fid-dritt tal-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 .

(17)Il-knejjes u organizzazzjonijiet reliġjużi oħra u l-organizzazzjonijiet filosofiċi jew mhux konfessjonali, skont it-tifsira tal-Artikolu 17 TFUE, kif ukoll assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-entitajiet, jenħtieġ li ma jitħallewx jistabbilixxu ATE, minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza tal-Unjoni biex tirregola l-istatus tagħhom, u minħabba li għandhom status partikolari fid-dritt nazzjonali.

(18)L-istabbiliment ta’ ATE jenħtieġ li jkun ir-riżultat ta’ ftehim bejn persuni fiżiċi li huma ċittadini tal-Unjoni jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi legalment residenti fl-Unjoni, jew entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni, ħlief persuni li jkunu nstabu ħatja ta’ reati li jikkonċernaw ħasil tal-flus, reati predikati assoċjati 40 , jew finanzjament tat-terroriżmu jew li huma soġġetti għal miżuri li jipprojbixxu l-operazzjonijiet tagħhom fi Stat Membru għall-istess raġunijiet. Fid-dawl tal-għan mingħajr skop ta’ qligħ tal-ATE, fejn ATE hija kostitwita minn entitajiet ġuridiċi, dawn jenħtieġ li jkollhom ukoll għan mingħajr skop ta’ qligħ.

(19)L-għan mingħajr skop ta’ qligħ ta’ ATE jenħtieġ li jfisser li meta jiġi ġġenerat qligħ permezz tal-attivitajiet ekonomiċi, dan jenħtieġ li jintuża biss biex jintlaħqu l-objettivi tal-ATE, kif definiti fl-istatuti tiegħu, u ma jistax jitqassam mill-ġdid. Għalhekk, jenħtieġ li jkun hemm imblukkar tal-assi li jirrikjedi li ma ssir l-ebda distribuzzjoni tal-assi lill-membri, anke fil-każ ta’ xoljiment. Fil-każ tal-aħħar, l-assi residwi jenħtieġ li jiġu ttrasferiti b’mod diżinteressat, bħal assoċjazzjonijiet oħra mingħajr skop ta’ qligħ.

(20)F’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, l-ATE jenħtieġ li jsegwu objettivi li huma kompatibbli mal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) bħar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jkunx possibbli li l-ATE jintużaw għall-finanzjament tat-terroriżmu, l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, il-ħasil tal-flus jew kwalunkwe reat kriminali jew skop illegali.

(21)L-element transfruntier ta’ ATE huwa ċentrali. Għalhekk, ATE jenħtieġ li twettaq jew ikollha fl-istatuti tagħha l-objettiv li twettaq mill-inqas parti mill-attivitajiet tagħha b’mod transfruntier fl-Unjoni, f’mill-inqas żewġ Stati Membri, u jkollha membri fundaturi b’rabtiet ma’ mill-inqas żewġ Stati Membri, jew abbażi taċ-ċittadinanza jew tar-residenza fil-każ ta’ persuni fiżiċi, jew abbażi tal-post tal-uffiċċju rreġistrat tagħhom fil-każ ta’ entitajiet ġuridiċi.

(22)Sabiex jiġi żgurat li l-ATE jissodisfaw l-objettivi sottostanti għall-ħolqien tagħhom, il-grad ta’ armonizzazzjoni tal-karatteristiċi u d-drittijiet ta’ ATE jenħtieġ li jkun proporzjonat għall-iskala u l-ambitu tal-problemi identifikati li jiffaċċjaw l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ meta jipparteċipaw f’attivitajiet transfruntiera.

(23)L-armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha tal-karatteristiċi ewlenin tal-personalità u l-kapaċità ġuridika tal-ATE u r-rikonoxximent awtomatiku tagħhom madwar l-Istati Membri u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni, mingħajr ma l-Istati Membri jistabbilixxu regoli diverġenti dwar dawn il-kwistjonijiet, hija kundizzjoni essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-ATE kollha. L-aspetti tal-attivitajiet tal-ATE li ma humiex armonizzati minn din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu regolati mir-regoli nazzjonali li japplikaw għall-aktar tip simili ta’ assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ fid-dritt nazzjonali. Tali entitajiet, indipendentement minn isimhom fl-ordni ġuridika domestika, jenħtieġ li fil-każijiet kollha jkunu bbażati fuq sħubija, ikollhom għan mingħajr skop ta’ qligħ u jkollhom personalità ġuridika. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza ġuridika, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli.

(24)Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom l-għodod xierqa biex jiġġieldu l-finanzjament tat-terroriżmu u jiżguraw it-trasparenza ta’ ċerti movimenti ta’ kapital, ir-regoli applikabbli għall-ATE skont din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati mill-Istati Membri biex jipprevjenu l-użu ħażin tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku u sigurtà pubblika u biex tiġi żgurata t-trasparenza ta’ ċerti movimenti ta’ kapital meta dan ikun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, jew mid-dritt nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

(25)Sabiex jitneħħew l-ostakli ġuridiċi u amministrattivi għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed u jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern, l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jirrikonoxxu awtomatikament il-personalità ġuridika u l-kapaċità ġuridika tal-ATE. Din il-personalità ġuridika u l-kapaċità ġuridika jenħtieġ li jingħataw mar-reġistrazzjoni tal-ATE fi Stat Membru.

(26)Jenħtieġ li l-ATE ikunu jistgħu jiddeċiedu b’mod liberu dwar ir-regoli tal-operazzjoni tagħhom. Kwalunkwe limitazzjoni fuq din il-libertà imposta minn Stat Membru jenħtieġ li tiġi applikata b’mod ġenerali u nondiskriminatorju, stipulat mil-liġi, meta tkun iġġustifikata minn raġuni prevalenti fl-interess pubbliku, u tkun xierqa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv segwit u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq.

(27)L-Artikoli 52, 62 u 65 TFUE u l-ġurisprudenza rilevanti japplikaw ukoll għall-ATE. Dawn l-Artikoli TFUE jipprevedu l-ġustifikazzjoni ta’ miżuri li jirrestrinġu l-libertà ta’ stabbiliment, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital għal raġunijiet li jinkludu l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ “raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku” li ssir referenza għalih f’ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ġie żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha. Il-miżuri mill-Istati Membri li jistgħu jxekklu jew li jagħmlu inqas attraenti l-eżerċizzju ta’ dawk il-libertajiet tat-Trattat jenħtieġ li jkunu permessi biss meta jkunu jistgħu jiġu ġġustifikati mill-objettivi elenkati fit-Trattat jew minn raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku rikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni. Filwaqt li ma teżisti l-ebda definizzjoni eżawrjenti, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li huma possibbli ġustifikazzjonijiet minħabba diversi raġunijiet bħall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika, iż-żamma tal-ordni fis-soċjetà, l-objettivi tal-politika soċjali, il-protezzjoni tar-riċevituri tas-servizzi, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-protezzjoni tal-ħaddiema, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet l-oħra. Dawn il-miżuri jeħtieġ, fi kwalunkwe każ, li jkunu xierqa biex jiżguraw l-ilħuq tal-objettiv inkwistjoni u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(28)Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni u xieraq għall-governanza madwar l-Unjoni, l-ATE jenħtieġ li jinkludu korp deċiżjonali li jfisser il-korp li jiġbor il-membri kollha, li f’xi Stati Membri tradizzjonalment jissejjaħ il-laqgħa ġenerali jew l-assemblea ġenerali. L-ATE jenħtieġ li jinkludu wkoll korp eżekuttiv, li f’xi Stati Membri huwa tradizzjonalment magħruf bħala kumitat eżekuttiv jew bord tad-diretturi; il-korp eżekuttiv jenħtieġ li jkun inkarigat mill-amministrazzjoni, mill-ġestjoni u mit-tmexxija tal-ATE. Dan jenħtieġ li jiżgura wkoll il-konformità mal-istatuti ta’ ATE u mal-obbligi ġuridiċi, kif ukoll jirrappreżenta ATE f’negozjati ma’ partijiet terzi u fi proċedimenti legali. Il-korp eżekuttiv ta’ ATE jenħtieġ li jkun magħmul minn minimu ta’ tliet persuni, kemm jekk ikunu persuni fiżiċi kif ukoll entitajiet ġuridiċi permezz tar-rappreżentanti tagħhom.

(29)Sabiex jiġi żgurat li l-ATE ikunu jistgħu jwettqu b’mod effettiv l-attivitajiet tagħhom u jiżguraw it-trattament indaqs fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fid-dritt nazzjonali, jenħtieġ li l-ATE ma jiġux trattati b’mod inqas favorevoli mill-aktar assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ simili fl-ordni ġuridiku domestiku tal-Istat Membru domiċiljari fejn topera.

(30)F’konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u biex tiġi żgurata l-libertà ta’ assoċjazzjoni, fl-implimentazzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni kontra kwalunkwe grupp jew individwu għal kwalunkwe raġuni, bħat-twelid, l-età, il-kulur, is-sess u l-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, il-kundizzjonijiet tas-saħħa, l-immigrazzjoni jew l-istatus ta’ residenza, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, l-oriġini nazzjonali, etnika jew soċjali, l-opinjoni politika jew opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, id-diżabilità fiżika jew mentali, il-proprjetà, ir-razza, ir-reliġjon jew it-twemmin, jew xi status ieħor.

(31)Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtorità kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni tar-regola li tittrasponi din id-Direttiva (“awtorità kompetenti”). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika l-lista tal-awtoritajiet kompetenti. Sabiex ikun hemm ħarsa ġenerali komprensiva lejn it-trattament ġuridiku tal-ATE fl-Istati Membri, l-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u bil-kompiti tal-awtoritajiet rilevanti, għajr l-awtoritajiet kompetenti, stabbiliti jew maħtura għall-finijiet tar-regoli nazzjonali applikabbli għall-aktar assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ simili fid-dritt nazzjonali, jekk applikabbli.

(32)F’konformità mad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif stabbilit fl-Artikolu 47 CFR u fl-Artikolu 13 KEDB, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju. Tali stħarriġ ġudizzjarju jenħtieġ li jkun disponibbli għall-ATE, kif ukoll għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, fir-rigward ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti rigward l-ATE, inkluż f’każijiet ta’ nuqqas ta’ azzjoni. Id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju jinkludi d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali stabbilit minn qabel bil-liġi skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti f’konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.

(33)Fid-dawl tal-għan tagħhom mingħajr skop ta’ qligħ, l-ATE jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw għal finanzjament minn sors pubbliku jew privat fl-Istat(i) Membru/i li fih(om) joperaw fuq bażi mhux diskriminatorja. Jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq id-dritt tal-ATE li tirċievi u tipprovdi finanzjament, ħlief meta restrizzjoni tkun stipulata mil-liġi, ġustifikata minn raġuni prevalenti fl-interess pubbliku, tkun xierqa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv segwit u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tintlaħaq u tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni.

