EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2012:101:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 101, 11 ta' April 2012


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-074X

doi:10.3000/1977074X.L_2012.101.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 101

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 55
11 ta' April 2012


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2012 tal-10 ta’ April 2012 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

1

 

 

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2012 tal-10 ta’ April 2012 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

3

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2012/186/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Delega tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2012 li temenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar ( 1 )

5

 

 

2012/187/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2001/861/KE fir-rigward tan-novaluron (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2164)  ( 1 )

15

 

 

2012/188/UE

 

*

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2012 li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2166)

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 305/2012

tal-10 ta’ April 2012

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissa l-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

135,3

MA

63,1

TR

102,6

ZZ

100,3

0707 00 05

JO

225,1

TR

157,9

ZZ

191,5

0709 91 00

EG

66,1

ZZ

66,1

0709 93 10

MA

78,6

TR

111,6

ZZ

95,1

0805 10 20

EG

52,7

IL

73,2

MA

47,3

TN

59,9

TR

61,6

ZA

34,5

ZZ

54,9

0805 50 10

MX

39,8

TR

42,9

ZZ

41,4

0808 10 80

AR

83,6

BR

84,9

CL

93,1

CN

95,1

MK

31,8

US

170,3

ZA

76,1

ZZ

90,7

0808 30 90

AR

104,3

CL

121,8

CN

89,0

US

107,0

UY

67,7

ZA

113,7

ZZ

100,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta’ oriġini oħra”.


11.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 306/2012

tal-10 ta’ April 2012

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Regolament dwar l-OKS Unika] (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2011/2012 ġew stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 971/2011 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew modifikati l-aħħar bir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 280/2012 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha llum, twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

(3)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika malajr kemm jista' jkun wara li tkun disponibbli d-dejta aġġornata, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 971/2011 għas-sena tas-suq 2011/2012, huma b'dan immodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 254, 30.9.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 91, 29.3.2012, p. 25.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-11 ta’ April 2012

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 12 10  (1)

43,14

0,00

1701 12 90  (1)

43,14

1,67

1701 13 10  (1)

43,14

0,00

1701 13 90  (1)

43,14

1,96

1701 14 10  (1)

43,14

0,00

1701 14 90  (1)

43,14

1,96

1701 91 00  (2)

49,32

2,67

1701 99 10  (2)

49,32

0,00

1701 99 90  (2)

49,32

0,00

1702 90 95  (3)

0,49

0,22


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

11.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/5


DEĊIŻJONI TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Frar 2012

li temenda d-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/186/UE)

IL-KUMMISJSONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(4) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-produzzjoni tal-istatistika Ewropea għandu jkun hemm bilanċ bejn il-ħtiġijiet tal-utenti u l-piż fuq dawk li jwieġbu.

(2)

Twettqet analiżi teknika f’livell Ewropew tad-dejta eżistenti miġbura skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar kif ukoll tal-politika ta’ disseminazzjoni biex tipproponi soluzzjonijiet tekniċi possibbli għas-simplifikazzjoni, kemm jista’ jkun, tal-attivitajiet diversi meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika, filwaqt li l-eżitu finali jinżamm konformi mal-ħtiġijiet preżenti u prevedibbli tal-utent.

(3)

Bħala riżultat ta’ din l-analiżi, id-“direzzjoni” varjabbli fl-istatistika eżistenti ta’ kull tliet xhur dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej ewlenin għandha tiġi ssimplifikata, filwaqt li l-istatut legali (obbligatorju kontra volontarju) tal-ġabriet ta’ dejta korrispondenti F1 u F2 għandu jiġi ċċarat.

(4)

Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit qafas legali armonizzat għal ġabra volontarja tal-istatistika dwar il-kontejners Ro-Ro. Aktar minn hekk, it-tip ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija għandu jiġi estiż.

(5)

In-nomenklatura dwar iż-żoni marittimi tal-kosta għandha tiġi adattata għall-iżviluppi tekniċi.

(6)

Għalhekk, id-Direttiva 2009/42/KE għandha tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, IV u VIII tad-Direttiva 2009/42/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-ewwel sena ta’ referenza għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tkun l-2012, li tkopri d-dejta tal-2012.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 141, 6.6.2009, p. 29.


ANNESS

ANNESS I

FATTURI VARJABBLI U DEFINIZZJONIJIET

1.   Varjabbli statistiċi

(a)   Informazzjoni dwar il-merkanzija u l-passiġġieri

Piż gross tal-merkanzija f’tunnellati,

tip ta’ merkanzija, skont in-nomenklatura murija fl-Anness II,

deskrizzjoni tal-merkanzija, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness III,

il-port tar-rappurtaġġ,

direzzjoni tal-moviment, jekk hux ’il ġewwa jew ’il barra,

kontroparti għall-merkanzija dieħla ’l ġewwa: il-port tat-tagħbija (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija ġiet mgħobbija fuq il-vapur li fih waslet fil-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

kontroparti għall-merkanzija ħierġa ’l barra: il-port tal-ħatt (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija għandha tinħatt mill-vapur li fih telqet mill-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-ŻEE murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

numru ta’ passiġġieri li jibdew jew jispiċċaw vjaġġ, kif ukoll in-numru ta’ passiġġieri tal-kruċiera f’eskursjoni tal-passiġġieri tal-kruċiera,

kontroparti għall-passiġġieri deħlin ’il ġewwa: il-port tal-imbarkazzjoni (jiġifieri l-port li fih il-passiġġier tela’ fuq il-vapur li fih wasal/waslet fil-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

kontroparti għall-passiġġieri ħerġin ’il barra: il-port tal-iżbark (jiġifieri l-port li fih il-passiġġier għandu jinżel mill-vapur li fih telaq/telqet mill-port tar-rappurtaġġ) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-ŻEE murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV.

Għall-merkanzija li tinġarr f’kontejners jew unitajiet Ro-Ro, għandhom jiġu pprovduti dawn id-dettalji addizzjonali:

numru totali ta’ kontejners (bil-merkanzija u mingħajrha),

numru ta’ kontejners mingħajr merkanzija,

numru totali ta’ unitajiet mobbli (Ro-Ro) bil-merkanzija u mingħajrha,

numru totali ta’ unitajiet mobbli (Ro-Ro) mingħajr merkanzija.

(b)   Informazzjoni dwar il-bastiment

numru ta’ bastimenti,

piż li jifilħu jġorru l-bastimenti jew tunnellaġġ gross,

pajjiż jew territorju tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness V,

tip ta’ bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VI,

daqs tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VII.

2.   Definizzjonijiet

(a)

“Kontenitur tal-merkanzija” tfisser oġġett ta’ tagħmir tat-trasport:

1.

ta’ natura permanenti u, għalhekk, b’saħħtu biżżejjed sabiex ikun tajjeb għal użu repetittiv;

2.

maħsub speċjalment sabiex jiffaċilita t-trasport tal-merkanzija b’mod wieħed jew aktar ta’ trasport, mingħajr tagħbija mill-ġdid intermedjarja;

3.

mgħammar b’apparat li jippermetti li jiġi mmaniġġjat faċliment, b’mod partikolari t-trasferiment tiegħu minn mod wieħed ta’ trasport għal ieħor;

4.

hekk maħsub sabiex ikun faċli biex jimtela u biex jiġi żvujtat;

5.

ta’ tul ta’ 20 pied jew aktar;

(b)

“Unità Ro-Ro” tfisser tagħmir bir-roti għat-trasport ta’ merkanzija, bħalma huwa trakk, trejler jew semitrejler, li jista’ jinsaq jew jiġi rmunkat fuq bastiment. F’din id-definizzjoni huma inklużi t-trejlers tal-port jew tal-vapuri. Il-klassifikazzjonijiet għandhom isegwu r-Rakkomandazzjoni ECE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti “Kodiċi għat-tipi ta’ merkanzija, pakketti u materjali tal-imballaġġ”;

(c)

“Kontejners tal-merkanzija” tfisser kontejners bil-merkanzija jew mingħajrha li jintrefgħu fuq jew mill-bastimenti li jittrasportawhom bil-baħar;

(d)

“Merkanzija Ro-Ro” tfisser merkanzija, kemm jekk fil-kontejners u kemm jekk le, fuq unitajiet Ro-Ro, u unitajiet Ro-Ro li huma rrumblati fuq jew mill-bastimenti li jġorruhom bil-baħar;

(e)

“Il-piż gross tal-merkanzija” tfisser it-tunnellaġġ ta’ merkanzija ttrasportata, inkluż l-imballaġġ imma eskluż il-piż waħdu tal-kontejners jew tal-unitiajiet Ro-Ro;

(f)

“Il-Piż li jifilħu jġorru l-bastimenti (Deadweight — DWT)” tfisser id-differenza f’tunnellati bejn l-ispostar ta’ vapur fuq il-linja tat-tagħbija tas-sajf fl-ilma b’gravitá speċifika ta’ 1,025 u l-piż totali tal-vapur, jiġifieri l-ispostar f’tunnellati ta’ vapur mingħajr merkanzija, fjuwil, żejt ta’ lubrifikazzjoni, ilma saborra, ilma frisk u ilma tax-xorb fit-tankijiet, provvisti li jintużaw kif ukoll passiġġieri, ekwipaġġ u l-ħwejjeġ tagħhom;

(g)

“Tunnellaġġ gross” tfisser id-daqs globali ta’ vapur determinat skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1969 dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Vapuri;

(h)

“Passiġġier tal-kruċiera” tfisser passiġġier bil-baħar li jagħmel vjaġġ bil-baħar fuq bastiment tal-kruċiera. Il-passiġġieri f’eskursjonijiet ta’ jum huma esklużi;

(i)

“Vapur tal-kruċieri” tfisser vapur tal-passiġġieri maħsub biex jipprovdi lill-passiġġieri b’esperjenza turistika sħiħa. Il-passiġġieri kollha jkollhom kabina. Il-faċilitajiet għad-divertiment abbord huma inklużi. Il-vapuri li jipprovdu servizzi ta’ laneċ normali huma esklużi, ukoll jekk xi passiġġieri jikkunsidraw is-servizz bħala kruċiera. Barra minn hekk, il-bastimenti li jġorru l-merkanzija li jistgħu jġorru numru limitat ħafna ta’ passiġġieri bil-kabini tagħhom stess huma esklużi wkoll. Il-bastimenti maħsuba unikament għall-eskursjonijiet ta’ jum huma wkoll esklużi;

(j)

“Eskursjoni tal-passiġġieri tal-kruċiera” tfisser żjara qasira minn passiġġier fuq kroċiera lejn attrazzjoni turistika assoċjata ma’ port filwaqt li jżomm kabina abbord;

(k)

“Kontejners tal-merkanzija Ro-Ro” tfisser kontejners bil-merkanzija mgħobbija fuq unitajiet Ro-Ro jew mingħajr merkanzija li jiġu rrumblati fuq il-bastimenti li jġorruhom bil-baħar u jinħarġu minnhom b’dan il-mod ukoll;

(l)

“Trejlers ta’ fuq il-bastimenti li jintużaw minn port għall-ieħor” tfisser trejler maħsub biex iġorr l-merkanzija (inklużi l-kontejners) bejn żewġ portijiet fuq bastimenti Ro-Ro. Huwa maħsub l-aktar biex jaħdem fuq bastimenti Ro-Ro jew f’żoni fuq l-art li huma taħt il-kontroll tal-awtorità tal-port;

(m)

“Bastiment Ro-Ro” tfisser bastiment maħsub biex iġorr l-unitajiet Ro-Ro.