(34)Sabiex jiġi żgurat li l-ATE jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern, l-ATE jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu u jirċievu servizzi, kif ukoll li jipparteċipaw fil-kummerċ tal-oġġetti mingħajr interferenza mill-Istati Membri. Ir-restrizzjonijiet jenħtieġ li jkunu permessi biss jekk ikunu stipulati mil-liġi, ġustifikati minn raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku, u jkunu xierqa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv segwit u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq. Dan jenħtieġ li ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet ta’ atti oħra tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li jinkludi d-dispożizzjonijiet tal-atti tal-Unjoni li jsaħħu l-libertajiet fundamentali, bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 li jiggarantixxu l-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta’ atti oħra tal-Unjoni li jirregolaw attivitajiet ekonomiċi speċifiċi li jinvolvu ruħhom fihom l-ATE.

(35)Sabiex jiġi stabbilit suq intern ġenwin għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, huwa meħtieġ li jitneħħew ċerti restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-istabbiliment, il-moviment liberu tas-servizzi u l-moviment liberu tal-kapital li għadhom japplikaw fil-liġijiet ta’ ċerti Stati Membri. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jimponu l-ebda rekwiżit diskriminatorju bbażat fuq in-nazzjonalità tal-membri ta’ ATE jew tal-korp eżekuttiv tagħha, ħlief kif previst minn din id-Direttiva. L-Istati Membri jenħtieġ li lanqas ma jipprevedu xi rekwiżit dwar il-preżenza fiżika tal-membri għall-validità ta’ laqgħa. Sabiex l-ATE ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jirrikjedux li l-uffiċċju rreġistrat ta’ ATE jkun fl-istess Stat Membru bħall-amministrazzjoni ċentrali tiegħu jew il-post prinċipali tal-operazzjonijiet. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri ma jimponux projbizzjonijiet ġenerali fuq l- li jwettqu attivitajiet ekonomiċi, u lanqas ma jenħtieġ li jippermettulhom ATE jinvolvu ruħhom biss f’attivitajiet ekonomiċi jekk ikunu marbuta ma’ objettiv stabbilit fl-istatuti tal-ATE.

(36)Ir-reġistrazzjoni ta’ ATE jenħtieġ li tkun kostituttiva tal-ATE. Sabiex tirreġistra, ATE jenħtieġ li jkollha minimu ta’ tliet membri fundaturi. Kemm l-entitajiet ġuridiċi mingħajr skop ta’ qligħ stabbiliti fl-Unjoni kif ukoll il-persuni fiżiċi li huma ċittadini tal-Unjoni jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jkunu membri fundaturi ta’ ATE. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jikkonvertu f’ATE fl-istess Stat Membru.

(37)Sabiex jiġi żgurat li l-ATE ikunu jistgħu joperaw bejn il-fruntieri u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, dawn jenħtieġ li jkunu meħtieġa jirreġistraw darba biss, fl-Istat Membru domiċiljari, sabiex jiksbu l-personalità ġuridika u l-kapaċità ġuridika tagħhom. Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent awtomatiku ta’ din ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li l-proċedura ta’ reġistrazzjoni tiġi armonizzata. Din tikkonċerna b’mod partikolari d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għal applikazzjoni biex tiġi rreġistrata ATE, kif ukoll il-kontrolli li għandhom jitwettqu.

(38)L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom dritt li jirrikjedu li ATE rreġistrata tagħmel dikjarazzjoni, tipprovdi informazzjoni, titlob jew tikseb awtorizzazzjonijiet għall-involviment f’attivitajiet partikolari biss meta tali rekwiżiti jkunu (i) applikati b’mod ġenerali u nondiskriminatorju, (ii) stipulati bil-liġi, (iii) ġustifikati minn raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku, (iv) xierqa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv segwit u ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun neċessarju sabiex jintlaħaq. Tali rekwiżiti jistgħu jkunu konnessi, pereżempju, mal-ispeċifiċitajiet ta’ ċerti setturi, bħall-kura tas-saħħa. Meta l-Istati Membri jipprevedu proċeduri addizzjonali bħal dawn, din l-informazzjoni jenħtieġ li ssir disponibbli għall-pubbliku sabiex jiġi żgurat li ATE tkun tista’ tikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti.

(39)Sabiex jiġu pprevenuti l-frodi, huwa importanti li l-Istati Membri jivverifikaw l-identità tal-membri fundaturi u tar-rappreżentanti ġuridiċi tal-ATE. Il-verifika tal-identità hija partikolarment importanti jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni titwettaq b’mod elettroniku. Minħabba l-varjetà ta’ prattiki differenti fl-Istati Membri, il-metodi speċifiċi ta’ verifika tal-identità jenħtieġ li jibqgħu fil-prerogattiva tal-Istat Membru kkonċernat.

(40)Filwaqt li tirrispetta l-libertà ta’ stabbiliment u ta’ assoċjazzjoni, ir-reġistrazzjoni ta’ ATE jenħtieġ li tiġi miċħuda f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti formali għar-reġistrazzjoni, kif stabbilit f’din id-Direttiva, meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta jew jekk l-objettivi deskritti fl-istatuti jiksru d-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali konformi mad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-reġistrazzjoni trid tiġi miċħuda, jekk l-applikazzjoni tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti bażiċi stabbiliti f’din id-Direttiva biex tiġi kostitwita ATE, jiġifieri l-għan mingħajr skop ta’ qligħ, l-għadd minimu ta’ membri fundaturi u l-element transfruntier f’termini ta’ attivitajiet f’mill-inqas żewġ Stati Membri u membri fundaturi b’rabtiet ma’ mill-inqas żewġ Stati Membri. Kwalunkwe rifjut li tiġi rreġistrata ATE jenħtieġ li jsir bil-miktub u debitament motivat mill-awtorità kompetenti.

(41)L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jistabbilixxu reġistru għall-finijiet tar-reġistrazzjoni u għall-finijiet taż-żamma u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-ATE. Dan ir-reġistru jenħtieġ li jkun fih l-informazzjoni dwar l-ATE u d-dokumenti ppreżentati. Peress li l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru tista’ ssir skaduta, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ATE tinnotifika kwalunkwe tibdil li jikkonċerna l-informazzjoni dwar l-ATE lill-awtorità kompetenti u li l-informazzjoni miżmuma fir-reġistru tiġi aġġornata. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jagħmlu użu mir-reġistri nazzjonali eżistenti tagħhom għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza speċjalment għall-membri ta’ ATE u għall-kredituri tagħha, jekk applikabbli, iċ-ċertifikat tal-ATE, il-likwidazzjoni u x-xoljiment ta’ ATE huma biċċiet ta’ informazzjoni li jenħtieġ li jsiru disponibbli għall-pubbliku sa massimu ta’ 6 xhur wara x-xoljiment ta’ ATE. Is-soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà żviluppati bħala parti mill-implimentazzjoni tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli ta’ interoperabbiltà tas-settur pubbliku madwar l-Unjoni 42 jistgħu jappoġġaw ulterjorment lill-Istati Membri biex jimxu lejn l-interoperabbiltà transfruntiera tar-reġistri tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ ATE tkun għadha disponibbli anke wara x-xoljiment tagħha, id-data kollha miżmuma u maħżuna fir-reġistru jenħtieġ li tinżamm għal sentejn wara x-xoljiment.

(42)Ir-Regolamenti (UE) 2016/679 43 u (UE) 2018/1725 44 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq fil-kuntest ta’ din id-Direttiva, inkluż l-ipproċessar ta’ data personali biex jinżamm ir-reġistru jew ir-reġistri nazzjonali dwar l-ECBAs u r-rappreżentanti ġuridiċi tagħhom, l-aċċess għad-data personali f’tali reġistri u l-iskambju ta’ data personali fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri skont din id-Direttiva, meta applikabbli permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, 45 u ż-żamma ta’ rekords f’konformità ma’ din id-Direttiva.

(43)Sabiex l-ATE ikunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern u minħabba li d-drittijiet tal-mobilità huma direttament relatati u meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern, l-ATE jenħtieġ li jkunu jistgħu jittrasferixxu l-uffiċċju rreġistrat tagħhom minn Stat Membru għal ieħor. Tali trasferiment ta’ uffiċċju rreġistrat jenħtieġ li ma jirriżultax fix-xoljiment ta’ ATE fl-Istat Membru domiċiljari jew fil-ħolqien ta’ entità ġuridika ġdida fl-Istat Membru domiċiljari l-ġdid, jew ma jaffettwax assi jew obbligazzjonijiet, inkluż kwalunkwe terminu li jinsab f’kuntratti, jew krediti, drittijiet jew obbligi ta’ ATE eżistenti qabel it-trasferiment. Fil-każ ta’ mobilità, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi tal-kredituri tal-ATE jekk ikun hemm. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-impjegati tal-ATE, l-ATE jenħtieġ li jkunu meħtieġa jinfurmawhom dwar kwalunkwe trasferiment propost fi żmien xieraq u jippermettulhom jeżaminaw l-abbozz tat-termini ta’ tali trasferiment. Dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar il-protezzjoni tal-impjegati, bħad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 , jistgħu jkunu applikabbli wkoll.

(44)Biex jarmonizzaw il-proċedura tat-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ ATE, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li trasferiment ta’ uffiċċju rreġistrat jiġi deċiż mill-korp deċiżjonali tal-ATE kkonċernata. L-ATE jenħtieġ li tissottometti t-talba bid-dokumenti rilevanti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih irid isir it-trasferiment u tinforma b’mod parallel lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha meta tissottometti t-talba għat-trasferiment. Meta applikabbli, l-istatuti proposti tal-ATE jenħtieġ li jiġu emendati skont ir-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li l-ATE titlob li jsir it-trasferiment lejh. Mat-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat, l-ATE ssir ATE skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru domiċiljari l-ġdid. Din il-bidla fil-liġi applikabbli li tirriżulta mit-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat jenħtieġ li ma twassalx, sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari l-ġdid biex tivverifika kwalunkwe element diġà vverifikat matul ir-reġistrazzjoni fl-Istat Membru preċedenti u armonizzat b’din id-Direttiva. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-ATE beħsiebha tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha lejh jenħtieġ li tirrifjuta t-talba ta’ trasferiment biss meta r-rekwiżiti stabbiliti fid-dritt nazzjonali li jittrasponi din id-Direttiva ma jkunux issodisfati u jenħtieġ li ma tirrifjutahiex għal ebda raġuni oħra. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ma tirrifjutax it-talba minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti skont id-dritt nazzjonali tagħha li ma setax ikun raġuni biex tiġi miċħuda r-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 19. Sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ ECBA fis-suq intern, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari l-ġdid jenħtieġ li toħroġ ċertifikat aġġornat f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 21, li jadatta n-numru ta’ reġistrazzjoni uniku u l-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri tal-Istat Membru fejn jiġi ttrasferit l-uffiċċju tal-ECBA u l-indirizz postali tal-uffiċċju rreġistrat, kif ukoll kwalunkwe element ieħor, jekk applikabbli.