ANNESS II

Tip ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija

Kategorija (1)

Kodiċi

Ċifra waħda

Kodiċi

Żewġ ċifri

Deskrizzjoni

Tunnellaġġ

Numru ta’ unitaji et

Volum likwidu

1

1X

Merkanzija likwida bl-ingross (bla unità ta’ merkanzija)

X

 

11

Gass likwifikat

X

 

12

Żejt mhux raffinat

X

 

13

Prodotti taż-żejt

X

 

19

Merkanzija likwida oħra bl-ingross

X

 

Volum niexef

2

2X

Merkanzija niexfa bl-ingross (bla unità ta’ merkanzija)

X

 

21

Minerali

X

 

22

Faħam

X

 

23

Prodotti agrikoli (eż qamħ, soja, tapjoka)

X

 

29

Merkanzija niexfa oħra bl-ingross

X

 

Kontejners

3

3X

Kontejners kbar

X (2)

X

31

Unitajiet ta’ tagħbija ta’ 20 pied

X (2)

X

32

Unitajiet ta’ tagħbija ta’ 40 pied

X (2)

X

33

Unitajiet ta’ tagħbija > 20 pied u < 40 pied

X (2)

X

34

Unitajiet ta’ tagħbija > 40 pied

X (2)

X

Irrumblati ’l fuq irrumblati ’l isfel

(jaħdmu waħedhom)

5

5X

Unitajiet mobbli li jaħdmu waħedhom

X

X

51

Vetturi tal-merkanzija tat-triq u t-trejlers li jiġu magħhom

X (2)

X

52

Karozzi għall-passiġġieri, muturi u l-karrijiet/il-karavannijiet li jiġu magħhom

 

X (3)

53

Xarabanks għall-passiġġieri

 

X (3)

54

Vetturi tal-kummerċ (inklużi vetturi bil-mutur għall-importazzjoni u l-esportazzjoni)

X

X (3)

56

Bhejjem ħajjin fuq saqajhom

X

X (3)

59

Unitajiet mobbli oħrajn li jaħdmu waħedhom

X

X

Irrumblati ’l fuq irrumblati ’l isfel

(mhux li jaħdmu waħedhom)

6

6X

Unitajiet mobbli li ma jaħdmux waħedhom

X

X

61

Trejlers u semitrejlers tat-triq tal-merkanzija waħdehom semi-trailers

X (2)

X

62

Karavannijiet u vetturi oħra tat-triq, agrikoli u industrijali waħedhom

X

X (3)

64

Vaguni tal-ferrovija għat-trasport tal-merkanzija transport

X (2)

X

65

Trejlers ta’ fuq il-bastimenti li jintużaw minn port għall-ieħor għat-trasport tal-merkanzija transport

X (2)

X

66

Barkuni ta’ fuq il-bastimenti għat-trasport tal-merkanzija transport

X (2)

X

69

Unitajiet mobbli oħrajn li ma jaħdmux waħedhom

X

X

Merkanzija ġenerali oħra

(inklużi l-kontejners żgħar)

9

9X

Merkanzija oħra, mhux speċifkata mkien ieħor

X

 

91

Prodotti tal-forestrija

X

 

92

Prodotti tal-ħadid u tal-azzar

X

 

99

Merkanzija ġenerali oħra

X

 


Żieda għat-tip ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija għall-kontejners ro-ro

Kategorija (1)

Kodiċi

Ċifra waħda

Kodiċi

Żewġ ċifri

Deskrizzjoni

Tunnellaġġ

Numru ta’ unitaji et

Kontejners Ro-Ro kbar

R

RX

Kontejners Ro-Ro kbar

 

X

R1

Unitajiet ta’ tagħbija ta’ 20 pied

 

X

R2

Unitajiet ta’ tagħbija ta’ 40 pied

 

X

R3

Unitajiet ta’ tagħbija > 20 pied u < 40 pied

 

X

R4

Unitajiet ta’ tagħbija > 40 pied

 

X

ANNESS IV

IŻ-ŻONI KOSTALI MARITTIMI

In-nomenklatura li għandha tintuża hija l-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri) (4) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-dejta.

Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), għajr il-pajjiżi li huma maqsuma f’żewġ żoni kostali marittimi jew aktar, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero (minn 1 sa 7), bħal hawn isfel:

Kodiċi

Żoni kostali marittimi

FR01

Franza: l-Atlantiku u l-Baħar tat-Tramuntana

FR02

Franza: il-Mediterran

FR03

Dipartimenti Franċiżi ta’ barra l-pajjiż: il-Gujana Franċiża

FR04

Dipartimenti Franċiżi ta’ barra l-pajjiż: Martinique u Gaudeloupe

FR05

Dipartimenti Franċiżi ta’ barra l-pajjiż: Réunion

DE01

il-Ġermanja: il-Baħar tat-Tramuntana

DE02

il-Ġermanja: il-Baltiku

DE03

il-Ġermanja: il-baħar intern

GB01

Ir-Renju Unit

GB02

l-Isle of Man

GB03

iċ-Channel Islands

ES01

Spanja: l-Atlantiku (it-Tramuntana)

ES02

Spanja: il-Mediterran u l-Atlantiku (in-Nofsinhar) inklużi l-Gżejjer Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji

SE01

l-Isvezja: il-Baltiku

SE02

l-Isvezja: il-Baħar tat-Tramuntana

TR01

it-Turkija: il-Baħar l-Iswed

TR02

it-Turkija: il-Mediterran

RU01

ir-Russja: il-Baħar l-Iswed

RU03

ir-Russja: l-Asja

RU04

ir-Russja: il-Baħar ta’ Barents u l-Baħar l-Abjad

RU05

ir-Russja: il-Baltiku, il-Golf tal-Finlandja biss

RU06

ir-Russja: il-Baltiku, eskluż il-Golf tal-Finlandja

RU07

ir-Russja: il-kanali interni Ewropej, inkluż il-Baħar Kaspju

MA01

il-Marokk: il-Mediterran

MA02

il-Marokk: l-Afrika tal-Punent

EG01

l-Eġittu: il-Mediterran

EG02

l-Eġittu: il-Baħar l-Aħmar

IL01

l-Iżrael: il-Mediterran

IL02

l-Iżrael: il-Baħar l-Aħmar

SA01

l-Arabja Sawdita: il-Baħar l-Aħmar

SA02

l-Arabja Sawdita: il-Golf

US01

L-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (it-Tramuntana)

US02

L-Istati Uniti tal-Amerika: l-Atlantiku (in-Nofsinhar)

US03

L-Istati Uniti tal-Amerika: il-Golf

US04

L-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (in-Nofsinhar)

US05

L-Istati Uniti tal-Amerika: il-Paċifiku (it-Tramuntana)

US06

L-Istati Uniti tal-Amerika: Great Lakes

US07

Puerto Rico

CA01

il-Kanada: l-Atlantiku

CA02

il-Kanada: Great Lakes u Upper Saint Lawrence

CA03

il-Kanada: il-Kosta tal-Punent

CO01

il-Kolombja: il-Kosta tat-Tramuntana

CO02

il-Kolombja: il-Kosta tal-Punent

MX01

il-Messiku: l-Atlantiku

MX02

il-Messiku: il-Paċifiku

Bil-kodiċijiet addizzjonali

ZZ01

Installazzjonijiet barra mix-xtut li mhuma speċifikati mkien ieħor

ZZ02

Aggregati u postijiet li mhuma speċifikati mkien ieħor

ANNESS VIII

STRUTTURA GĦAL ĠABRIET TA’ DEJTA STATISTIKA

Il-ġabriet ta’ dejta speċifikati f’dan l-Anness jiddefinixxu l-frekwenza għall-istatistika tat-trasport marittimu meħtieġa mill-Komunità. Kull ġabra ta’ dejta tiddefinixxi kontroklassifikazzjoni ta’ sett limitat ta’ qisien fuq livelli differenti tan-nomenklaturi, aggregati tul il-qisien l-oħrajn kollha, li għalihom tkun meħtieġa statistika ta’ kwalità tajba.

STATISTIKA FIL-QOSOR U DDETTALJATA

Il-ġabriet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija u l-passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, C2, D1, E1, F1 u F2.

Il-ġabriet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija iżda mhux għall-passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, C2, E1, F1 u F2.

Il-ġabriet ta’ dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-passiġġieri iżda mhux għall-merkanzija huma A3, D1, F1 u F2.

Il-ġabra ta’ dejta li għandha tiġi pprovduta għal portijiet mhux magħżula (għall-merkanzija jew għall-passiġġieri) hija A3.

STATUS LEGALI TAL-ĠABRIET TA’ DEJTA

Il-ġabriet ta’ dejta A1, A2, A3, B1, C1, D1, E1 u F2 huma obbligatorji.

Il-ġabriet ta’ dejta C2 u F1 huma volontarji.

Ġabra ta’ dejta A1: Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin, skont il-port, it-tip ta’ merkanzija u l-kontroparti

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: kull tliet xhur


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

A1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Karattru wieħed alfanumeriku

Tip ta’ merkanzija, l-Anness II

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Ġabra ta’ dejta A2: Trasport bil-baħar b’tagħbija bla unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija u l-kontroparti

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: kull tliet xhur


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

A2

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija (tagħbija bla unitajiet biss), l-Anness II (is-subkategoriji 1X, 11, 12, 13, 19, 2X, 21, 22, 23, 29, 9X, 91, 92 u 99)

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Ġabra ta’ dejta A3: Dejta meħtieġa kemm għal portijiet magħżula kif ukoll għal dawk li għalihom mhijiex meħtieġa statistika dettaljata (ara l-Artikolu 4(3))

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

A3

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Il-portijiet kollha fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.

Numru ta’ passiġġieri (ħlief passiġġieri tal-kruċiera).

Numru ta’ passiġġieri tal-kruċiera li jibdew u jtemmu kruċiera.

Numru ta’ passiġġieri tal-kruċiera f’eskursjoni tal-passiġġieri tal-kruċiera: direzzjoni: ’il ġewwa (1) biss — (mhux obbligatorju).


Ġabra ta’ dejta B1: Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, l-oġġetti u l-kontroparti

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

B1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Karattru wieħed alfanumeriku

Tip ta’ merkanzija, l-Anness II

Komodità

Żewġ karattri alfanumeriċi

Nomenklatura tal-merkanzija, l-Anness III

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Ġabra ta’ dejta C1: Trasport bil-baħar b’tagħbija b’unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, il-kontroparti u l-istat tat-tagħbija

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: kull tliet xhur


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

C1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija (kontejner, Ro-Ro biss), l-Anness II (is-subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 64, 65, 66 u 69)

Dejta:

Il-piż gross tal-prodotti f’tunnellati (tip ta’ merkanzija: is-subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 64, 65, 66 u 69).

Numru totali ta’ unitajiet (tip ta’ merkanzija: is-subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 64, 65, 66 u 69).

Numru ta’ unitajiet mingħajr merkanzija (tip ta’ merkanzija: is-subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 59, 6X, 61, 64, 65, 66 u 69).


Ġabra ta’ dejta C2: Trasport bil-baħar f’kontejner Ro-Ro fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, il-kontroparti u l-istat tat-tagħbija

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

C2

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt (mhux obbligatorju)

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima (mhux obbligatorju)

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ merkanzija (kontejner Ro-Ro biss) l-Anness II (is-subkategoriji RX, R1, R2, R3, R4)

Dejta:

Numru totali ta’ unitajiet (tip ta’ merkanzija: is-subkategoriji RX, R1, R2, R3, R4).

Numru ta’ unitajiet mingħajr merkanzija (tip ta’ merkanzija: is-subkategoriji RX, R1, R2, R3, R4) — (mhux obbligatorju).


Ġabra ta’ Dejta D1: Trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin, skont il-port, il-kontroparti u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

D1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port tal-imbarkazzjoni/żbark

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment (mhux obbligatorju)

Erba’ karattri alfanumeriċi

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, l-Anness V

Dejta:

Numru ta’ passiġġieri għajr passiġġieri tal-kruċiera li jibdew u jtemmu kruċiera u passiġġieri tal-kruċiera f’eskursjoni.


Ġabra ta’ dejta E1: Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip ta’ merkanzija, il-kontroparti u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

E1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(0)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa, ’il barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE fil-lista tal-portijiet

Żona kostali marittima

Erba’ karattri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, l-Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Karattru wieħed alfanumeriku

Tip ta’ merkanzija, l-Anness II

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Erba’ karattri alfanumeriċi

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, l-Anness V

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f’tunnellati.


Ġabra ta’ dejta F1: Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri tal-kruċiera f’eskursjoni għall-passiġġieri tal-kruċiera)

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

F1

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa (1) biss

Tip ta’ bastiment:

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ bastiment, l-Anness VI

Daqs tal-bastiment DWT

Żewġ karattri alfanumeriċi

Klassijiet tad-daqs tal-piż li jifilħu jġorru l-bastimenti l-Anness VII

Dejta:

Numru ta’ bastimenti.

Piż li jifilħu jġorru l-bastimenti f’tunnellati


Ġabra ta’ dejta F2: Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej ewlenin skont il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri tal-kruċiera f’eskursjoni għall-passiġġieri tal-kruċiera)

Frekwenza tat-trażmissjoni tad-dejta: annwali


 

Fatturi varjabbli

Dettall tal-kodifika

Nomenklatura

Qisien

Ġabra ta’ dejta

Żewġ karattri alfanumeriċi

F2

Sena ta’ referenza

Erba’ karattri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Tliet xhur ta’ referenza

Karattru wieħed alfanumeriku

(1, 2, 3, 4)

Il-port tar-rappurtaġġ

Ħames karattri alfanumeriċi

Portijiet taż-ŻEE magħżula mil-lista ta’ portijiet

Direzzjoni

Karattru wieħed alfanumeriku

’il ġewwa (1) biss

Tip ta’ bastiment:

Żewġ karattri alfanumeriċi

Tip ta’ bastiment, l-Anness VI

Daqs tal-bastiment GT

Żewġ karattri alfanumeriċi

Klassijiet tad-daqs tat-tunnellaġġ gross, l-Anness VII

Dejta:

Numru ta’ bastimenti.

Tunnellaġġ gross tal-bastimenti.


(1)  Dawn il-kategoriji huma konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet EKE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  Il-kwantità rreġistrata hija l-piż gross tal-merkanzija inkluż l-imballaġġ iżda eskluż il-piż waħdu tal-kontejners u tal-unitajiet Ro-Ro.

(3)  In-numru totali tal-unitajiet biss.