(45)F’konformità mal-libertà ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni, ATE jenħtieġ li tiġi xolta biss b’deċiżjoni tal-membri tagħha jew b’deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. Meta x-xoljiment ta’ ATE jkun ir-riżultat ta’ deċiżjoni tal-membri tagħha, din jenħtieġ li tittieħed minn żewġ terzi tal-voti li jirrappreżentaw mill-inqas nofs it-total tal-membri matul laqgħa straordinarja. Ix-xoljiment ta’ ECBA jista’ jkun involontarju b’deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-ECBA, bħala l-aħħar alternattiva, biss meta ECBA ma tirrispettax l-għan tagħha mingħajr skop ta’ qligħ, meta l-attivitajiet tagħha jikkostitwixxu theddida għall-ordni pubbliku, jew meta l-membri tal-korp eżekuttiv ta’ ECBA jkunu nstabu ħatja ta’ reat kriminali partikolarment serju jew l-ECBA nnifisha tkun ġiet kkundannata għal reat kriminali, jekk id-dritt nazzjonali jippermetti din il-possibbiltà. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tikkomunika lill-ATE avviż formali tat-tħassib tagħha li xxolji l-ATE u tisma’ lill-ATE sabiex tagħti lill-ATE l-opportunità li twieġeb.

(46)Ix-xoljiment tal-ATE jenħtieġ li jwassal għal-likwidazzjoni tagħha. Il-likwidazzjoni tal-ATE jenħtieġ li tkun konformi mar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (EIR 2105) 47 li jirrikjedi li l-liġi applikabbli għall-proċedimenti ta’ insolvenza u l-effetti tagħhom għandha tkun dik tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinfetħu tali proċedimenti. F’konformità mal-għan mingħajr skop ta’ qligħ tal-ATE, l-assi kollha ta’ ATE xolta jenħtieġ li jiġu ttrasferiti lil entità mingħajr skop ta’ qligħ li twettaq attività simili bħal dik imwettqa mill-ATE xolta jew jiġu ttrasferiti lil awtorità lokali li jenħtieġ li tużahom għal attività simili għal dik segwita mill-ATE xolta.

(47)Sabiex tippermetti lil ATE turi li hija rreġistrat fi Stat Membru u biex jiġu ffaċilitati ulterjorment il-proċeduri transfruntiera u jiġu ssimplifikati u mnaqqsa l-formalitajiet, l-awtoritajiet kompetenti, bħala l-aħħar pass tal-proċess ta’ reġistrazzjoni, jenħtieġ li joħorġu ċertifikat (“ċertifikat tal-ATE”) li jkun fih l-informazzjoni essenzjali dwar ir-reġistrazzjoni, inkluż l-isem ta’ ATE, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tagħha, u l-ismijiet tar-rappreżentanti ġuridiċi. Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ dan iċ-ċertifikat f’diversi Stati Membri mingħajr adattamenti jew kostijiet ta’ konformità addizzjonali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi mudell standardizzat disponibbli fil-lingwi kollha tal-Unjoni. Għalhekk, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-att, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tipproduċi mudell standardizzat inkluż fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-mudell. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 . Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(48)Il-kunċett ta’ “kriminalità partikolarment serja” jenħtieġ li jiġi definit mill-Istati Membri u jista’ jinkludi t-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal, it-traffikar illeċitu tad-droga, it-traffikar illeċitu tal-armi, il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni, il-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas, il-kriminalità ċibernetika u l-kriminalità organizzata.

(49)Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw b’mod effiċjenti d-dispożizzjonijiet ġuridiċi ta’ din id-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI). B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jużaw l-IMI biex jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn meta tiġi kkostitwita ATE ġdida, inkluż meta assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ issir ATE. Meta awtorità kompetenti tirċievi applikazzjoni għal reġistrazzjoni, hija jenħtieġ li tikkomunika permezz tal-IMI mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i li fih(om) ikunu nħarġu dawn id-dokumenti sabiex tivverifika, pereżempju, il-legalità tagħhom. Fil-każ ta’ trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ ATE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari l-ġdid jenħtieġ li tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra b’dan it-trasferiment u taġġorna l-IMI bl-informazzjoni rilevanti. Fil-każ ta’ xoljiment, kemm volontarju kif ukoll involontarju, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tinnotifika wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra biex tinformahom dwar ix-xoljiment u biex taġġorna l-IMI bl-informazzjoni rilevanti.

(50)Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tal-funzjonament tas-suq intern billi jitneħħew l-ostakli legali u amministrattivi għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu pjuttost jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li jkun neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(51)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fis-27 ta’ Ġunju 2023,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva proposta tistabbilixxi miżuri li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament ta’ “assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej” (ATE), sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv minn assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ tad-drittijiet tagħhom relatati mal-libertà tal-istabbiliment, il-moviment liberu tal-kapital, il-libertà li jiġu pprovduti u riċevuti servizzi u l-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“Stat Membru domiċiljari” tfisser l-Istat Membru li fih l-ATE tistabbilixxi jew tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(b)“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru minbarra l-Istat Membru domiċiljari li fih topera l-ATE;

(c)“mingħajr skop ta’ qligħ” tfisser li, irrispettivament minn jekk l-attivitajiet tal-assoċjazzjoni humiex ta’ natura ekonomika jew le, kwalunkwe profitt iġġenerat jintuża biss sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-ECBA kif definit fl-istatuti tagħha u ma jiġix distribwit fost il-membri tagħha;

(d)“assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ” tfisser entità ġuridika skont id-dritt nazzjonali li hija bbażata fuq sħubija, li ma għandhiex skop ta’ qligħ u li għandha personalità ġuridika;

(e)“ċertifikat tal-ATE” tfisser ċertifikat maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, li jservi bħala evidenza tar-reġistrazzjoni ta’ ATE.

Artikolu 3

Assoċjazzjoni Transfruntiera Ewropea (ATE)

1.Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi fis-sistema ġuridika tiegħu l-forma ġuridika tal-assoċjazzjoni transfruntiera Ewropea (ATE). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE tkun entità ġuridika bbażata fuq sħubija, kostitwita permezz ta’ ftehim volontarju minn persuni fiżiċi li huma ċittadini tal-Unjoni jew legalment residenti fl-UE jew entitajiet ġuridiċi mingħajr skop ta’ qligħ stabbilit legalment fl-Unjoni, bl-eċċezzjoni ta’:

(a)trade unions, partiti politiċi, organizzazzjonijiet reliġjużi u assoċjazzjonijiet ta’ tali entitajiet;

(b)persuni li jkunu nstabu ħatja ta’ reati ta’ ħasil tal-flus, reati predikati assoċjati, jew finanzjament tat-terroriżmu;

(c)persuni li huma soġġetti għal miżuri li jipprojbixxu l-attività tagħhom fi Stat Membru b’rabta mal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati assoċjati, jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE għandu jkollha għan mingħajr skop ta’ qligħ u kwalunkwe profitt ta’ ATE għandu jintuża esklużivament għall-ilħuq tal-objettivi tagħha, kif deskritt fl-istatuti tagħha, mingħajr ebda distribuzzjoni fost il-membri tagħha.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE għandha twettaq jew ikollha fl-istatut tagħha l-objettiv li twettaq attivitajiet f’mill-inqas żewġ Stati Membri u jkollha membri fundaturi b’rabtiet ma’ mill-inqas żewġ Stati Membri, jew abbażi taċ-ċittadinanza jew tar-residenza ġuridika f’każ ta’ persuni fiżiċi, jew abbażi tal-post tal-uffiċċju rreġistrat tagħhom, f’każ ta’ entitajiet ġuridiċi.

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-isem tal-ATE għandu jkun preċedut jew segwit mill-akronimu “ATE”.

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċċju rreġistrat ta’ ATE jkun jinsab fl-Unjoni.

Artikolu 4

Regoli applikabbli għall-ATE

1.Għall-kwistjonijiet kollha armonizzati minn din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ECBA tkun regolata mill-miżuri li jittrasponu din id-Direttiva fl-Istat Membru li fih hija rreġistrata jew topera.

2.Għal kwistjonijiet ulterjuri li jikkonċernaw l-istabbiliment jew l-operazzjoni tal-ATE, kull Stat Membru għandu jiżgura li r-regoli nazzjonali applikabbli għall-aktar assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ simili fid-dritt nazzjonali japplikaw għall-ATE.

3.Ir-regoli applikabbli għall-ATE skont din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw il-miżuri adottati mill-Istati Membri minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku u sigurtà pubblika biex jipprevjenu r-riskju ta’ użu ħażin ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u biex tiġi żgurata t-trasparenza ta’ ċerti movimenti ta’ kapital meta dan ikun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

4.Sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], kull Stat Membru għandu jidentifika l-aktar forma ġuridika simili ta’ assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ fl-ordni ġuridiku domestiku tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 2 u jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan u bir-regoli nazzjonali li japplikaw għal dik il-forma ġuridika. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla rigward il-forom ġuridiċi identifikati u bi kwalunkwe bidla fir-regoli applikabbli għalihom. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu l-informazzjoni notifikata msemmija f’dan il-paragrafu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 5

Personalità ġuridika u kapaċità ġuridika

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE tikseb personalità ġuridika u kapaċità ġuridika mar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 19. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-personalità ġuridika u l-kapaċità ġuridika tal-ATE irreġistrati fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma jirrikjedu reġistrazzjoni ulterjuri.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE jkollha d-dritt li tikkonkludi kuntratti u twettaq atti legali, tkun parti fi proċedimenti legali, tipposjedi beni mobbli u immobbli, twettaq attivitajiet ekonomiċi, timpjega persunal, tirċievi, tissolleċita u tiddisponi minn donazzjonijiet u fondi oħra ta’ kwalunkwe tip minn kwalunkwe sors legali, tipparteċipa f’offerti pubbliċi, u tapplika għal finanzjament pubbliku.

Artikolu 6

Statuti

1.Ħlief għar-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 3, 7 u 8, l-Istat Membru domiċiljari ma għandux jistabbilixxi regoli li jirrestrinġu d-dritt ta’ ATE li tiddetermina r-regoli tal-operazzjoni tagħha, inklużi regoli li jikkonċernaw l-istrutturi interni ta’ ġestjoni u governanza, sakemm ir-regoli ta’ restrizzjoni ma jkunux:

(a)stipulati bil-liġi;

(b)iġġustifikati minn raġuni prevalenti fl-interess pubbliku;

(c)xierqa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv segwit u ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun neċessarju sabiex jintlaħaq.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istatuti ta’ ATE jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-isem tal-ATE;

(b)deskrizzjoni dettaljata tal-objettivi tagħha u dikjarazzjoni tal-għan mingħajr skop ta’ qligħ tagħha;

(c)l-ismijiet u l-indirizzi tal-membri fundaturi, fejn ikunu persuni fiżiċi, u l-ismijiet tar-rappreżentanti legali u l-uffiċċju rreġistrat tal-membri fundaturi, meta huma jkunu entitajiet ġuridiċi;

(d)meta membru fundatur ikun entità ġuridika, deskrizzjoni dettaljata tal-istatuti tiegħu u deskrizzjoni dettaljata tal-iskop mingħajr qligħ tagħha;

(e)l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tal-ATE;

(f)l-assi tal-ATE fiż-żmien tar-reġistrazzjoni tagħha;

(g)il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ammissjoni, l-esklużjoni u r-riżenja ta’ membri;

(h)id-drittijiet u l-obbligi tal-membri;

(i)id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kompożizzjoni, il-funzjonament, is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-korp deċiżjonali u tal-korp eżekuttiv;

(j)id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħatra, it-tneħħija, is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-korp eżekuttiv;

(k)ir-rekwiżiti tal-maġġoranza u tal-kworum applikabbli għall-korp deċiżjonali;

(l)il-proċedura biex jiġu emendati l-istatuti;

(m)id-durata tal-eżistenza tal-ATE, meta tkun ta’ durata limitata;

(n)il-metodu ta’ disponiment tal-assi tal-ATE f’każ ta’ xoljiment.

Artikolu 7

Governanza

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ATE jkollhom korp deċiżjonali u korp eżekuttiv.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni fiżiċi biss li huma ċittadini tal-Unjoni jew legalment residenti fl-Unjoni u entitajiet ġuridiċi b’għan mingħajr skop ta’ qligħ stabbilit fl-Unjoni, permezz tar-rappreżentanti tagħhom, jistgħu jkunu membri tal-korp eżekuttiv ta’ ATE. Il-korp eżekuttiv ta’ ATE għandu jkun magħmul minn minimu ta’ tliet persuni.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkunu nstabu ħatja ta’ reat kriminali partikolarment serju ma jkunux membri tal-korp eżekuttiv jew rappreżentanti ta’ entità ġuridika li tkun membru tal-korp eżekuttiv.

Artikolu 8

Sħubija

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull membru ta’ ATE jkollu vot wieħed.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri ta’ ATE ma jkunux personalment responsabbli għal atti jew ommissjonijiet tal-ATE.

Kapitolu 2

Drittijiet u restrizzjonijiet ipprojbiti

Artikolu 9

Trattament indaqs

Kull Stat Membru għandu jiżgura li fi kwalunkwe aspett tal-operazzjonijiet tagħhom, l-ATE ma jiġux ittrattati b’mod inqas favorevoli mill-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ fid-dritt nazzjonali identifikata skont l-Artikolu 4(4).

Artikolu 10

Nondiskriminazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-ambitu tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet pubbliċi ma jiddiskriminaw kontra l-ebda grupp jew individwu minħabba kwalunkwe raġuni, bħat-twelid, l-età, il-kulur, is-sess u l-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, il-kundizzjonijiet tas-saħħa, l-immigrazzjoni jew l-istatus ta’ residenza, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, l-oriġini nazzjonali, etnika jew soċjali, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, id-diżabilità fiżika jew mentali, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, ir-razza, ir-reliġjon jew it-twemmin, jew xi status ieħor.

Artikolu 11

Stħarriġ ġudizzjarju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti fit-territorju tagħhom li jaffettwaw id-drittijiet u l-obbligi tal-ATE, jew id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni oħra b’rabta mal-operazzjonijiet tal-ATE, ikunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv, f’konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni.

Artikolu 12

Reġistrazzjoni unika

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE tkun meħtieġa tirreġistra darba biss. Ir-reġistrazzjoni għandha ssir f’konformità mal-Artikoli 18 u 19.

2.L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu li l-ATE irreġistrati jagħmlu dikjarazzjoni, jipprovdu informazzjoni, jew jitolbu jew jiksbu awtorizzazzjonijiet biex jipparteċipaw f’attivitajiet partikolari, sakemm tali rekwiżiti ma jkunux:

(a)stipulati bil-liġi;

(b)iġġustifikati minn raġuni prevalenti fl-interess pubbliku;

(c)xierqa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv segwit u ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun neċessarju sabiex jintlaħaq.

3.Il-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa r-rekwiżiti biex issir dikjarazzjoni, tiġi pprovduta informazzjoni, tintalab jew tinkiseb awtorizzazzjoni għall-involviment f’attivitajiet partikolari previsti mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni.

   Artikolu 13    

Finanzjament

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE, irrispettivament mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, ikollha aċċess liberu u nondiskriminatorju għall-finanzjament minn sors pubbliku, f’konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.

2.L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda restrizzjoni fuq il-kapaċità tal-ATE li tipprovdi jew tirċievi finanzjament, inklużi donazzjonijiet, minn kwalunkwe sors legali, ħlief sal-punt li tali restrizzjonijiet ikunu:

(a)stipulati bil-liġi;

(b)iġġustifikati minn raġuni prevalenti fl-interess pubbliku;

(c)xierqa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv segwit u ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun neċessarju sabiex jintlaħaq.

Artikolu 14

Forniment ta’ servizzi u kummerċ fl-oġġetti

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ATE ikunu liberi li jistabbilixxu, jipprovdu u jirċievu servizzi, u li jeżerċitaw il-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

2.Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ atti oħra tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda restrizzjoni fuq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, sakemm tali restrizzjonijiet ma jkunux:

(a)stipulati bil-liġi;

(b)iġġustifikati minn raġuni prevalenti fl-interess pubbliku;

(c)xierqa biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv segwit u ma jmorrux lil hinn minn dak li jkun neċessarju sabiex jintlaħaq.

Artikolu 15

Restrizzjonijiet ipprojbiti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE ma tkunx soġġetta għal xi wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)rekwiżiti bbażati direttament jew indirettament fuq in-nazzjonalità jew ir-residenza ta’ persuni fiżiċi li huma membri tal-ATE jew tal-korp eżekuttiv tagħha, ħlief kif previst minn din id-Direttiva;

(b)rekwiżit ta’ preżenza fiżika ta’ membri tal-ATE, tal-korp eżekuttiv tagħha jew tal-korp deċiżjonali tagħha għall-validità ta’ kwalunkwe laqgħa;

(c)rekwiżit li jkollha l-amministrazzjoni ċentrali tagħha jew il-post prinċipali tal-operazzjoni tagħha fl-istess Stat Membru bħall-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(d)rekwiżit li bih Stat Membru ospitanti jkun soġġett għar-rikonoxximent ta’ ATE rreġistrata fi Stat Membru ieħor għall-kundizzjoni ta’ reċiproċità fir-rigward tar-rikonoxximent tal-ATE tiegħu f’dak l-Istat Membru l-ieħor;

(e)rekwiżit li ATE tkun ilha rreġistrata fl-Istat Membru domiċiljari għal perjodu partikolari sabiex topera fl-Istat Membru ospitanti;

(f)rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni jew approvazzjoni minn awtorità ta’ Stat Membru bħala kundizzjoni biex wieħed jirċievi donazzjonijiet minn sors fl-Unjoni;

(g)ir-restrizzjonijiet li ġejjin fuq l-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi, kemm jekk imwettqa fuq bażi regolari jew okkażjonali:

(i) projbizzjonijiet ġenerali fuq it-twettiq ta’ attivitajiet ekonomiċi;

(ii) li l-ATE jitħallew iwettqu attivitajiet ekonomiċi biss jekk tali attivitajiet ikunu marbuta mal-objettivi deskritti fl-istatuti tagħhom;

(iii) il-ħtieġa li t-twettiq ta’ attività ekonomika ma jkunx l-objettiv jew l-attività primarja tal-ATE.

Kapitolu 3

Kostituzzjoni u reġistrazzjoni

Artikolu 16

Kostituzzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE tiġi kostitwita mar-reġistrazzjoni.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE jkollha mill-inqas tliet membri fundaturi.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri fundaturi jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jikkostitwixxu ATE jew permezz ta’ ftehim bil-miktub bejniethom jew permezz ta’ ftehim fil-laqgħa kostituttiva tal-ATE li jiġi rreġistrat fil-minuti bil-miktub; għal dak il-għan, tali ftehim jew minuti għandhom jiġu ffirmati kif xieraq mill-membri fundaturi.

Artikolu 17

Il-konverżjoni ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ f’ATE

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ stabbiliti fl-Unjoni jkunu jistgħu jikkonvertu f’ATE fl-istess Stat Membru.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe konverżjoni tiġi approvata mill-korp deċiżjonali tal-entità li tkun qed tikkonverti.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konverżjoni ma għandhiex tirriżulta fix-xoljiment tal-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li tkun qed tikkonverti jew fi kwalunkwe telf ta’ interruzzjoni tal-personalità ġuridika tagħha.

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha jiġu ttrasferiti lill-ATE l-ġdida kostitwita.

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konverżjoni għandha tibda tapplika mar-reġistrazzjoni tal-ATE li tkun għadha kif ġiet ikkonstitwita f’konformità mal-Artikolu 19.

6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entrata li tikkonċerna l-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li tkun ġiet konvertita titneħħa minn kwalunkwe reġistru.

Artikolu 18

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ATE tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-ATE jkun beħsiebha jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti u mill-informazzjoni li ġejjin, ipprovduti f’lingwa uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru jew kwalunkwe lingwa oħra permessa skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru:

(a)l-isem tal-ATE;

(b)l-istatuti tal-ATE;

(c)l-indirizz postali tal-uffiċċju rreġistrat maħsub u indirizz tal-posta elettronika;

(d)l-ismijiet u l-indirizzi, u kwalunkwe informazzjoni oħra neċessarja f’konformità mad-dritt nazzjonali applikabbli għall-identifikazzjoni tagħhom, ta’ persuni awtorizzati li jirrappreżentaw lill-ATE f’negozjati ma’ partijiet terzi u fi proċedimenti legali u indikazzjoni dwar jekk dawk il-persuni jistgħux jagħmlu dan waħedhom jew humiex meħtieġa jaġixxu b’mod konġunt;

(e)il-ftehim bil-miktub tal-membri fundaturi jew tal-minuti tal-laqgħa kostituttiva tal-ATE li jkun fiha tali ftehim, debitament iffirmat mill-membri fundaturi, jew id-deċiżjoni ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 17;

(f)dikjarazzjoni mill-membri tal-korp eżekuttiv li ma jkunux ġew skwalifikati milli jservu bħala membru tal-bord fuq il-korpi komparabbli ta’ assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jew ta’ kumpaniji.

L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu dokumenti jew informazzjoni għajr dawk elenkati f’dan il-paragrafu.

2.Minkejja l-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tar-reġistrazzjoni, applikazzjoni tkun kompluta meta jkun fiha d-dokumenti u l-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li jippermettu lill-awtorità kompetenti titlob dokumenti jew informazzjoni addizzjonali għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 permezz ta’ deċiżjoni bil-miktub indirizzata lill-persuna awtorizzata biex tirrappreżenta l-ATE msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (d), li jistabbilixxu tħassib debitament sostanzjat li l-objettivi deskritti fl-istatuti tal-ATE jiksru d-dritt tal-Unjoni jew id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali konformi mad-dritt tal-Unjoni, fejn dawk id-dokumenti jew l-informazzjoni jkunu meħtieġa.