(4)  Il-verżjoni attwalment fis-seħħ hija stilupata fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar in-nomenklatura ta’ pajjiżi u territorji għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19.


11.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ April 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2001/861/KE fir-rigward tan-novaluron

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2164)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/187/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 80(1)(a) tiegħu,

Billi,

(1)

Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva 91/414/KEE għandha tkompli tapplika għal sustanzi attivi li għalihom ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel l-14 ta’ Ġunju 2011.

(2)

Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit irċieva fid-29 ta’ Marzu 2001 applikazzjoni minn Makhteshim Agan Ltd. għall-inklużjoni tas-sustanza attiva novaluron fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/861/KE (3) ikkonfermat illi, wara eżami preliminari, id-dossier kien “komplet”, fis-sens li seta’ jitqies bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u t-tagħrif tal-Anness II u l-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(4)

L-Istati Membri kienu b’dan ingħataw il-possibilità li jagħtu awtorizzazzjonijiet provviżorji għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-novaluron, skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE. Dan il-perjodu inizjali ta’ tliet snin jista’ jibda fi kwalunkwe żmien, hekk kif applikazzjoni tiġi valutata.

(5)

F’konformità mat-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (4), l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”) talbet l-Istat Membru relatur fis-16 ta’ Ġunju 2011 biex jitlob tagħrif addizzjonali mill-applikant.

(6)

B’ittra tad-29 ta’ Frar 2012 l-applikant informa lir-Renju Unit, lill-Awtorità u lill-Kummissjoni, bl-intenzjoni tiegħu li ma jappoġġjax aktar l-evalwazzjoni u li mhux se jissottometti aktar dejta. Bl-istess ittra l-applikant irtira l-applikazzjoni tiegħu. Peress li l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Awtorità ma kinitx sottomessa, id-dossier ma jistax jitqies aktar bħala komplet.

(7)

Id-Deċiżjoni 2001/861/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Konsegwetement, awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti għandhom ikunu irtirati u ma jingħatawx aktar awtorizzazzjonijiet.

(9)

Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom in-novaluron, fejn l-Istati Membri jagħtu xi perjodu ta’ konċessjoni skont l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva Nru 91/414/KEE, dan il-perjodu għandu jiskadi sa mhux aktar tard minn sena wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni rispettiva.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2001/861/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom in-novaluron jiġu irtirati sat-3 ta’ Ottubru 2012;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom in-novaluron m’hi se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva Nru 91/414/KEE għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi sa mhux iktar tard minn 12-il xahar wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni rispettiva.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 321, 6.12.2001, p. 34.

(4)  ĠU L 53, 26.2.2011, p. 51.


ANNESS

“ANNESS

IS-SUSTANZI ATTIVI MILQUTA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

Nru

Isem Komuni,

CIPAC – Numru ta’ Identifikazzjoni

Notifikatur

Id-data tal-applikazzjoni

L-Istat Membru relatur

1

Laminarin

Nru CIPAC 671

Laboratoires Goëmar S.A., Franza

fid-29 ta’ Marzu 2001

Il-Belġju”


11.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/18


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ April 2012

li tawtorizza lill-Istati Membri jadottaw ċerti derogi skont id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2166)

(2012/188/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) u (4) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I, Taqsima I.3, l-Anness II, Taqsima II.3 u l-Anness III, Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE fihom listi ta’ derogi nazzjonali, li jippermettu li jitqiesu ċirkustanzi speċifiċi nazzjonali. Dawn il-listi għandhom jiġu aġġornati biex jinkludu derogi nazzjonali ġodda.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li dawn it-Taqsimiet jiġu ssostitwiti kompletament.

(3)

Għalhekk, id-Direttiva 2008/68/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat għat trasport tal-oġġetti perikolużi mwaqqaf mid-Direttiva 2008/68/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni huma awtorizzati li jimplimentaw id-derogi stipulati fih dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom.

Dawn id-derogi għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 2

L-Anness I, Taqsima I.3, l-Anness II, Taqsima II.3 u l-Anness III, Taqsima III.3 għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13.


ANNESS

L-Annessi I, II u III għad-Direttiva 2008/68/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, it-Taqsima I.3 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“I.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RO-a/bi/bii-MS-nn

RO= Triq

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS= Taqsira għal Stat Membru

nn= numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

RO–a–BE–1

Suġġett: Klassi 1 – Kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: 1.1.3.6 tillimita għal 20 kg il-kwantità ta’ splussivi għall-minjieri li tista’ tiġi trasportata f’vettura ordinarja.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-operaturi ta’ ċentri ‘l bogħod minn żoni ta’ provvista jistgħu jkunu awtorizzati li jġorru 25 kg ta’ dinamita jew splussivi qawwija u mhux aktar minn 300 detonatur f’vetturi bil-mutur ordinarji, suġġett għal kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz dwar l-isplussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 111 de l’arrêté royal 23 septembre 1958 sur les produits explosifs.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–BE–2

Suġġett: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni fuq id-dokument tat-trasport “kontenituri vojta mhux imnaddfa li fihom kien hemm prodotti ta’ klassijiet differenti”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

Kummenti: Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 21 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–BE-3

Suġġett: Adozzjoni tal-RO–a–UK–4

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–BE–4

Suġġett: eżenzjoni mir-rekwiżiti ADR kollha għat-trasport nazzjonali sa massimu ta’ 1 000 detettur joniku tad-duħħan minn djar privati għall-faċilità tat-trattament fil-Belġju minn ġol-punti tal-ġbir previsti fix-xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan.

Referenza għall-ADR: ir-rekwiżiti kollha

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu domestiku tad-detetturi joniċi tad-duħħan mhuwiex sottomess għall-kontroll regolatorju mil-lat radjoloġiku ladarba d-detettur tad-duħħan ikun ta’ tip approvat. It-trasport ta’ dawn id-detetturi tad-duħħan għal għand l-utent aħħari huwa wkoll eżentat mir-rekwiżiti ADR. (ara 2.2.7.1.2(d)).

Id-Direttiva 2002/96/KE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) tesiġi l-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan użati ħalli jiġu trattati ċ-ċirkwiti elettroniċi u, għad-detetturi joniċi tad-duħħan, sabiex jitneħħew is-sustanzi radjoattivi. Biex dan il-ġbir selettiv ikun possibbli ġie żviluppat xenarju biex iħajjar lill-unitajiet domestiċi privati jieħdu d-detetturi tad-duħħan użati tagħhom f’punt tal-ġbir minn fejn dawn id-detetturi jkunu jistgħu jinġarru lejn il-faċilità tat-trattament xi drabi permezz ta’ punt tal-ġbir ieħor jew post ta’ ħżin immedjat.

Fil-punt tal-ġbir ikun hemm disponibbli kontenituri tal-metall li jesgħu sa massimu ta’ 1 000 detettur tad-duħħan. Minn dawn il-punti, kontenitur bħal dawn bid-detetturi tad-duħħan jista’ jiġi trasportat flimkien ma’ skart ieħor lejn maħżen intermedju jew lejn il-faċilità tat-trattament. Il-pakkett ikun ittikkettat bil-kliem ‘detettur tad-duħħan’.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: xenarju għall-ġbir selettiv tad-detetturi tad-duħħan huwa parti mill-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-istrumenti approvati previsti fl-Artikolu 3.1.d.2 tad-digriet irjali tal-20/07/2001: ir-regolament ġenerali dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni.

Kummenti: Din id-deroga hija meħtieġa sabiex ikun possibbli l-ġbir selettiv tad-detetturi joniċi tad-duħħan.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015..

DE Il-Ġermanja

RO–a–DE-1

Suġġett: L-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta ta’ partijiet tal-karozzi bil-klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (n4)

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10 u 7.5.2.1

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-ippakkjar imħallat u t-tagħbija mħallta.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: NU 0431 u NU 0503 jistgħu jiġi mgħobbija flimkien ma’ ċerti oġġetti perikolużi (prodotti marbuta mal-manifattura tal-karozzi) f’ċerti ammonti, kif imniżżla fid-deroga. Il-valur ta’ 1 000 (komparabbli mal-punt 1.1.3.6.4) magħandu qatt jinqabeż.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 28.

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija meħtieġa sabiex partijiet tas-sikurezza tal-karozzi jitwasslu bla telf ta’ żmien, skont id-domanda lokali. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ prodotti, il-ħżin ta’ dawn il-prodotti f’garaxxijiet lokali mhijiex komuni.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE-2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport u dikjarazzjoni tal-kunsinnatur għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi, kif iddefiniti f’1.1.3.6 (n1).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra mill-Klassi 7: mhu meħtieġ ebda dokument tat-trasport, jekk il-kwantità tal-oġġetti trasportati ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati f’1.1.3.6.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: It-tagħrif mogħti fl-immarkar u l-ittikkettar tal-pakketti jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali, peress li d-dokument tat-trasport mhux dejjem ikun xieraq fejn tidħol id-distribuzzjoni lokali.

Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DE-3

Suġġett: It-trasport tal-istandards tal-kejl u pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Dispożizzjonijiet għan-numru NU 1202, 1203 u 1223.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ippakkjar, immarkar, dokumenti, struzzjonijiet tat-trasport u l-immaniġġar, struzzjonijiet għall-ekwipaġġ tal-vettura.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni tar-regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: komparabbli ma’ pakketti vojta, mhux imnaddfa; aktar minn 1 000 l: Konformità ma’ ċerti regolamenti għat-tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 24.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015..

RO–a–DE-5

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ ppakkjar imħallat ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u t-trattamenti fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkanti) kif lesti għal bejgħ f’ippakkjar imħallat fil-grupp tal-ippakkjar II u fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015..

DK Id-Danimarka

RO–a–DK-1

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti jew oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ merkanzija perikoluża miġbura minn entitajiet domestiċi u ċerti impriżi biex jintremew.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Il-partijiet 2, 3, 4.1, 5.2, 5.4 u 8.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-prinċipji għall-klassifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet speċjali, id-dispożizzjonijiet tal-ippakkjar, id-dispożizzjonijiet tal-immarkar u l-ittikkettar, id-dokument tat-trasport u t-taħriġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti interni jew oġġetti li fihom ikun hemm skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi li jkunu nġabru minn entitajiet domestiċi jew ċerti impriżi jistgħu jkunu ppakkjati flimkien fl-ippakkjar estern. Il-kontenut ta’ kull pakkett intern u/jew ta’ kull ippakkjar estern ma jridx jaqbeż il-limiti stabbiliti tal-massa jew tal-volum. Id-derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar, id-dokumentazzjoni u t-taħriġ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, § 4 stk. 3.

Kummenti: Mhuwiex possibbli li ssir klassifikazzjoni eżatta u jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-ADR kollha meta jinġabru skart jew fdalijiet ta’ oġġetti perikolużi, minn entitajiet domestiċi u ċerti impriżi, biex jintremew. L-iskart tipikament jinżamm f’pakketti li jkunu nbigħu f’bejgħ bl-imnut.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–DK-2

Suġġett: It-trasport bit-triq ta’ pakketti li jkun fihom sustanzi splussivi u ta’ pakketti li jkun fihom id-detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar imħallat.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli tal-ADR għandhom jitħarsu meta jiġu trasportati oġġetti perikolużi bit-triq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l.

Kummenti: Teżisti ħtieġa prattika sabiex ikunu jistgħu jiġu ppakkjati sustanzi splussivi flimkien ma’ detonaturi fl-istess vettura meta dawn l-oġġetti jiġu trasportati minn fejn ikunu maħżuna lejn il-post tax-xogħol u lura.

Meta l-leġiżlazzjoni Daniża dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi tiġi emendata, l-awtoritajiet Daniżi se jippermettu dan it-trasport b’dawn il-kundizzjonijiet:

1.

Ikunu qed jiġi trasportati mhux aktar minn 25 kg ta’ sustanzi splussivi taħt il-Grupp D.

2.

Ikunu qed jiġi trasportati mhux aktar minn 200 biċċa ta’ detonaturi taħt il-Grupp B.

3.

Id-detonaturi u s-sustanzi splussivi għandhom ikunu ppakkjati separatament f’pakkjar ċertifikat min-NU skont ir-regoli stipulati fid-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

4.

Id-distanza bejn l-ipppakkjar li jkun fih id-detonaturi u dak li jkun fih sustanzi splussivi għandha tkun minn tal-anqas (1) metru. Id-distanza għandha titħares anki wara ż-żamma għall-għarrieda tal-brejkijiet. L-ippakkjar li jkun fih sustanzi splussivi u dak li fih detonaturi jrid jitpoġġa b’mod li ma jkunx possibbli li jitneħħa malajr mill-vettura.

5.

Iridu jitħarsu r-regoli kollha l-oħra dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

FI Il-Finlandja

RO–a–FI-1

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’ċerti ammonti fix-xarabanks u materjali b’radjoattività baxxa fi kwantitajiet żgħar għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u r-riċerka.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1, 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-ippakkjar, dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi, f’ċerti ammonti taħt il-limitu ta’ 1.1.3.6 b’piż nett massimu ta’ mhux aktar minn 200 kg, fix-xarabanks huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument tat-trasport u mingħajr ma jintlaħqu r-rekwiżiti tal-ippakkjar kollha. Waqt it-trasport tal-materjali b’radjoattivà baxxa b’piż massimu ta’ 50 kg għal għanijiet ta’ kura tas-saħħa u għar-riċerka, il-vettura ma hemmx għalfejn tkun immarkata jew mgħammra skont l-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003; 312/2005).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015..