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ATE tkun tista’ tiġi ppreżentata online.

Artikolu 19

Proċedura ta’ reġistrazzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni ta’ ATE sseħħ fi żmien 30 jum mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta u tkun valida fl-Unjoni kollha.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tinnotifika, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra kollha bi kwalunkwe reġistrazzjoni ġdida ta’ ATE.

3.Meta l-informazzjoni pprovduta għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ma tkunx kompluta jew ikun fiha żbalji evidenti, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-ATE biex tlesti jew tirrettifika s-sottomissjoni tagħha f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, li ma għandux ikun inqas minn 15-il jum mid-data meta l-awtorità kompetenti tikkuntattja lill-persuna awtorizzata biex tirrappreżenta l-ATE msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (d).

4.Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, malli jirċievu applikazzjoni kompluta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tivverifika l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ ATE u li tirrifjutaha biss meta:

(a)l-applikazzjoni tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3;

(b)l-applikazzjoni ma tkunx kompluta jew rettifikata fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;

(c)l-identitajiet tar-rappreżentanti legali tal-ATE ma setgħux jiġu vverifikati jew ġew aċċertati li ġew iffalsifikati;

(d)l-awtorità kompetenti tiddetermina, wara li tkun ħadet id-deċiżjoni stabbilita fl-Artikolu 18(3) u vvalutat id-dokumenti u l-informazzjoni kollha pprovduti bi tweġiba għal dik id-deċiżjoni, li l-objettivi deskritti fl-istatuti tal-ATE jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni jew id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali konformi mad-dritt tal-Unjoni;

(e)meta kwalunkwe persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-ATE msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (d) jew kwalunkwe membru tal-korp eżekuttiv, tkun instabet ħatja ta’ reat kriminali partikolarment serju.

Deċiżjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni għandha tkun bil-miktub, debitament motivata u indirizzata lill-persuna awtorizzata biex tirrappreżenta l-ATE msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (d).

5.Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tirrifjuta l-applikazzjoni jew ma tkunx ħadet deċiżjoni fi żmien 30 jum mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni kompluta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dik id-deċiżjoni, jew in-nuqqas ta’ tali deċiżjoni tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv.

Artikolu 20

Reġistru

1.Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi reġistru għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni tal-ATE skont l-Artikolu 19.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin jinħażnu fir-reġistru u jiġu aġġornati:

(a)l-istatuti ta’ ATE;

(b)kopja taċ-ċertifikat tal-ATE skont l-Artikolu 21;

(c)l-ismijiet u l-indirizzi, u kwalunkwe informazzjoni oħra neċessarja f’konformità mad-dritt nazzjonali applikabbli għall-identifikazzjoni tagħhom, ta’ persuni awtorizzati li jirrappreżentaw lill-ATE f’negozjati ma’ partijiet terzi u fi proċedimenti legali u indikazzjoni dwar jekk dawk il-persuni jistgħux jagħmlu dan waħedhom jew humiex meħtieġa jaġixxu b’mod konġunt;

(d)il-likwidazzjoni u x-xoljiment ta’ ATE.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ATE irreġistrati jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom dwar il-bidliet fl-informazzjoni miżmuma fir-reġistru fi żmien 30 jum minn tali bidla.

4.L-Istat Membru għandu jiżgura li l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli għall-pubbliku f’verżjoni online tar-reġistru:

(a)iċ-ċertifikat tal-ATE maħruġ skont l-Artikolu 21;

(b)il-likwidazzjoni ta’ ATE;

(c)ix-xoljiment ta’ ATE.

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ma jkunux disponibbli għall-pubbliku għal aktar minn 6 xhur wara x-xoljiment ta’ ATE.

6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali ma tinżammx fir-reġistru wara x-xoljiment ta’ ATE għal aktar minn sentejn.

Artikolu 21

Kontenut taċ-ċertifikat tal-ATE

1.L-Istat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti joħorġu ċ-ċertifikat tal-ATE, kemm b’mod diġitali kif ukoll f’forma stampata fi żmien 5 ijiem mir-reġistrazzjoni ta’ ATE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikat tal-ATE jiġi rikonoxxut bħala evidenza tar-reġistrazzjoni tal-ATE. Iċ-ċertifikat tal-ATE għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)in-numru ta’ reġistrazzjoni uniku tal-ATE u l-kodiċi ta’ żewġ ittri tal-pajjiż tal-Istat Membru domiċiljari;

(b)id-data tar-reġistrazzjoni tal-ATE;

(c)id-data ta’ kwalunkwe trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tal-ATE

(d)l-isem tal-ATE;

(e)l-indirizz postali tal-uffiċċju rreġistrat, u l-indirizz tal-posta elettronika, tal-ATE;

(f)l-objettivi tal-ATE kif stabbiliti fl-istatuti tagħha.

2.Wara notifika mill-persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-ECBA msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (d) li l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu nbidlet, l-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikat tal-ECBA aġġornat, kemm b’mod diġitali kif ukoll f’forma stampata, fi żmien 5 ijiem min-notifika ta’ dawk il-bidliet.

(2)Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu taċ-ċertifikat tal-ECBA fl-Istati Membri kollha, jiġi armonizzat il-format tiegħu u jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll għall-ECBAs, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-mudell għaċ-ċertifikat tal-ECBA u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

Kapitolu 4

Mobilità

Artikolu 22

Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE jkollha d-dritt li tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha minn Stat Membru għal ieħor.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jirriżulta fix-xoljiment tal-ATE jew fil-ħolqien ta’ persuna ġuridika ġdida fl-Istat Membru li fih jiġi ttrasferit l-uffiċċju tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ma jaffettwa l-ebda assi jew obbligazzjoni tal-ATE eżistenti qabel it-trasferiment, inkluż kwalunkwe terminu li jinsab f’kuntratti, jew krediti, drittijiet u obbligi.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment jibda japplika fid-data tar-reġistrazzjoni tal-ATE fl-Istat Membru domiċiljari li tiġi ttrasferita fih.

4.B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-ATE tkun beħsiebha tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha ma tippermettix it-trasferiment fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)meta l-ATE ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 3, il-paragrafu 1, il-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3;

(b)meta tkun ittieħdet deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) jew meta jkun inħareġ avviż motivat imsemmi fl-Artikolu 25(3);

(c)meta l-insolvenza tkun pendenti;

(d)meta l-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw l-ATE msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (d), kwalunkwe membru tal-korp eżekuttiv jew l-ATE nnifisha, jekk id-dritt nazzjonali jipprevedi din il-possibbiltà, ikunu s-suġġett ta’ proċedimenti għal reat kriminali partikolarment serju fl-Istat Membru domiċiljari preċedenti.

Artikolu 23

Proċedura tat-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat

1.Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni fis-seħħ li tkun aktar favorevoli għall-impjegati abbażi tad-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegati ta’ ATE li jkunu lesti jittrasferixxu l-uffiċċju rreġistrat tagħhom ikunu informati bit-trasferiment potenzjali u jkollhom dritt, fi żmien xieraq u mill-inqas xahar qabel il-laqgħa straordinarja msemmija fil-paragrafu 2, li jeżaminaw l-abbozz tad-deċiżjoni li tapprova t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat imsemmi fil-paragrafu 2.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ikun jeħtieġ li jiġi adottat mill-korp deċiżjonali tal-ATE f’laqgħa straordinarja. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed b’żewġ terzi tal-voti, li jirrappreżentaw mill-inqas nofs il-membri kollha.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp deċiżjonali tal-ATE jissottometti talba għat-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jixtieq jittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tiegħu u jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tiegħu b’dik it-talba. It-talba għandha tinkludi dan li ġej:

(a)id-deċiżjoni tal-korp deċiżjonali tal-ATE li tapprova t-trasferiment;

(b)iċ-ċertifikat tal-ATE;

(c)l-indirizz propost tal-uffiċċju rreġistrat tal-ATE fl-Istat Membru fejn dan ikun ġie ttrasferit;

(d)l-istatuti tal-ATE, li jispeċifikaw, jekk applikabbli, l-isem il-ġdid tiegħu;

(e)id-data proposta għat-trasferiment;

(f)rapport li jispjega s-salvagwardji għall-kredituri u l-impjegati, jekk applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

4.L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li jippermettu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-ECBA tixtieq tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha, titlob dokumenti jew informazzjoni addizzjonali għal dawk stabbiliti fil-paragrafu 3 permezz ta’ deċiżjoni bil-miktub indirizzata lill-persuna awtorizzata biex tirrappreżenta lill-ECBA msemmija fl-Artikolu 18(1), il-punt (d), li jistabbilixxu tħassib debitament sostanzjat li l-objettivi deskritti fl-istatuti tal-ECBA jiksru d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, fejn dawk id-dokumenti jew l-informazzjoni jkunu meħtieġa biex tiġi vvalutata dik il-kwistjoni.

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-ATE jkollha l-ħsieb li tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha tkun awtorizzata tiddeċiedi dwar it-talba għat-trasferiment. Dik l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta t-talba biss meta:

(a)ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jiġux issodisfati;

(b)meta t-talba ma tinkludix l-elementi kollha meħtieġa skont il-paragrafu 3;

(c)meta sseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(4);

(d)l-awtorità kompetenti tiddetermina, wara li tkun ħadet deċiżjoni kif stabbilit f’dan il-paragrafu u vvalutat id-dokumenti u l-informazzjoni kollha pprovduti bi tweġiba għal dik id-deċiżjoni, li l-objettivi deskritti fl-istatuti tal-ECBA jmorru kontra d-dritt nazzjonali konformi mad-dritt tal-Unjoni.

6.L-awtorità kompetenti għandha tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu fi żmien 30 jum mill-wasla tat-talba għat-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat imsemmi fil-paragrafu 3.

7.Minkejja l-paragrafu 6, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment iseħħ fi żmien 30 jum mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta.

8.Meta l-informazzjoni pprovduta għall-finijiet tat-trasferiment ma tkunx kompluta jew ikun fiha żbalji evidenti, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-ATE biex tlesti jew tirrettifika s-sottomissjoni tagħha f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, li ma għandux ikun inqas minn 15-il jum mid-data meta l-awtorità kompetenti tikkuntattja lill-persuna awtorizzata biex tirrappreżenta l-ATE msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 18(1).

9.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari l-ġdid tirreġistra l-ECBA u taġġorna ċ-ċertifikat tal-ECBA fir-rigward tal-elementi elenkati fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 21.

10.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra bit-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat mingħajr dewmien. Malli tirċievi din in-notifika, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari preċedenti għandha tneħħi l-ATE mir-reġistru wara li tirċievi dik in-notifika.

Kapitolu 5

Xoljiment

Artikolu 24

Xoljiment volontarju

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE għandha tiġi xolta biss b’deċiżjoni tal-membri tagħha fil-każijiet li ġejjin biss:

(a)ikun intlaħaq l-għan tal-ATE;

(b)iż-żmien li għalih tkun ġiet stabbilita jkun għadda;

(c)għal kwalunkwe raġuni f’konformità mal-istatuti tagħha.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp deċiżjonali tal-ATE għandu jkollu d-dritt li jxolji ATE biss b’deċiżjoni meħuda b’żewġ terzi tal-voti, li jirrappreżentaw mill-inqas nofs it-total tal-membri, matul laqgħa straordinarja.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mal-likwidazzjoni tal-ATE kif previst fl-Artikolu 28, l-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-ATE mir-reġistru biss meta titlesta l-likwidazzjoni u li l-informazzjoni rilevanti fl-IMI tiġi aġġornata kif xieraq.

Artikolu 25

Xoljiment involontarju

1.B’deroga mill-Artikolu 26(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ATE tista’ tiġi xolta biss b’mod involontarju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fiċ-ċirkostanzi u skont il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu.

2.L-Istati Membri jistgħu jipprevedu x-xoljiment involontarju ta’ ATE biss abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a)nuqqas ta’ konformità tal-ATE mal-għan mingħajr skop ta’ qligħ;

(b)theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika kkawżata mill-attivitajiet tal-ATE;

(c)kundanna għal reat kriminali serju tal-ATE jew tal-membri tal-korp eżekuttiv tagħha;

3.Meta l-awtorità kompetenti tkun imħassba dwar fatt li tkun teżisti waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tagħti avviż motivat lill-ATE bil-miktub tat-tħassib tagħha u tagħti żmien raġonevoli lill-ATE biex tipprovdi tweġibiet rigward dak it-tħassib.

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta, wara li jkunu eżaminaw kif xieraq it-tweġibiet mill-ATE skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tiddetermina li l-ATE trid tiġi xolta minħabba li waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tkun ġiet aċċertata, hija għandha tadotta deċiżjoni bil-miktub għal dak il-għan. Deċiżjoni biex tiġi xolta ATE tista’ tittieħed biss meta ma jkun hemm l-ebda miżura inqas restrittiva li tkun kapaċi tindirizza t-tħassib li tqajjem mill-awtorità kompetenti.

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu tkun motivata, soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv, u ma tibdiex tapplika waqt li jkun pendenti stħarriġ ġudizzjarju.

6.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-ATE bid-deċiżjoni tagħha u għandha tneħħi l-ATE mir-reġistru fi żmien xieraq biss wara li d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4 tkun bdiet tapplika u wara li tkun tlestiet il-likwidazzjoni tal-ATE kif previst fl-Artikolu 26. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-informazzjoni rilevanti.

Artikolu 26

Likwidazzjoni f’każ ta’ xoljiment

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xoljiment ta’ ATE kif previst fl-Artikoli 24 u 25 jinvolvi l-likwidazzjoni tagħha.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe assi tal-ATE xolta li jifdal wara li l-interessi finanzjarji tal-kredituri possibbli jiġu skontati jiġi ttrasferit lil entità mingħajr skop ta’ qligħ, li twettaq attività simili bħall-ATE xolta jew li l-assi jiġu ttrasferiti lil awtorità lokali, li hija obbligata li tużahom għal attività simili għal dik segwita mill-ATE xolta.

Kapitolu 6

Applikazzjoni u kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 27

Awtoritajiet kompetenti

1.Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti (“awtorità kompetenti”) responsabbli għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet tal-awtorità kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti maħtura.

3.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u bil-kompiti ta’ awtoritajiet kompetenti oħra stabbiliti jew maħtura għall-finijiet tar-regoli nazzjonali applikabbli għall-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ l-aktar simili fl-ordni ġuridiku domestiku tagħhom, kif identifikat skont l-Artikolu 4(4), jekk applikabbli.

Artikolu 28

Kooperazzjoni amministrattiva

1.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u jassistu lil xulxin b’mod effettiv u effiċjenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2.Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 17, l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 23(5), l-Artikolu 23(6), l-Artikolu 23(7), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(6) u l-Artikolu 27 għandhom isiru f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2012.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rreġistrata fl-IMI tinżamm aġġornata u għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-bidliet fl-informazzjoni preċedenti kkomunikata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2012.

Artikolu 29

Rapportar  

Sa mhux aktar tard minn [7 snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni], u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob, sa fejn jista’ jkun permezz ta’ għodod diġitali, lill-Istati Membri biex jikkondividu data aggregata dwar l-ATE irreġistrati fit-territorju tagħhom.

Kapitolu 7

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 30

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 31

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa [sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.  

2.Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.  

3.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.  

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 33

Entitajiet indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. 

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjonijiet Transfruntiera Ewropej

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Is-suq intern u l-ekonomija soċjali

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

x azzjoni ġdida 

¨ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 49  

¨ l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

¨ fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi tneħħi l-ostakli amministrattivi u regolatorji għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw b’mod transfruntier sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħhom biex jiġġeneraw valur ekonomiku u għas-soċjetà fl-UE.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru 1

It-titjib tal-possibbiltajiet ta’ assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li jkollha l-personalità ġuridika tagħha rikonoxxuta fi Stati Membri oħra, u b’hekk jiġi żgurat it-trattament indaqs fis-suq intern.

Objettiv speċifiku Nru 2

It-tnaqqis tal-formalitajiet regolatorji għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Intervent ta’ politika fil-livell tal-UE jnaqqas l-ostakoli eżistenti għall-attivitajiet transfruntiera u l-mobilità tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fl-UE. L-impatti mistennija huma:

Għall-Istati Membri

Il-bidliet għall-istabbiliment fil-livell nazzjonali ta’ din il-forma ġuridika ġdida mfassla għal skopijiet transfruntiera se joħolqu kostijiet ta’ aġġustament u kostijiet ta’ konformità/piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti li jvarjaw skont id-daqs ta’ dawn il-bidliet.

L-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw b’mod transfruntier bħalissa jeħtieġ li jirreġistraw jew joħolqu stabbiliment sekondarju fl-Istati Membri li fihom jixtiequ jespandu u skont l-ambitu tal-attivitajiet tagħhom. Il-proposta hija mistennija tneħħi dan ir-rekwiżit rigward l-istabbiliment u r-rikonoxximent tal-personalità u l-kapaċità ġuridiċi u konsegwentement tnaqqas il-piż fuq l-awtoritajiet pubbliċi fit-tul. Fuq terminu qasir, l-introduzzjoni ta’ forma ġuridika ġdida se tirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jiffamiljarizzaw ruħhom mal-qafas il-ġdid u jiżguraw reġistrazzjoni xierqa.

Meta jitqiesu l-kostijiet ta’ darba għall-adattament tal-proċeduri tar-reġistrazzjoni u r-reġistri, l-ispejjeż jiddependu fuq il-ħtieġa għall-adattament tar-reġistri kurrenti jew tal-istabbiliment ta’ reġistru (online) ġdid. L-Istati Membri jkollhom il-flessibbiltà kemm jekk jadattaw ir-reġistri eżistenti kif ukoll jekk jistabbilixxu oħrajn ġodda, filwaqt li jkunu meħtieġa joffru l-għażla ta’ reġistrazzjoni online f’każ ta’ forma ġuridika ġdida maħluqa. Jenħtieġ li jiġi nnotat li fl-Istati Membri fejn ma jkun stabbilit l-ebda reġistru speċifiku għall-assoċjazzjonijiet, ikun hemm (jew jistgħu jintużaw) mekkaniżmi oħra biex jiġi żgurat li l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ ikunu jistgħu jirreġistraw. Il-valutazzjoni tal-impatt b'appoġġ għall-proposta leġiżlattiva wriet li bħala medja jistgħu jkunu mistennija kostijiet ta’ darba addizzjonali għall-adattament li bħala medja jistgħu jaslu sa EUR 100 000 għal kull Stat Membru. Konsegwentement, dan ma huwiex meqjus bħala partikolarment ta’ piż, peress li ladarba jiġi implimentat dan l-aġġustament, l-awtorità pubblika hija mistennija terġa’ lura għall-operazzjoni tagħha tas-soltu. Għalhekk, jista’ jkun mistenni li ma hu se jkun hemm l-ebda kostijiet operazzjonali annwali addizzjonali sinifikanti.

F’dawk l-Istati Membri fejn ir-reġistri jeħtieġ li jiġu stabbiliti jew konvertiti jew fejn jenħtieġ li tinħoloq “linja ta’ reġistrazzjoni” ġdida f’reġistru eżistenti, huwa rrakkomandat li jiġu promossi r-reġistri diġitali. Il-valutazzjoni tal-impatt tistma li l-kostijiet tal-għodda tar-reġistrazzjoni online (jekk wieħed jassumi li diġà jeżisti reġistru) ivarjaw bejn EUR 42 000 u EUR 270 000, abbażi ta’ każijiet magħrufa. Fuq terminu qasir sa medju, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu meħtieġa jinvestu fl-akkwist ta’ tali għodod u jaġġustaw il-proċessi inkluż billi jħarrġu l-persunal. Il-kostijiet tal-adattament u tal-manutenzjoni annwali għar-reġistri diġitali fl-Istati Membri nstabu li ma humiex sinifikanti.

Din il-proposta tħeġġeġ ukoll miżuri biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tar-reġistri nazzjonali mal-għodod eżistenti fil-livell tal-UE bħall-Gateway Diġitali Unika, sabiex ikun jista’ jkun hemm aċċess u skambju awtomatizzati tad-data, u/jew l-użu ta’ standards minimi maqbula biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tad-data u tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) biex titrawwem il-kooperazzjoni amministrattiva fost l-awtoritajiet kompetenti.

Fl-aħħar nett, l-Istati Membri jkunu jeħtieġu li jistabbilixxu attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni biex il-forma ġuridika l-ġdida ssir magħrufa aħjar fil-livell nazzjonali.

Għall-Kummissjoni Ewropea

Il-kost għall-Kummissjoni Ewropea biex tiġbor u żżid l-informazzjoni mal-Gateway Diġitali Unika / mal-portal Your Europe hija stmata li se tkun kost ta’ darba ta’ EUR 300 000 (il-Programm għas-Suq Uniku) biex tkopri n-nefqa addizzjonali meħtieġa biex tiżdied l-informazzjoni għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u kost annwali ta’ EUR 100 000 għall-manutenzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea se jkollha wkoll tibbaġitja l-kostijiet neċessarji biex tadatta s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern biex tippermetti l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li hija prevista minn din il-proposta. Dan huwa stmat li se jammonta għal kost annwali ta’ EUR 125 000 (il-Programm għas-Suq Uniku).

Għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ / SMEs:

L-inizjattiva ma timponix obbligi amministrattivi ġodda fuq assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, inklużi assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jikkwalifikaw bħala SMEs (filwaqt li jitqies li l-assoċjazzjonijiet involuti fl-attivitajiet ekonomiċi jaqgħu taħt id- definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju ).