RO–a–FI-2

Suġġett: Deskrizzjoni tat-tankijiet vojta mniżżla fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għal pakketti vojta u mhux imnaddfa, vetturi, kontenituri, tankijiet, vetturi tal-batteriji u kontenituri tal-gass ta’ elementi multipli (“MEGCs”).

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta’ vetturi bit-tank vojta u mhux imnaddfa li fihom jinġarru żewġ jew aktar sustanzi bin-numri NU 1202, 1203 u 1223, id-deskrizzjoni fid-dokumenti tat-trasport tista’ timtela bil-kliem “L-aħħar tagħbija” flimkien ma’ isem il-prodott bl-aktar temperatura baxxa sabiex jieħu n-nar. “Vettura bit-tank vojt, 3, l-aħħar tagħbija: NU 1203 Motor spirit, II”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–FI–3

Suġġett: Tikkettar u mmarkar tal-unità tat-trasport għall-isplussivi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.1.1

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għall-immarkar tal-pjanċi oranġjo.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet tat-trasport li jittrasportaw (normalment f’vannijiet) ammonti żgħar ta’ splussivi (sa massimu ta’ 1 000 kg (netti)) għall-barrieri u s-siti tax-xogħol jistgħu jiġu ttikkettati fuq quddiem u wara, bl-użu tal-plakards skont il-mudell Nru 1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

FR Franza

RO–a–FR-2

Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-ADR għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 12.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015..

RO–a–FR-5

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’vetturi pubbliċi li jġorru l-passiġġieri (18).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: It-trasport ta’ passiġġieri u oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-Klassi 7, f’vetturi tat-trasport pubbliku awtorizzat bħala bagalja tal-idejn (hand luggage): id-dispożizzjonijiet marbuta mal-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettar ta’ pakki kif stabbilit f’4.1, 5.2 u 3.4 biss ikunu japplikaw.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres, annexe I paragraphe 3.1.

Kummenti: Oġġetti perikolużi għall-użu personali jew inkella għall-użu professjonali proprju biss jistgħu jinġarru f’bagalji tal-idejn. Huma permessi kontenituri portabbli tal-gass fl-ammonti meħtieġa għal vjaġġ wieħed għal pazjenti bi problemi respiratorji.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016.

RO–a–FR–6

Suġġett: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi (18).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu ta’ dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi għajr dawk tal-Klassi 7, li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6 mhuwiex soġġett għall-obbligu li jkollu dokument tat-trasport kif stipulat f’5.4.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 29 mai 2009 relatif au transport des marchandises dangereuses par voies terrestres annexe I, paragraphe 3.2.1.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016.

IE L-Irlanda

RO–a–IE-1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 tal-ADR għal dokument tat-trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR, elenkati fi 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (b’punt ta’ infjammabbiltà < 23 °C) u l-Klassi 6.1 tal-ADR, elenkati fil-punt 2.2.61.3 bħala pestiċidi likwidi T6 (b’punt ta’ infjammabbiltà ta’ mhux anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi li qed jinġarru ma jaqbżux il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżit għal dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għall-ġarr tal-pestiċidi tal-Klassi 3 tal-ADR u 6.1, fejn il-kwantità tal-oġġetti perikolużi li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet stipulati fil-punt 1.1.3.6 tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(9) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”.

Kummenti: Rekwiżiti iebsa u bla ħtieġa għat-trasport lokali u t-tqassim ta’ dawn il-pestiċidi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-2

Suġġett: L-eżenzjoni, minn xi dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ kwantitajiet żgħar (inqas mil-limiti f’1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti u bil-kodiċi tal-klassikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S tal-Klassi 1 tal-ADR, li għandhom in-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għal ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari għar-rimi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rimi ta’ materjal pirotekniku skadut.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u l-ittikkettar ta’ materjal pirotekniku skadut, bin-numri rispettivi NU 0092, NU 0093, NU 0191, NU 0195, NU 0197, NU 0240, NU 0312, NU 0403, NU 0404 jew NU 0453 għall-ġarr lejn l-eqreb kwartieri militari ma japplikawx sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-ippakkjar tal-ADR jiġu rispettati u tagħrif addizzjonali jiġi inkluż fid-dokument tat-trasport. Dan japplika biss għat-trasport lokali, lejn l-eqreb kwartieri militari, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dan il-materjal pirotekniku skadut bl-għan li jiġu eliminati b’mod sikur.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(10) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 2004”.

Kummenti: Il-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ raġġi (flares) “skaduti” għall-emerġenza fuq il-baħar, speċjalment minn sidien ta’ dgħajjes għad-delizju u minn fornituri marittimi, lejn kwartieri militari biex jintremew b’mod sikur, partikolarment b’rabta mar-rekwiżiti tal-ippakkjar. Id-deroga hija għall-kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati fil-punt 1.1.3.6) għat-trasport lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 6.7 u 6.8, fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ tankijiet tal-ħżin mhux imnaddfa u nominalment vojta (għall-ħżin f’postijiet fissi), għall-finijiet ta’ tindif, tiswija, ittestjar jew skreppjar.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.7 u 6.8.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ispezzjoni u l-ittestjar tat-tankijiet.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punti 6.7 u 6.8 tal-ADR għall-ġarr bit-triq ta’ tankijiet tal-ħżin nominalment vojta u mhux imnaddfa (għall-ħżin f’postijiet fissi), bl-għan li jitnaddfu, jissewwew, jiġu ttestjati jew skreppjati, sakemm (a) jitneħħew il-pajpijiet kollha mqabbda mat-tank li jkunu raġonevolment jistgħu jitneħħew; (b) jitwaħħal valv tal-pressjoni adatt fit-tank li għandu jibqa’ operattiv matul il-ġarr; u (c) soġġett għal (b) hawn fuq l-aperturi kollha fit-tank u fi kwalunkwe pajp imwaħħal magħhom ġew issiġillati biex jipprevjenu r-rilaxx ta’ kwalunkwe oġġett perikoluż, sakemm dan ikun raġonevolment fattibbli.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Dawn it-tankijiet jintużaw għall-ħżin ta’ sustanzi f’postijiet fissi u mhux għat-trasport ta’ oġġetti. Dawn ikun fihom kwantitajiet żgħar ħafna ta’ oġġetti perikolużi waqt li huma (it-tankijiet) ikunu trasportati lejn stabbilimenti differenti għat-tindif, tiswija, eċċ.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B tal-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta’ ċilindri tal-gass li jintużaw f’distributuri awtomatiċi (tax-xorb) meta jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Kapitoli 5.3, 5.4, Parti 7 u Anness B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li għandha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-operazzjonijiet tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ 5.3, 5.4, 7 u mill-Anness B għall-ADR għaċ-ċilindri tal-gass li jintużaw fid-distributuri awtomatiċi tax-xorb, meta dawn iċ-ċilindri tal-gass ikunu qed jinġarru fuq l-istess vettura max-xorb (li ser jintużaw għalih).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: L-attivitajiet prinċipali jikkonsistu fit-tqassim ta’ pakketti tax-xorb, li ma jkunux sustanzi skont l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri żgħar ta’ gassijiet assoċċjati mal-użu fix-xorb.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–IE-5

Suġġett: Eżenzjoni, għat-trasport nazzjonali fl-Irlanda, mir-rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-kontenituri, u mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tagħhom, li jinsabu f’6.2 u 4.1 tal-ADR, għaċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni tal-gassijiet tal-Klassi 2 li ġew trasporti b’mod multimodali, fosthom dak marittimu, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew, ittestjati u użati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fl-Irlanda iżda ttieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-vjaġġ b’trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-trasport multimodali, inkluż it-trasport marittimu, dwar l-użu ta’ ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR, u dwar il-kostruzzjoni u ttestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2 tal-ADR.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ 4.1 u 6.2 ma japplikawx għaċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għall-gassijiet tal-Klassi 2, sakemm (i) dawn iċ-ċilindri u krietel tal-kompressjoni jkunu nbnew u ttestjati skont il-kodiċi IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jintużaw skont il-kodiċi IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu ġew trasportati lejn il-kunsinnatur permezz ta’ trasport multimodali, fosthom il-ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni sa għand l-utent aħħari sar fi vjaġġ wieħed, f’ġurnata waħda, mid-destinatarju tal-operazzjoni tat-trasport multimodali (imsemmi fi (iii)), (v) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni ma jkunux imtlew mill-ġdid fi ħdan l-Istat u jittieħdu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjoni ta’ trasport multimodali (imsemmi fi (iii)) u (vi) dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jkunu tqassmu lokalment fi ħdan l-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-gassijiet li jinsabu f’dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni għandhom speċifikazzjonijiet, mitluba mill-utent aħħari, li jirriżultaw fil-ħtieġa li jiġu importati minn barra ż-żona ADR. Ladarba użati, dawn iċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni nominalment vojta jeħtieġ jittieħdu lura fil-pajjiż tal-oriġini, sabiex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet partikolarment speċifikati - ma għandhomx jimtlew mill-ġdid fl-Irlanda u lanqas f’ebda parti oħra taż-żona ADR. Minkejja li mhumiex konformi mal-ADR, huma konformi mal-kodiċi IMDG u aċċettati għall-finijiet tagħha. It-trasport multimodali, li jibda barra ż-żona ADR, huwa maħsub sabiex jintemm fil-bini tal-importatur, fejn ikun intenzjonat li ċ-ċilindri u l-krietel tal-kompressjoni jitqassmu fi kwantitajiet żgħar lill-utent aħħari lokalment fl-Irlanda. Dan it-trasport fuq it-territorju tal-Irlanda għandu jsir fir-rispett tal-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

LT Il-Litwanja

RO–a–LT–1

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–a–UK–6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 337 dwar it-Trasport tal-Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

UK Ir-Renju Unit

RO–a–UK-1

Suġġett: Il-ġarr ta’ ċerti oġġetti li jkun fihom materjal radjoattiv ta’ periklu baxx bħal arloġġi, arloġġi tal-idejn, detetturi tad-duħħan, boxxli (E1).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-ADR.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ materjal tal-Klassi 7.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjoattiv. (Tagħmir luminuż maħsub sabiex jintlibes min-nies; fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux iktar minn 500 detettur tad-duħħan għall-użu domestiku b’attività individwali li ma taqbiżx l-40 kBq; jew fi kwalunkwe vettura jew vettura ferrovjarja mhux aktar minn ħames biċċiet tagħmir tad-dawl bil-gass tat-tritju b’attività individwali li ma taqbiżx l-10 GBq).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d). The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(10).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tibqax aktar meħtieġa meta emendi simili għar-regolamenti tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (“IAEA”) jiġu inkorporati fl-ADR.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinżamm dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi (minbarra mill-Klassi 7) kif ddefinit fil-1.1.3.6 (E2).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta’ trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument tat-trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati, bl-eċċezzjoni fejn dawn jifformaw parti minn tagħbija akbar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(a).

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għat-trasport nazzjonali, fejn dokument tat-trasport ma jkunx dejjem xieraq fil-każijiet li jinvolvu d-distribuzzjoni lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-3

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit għall-vetturi li jġorru materjal ta’ radjoattività ta’ livell baxx biex iġorru tagħmir tat-tifi tan-nar (E4).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżit għall-vetturi li jġorru fuqhom apparat tat-tifi tan-nar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jitneħħa r-rekwiżit biex jinġarru ċilindri tat-tifi tan-nar meta jkun qed jiġi trasportat biss pakketti ta’ eċċezzjoni (NU 2908, 2909, 2910 u 2911).

Jipprevedi rekwiżit inqas strett meta jinġarr biss għadd żgħir ta’ pakketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002: Regulation 5(4)(d).

Kummenti: Il-ġarr ta’ tagħmir tat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għat-trasport ta’ NU 2908, 2909, 2910, NU 2911, li ħafna drabi jkunu jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-4

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti fl-pakketti intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożiti ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew lill-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarija (N1).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-pakketti.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU u lanqas immarkati b’mod ieħor jekk ikun fihom oġġetti previsti f’“Schedule 3”.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(4) and Regulation 36 Authorisation Number 13.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-ADR mhumiex adegwati għall-aħħar stadji ta’ ġarr minn depożitu ta’ distribuzzjoni għal għand bejjiegħ bl-imnut jew utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr l-ippakkjar estern.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-5

Suġġett: sabiex ikun hemm “kwantità massima totali” differenti “għal kull unità ta’ trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-Tabella f’1.1.3.6.3 (N10).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li jinġarru f’kull unità ta’ trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi r-regoli dwar l-eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, reg. 13 and Schedule 5; regulation 14 and Schedule 4.