L-għan huwa li jitneħħew l-ostakli għall-attivitajiet tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ bejn il-fruntieri. Peress li l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ żgħar tipikament ikollhom inqas riżorsi u kapaċitajiet biex jegħlbu l-ostakli eżistenti, l-aġġustamenti għad-dħul u l-operazzjoni huma mistennija li jkollhom impatt pożittiv fuq il-pożizzjoni kompetittiva tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ tad-daqs ta’ SME.

Huwa mistenni li se jitnaqqsu l-kostijiet tat-tnedija kif ukoll il-kostijiet rikorrenti tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw b’mod transfruntier:

   il-kostijiet tat-tnedija żejda għal operazzjoni transfruntiera ġdida se jitnaqqsu bi stima ta’ EUR 2 150 għal kull tnedija. Fil-perjodu ta’ żmien ta’ 15-il sena vvalutat, dan it-tnaqqis fil-kostijiet żejda jista’ potenzjalment jammonta għal EUR 378 miljun.

   it-tnaqqis tal-kost eċċessiv marbut mal-operazzjonijiet transfruntiera (kostijiet rikorrenti, eż. kostijiet amministrattivi u ta’ konformità) huwa stmat għal EUR 770 miljun fis-sena. Fil-perjodu ta’ żmien ta’ 15-il sena vvalutat, l-iffrankar tal-kostijiet jista’ potenzjalment jammonta għal sa EUR 8,5 biljun

Il-valutazzjoni tal-impatt tispjega l-potenzjal li jitnaqqsu l-kostijiet tal-operazzjoni b’mod partikolari għal assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw f’diversi Stati Membri, minħabba l-effett ta’ armonizzazzjoni tal-proposta u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri regolatorji u amministrattivi li jirriżultaw fi ħtiġijiet aktar baxxi f’termini tal-ġbir tal-informazzjoni, l-appoġġ konsultattiv estern regolari u l-persunal intern li jaħdem fuq il-konformità.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Indikatur Nru 1 (Objettiv Speċifiku Nru 1)

L-indikaturi se jkunu kif ġej:

   Livell ta’ konformità mill-Istati Membri (jiġifieri l-ħeffa tat-traspożizzjoni, każijiet ta’ ksur)

   Tnaqqis fil-kostijiet żejda għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ realizzat minħabba tnaqqis fil-formalitajiet regolatorji u amministrattivi għat-tnedija tal-operazzjonijiet u f’termini tal-kostijiet operazzjonali

   L-għadd, id-daqs u l-firxa ġeografika tal-assoċjazzjonijiet transfruntiera/ATE irreġistrati fl-UE

L-indikaturi se jitkejlu skont ix-xenarju ta’ referenza (eż. il-kostijiet qabel ma tibda l-implimentazzjoni, l-aktar abbażi tad-data mill-evalwazzjoni/riċerka bbażata fuq id-dokumentazzjoni biss/konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-awtoritajiet nazzjonali, ir-reġistri online fl-Istati Membri (b’informazzjoni aggregata fil-livell tal-UE fejn tkun disponibbli d-data), l-informazzjoni miġbura permezz ta’ stħarriġiet). Il-mira hija vvalutata permezz ta’ bidliet fil-kostijiet għall-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej u bidliet fl-għadd ta’ assoċjazzjonijiet transfruntiera rreġistrati. Mira aktar preċiża hija diffiċli peress li ċ-ċifri jiddependu wkoll fuq diversi fatturi oħra mhux relatati mal-proposta (eż. nuqqas ta’ prevedibbiltà tal-adozzjoni tagħha, rabtiet mat-tradizzjonijiet nazzjonali, sfidi ekonomiċi u tas-soċjetà).

Indikatur Nru 2 (Objettiv Speċifiku Nru 2)

L-indikatur se jkun kif ġej:

   Is-sodisfazzjon perċepit tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jieħdu l-forma ġuridika l-ġdida ta’ ATE li joperaw b’mod transfruntier fis-suq intern

L-indikatur se jitkejjel max-xenarju ta’ referenza (eż. l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet fil-bidu tal-implimentazzjoni). Il-mira tiġi vvalutata permezz ta’ żidiet fin-numri.

L-indikaturi se jiġu mmonitorjati kull 7 snin, li jibdew mhux aktar kmieni miż-żmien meta l-miżuri jkunu ġew trasposti bis-sħiħ u jkunu saru operazzjonali fl-Istati Membri, sabiex jingħata kontribut għar-rapport ta’ evalwazzjoni tad-Direttiva li huwa mistenni 7 snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva proposta, u kull 5 snin minn hemm ’il quddiem.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-implimentazzjoni ta’ din il-proposta se ssegwi approċċ gradwali. Mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-ħidma se tibda l-ewwel għall-adattament tal-għodod tal-IT għall-implimentazzjoni tagħha, jiġifieri s-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) u l-Gateway Diġitali Unika (SDG), bil-ħsieb li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiġu konnessi qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ traspożizzjoni u biex l-informazzjoni neċessarja titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Fl-istess ħin u sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-Direttiva, il-Kummissjoni se twettaq il-ħidma fuq il-mudell għaċ-ċertifikat tal-ATE permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

Kronoloġija ta’ implimentazzjoni proviżorja tista’ tiġi spjegata kif ġej:

- 2024: Dħul fis-seħħ tad-Direttiva,

- 2025: adattament tal-IMI, tal-SDG

- 2025-2026: att ta’ implimentazzjoni dwar iċ-ċertifikat tal-ATE

- 2026: traspożizzjoni u applikazzjoni mill-Istati Membri

— 7 snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni u kull 5 snin minn hemm ’il quddiem: rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

Il-proposta tiffoka fuq l-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw b’mod transfruntier fis-suq intern.

Id-diversità regolatorja u/jew ir-restrizzjonijiet eżistenti fost l-Istati Membri juru li l-problema ma hijiex indirizzata kif xieraq fil-livell nazzjonali u li, fin-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ rikonoxximent reċiproku fost l-Istati Membri, il-karattru transfruntier jeħtieġ soluzzjoni Ewropea biex jitneħħew l-ostakli identifikati għall-attivitajiet transfruntiera u l-mobilità transfruntiera tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fis-suq uniku. Barra minn hekk, l-azzjoni individwali jew in-nuqqas ta’ azzjoni mill-Istati Membri spiss jiffokaw fuq il-kuntest nazzjonali speċifiku tagħhom u normalment ma jfittxux li jiffaċilitaw id-dimensjoni transfruntiera.

Għalhekk, qafas legali koerenti għall-attivitajiet transfruntiera tal-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-UE. L-Istati Membri ma jkunux jistgħu jwasslu għal titjib suffiċjenti għal dawk il-problemi waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-bażi tal-evidenza għal din il-proposta hija meħuda mir-riċerka (eż. studji esterni) u mill-attivitajiet ta’ konsultazzjoni u kienet appoġġata minn studju estern iddedikat.

Il-proposta tqis ukoll it-tagħlimiet meħuda mir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Frar 2022 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ transfruntieri Ewropej (2020/2026(INL) kif ukoll it-tagħlimiet meħuda mill-proposta tal-Kummissjoni tal-1992 li toħloq forma ġuridika Ewropea għall-assoċjazzjonijiet, l-Assoċjazzjoni Ewropea. Madankollu, il-proposta eventwalment ġiet irtirata abbażi tal-kritika mill-Istati Membri (eż. is-sussidjarjetà u n-nuqqas ta’ adegwatezza tal-bażi ġuridika meta mqabbla mal-kamp ta’ applikazzjoni u l-għanijiet tagħha u minħabba li skont il-fehma tagħhom ma kinitx twieġeb għal xi ħtieġa pprovata, id-dispożizzjonijiet tagħha ma kinux jirriflettu d-diversità tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u kienet se tistabbilixxi piż amministrattiv eċċessiv fuq l-assoċjazzjonijiet).

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta tikkontribwixxi għall-objettivi politiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-Deċennju Diġitali 2030. B’mod aktar speċifiku, tindirizza l-prijorità politika tal-Kummissjoni ta’ “Ekonomija għas-servizz tan-nies” u tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ “ekonomija li tista’ twieġeb bis-sħiħ għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-UE u b’hekk tiżgura l-ġustizzja soċjali u l-prosperità”. F’dan is-sens, id-Direttiva tingħaqad ma’ miżuri oħra tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Ekonomija Soċjali ta’ Diċembru 2021 u tifforma magħhom il-pakkett tal-Ekonomija Soċjali kif ġej: proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas tal-ekonomija soċjali fl-Istati Membri u żewġ dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “oqfsa ta’ tassazzjoni rilevanti għall-entitajiet tal-ekonomija soċjali” u “tassazzjoni mhux diskriminatorja ta’ organizzazzjonijiet tal-karità u d-donaturi tagħhom: prinċipji misluta mill-ġurisprudenza tal-UE”.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-kostijiet neċessarji biex jiġi adattat l-ambitu tal-SDG għall-assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u l-użu tal-IMI biex tippermetti l-kooperazzjoni amministrattiva fost l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif previst minn din il-proposta, se jiġu ffinanzjati taħt il-Programm għas-Suq Uniku.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

¨ durata limitata

¨    fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

¨    minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

x durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 50   

x Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

x mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

¨     mill-aġenziji eżekuttivi

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

¨ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

¨ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

¨ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

¨ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

¨ lill-korpi tal-liġi pubblika;

¨ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

¨ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

¨ lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Il-proposta se tagħmel użu mill-għodod tal-IT li diġà qed jiġu ffinanzjati mill-Programm għas-Suq Uniku u huma ġestiti mill-Kummissjoni, jiġifieri, l-IMI għall-kooperazzjoni amministrattiva fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-SDG.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-ewwel, il-Kummissjoni se tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-ewwel darba seba’ snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva, imbagħad kull ħames snin wara dan.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-kooperazzjoni amministrattiva fost l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri prevista fil-proposta se tagħmel użu mill-IMI u l-SDG diġà eżistenti mħaddma mill-Kummissjoni (DĠ GROW). Għal dan l-għan, id-Direttiva proposta twessa’ l-ambitu tal-IMI u tal-SDG. Dan jirrikjedi l-varar ta’ riżorsi biex l-IMI tiġi adattata għall-ħtiġijiet tad-Direttiva proposta, filwaqt li l-ebda użu addizzjonali ta’ riżorsi ma jitqies neċessarju biex jiġi adattat l-SDG.

Din il-proposta ma tbiddilx il-mod ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni ta’ finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament jew l-istrateġija ta’ kontroll diġà fis-seħħ għas-sistema u mħaddma mill-Kummissjoni.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskju ewlieni identifikat huwa relatat mal-ħin u l-kostijiet żejda minħabba kwistjonijiet mhux previsti ta’ implimentazzjoni tal-IT fir-rigward tal-adattament tal-IMI. Dan ir-riskju huwa mmitigat mill-fatt li s-sistema tal-IMI diġà tinsab fis-seħħ u li d-dipartiment rilevanti tal-Kummissjoni għandu esperjenza preċedenti fl-adattament tas-sistema għal ħtiġijiet ġodda ta’ negozju.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Din il-proposta ma taffettwax il-kosteffettività tal-kontrolli eżistenti tal-Kummissjoni.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Din id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tikkonċerna n-nefqa fuq il-persunal u l-akkwist, u japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqiet.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Il-Programm għas-Suq Uniku

Diff./Mhux diff 51 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 52

mill-pajjiżi kandidati u mill-pajjiżi kandidati potenzjali 53

Minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

1

[03.02.01.02 - “Għodod ta’ Governanza tas-Suq Intern”]

Diff./Mhux diff.

Iva

Iva

LE

LE

·

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

¨    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

¨    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju 
pluriennali 

Numru

1.Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

DĠ: GROW

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

TOTAL

x Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja: 03.020102 - “Għodod ta’ Governanza tas-Suq Intern”

Impenji

(1a)

0,425

0,225

0,100

0,100

0,00

0,00

0,850

Pagamenti

(2a)

0,425

0,225

0,100

0,100

0,00

0,00

0,850

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 54  

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ GROW

Impenji

=1a+1b+3

0,425

0,225

0,100

0,100

0,00

0,00

0,850

Pagamenti

=2a+2b

+3

0,425

0,225

0,100

0,100

0,00

0,00

0,850

 



x TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,425

0,225

0,100

0,100

0,00

0,00

0,850

Pagamenti

(5)

0,425

0,225

0,100

0,100

0,00

0,00

0,850

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 1 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

0,425

0,225

0,100

0,100

0,00

0,00

0,850

Pagamenti

=5+6

0,425

0,225

0,100

0,100

0,00

0,00

0,850





Intestatura tal-qafas finanzjarju 
pluriennali 

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li għandha tiġi introdotta l-ewwel darba fl- Anness għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

TOTAL

DĠ GROW

X Riżorsi umani

0,217

0,217

0,155

0,155

0,00

0,00

0,00

0,744

X Nefqa amministrattiva oħra

0

0,054

0,054

0,054

0,00

0,00

0,00

0,162

TOTAL TAD-DĠ GROW

Approprjazzjonijiet

0,217

0,271

0,209

0,209

0,00

0,00

0,00

0,906

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,217

0,271

0,209

0,209

0,00

0,00

0,00

0,906

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,642

0,496

0,309

0,309

0,00

0,00

0,00

1,756

Pagamenti

0,642

0,496

0,309

0,309

0,00

0,00

0,00

1,756

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

ò

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

TOTAL

OUTPUTS

Tip 55

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIVI SPEĊIFIĊI Nri 1 u 2

Żvilupp tal-modulu tal-IMI

Sistema tal-IT

0,125

1

0,125

1

0,125

1

0,25

Kost tal-iżvilupp tal-Gateway Diġitali Unika / Your Europe

Sistema tal-IT

0,150

1

0,300 

1

0,100 

1

0,100 

1

0,100

1

0,6

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

2

0,425

2

0,225

1

0,100

1

0,100

0,85

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

¨    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,217

0,217

0,155

0,155

0,744

Nefqa amministrattiva oħra

0

0,054

0,054

0,054

0,162

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,217

0,271

0,209

0,209

0,906

Barra mill-INTESTATURA 7 56  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,217

0,271

0,209

0,209

0,209

0,209

1,324

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

¨    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 2026

Sena 2027

Sena 2028

Sena  
2029

Sena  
2030

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

1,5

1,5

1

1

1

1

1

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

1,5

1,5

1

1

1

1

1

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

1,5 FTEs għas-segretarjat tal-Kumitat tal-Komitoloġija u għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-proposta kif ukoll biex jassistu lit-tim tal-IMI u lit-tim tal-SDG/Your Europe għall-kontributi tal-politika u tan-negozju kemm matul l-implimentazzjoni għall-proġett kif ukoll wara li l-modulu tal-IMI jkun daħal fis-seħħ.

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Il-Kummissjoni se tuża fondi mill-Programm tas-Suq Uniku biex tappoġġa din l-inizjattiva, il-linja baġitarja 03.020102 “Għodod ta’ Governanza tas-Suq Intern”.

¨    teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

¨    teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 57

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨    fuq ir-riżorsi proprji

¨    fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa ¨    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 58

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    L-entitajiet ġuridiċi l-oħra preżenti fl-ekonomija soċjali huma l-kooperattivi, l-impriżi ta’ benefiċċju mutwu (jiġifieri l-mutwi) u l-fondazzjonijiet.
(2)    Fl-Irlanda, fid-Danimarka u fl-Iżvezja, l-assoċjazzjonijiet huma rregolati bi prinċipji żviluppati permezz tad-duttrina u tal-ġurisprudenza.    
(3)     Ekonomija għas-servizz tan-nies (europa.eu) .
(4)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali”, COM(2021) 778 final.
(5)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas tal-ekonomija soċjali, COM(2023) 316 final tat-13.06.23.
(6)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Oqfsa ta’ tassazzjoni rilevanti għall-Entitajiet tal-Ekonomija Soċjali, SWD(2023) 211 final tat-13.06.23.
(7)     Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Tassazzjoni mhux diskriminatorja ta’ organizzazzjonijiet tal-karità u d-donaturi tagħhom: prinċipji misluta mill-ġurisprudenza tal-UE, SWD(2023) 212 final tat-13.06.23.
(8)    Ir-regoli tal-UE fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji għandhom l-għan li jipprovdu protezzjoni għall-azzjonisti u għal partijiet oħra b’interess partikolari fil-kumpaniji, bħall-impjegati u l-kredituri, li jagħmlu n-negozju aktar effiċjenti, kompetittiv u sostenibbli fuq terminu twil u li jinkoraġġixxu lin-negozji bbażati f’pajjiżi differenti tal-UE biex jikkooperaw ma’ xulxin. Ir-regoli tal-UE dwar ir-rapportar, l-awditjar u t-trasparenza tal-kumpaniji jikkomplementaw dan il-qafas legali.
(9)    Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
(10)    Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(11)    Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat li l-assoċjazzjonijiet huma soġġetti għal regolamentazzjoni ddedikata fil-maġġoranza tal-Istati Membri. B’mod ġenerali, dawn huma liġijiet komprensivi, li jirregolaw l-assoċjazzjonijiet fid-dettall. Madankollu, l-aspetti transfruntiera essenzjali għall-mobilità u l-attivitajiet tal-assoċjazzjonijiet ma humiex regolati b’mod komprensiv fl-ebda Stat Membru.
(12)    Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut għal Assoċjazzjoni Ewropea (91/273). Abbażi tal-Artikolu 114 TFUE, il-proposta speċifikat ir-regoli tal-formazzjoni, tar-reġistrazzjoni, tal-kostituzzjoni, tal-funzjonament, tal-finanzjament, tax-xoljiment, tal-likwidazzjoni u tal-insolvenza tal-assoċjazzjoni. Il-proposta ġiet irtirata fl-2005.
(13)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85 tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE) (ĠU L 199, 31.07.1985, p. 1).
(14)    Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.07.2006, p. 19).
(15)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) (ĠU L 206, 08.08.2009, p. 1).
(16)    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali (ĠU L 323, 19.12.2022, p. 4).
(17)    L-oqsma potenzjali ta’ attività u l-għan tagħhom huma limitati mir-regolament rispettiv.
(18)    Huma miftuħa biss għal pajjiżi, organizzazzjonijiet intergovernattivi (ERIC) jew awtoritajiet tal-Istati Membri (REKT).
(19)     Ewropa Lesta għall-Era Diġitali (europa.eu) .
(20)    https://commission.europa.eu/aid-development-cooperation-fundamental-rights/your-rights-eu/eu-charter-fundamental-rights/application-charter/annual-reports-application-charter_mt#ref-2022-report
(21)     Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, Rapport dwar l-eżitu finali , Mejju 2022.
(22)    Ara l- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija Ewropea għall-universitajiet tat-18.01.2022, COM(2022) 16 final u l- “Inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej” .
(23)    Ara s- Sejħa għal Evidenza tas-16 ta’ Frar 2023.
(24)    Ir-Regolament (UE) 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).
(25)    Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(26)     Is-Suq Uniku – Proposta għal inizjattiva leġiżlattiva dwar attivitajiet transfruntieri ta’ assoċjazzjonijiet (europa.eu) .
(27)    Pereżempju, fil-Konsultazzjoni Pubblika (64 tweġiba), il-maġġoranza tar-rispondenti (jiġifieri 73 %; 47 minn 64) jappoġġaw azzjoni tal-UE biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet transfruntiera tal-assoċjazzjonijiet fis-suq uniku.
(28)     A statute for European cross-border associations and non-profit organizations Potential benefits in the current situation | Grupp ta’ Riflessjoni | Il-Parlament Ewropew (europa.eu) .
(29)    Kif deskritt fit-Taqsima 6 u 7 tar-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt.
(30)    Ara r-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, it-taqsima 6.3 dwar “PO3: Il-ħolqien ta’ forma ġuridika nazzjonali addizzjonali ta’ assoċjazzjoni mfassla għal sħubija transfruntiera u/jew għal skopijiet jew attivitajiet transfruntiera”, pp. 64-67. Aktar kjarifiki u spjegazzjonijiet dwar il-kalkoli taċ-ċifri ppreżentati taħt it-taqsima 6.3 (u ċifri oħra ppreżentati fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatt li tappoġġa din l-inizjattiva leġiżlattiva) jistgħu jinstabu fit-taqsimiet 2, 6, 7 u 8 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt u fl-Annessi 3, 4 u 6 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt.
(31)    Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).
(32)    Ref. tal-opinjoni
(33)    Statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ transfruntiera Ewropej. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Frar 2022 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ transfruntieri Ewropej (2020/2026(INL)) (2022/C 342/17) (ĠU C 342, 6.9.2022, p. 225).
(34)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali”, COM(2021) 778 final.
(35)    Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2022 dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ekonomija soċjali (2021/2179(INI)).
(36)    Il-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ta’ qafas tal-ekonomija soċjali, COM(2023) 316 final.
(37)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Oqfsa ta’ tassazzjoni rilevanti għall-Entitajiet tal-Ekonomija Soċjali, SWD(2023) 211 final.
(38)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Tassazzjoni mhux diskriminatorja ta’ organizzazzjonijiet tal-karità u d-donaturi tagħhom: prinċipji misluta mill-ġurisprudenza tal-UE, SWD(2023) 212 final.
(39)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1).
(40)    Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22–30).
(41)    Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(42)    COM(2022)720.
(43)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(44)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(45)    Ir-Regolament (UE) 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).
(46)    Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (ĠU L 80. 23.3.2002, p. 39).
(47)    Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (EIR 2105), ĠU L 141, 5.6.2015.
(48)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, ĠU L 55, 28.02.2011.
(49)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(50)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(51)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(52)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(53)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(54)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(55)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(56)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(57)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(58)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top