Kummenti: Biex tippermetti limiti differenti ta’ kwantitajiet għall-oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Sabiex tkun tista’ tiġi kkalkolata tagħbija mħallta, il-fatturi tal-multiplikazzjoni għandhom jinqraw “20” għall-kategorija tat-trasport 1 u “2” għall-kategorija tat-trasport 2.

Preċedentement skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-6

Suġġett: Iż-żieda tal-massa massima netta ta’ splussiv permessibbli f’vetturi EX/II (N13).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.5.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet fuq il-kwantitajiet ta’ sustanzi u oġġetti splussivi li jinġarru.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, regulation 13, Schedule 3.

Kummenti: Ir-Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa netta massima ta’ 5 000 kg fil-vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta’ Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J.

Ħafna oġġetti tal-Klassi 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J li jiċċaqalqu fl-Ewropa huma kbar jew goffi u bejn wieħed u ieħor jaqbżu t-tul ta’ 2.5 m. Primarjament ikunu oġġetti splussivi għall-użu militari. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni tal-vetturi EX/III (li jeħtieġu jkunu vetturi magħluqa) jagħmluha ferm diffiċli sabiex dawn l-oġġetti jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkunu jeħtieġu tagħmir tat-tagħbija u l-ħatt speċjalizzat kemm fil-bidu kif ukoll fit-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika dan it-tagħmir rarament jeżisti. Hemm biss ftit vetturi EX/III użati fir-Renju Unit u jkun ta’ piż kbir fuq l-industrija jekk tintalab il-kostruzzjoni ta’ aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex jġorru dan it-tip ta’ splussiv.

Fir-Renju Unit, l-isplussiv militari jinġarr l-aktar b’vetturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux jisfruttaw l-eżenzjoni għall-vetturi militari li teżisti fid-Direttiva Qafas. Sabiex tingħeleb din il-problema, ir-Renju Unit minn dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg minn dawn l-oġġetti f’vetturi EX/II. Il-limitu attwali mhux dejjem suffiċjenti għaliex oġġett jista’ jkun fih aktar minn 1 000 kg ta’ splussiv.

Mill-1950 seħħew biss żewġ inċidenti (it-tnejn li huma fis-snin 50) li kienu jinvolvu splussiv li kien jiżen aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti ġraw meta ħa n-nar tajer u minn sistema taħraq tal-egżost li tat in-nar lill-għata tad-drapp. In-nirien setgħu qabdu b’tagħbija iżgħar. Ma kien hemm l-ebda vittma jew korrimenti.

Hemm evidenza empirika li tindika li oġġetti splussivi ppakkjati sew ma tantx jinqabdu b’daqqa, eż. f’inċident tat-traffiku. L-evidenza minn rapporti militari u minn dejta ta’ provi tal-impatt ta’ missili juru li sabiex jieħdu l-iskrataċ għandhom bżonn veloċità tal-impatt akbar minn dik li tintlaħaq waqt prova ta’ tfigħ minn għoli ta’ 12-il metru.

L-istandards attwali ta’ sikurezza ma jkunux milquta.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-7

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal kwantitajiet żgħar ta’ ċerti oġġetti tal-Klassi 1 (N12).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.4 u 8.5 S1(6).

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta’ oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprevedi pparkjar mingħajr periklu u faċilitajiet ta’ superviżjoni, imma mhemmx ħtieġa li ċerta tagħbija tal-Klassi 1 issirilhom superviżjoni kostanti, kif stabbilit fi 8.5 S1(6) tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, regulation 24.

Kummenti: Ir-rekwiżiti ta’ superviżjoni tal-ADR mhumiex dejjem fattibbli f’kuntest nazzjonali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-8

Suġġett: It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, vetturi u kontenituri (N4/5/6).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, regulation 18.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit tal-isplussiv ma’ splussiv ieħor kif ukoll ta’ splussiv ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni ser ikollha limitu ta’ kwantità fuq waħda jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija u tkun permessa biss jekk “ikunu ttieħdu l-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha sabiex jipprevjenu li l-isplussiv jiġi f’kuntatt ma’, jew b’xi mod jipperikola jew ikun mhedded minn dawn l-oġġetti”.

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jippermetti huma:

1.

Splussivi li ġew allokati n-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jiġu trasportati fl-istess vettura mal-oġġetti perikolużi li ġew allokati n-numru tal-klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 permessa għat-tagħbija għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv ta’ 1.1D.

2.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, jew 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija 2 tat-trasport jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija 3 tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, sakemm il-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tal-kategorija 2 tat-trasport ma jaqbżux il-500 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg.

3.

Splussivi ta’ 1,4G jistgħu jinġarru flimkien ma’ likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija 2 tat-trasport jew ma’ gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew fi kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbżux il-200 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ splussiv ma taqbiżx l-20 kg.

4.

Oġġetti li jisplodu li ġew allokati n-numri ta’ klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jiġu trasportati ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kumpatibbiltà D, E jew F li għalihom dawn huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussivi tan-numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex tkun aktar minn 20 kg.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-9

Suġġett: Alternattiva biex jintwerew il-pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta’ materjal radjoattiv f’vetturi żgħar.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit biex jintwerew il-pjanċi oranġjo f’vetturi żgħar li jkunu qed iġorru materjal radjoattiv.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kwalunkwe deroga approvata skont dan il-proċess. Id-deroga meħtieġa hija:

Il-vetturi jrid jew:

(a)

ikollhom plakard skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 tal-ADR; jew

(b)

fil-każ ta’ vettura li ġġorr mhux aktar minn għaxar pakketti b’materjal radjoattiv mhux fissili jew inkella li jista’ jsir fissiliu fejn is-somma tal-indiċi tat-trasport ta’ dawn il-pakketti ma taqbiżx il-valur ta’ 3, tista’ minflok iġġorr nota f’konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002 Regolament 5(4)(d).

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–a–UK-10

Suġġett: It-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: id-dipożizzjonijiet kollha

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Anness I, Taqsima I.1 għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskju ta’ infezzjoni kopert min-NU 3291 b’massa ta’ inqas minn jew sa 15-il kg.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Din id-deroga hija maħsuba biex tinħareġ fl-ambitu ta’ The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2011.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2017.

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BE Il-Belġju

RO–bi–BE-3

Suġġett: It-taħriġ għas-sewwieqa,

It-trasport lokali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u tankijiet (fil-Belġju, f’raġġ ta’ 75 km mill-post tas-sede prinċipali).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva:

Struttura tat-taħriġ:

1.

Taħriġ dwar il-pakketti;

2.

Taħriġ dwar it-tankijiet;

3.

Taħriġ speċjali dwar il-Klassi 1

4.

Taħriġ speċjali dwar il-Klassi 7.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Definizzjonijiet — ċertifikat — ħruġ — duplikati — validità u proroga — organizzazzjoni ta’ korsijiet u eżamijiet — derogi — penali — dispożizzjonijiet finali.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tiġi speċifikata f’regolament imminenti.

Kummenti: Huwa propost li jingħata kors inizjali segwit minn eżami limitat għat-trasport tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’pakketti u f’tankijiet f’raġġ ta’ 75 km mill-post tal-uffiċċju reġistrat – it-tul tat-taħriġ irid ikun skont ir-rekwiżiti tal-ADR – wara 5 snin is-sewwieq irid isegwi kors ta’ aġġornament u jgħaddi minn eżami – iċ-ċertifikat jistipula t-“trasport nazzjonali ta’ NU 1202, 1203 u 1223 skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE”.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’tankijiet biex jinqerdu permezz tal-inċinerazzjoni

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Permezz ta’ deroga mit-tabella fi 3.2, huwa permess l-użu ta’ kontenitur tank bil-kodiċi tat-tank L4BH minflok il-kodiċi tat-tank L4DH għat-trasport ta’ likwidu idroreattiv, tossiku, III, mhux speċifikati b’mod ieħor f’ċerti kundizzjonijiet.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dérogation 01 – 2002.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jkun applikat biss għat-trasport ta’ skart perikoluż fuq distanzi qosra.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-5

Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn impjanti ta’ żmaltiment tal-iskart.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-regolament l-antik: A5, 2X14, 2X12).

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti li jikkonċernaw l-ippakkjar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma jiġi kklassifikat l-iskart skont l-ADR, l-iskart jinqasam fi gruppi differenti (solventi fjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) sabiex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi ħdan xi grupp. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-ippakkjar huma inqas restrittivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jkun applikat għat-trasport ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart sal-impjanti tar-rimi.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-6

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-5.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-7

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-6.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-8

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–UK-2.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–BE-9

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-3.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: —

Data ta’ skadenza: 15 ta’ Jannar 2018.

RO–bi–BE-10

Suġġett: It-trasport fil-viċinanzi ta’ żoni industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni, it-tikkettar u l-immarkar ta’ pakketti, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-sewwieq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté royal relative au transport des marchandises dangereuses par route

Kummenti: Il-lista li ġejja tipprovdi numru ta’ deroga fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, id-distanza permessa u l-oġġetti perikolużi involuti.

1.

deroga 2-89: qsim ta’ triq pubblika (sustanzi kimiċi f’pakketti)

2.

deroga 4-97: 2 km (lingotti tal-ħadid (pig-iron) f’temperaturi elevati)

3.

deroga 2-2001: 300 m (klassijiet 3, 6.1 u 8)

4.

deroga 6-2004: massimu ta’ 5 km (sustanżi kimiċi f’pakketti)

5.

deroga 12-2004: 800 m (NU 3082)

6.

deroga 16-2004: massimu ta’ 55 km (kwantitajiet limitati)

7.

deroga 7-2005: qsim ta’ triq pubblika (NU 1202)

8.

deroga 9-2005: 1 200 m (NU 3077)

9.

deroga 1-2006: 600 m (sustanzi kimiċi f’pakketti)

10.

deroga 13-2007: 8 km (sustanzi kimiċi f’pakketti)

11.

deroga 7-2008: massimu ta’ 1.5 km (tankijiet vojta mhux imnaddfa u tankijiet għall-Klassi 9)

12.

deroga 8-2008: 800 m (NU 2735 u NU 3082)

13.

deroga 2-2009: 350 m (sustanzi kimiċi f’pakketti)

14.

deroga 3-2009: massimu ta’ 4.5 km (sustanzi kimiċi f’pakketti)

15.

deroga 5-2009: massimu ta’ 4.5 km (sustanzi kimiċi f’pakketti)

16.

deroga 9-2009: massimu ta’20 km (Klassi 2 f’pakketti)

17.

deroga 16-2009: 200 m (IBC)

Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018.

DE Il-Ġermanja

RO–bi–DE–1

Suġġett: Tneħħija ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument tat-trasport (n2).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-kontenut tad-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha barra l-Klassijiet 1 (bl-eċċezzjoni ta’ 1.4S), 5.2 u 7.

Ebda indikazzjoni mhija meħtieġa fid-dokument tat-trasport:

(a)

għad-destinatarju fil-każ ta’ distribuzzjoni lokali (bl-eċċezzjoni għal tagħbija mimlija u għat-trasport f’ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi tal-ippakkjar, jekk 1.1.3.6 ma jkunx applikat u jekk il-vettura tkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Annessi A u B;

(c)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 18.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli fir-rigward tat-tip tat-traffiku konċernat.

Deroga rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 22 (skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DE-2

Suġġett: Trasport ta’ materjal kontaminat PCB tal-Klassi 9 fi kwantitajiet kbar.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.3.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Trasport fi kwantitajiet kbar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għat-trasport fi kwantitajiet kbar f’kabini interkambjabbli (swap bodies) jew kontenituri issiġillati tal-vetturi biex ma jidħolx trab jew likwidi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 11.

Kummenti: Deroga 11 limitata sal-31.12.2004; mill-2005, l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fl-RID.

Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137.

Lista Nru 4*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DE-3

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1 to 5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u mmarkar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar kumbinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’pakketti intern (kif miġbura) u maqsum f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi f’xi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DE-4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–BE-1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: —

Data ta’ skadenza: L-1 ta’ Jannar 2017.

RO-bi–DE-5

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 3343 (taħlita ta’ nitrogliċerina, disensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux inqas minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa) f’kontenituri tank, b’deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1. tal-Anness I, Taqsima I.1. għad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ kontenituri tank.

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: trasport lokali tan-nitrogliċerina (NU 3343) f’kontenituri tank, fuq distanzi qosra, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.   Rekwiżiti għall-kontenituri tank

1.1.

Jistgħu jintużaw biss il-kontenituri tank li huma awtorizzati speċifikament għal dan l-iskop, li f’kuntesti oħra jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-awtorizzazzjoni ta’ mudelli ta’ kostruzzjoni, testijiet, tikkettar u operat fil-Kapitolu 6.8 tal-Anness I, Taqsima I.1 għad-Direttiva 2008/68/KE

1.2.

Il-mekkaniżmu ta’ għeluq tal-kontenituri tank għandu jkollu sistema ta’ rilaxx tal-pressjoni li titla’ sa pressjoni interna ta’ 300 kPa (3 bar) ogħla mill-pressjoni normali u permezz ta’ dan tillibera apertura li tħares ‘il fuq b’erja għar-rilaxx tal-pressjoni ta’, mill-inqas, 135 ċm2 (dijametru ta’ 132 mm). L-apertura ma għandhiex tingħalaq mill-ġdid wara li tiġi attivata. Bħala stallazzjoni ta’ sikurezza, jistgħu jintużaw wieħed mill-elementi ta’ sikurezza jew aktar, bl-istess proċess ta’ attivazzjoni u erja għar-rilaxx tal-pressjoni korrispondenti. It-tip ta’ kostruzzjoni tal-istallazzjoni ta’ sikurezza jeħtieġ li jkun għadda, b’suċċess, minn ittestjar tat-tip u approvazzjoni tat-tip mill-awtorità responsabbli.

2.   Tikkettar

Kull kontenitur tank għandu jkun ittikkettat fuq iż-żewġ naħat b’tikketta ta’ periklu skont il-mudell 3 fis-subtaqsima 5.2.2.2.2 tal-Anness I, Taqsima I.1 għad-Direttiva 2008/68/KE.

3.   Dispożizzjonijiet operattivi.

3.1.

Għandu jiġi żgurat li waqt it-trasport, in-nitrogliċerina tkun iddistribwita b’mod indaqs fil-midjum ta’ flemmatizzazzjoni u li ma tkun tista’ sseħħ l-ebda separazzjoni tal-komponenti tat-taħlita.

3.2.

Waqt it-tagħbija u l-ħatt, mhuwiex permess li xi ħadd jibqa’ ġol-vettura jew fuqha, ħlief biex jiġi operat it-tagħmir għat-tagħbija u l-ħatt.

3.3.

Fil-post tal-ħatt, il-kontenituri tank għandhom jiġu kompletament imbattla. Jekk ma jistgħux jiġu kompletament imbattla, dawn għandhom jiġu magħluqa b’mod issikkat wara l-ħatt sakemm jerġgħu jimtlew.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga North RhineWestphalia

Rimarki: Dan jikkonċerna t-trasport lokali f’kontenituri tank bit-triq fuq distanzi qosra bħala parti minn proċess industrijali bejn żewġ siti ta’ produzzjoni fissi. Sabiex jiġi mmanifatturat prodott farmaċewtiku, sit tal-produzzjoni A jipprovdi, bħala parti minn trasport konformi mar-regola, f’kontenturi tank tas-600 l, soluzzjoni reżina, fjammabbli (NU 1866), grupp tal-ippakkjar II, lis-sit ta’ produzzjoni B. Hawnhekk, soluzzjoni tan-nitrogliċerina tiġi miżjuda u jsir it-taħlit li jipproduċi taħlita ta’ kolla li tinkludi n-nitrogliċerina desensitizzata, likwida, fjammabbli, mhux speċifikata mod ieħor, b’mhux aktar minn 30 % ta’ nitrogliċerina skont il-massa (NU 3343) għal użu ulterjuri. It-trasport ta’ ritorn ta’ din is-sustanza lejn is-sit ta’ produzzjoni A jseħħ ukoll fil-kontenituri tank imsemmija hawn fuq, li jkunu ġew speċjalment iċċekkjati u approvati mill-awtorità rilevanti għal din l-operazzjoni speċifika tat-trasport u li turi l-kodiċi tat-tank L10DN.

Tmiem il-perjodu ta’ validità: l-1 ta’ Jannar 2017.

RO-bi–DE-6

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: § 1 Absatz 3 Nummer 1 der Gefahrgutverordnung Straße, Eisenbahn und Binnenschifffahrt (GGVSEB).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

DK Id-Danimarka

RO–bi–DK–1

Suġġett: NU 1202, 1203, 1223 u l-Klassi 2 – ebda dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport huwa meħtieġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Waqt it-trasport ta’ prodotti minerali taż-żejt tal-Klassi 3, NU 1202, 1203 u 1223 u ta’ gassijiet tal-Klassi 2 b’rabta mad-distribuzzjoni (oġġetti biex jiġu kkonsenjati lil destinatarju jew destinatarji u l-ġbir ta’ oġġetti ritornati f’sitwazzjonijiet bħal dawn), mhux meħtieġ dokument tat-trasport sakemm l-istruzzjonjiet bil-miktub barra mit-tagħrif mitlub fl-ADR, ikun fihom tagħrif dwar in-numru NU, l-isem u l-klassi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15.8.2001 om vejtransport af farligt gods.

Kummenti: Ir-raġuni għal din id-deroga nazzjonali hija li l-iżvilupp tat-tagħmir elettroniku jippermetti pereżempju lill-kumpaniji taż-żejt li jużaw dan it-tagħmir sabiex kontinwament jittrażmettu lill-vetturi tagħrif dwar il-klijenti. Peress li dan it-tagħrif ma jkunx disponibbli fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport u jintbagħat lill-vettura waqt il-vjaġġ tat-trasport, mhux possibbli – qabel ma jibda t-trasport – li jinkitbu d-dokumenti tat-trasport. Dawn it-tipi ta’ trasport huma ristretti għal żoni limitati.

Deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skont l-Artikolu 6(10) tad-Direttiva 94/55/KE.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DK-2

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-6

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendat.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–DK-3

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–UK-1

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 437 af 6. juni 2005 om vejtransport af farligt gods, kif emendata.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

EL Il-Greċja

RO–bi–EL–1

Suġġett: Deroga għar-rekwiżiti ta’ sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi bit-tank), reġistrati qabel il-31/12/2001, għat-trasport lokali jew kwantitajiet żgħar ta’ xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-approvazzjoni tat-tip, l-ispezzjonijiet u t-testijiet, u l-immarkar tat-tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tat-tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank u vetturi bit-tank li jinbidel, bil-qoxra magħmula minn materjal metalliku, u vetturi tal-batterija u MEGCs.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjoni tranżizzjonali: Tankijiet fissi (vetturi bit-tank), tankijiet li jistgħu jitneħħew u kontenituri tank li ġew irreġistrati għall-ewwel darba fil-Greċja bejn l-1/1/1985 u l-31/12/2001 jistgħu jintużaw sal-31/12/2010. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tikkonċerna vetturi għat-trasport tal-materjali perikolużi li ġejjin (NU: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Hija intenzjonata biex tkopri kwantitajiet żgħar jew it-trasport lokali għal vetturi reġistrati matul il-perjodu msemmi hawn fuq. Din id-dispożizzjoni tranżitorja għandha tidħol fis-seħħ għall-vetturi bit-tank adattati skont:

1.

Il-paragrafi tal-ADR dwar l-ispezzjonijiet u t-testijiet: 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, (ADR 1999: 211.151, 211.152, 211.153, 211.154).

2.

Ħxuna minima tal-qoxra ta’ 3 mm għat-tankijiet li jkollhom kompartimenti bil-qoxra b’kapaċità sa 3 500 litru, u minn tal-anqas 4 mm ħxuna ta’ ħadid azzarjat għal kompartimenti b’kapaċità sa 6 000 litru, indipendentement mit-tip jew il-ħxuna tal-ħitan diviżorji.

3.

Jekk il-materjal użat ikun aluminju jew metall ieħor, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ħxuna u speċifikazzjonijiet tekniċi oħra direvati minn disinji tekniċi approvati mill-awtorità lokali tal-pajjiż fejn dawn kienu rreġistrati qabel. Fin-nuqqas ta’ disinji tekniċi, it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ 6.8.2.1.17 (211.127).

4.

It-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafi marġinali 211.128, 6.8.2.1.28 (211.129), il-paragrafu 6.8.2.2 bis-subparagrafi 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2 (211.130, 211.131).

B’mod aktar preċiż, il-vetturi bit-tank b’massa ta’ inqas minn 4 tunnellati li jintużaw għat-trasport lokali ta’ nafta (gas oil) biss (NU 1202), u reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31/12/2002, li jkollhom il-ħxuna tal-qoxra inqas minn 3 mm, jistgħu jintużaw biss jekk ikunu mibdula f’konformità mal-paragrafu marġinali 211.127 (5)b4 (6.8.2.1.20).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία (Rekwiżiti għall-kostruzzjoni, it-tagħmir, l-ispezzjonijiet u t-testijiet fuq tankijiet fissi (vetturi bit-tank) u tankijiet li jistgħu jitneħħew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO-bi–EL-2

Suġġett: Deroga mir-rekwiżiti ta’ bażi marbuta mal-kostruzzjoni tal-vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi reġistrati għall-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta’ Vetturi Bażi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsuba għat-trasport lokali ta’ oġġetti perikolużi (il-kategoriji NU 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li ġew irreġistrati għall-ewwel darba qabel il- 31 ta’ Diċembru 2001.

Il-vetturi msemmija hawn fuq għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9 (9.2.1 sa 9.2.6) tal-Anness B għad-Direttiva 94/55/KE bl-eċċezzjonijiet li ġejjin.

Konformità mar-rekwiżiti ta’ 9.2.3.2. hija meħtieġa biss jekk il-vettura tkun mgħammra mill-manifattur b’sistema ABS (anti-lock braking system); trid tkun mgħammra b’sistema EBS (endurance braking system) kif iddefinita f’9.2.3.3.1, iżda mhux neċessarjament konformi ma’ 9.2.3.3.2. u 9.2.3.3.3.

L-enerġija elettrika għat-takografu għandha tkun ipprovduta permezz ta’ lqugħ ta’ sikurezza mqabbad direttament mal-batterija (marġinali 220 514) u t-tagħmir elettriku tal-mekkaniżmu għall-irfigħ ta’ fus ta’ karru jrid ikun installat fejn kien oriġinalment installat mill-manifattur tal-vettura u jrid ikun protett f’kaxxa adegwata u siġillata (marġinali 220 517).

Partikolarment, il-vetturi bit-tank b’massa massima ta’ inqas minn 4 tunnellati maħsuba għat-trasport lokali taż-żejt tat-tisħin bid-diżil (NU: 1202) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3. u 9.2.4.5 iżda mhux neċessarjament mal-oħrajn.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων (Rekwiżiti tekniċi ta’ vetturi li huma diġà fiċ-ċirkolazzjoni, maħsuba għat-trasport lokali ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti perikolużi).

Kummenti: L-għadd tal-vetturi msemmija hawn fuq huwa żgħir meta mqabbel mal-għadd totali ta’ vetturi li huma diġà rreġistrati u barra minn dan huma maħsuba biss għat-trasport lokali. L-għamla tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta tal-vetturi inkwistjoni, kif ukoll it-tip ta’ oġġetti trasportati ma joħolqux problemi ta’ sikurezza fit-triq.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

ES Spanja

RO–bi–ES-2

Suġġett: Tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonja anidra.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.2.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Sabiex ikun evitat kwalunkwe telf tal-kontenut fl-eventwalità ta’ ħsara lill-istrutturi esterni (pajpijiet, tagħmir laterali tal-għeluq (lateral shut-off devices), il-valv intern tal-għeluq u fejn hi mqiegħda jrid ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn tensjonijiet esterni jew ikunu ddisinjati sabiex jirreżistu dawn it-tensjonijiet. It-tagħmir għall-mili u għat-tbattil (inklużi l-flanġi jew tappijiet bil-kamin) u għotjien protettivi (jekk ikun hemm) irid ikunu protetti kontra ftuħ mhux intenzjonat.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tankijiet użati fl-agrikoltura għad-distribuzzjoni u l-applikazzjoni ta’ ammonja anidra li bdew jaħdmu qabel l-1 ta’ Jannar 1997 jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir ta’ sikurezza esterna, minklok interna, bil-kondizzjoni li joffru protezzjoni talanqas ekwivalenti għal dik mogħtija mill-ħajt tat-tank.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 551/2006. Anejo 1. Apartado 3.

Kummenti: Qabel l- 1 ta’ Jannar 1997, tip ta’ ta mgħammar b’tagħmir ta’ sikurezza esterna ntuża biss fl-agrikoltura għall-applikazzjoni ta’ ammonja anidra direttament fl-għelieqi. Tankijiet varji ta’ dan it-tip għadhom jintużaw illum. Dawn it-tankijiet rarament jiċċirkolaw mgħobbijin fit-toroq iżda jintużaw biss għall-fertilizzanti f’azjendi agrikoli kbar.

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016.

FI Il-Finlandja

RO–bi–FI–1

Suġġett: Modifika tat-tagħrif fid-dokument tat-trasport għas-sustanzi splussivi.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.2.1(a).

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument tat-trasport huwa permessibbli li jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondi għal 1 kg splussiv) minflok il-massa netta preżenti tas-sustanzi splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kummenti: It-tagħrif jitqies suffiċjenti għat-trasport nazzjonali. Din id-deroga hija applikata prinċipalment għall-użu ta’ splussiv mill-industrija tal-minjieri fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar trasportati lokalment.

Id-deroga hija rreġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 31.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FI-2

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE-10.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FI-3

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–DE-1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016.

FR Franza

RO–bi–FR–1

Suġġett: L-użu ta’ dokument marittimu bħala dokument tat-trasport għal vjaġġi qosra wara l-ħatt minn fuq il-bastiment

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: It-tagħrif li għandu jidher fid-dokument użat bħala dokument tat-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu għandu jintuża bħala dokument tat-trasport f’raġġ ta’ 15 km.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 23-4.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FR-3

Suġġett: It-trasport ta’ tankijiet fissi ta’ ħżin ta’ gass ta’ żejt likwefatt (LPG) (18).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi għall-ħżin tal-LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Japplikaw biss għal distanzi qosra.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 30.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–FR-4

Suġġett: Kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-taħriġ għas-sewwieqa u l-approvazzjoni tal-vetturi użati għat-trasport agrikolu (distanzi qosra).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8.3.2; 8.2.1 u 8.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħmir għat-tankijiet u taħriġ għas-sewwieqa.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

 

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi.

 

Taħriġ speċjali għas-sewwieqa.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par route — Article 29-2 — Annex D4.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

IE L-Irlanda

RO-bi–IE-1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.1.1.1 li jkun hemm (i) l-ismijiet u l-indirizzi tad-destinatarji, (ii) l-għadd u d-deskrizzjoni tal-pakketti, u (iii) il-kwantità totali tal-oġġetti perikolużi fid-dokument tat-trasport, għat-trasport sa għand l-utenti aħħarija ta’ pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta pitrolju, diżil jew gass likwefatt taż-żejt bin-numri rispettivi tal-identifikazzjoni tas-sustanza NU 1223, NU 1202 u NU 1965, kif speċifikat fl-Appendiċi B.5. tal-Anness B għall-ADR, ikunu qed jiġu trasportati sa għand l-utenti aħħarija, ma hemmx ħtieġa li jkunu inklużi fl-unità ta’ trasport l-isem u l-indirizz tad-destinatarju, in-numru u d-deskrizzjoni tal-pakketti, l-Kontenituri ta’ Kwantitajiet Kbar Intermedji (Intermediate Bulk Containers) jew ir-reċipjenti, u lanqas il-kwantità totali tal-oġġetti trasportati.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(2) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Fil-każ ta’ tqassim ta’ żejt għat-tisħin tad-djar għand klijenti domestiċi, hija prattika komuni li “jimtela’" it-tank tal-ħżin tal-klijent – b’hekk il-kwantità mqassma ma tkunx magħrufa u lanqas l-għadd ta’ klijenti (fi vjaġġ wieħed) ma jkun magħruf meta t-tank mimli jibda l-vjaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ tqassim ta’ ċilindri tal-LPG fid-djar, hija prattika komuni li ċ-ċilindri vojta jinbidlu b’ċilindri mimlija – b’hekk l-għadd ta’ klijenti u l-kunsinni individwali tagħhom ma jkunux magħrufa fil-bidu tal-operazzjoni tat-trasport.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-2

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti li d-dokument tat-trasport, meħtieġ fi 5.4.1.1.1, ikun dak użat għall-aħħar tagħbija f’każ ta’ trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ tal-ġarr ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa, id-dokument tat-trasport tal-aħħar tagħbija huwa biżżejjed.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(3) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Partikolarment fil-każ ta’ tqassim ta’ petrol u/jew diżil lill-pompi tal-petrol, il-vettura bit-tank tirritorna direttament lejn id-depożitu tal-fjuwil (biex terġa’ timtela’ ħalli tkompli tqassam) immedjatament wara l-kunsinna tal-aħħar tagħbija.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-3

Suġġett: Eżenzjoni sabiex tippermetti t-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi, suġġetti għad-dispożizzjoni speċjali CV1 fil-punt 7.5.11. jew S1 fil-punt 8.5, f’post pubbliku mingħajr awtorizzazzjoni speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5 u 8.5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti perikolużi f’post pubbliku huwa permess mingħajr awtorizzazzjoni speċjali mill-awtoritajiet kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti tal-punt 7.5.11 jew 8.5.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(5) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Għat-trasport nazzjonali fi ħdan l-istat, din id-dispożizzjoni tpoġġi obbligu serju ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-5

Suġġett: Eżenzjoni mill-“projbizzjoni ta’ tagħbija mħallta” tal-punt 7.5.2.1. għall-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u s-sustanzi u l-oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà D fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1 u 8.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Pakketti li jkun fihom oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà B tal-ADR Klassi 1 u pakketti li jkun fihom sustanzi u oġġetti mill-Grupp ta’ Kompatibbiltà D tal-ADR Klassi 1 jisgħu jinġarru fuq l-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR sakemm (a) dawn il-pakketti tal-Klassi 1 tal-ADR jinġarru f’kontenituri/kompartimenti separati b’disinn approvat u skont il-kundizzjonijiet meħtieġa, mill-awtoritajiet kompetenti, u (b) dawn is-sustanzi tal-Klassijiet 3, 5.1 jew 8 tal-ADR jinġarru f’reċipjenti konformi mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti fir-rigward tad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-eżaminazzjoni, it-tħaddim u l-użu tagħhom.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(7) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Sabiex tippermetti, skont kundizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti, it-tagħbija ta’ oġġetti u sustanzi tal-Klassi 1 tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u D fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi, f’tankijiet, tal-Klassijiet 3, 5.1. u 8 - jiġifieri “Trakkijiet bil-Pompa”.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-punt 4.3.4.2.2, li teħtieġ il-pajpijiet flessibbli tal-mili u t-tbattil li jkunux imqabbda permanentement mal-qoxra ta’ vettura bit-tank ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.3

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Użu ta’ vetturi bit-tank.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rombli tal-manek flessibbli (inklużi l-pajpijiet fissi relatati magħhom) imwaħħla ma’ vetturi bit-tank użati għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt bin-numru tal-identifikazzjoni tas-sustanzi NU 1011, NU 1202, NU 1223 u NU 1863 u NU 1978 mhumiex meħtieġa li jkunu vojta matul it-trasport bit-triq sakemm jiġu adottati miżuri adegwati għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ kontenut.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Regulation 82(8) of the “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Il-mankiet flessibbli mwaħħla ma’ vetturi bit-tank tat-tqassim domestiku jrid jibqgħu mimlija l-ħin kollu anki waqt it-trasport. Is-sistema tat-tbattil hija magħrufa bħala sistema bil-“wet-line” li teħtieġ li l-miter u l-manka tal-vettura bit-tank jkunu mimlija sabiex jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu l-kwantità korretta tal-prodott.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–IE-7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti ta’ 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 tal-ADR għat-trasport fi kwantitajiet kbar ta’ Fertilizzant bin-Nitrat tal-Ammonju NU 2067 mill-portijiet sa għand id-destinatarji.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument separat tat-trasport, li jkun fih il-kwantità totali koretta tat-tagħbija partikolari inkluża, għal kull vjaġġ ta’ trasport; u r-rekwiżit għall-vettura biex titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta biex tippermetti modifiki fir-rekwiżiti tal-ADR għad-dokument tat-trasport u t-tindif tal-vettura; sabiex jitqiesu l-prattiċitajiet tat-trasport fi kwantitajiet kbar bejn il-port u d-destinatarju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għal “Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations, 2004”.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet tal-ADR jeħtieġu (a) dokument separat tat-trasport, li fih il-massa totali tal-oġġetti perikolużi li qed tinġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar it-tindif tal-vettura għal kull tagħbija trasportata bejn il-port u d-destinatarju waqt il-ħatt minn bastiment tal-merkanzija. Billi t-trasport huwa lokali u jikkonċerna l-ħatt minn bastiment tal-merkanzija, jinvolvi tagħbijiet multipli għat-trasport (fl-istess ġurnata jew fi ġranet konsekuttivi) tal-istess sustanza bejn il-bastimenti tal-merkanzija u d-destinatarji, dokument wieħed tat-trasport li approssimattivament jindika l-massa totali ta’ kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u ma għandhiex tkun meħtieġa d-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

LT Il-Litwanja

RO–bi–LT–1

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–EL-1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 337 dwar it-Trasport tal-Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–LT-2

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–EL–2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Lietuvos Respublikos Vyriausybės 2000 m. kovo 23 d. nutarimas Nr. 337 “Dėl pavojingų krovinių vežimo kelių transportu Lietuvos Respublikoje” (Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 337 dwar it-Trasport tal-Oġġetti Perikolużi bit-Triq fir-Repubblika tal-Litwanja, adottata fit-23 ta’ Marzu 2000).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

NL il-Pajjiżi l-Baxxi

RO–bi–NL-13

Suġġett: Skema tal-2004 għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.6, 3.3, 4.1.4, 4.1.6, 4.1.8, 4.1.10, 5.1.2, 5.4.0, 5.4.1, 5.4.3, 6.1, 7.5.4, 7.5.7, 7.5.9, 8 u 9.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjoni għal ċerti kwanitajiet; Dispożizzjonijiet speċjali; l-użu tal-ippakkjar; l-użu ta’ ppakkjar żejjed; dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar; it-tagħbija, il-ħatt u l-immaniġġar; il-ħaddiema; it-tagħmir; tħaddim; il-vetturi u d-dokumentazzjoni; il-kostruzzjoni u l-approvazzjoni tal-vetturi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: 17-il dispożizzjoni sustantivi marbuta mat-trasport ta’ skart żgħir domestiku perikoluż miġbur. Minħabba l-kwantitajiet żgħar involuti f’kull każ u minħabba n-natura differenti tas-sustanzi varji, mhux possibbli li jitwettqu operazzjonijiet ta’ trasport f’konformità totali mar-regoli tal-ARD. Varjant simplifikat li jiddevja minn għadd ta’ dispożizzjonijiet tal-ARD huwa għalhekk stipulata skont l-iskema msemmija hawn fuq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Scheme for transport of domestic hazardous waste 2004.

Kummenti: L-iskema twaqqfet sabiex tippermetti lill-individwi jarmu skart zgħir kimiku f’sit wieħed. Is-sustanzi involuti għalhekk jikkonsistu minn fdalijiet bħal żebgħa għar-rimi. Il-livell ta’ periklu huwa mminimizzat permezz tal-għażla tal-mezzi tat-trasport, li tinvolvi, fost l-oħrajn, l-użu ta’ elementi speċjali tat-trasport u avviżi li jipprojbixxu t-tipjip kif ukoll dawl isfar jixgħel u jitfi li jidher b’mod ċar mill-membri tal-pubbliku. Il-punt kruċjali fir-rigward tat-trasport huwa li tkun żgurata s-sikurezza. Din tista’ tinkiseb, pereżempju, billi s-sustanzi jiġu trasportati f’pakketti siġillati sabiex jiġi evitat it-tixrid, jew ir-riskju li joħroġ jew jinġama’ fwar tossiku fil-vettura. Inkorporati fil-vettura hemm unitajiet adatti għal ħżin ta’ kategoriji varji ta’ skart u li jipprovdu protezzjoni kontra l-iskossi u kontra l-ispostament aċċidentali kif ukoll kontra l-ftuħ mhux intenzjonat. Fl-istess ħin, minkejja l-kwantitajiet żgħar ta’ skart ippreżentat, l-operatur tat-trasport irid ikollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minħabba n-natura diversa tas-sustanzi involuti. Minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif, min-naħa tal-individwi privati, dwar il-livelli ta’ periklu assoċjati ma’ dawn is-sustanzi, għandhom jiġu pprovduti struzzjonijiet bil-miktub, kif stipulat fl-Anness għall-iskema.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

PT Il-Portugall

RO–bi–PT–1

Suġġett: Dokumentazzjoni tat-trasport għal NU 1965.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-Rekwiżiti għad-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-isem proprju tal-kumpanija tat-trasport għandu jkun indikat fid-dokument tat-trasport, kif stipulat fis-Taqsima 5.4.1 tal-RPE (Regulamento Nacional de Transporte de Mercadorias Perigosas por Estrada), għal gassijiet kummerċjali tal-butan u tal-propan koperti mill-intestatura kollettiva “UN No 1965 hydrocarbon gas mixture, liquefied, n.o.s.”, trasportati f’ċilindri, jista’ jinbidel f’ismijiet kummerċjali oħra kif ġej:

“NU 1965 Butan” fil-każ tat-taħlitiet A, A01, A02 u A0, kif deskritti fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportati f’ċilindri;

“NU 1965 Propan” fil-każ tat-taħlita C, kif deskritt fis-subtaqsima 2.2.2.3 tal-RPE, trasportat f’ċilindri.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 7560/2004, is- 16 ta’ April 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003 tas-27 ta’ Ottubru.

Kummenti: L-importanza li l-affarijiet isiru aktar faċli biex l-operaturi ekonomiċi jimlew id-dokumenti tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża hija rikonoxxuta, sakemm ma tkunx effettwata s-sikurezza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–PT-2

Suġġett: Id-dokumentazzjoni tat-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta mhux imnaddfa

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-Rekwiżiti għad-dokumentazzjoni tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-vjaġġi ta’ ritorn ta’ tankijiet u kontenituri vojta li jkunu ttrasportaw merkanzija perikoluża, id-dokument tat-trasport imsemmi fit-Taqsima 5.4.1 tal-RPE jista’ jitbiddel bid-dokument ta’ trasport maħruġ għall-vjaġġ li jkun sar immedjatament qabel biex titwassal il-merkanzija.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Despacho DGTT 15162/2004, 28 ta’ Lulju 2004, skont l-Artikolu 5, Nru 1, tad-Decreto-Lei No 267-A/2003, tas-27 ta’ Ottubru.

Kummenti: L-obbligu li t-trasport ta’ tankijiet u kontenituri vojta li jkunu trasportaw merkanzija perikoluża jrid ikun akkumpanjat minn dokument ta’ trasport skont l-RPE, f’ċerti każijiet, jikkawża diffikultajiet prattiċi, li jistgħu jinżammu għall-minimu mingħajr ebda preġudizzju għas-sikurezza.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

SE L-Isvezja

RO–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjanti tar-rimi tal-iskart perikoluż

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2 u 6.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u ttikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar u r-rekwiżiti modifikati għall-ittikkettar u l-immarkar.

Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-ADR, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-ADR, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat).

Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għat-trasport ta’ skart perikoluż minn siti ta’ riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-2

Suġġett: Isem u indirizz tal-kunsinnatur fid-dokument tat-trasport.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali rikjesta fid-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tgħid li l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatur mhumiex meħtieġa jekk il-pakket vojt u mhux imnaddaf jiġi ritornat bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Ħafna drabi l-pakket vojt u mhux imnaddaf li jiġi ritornat ikun għad fih kwantitajiet żgħar ta’ oġġetti perikolużi.

Din id-deroga tintuża primarjament mill-industriji meta jirritornaw kontenituri tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma’ oħrajn mimlija.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-3

Suġġett: It-trasport ta’ oġġetti perikolużi fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi f’toroq pubbliċi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport fil-viċinanzi ta’ sit(i) industrijali, inkluż it-trasport f’toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-derogi jikkonċernaw l-ittikkettar u l-immarkar tal-pakketti, id-dokumenti tat-trasport, iċ-ċertifikat tas-sewwieq u ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni skont 9.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Jeżistu bosta sitwazzjonijiet li fihom oġġetti perikolużi jiġu trasferiti bejn postijiet li jinsabu fuq in-naħa l-oħra ta’ triq pubblika. Dan it-tip ta’ trasport ma jikkostitwixxix ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn triq privata, u għalhekk dan għandu jkun marbut mar-rekwiżiti rilevanti. Qabbel ukoll mad-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-4

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi li jkunu ġew ikkonfiskati mill-awtoritajiet

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi bit-triq.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistgħu jkunu permessi devjazzjonijiet mir-regolamenti jekk dawn ikunu mmotivati minn raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, riskji waqt il-ħatt, is-sottomissjoni ta’ provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti huma permessi biss jekk jintlaħqu livelli ta’ sikurezza sodisfaċenti taħt kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jiġu applikati biss mill-awtoritajiet li jikkonfiskaw l-oġġetti perikolużi.

Din id-deroga hija maħsuba għat-trasport lokali, eż. ta’ oġġetti kkonfiskati mill-pulizija bħal splussiv jew beni misruqa. Il-problema b’dawn it-tipi ta’ oġġetti hija li wieħed qatt ma jista’ jkun żgur mill-klassifikazzjonijiet. Minbarra dan, l-oġġetti ta’ spiss mhumiex ippakkjati, immarkati jew ittikkettati skont l-ADR. Fil-każ ta’ alkoħol bil-kuntrabandu, dan irid jiġi trasportat mill-post fejn ikun ġie kkonfiskat sa faċilità fejn jinżammu l-provi, u wara lejn faċilità biex jinqered; dawn it-tnejn tal-aħħar jistgħu jkunu ‘l bogħod mhux ħażin minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) mhemmx għalfejn ikun hemm tikketta fuq kull pakkett, u b) mhemmx għalfejn jintużaw pakketti approvati. Madankollu, kull pelit b’dawn il-pakketti trid tkun ittikkettata korrettament. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom jiġu ssodisfati. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom ikunu sodisfatti. Kull sena, isiru madwar 20 operazzjoni ta’ trasport ta’ dan it-tip.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-5

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti perikolużi f’portijiet jew fil-viċinanzi ta’ portijiet

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li ġġorr oġġetti perikolużi trid tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; l-approvazzjoni tal-vettura.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

Mhuwiex meħtieġ li jinġarru dokumenti (ħlief għaċ-ċertifikat tas-sewwieq) fl-unità tat-trasport.

Mhuwiex meħtieġ li l-unità tat-trasport tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fil-punt 8.1.5.

It-tratturi ma jeħtiġux ċertifikat tal-approvazzjoni.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Qabbel id-Direttiva 96/49/KE, l-Artikolu 6(14).

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-6

Suġġett: Iċ-ċertifikat tal-ispetturi tat-taħriġ tal-ADR.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex meħtieġ li l-ispetturi li jkunu wettqu l-ispezzjoni teknika annwali tal-vettura jattendu għall-korsijiet ta’ taħriġ li hemm imsemmija fil-punt 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat tat-taħriġ tal-ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: F’ċerti każijiet, vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati permezz ta’ spezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru xi oġġetti perikolużi bħala tagħbija, eż. tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom applikabbli.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-7

Suġġett: Id-distribuzzjoni lokali tan-NU 1202, 1203 u 1223 f’tankers.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa u għal kontenituri tank, id-deskrizzjoni għandha tkun skont 5.4.1.1.6. L-isem u l-indirizz ta’ aktar minn destinatarju wieħed jistgħu jitniżżlu f’dokumenti oħra.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta mhux imnaddfa jew għal kontenituri tank, id-deskrizzjoni fid-dokument tat-trasport skont 5.4.1.1.6 mhijiex meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanzi fil-pjan tat-tagħbija jkun immarkat b’0. Isem u indirizz id-destinatarji mhumiex meħtieġ fl-ebda dokument abbord il-vettura.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-9

Suġġett: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4, 6.8 u 9.1.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dokument tat-trasport; Il-kostruzzjoni tat-tankijiet; Iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni mhux meħtieġ jikkonforma ma’ xi regolamenti:

(a)

id-dikjarazzjoni ta’ oġġetti perikolużi mhijiex meħtieġa;

(b)

tankijiet/kontenituri qodma mhux magħmula b’mod konformi mal-Kapitolu 6.8, iżda b’mod konformi ma’ leġislazzjoni nazzjonali aktar antika, u li dawn ikunu mwaħħla fuq vaguni tal-ekwipaġġ, xorta jisgħu jibqgħu jintużaw;

(c)

tankijiet eqdem, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti f’6.7 jew 6.8, maħsuba għat-trasport ta’ sustanzi NU 1268, 1999, 3256 u 3257, b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru, jistgħu jibqgħu jintużaw għat-trasport lokali u fil-viċinanzi ta’ fejn ikun qed isir xogħol fit-toroq;

(d)

mhumiex meħtieġa ċertifikati tal-approvazzjoni għall-vaguni tal-ekwipaġġ jew it-tankijiet b’tagħmir tal-kisi tat-toroq jew mingħajru.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Vagun tal-ekwipaġġ huwa tip ta’ karavann għall-ewkipaġġ tax-xogħol, b’kamra għall-ekwipaġġ u mgħammar b’tank/kontenitur mhux approvat għad-diżil maħsub għat-tħaddim ta’ tratturi tal-foresti.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-10

Suġġett: Trasport ta’ splussivi f’tankijiet

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-isplussivi jistgħu jkunu ppakkjati skont il-punt 4.1.4.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tapprova l-vetturi maħsuba għat-trasport tal-isplussivi f’tankijiet. It-trasport f’tankijiet huwa biss permessibbli għal dawk l-isplussivi elenkati fir-regolament jew permezz ta’ awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħammra bi splussivi f’tankijiet għandha tkun immarkata u tikkettata skont il-punti 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2 u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta’ trasport jista’ jkun fiha oġġetti perikolużi. Referenza inizjali għal-leġislazzjoni nazzjonali:

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S — Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg. Utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg och den svenska förordningen SÄIFS 1993:4.

Kummenti: Din tapplika biss għal trasport domestiku u meta l-operazzjoni tat-trasport tkun fil-parti l-kbira ta’ natura lokali. Ir-regolamenti konċernati kienu fis-seħħ qabel mal-Isvezja saret membru tal-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu operazzjonijiet ta’ trasport tal-isplussivi f’vetturi b’tank. Fil-futur qrib huwa mistenni li sseħħ tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Ex deroga Nru 84.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-11

Suġġett: Il-liċenzja tas-sewwieq.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-vettura.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhuwiex permess taħriġ għas-sewwieq għal kwalunkwe vettura msemmija fil-punt 8.2.1.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg.

Kummenti: Trasport lokali.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–SE-12

Suġġett: Trasport ta’ logħob tan-nar NU 0335.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Anness B, 7.2.4, V2 (1).

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għall-użu ta’ vetturi EX/II u EX/III.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jinġarr logħob tan-nar NU 0335, id-Dispożizzjoni Speċjali V2 (1) f’7.2.4 tapplika biss għall-kontenut nett ta’ splussiv ta’ iktar minn 3 000 kg (4 000 kg bit-trejler), sakemm il-logħob tan-nar jiġi assenjat b’NU 0335 skont it-tabella standard tal-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar fi 2.1.3.5.5 tal-erbatax-il edizzjoni riveduta tal-NU dwar ir-Rakkomandazzjonijiet dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi.

Assenjament bħal dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti. Għandha titwettaq verifika tal-assenjament fuq l-unità tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tillägg S – Särskilda regler för inrikes transport av farligt gods på väg, utgivet i enlighet med lagen om transport av farligt gods på väg.

Kummenti: It-trasport ta’ logħob tan-nar huwa limitat għal żewġ perjodi qosra fis-sena, meta taqleb is-sena u meta jaqleb ix-xahar bejn April u Mejju. Il-ġarr mingħand il-kunsinnaturi sat-terminals jista’ jsir mill-flotta preżenti tal-vetturi bl-approvazzjoni EX mingħajr problemi kbar. Madankollu, id-distribuzzjoni kemm tal-logħob tan-nar mit-terminals għaż-żoni tax-xiri kif ukoll ta’ dak li jibqa’ lura lejn it-terminals huwa limitat minħabba n-nuqqas ta’ vetturi bl-approvazzjoni EX. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq. Dan jipperikola l-eżistenza tal-kunsinnaturi tal-logħob tan-nar minħabba li ma jistgħux iqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq.

Meta tintuża din id-deroga, il-klassifikazzjoni tal-logħob tan-nar għandha ssir abbażi tal-lista standard fir-Rakkomandazjonijiet tan-NU, sabiex tinkiseb l-aktar klassifikazzjoni aġġornata possibbli.

Teżisti eċċezzjoni simili għal-logħob tan-nar NU 0336 imdaħħla fid-Dispożizzjoni Speċjali 651, 3.3.1 tal-ADR 2005.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

UK Ir-Renju Unit

RO–bi–UK–1

Suġġett: Qsim ta’ toroq pubbliċi b’vetturi li jġorru oġġetti perikolużi (N8).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn toroq pubbliċi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bejn binjiet privati separati bi triq. Għall-Klassi 7, din id-deroga ma tapplikax għal ebda dispożizzjoni mir-Radioactive Material (Road Transport) Regulations 2002.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, regulation 3 Schedule 2(3)(b); Carriage of Explosives by Road Regulations 1996, regulation 3(3)(b).

Kummenti: Sitwazzjoni tista’ sseħħ faċilment meta oġġetti jiġu trasferiti bejn binjiet privati li jkunu jinsabu fuq iż-żewġ naħat ta’ triq. Dan ma jkunx jikkostitwixxi trasport ta’ oġġetti perikolużi minn triq pubblika fis-sens normali tat-terminu, u l-ebda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar l-oġġetti perikolużi ma għandha tapplika f’każ bħal dan.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-2

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li s-sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent aħħari u mingħand il-bejjiegħ bl-imnut sa għand l-utent aħħari (għajr għall-Klassi 7) (N11).

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 8.3.3.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistent ta’ sewwieq jiftaħ pakketti ta’ oġġetti perikolużi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni ta’ ftuħ ta’ pakketti hija kkwalifikata bil-kundizzjoni “Unless authorised to do so by the operator of the vehicle” (Għajr f’każ ta’ awtorizzazzjoni mill-operatur tal-vettura).

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Carriage of Dangerous Goods by Road Regulations 1996, regulation 12(3).

Kummenti: Jekk dan jinftiehem litteralment, il-projbizzjoni kif miktuba fl-Anness tista’ toħloq problemi serji għad-distribuzzjoni bl-imnut.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-3

Suġġett: Dispożizzjonijiet alternattivi għal trasport għal btieti tal-injam li fihom NU 3065 tal-Grupp tal-ippakkjar III.

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.4, 4.1, 5.2 u 5.3.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti tal-ippakkjar u ttikkettar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-ġarr ta’ xorb alkoħoliku b’iktar minn 24 %, iżda b’inqas minn 70 % f’volum ta’ alkoħol (Grupp tal-Ippakkjar III) fi btieti tal-injam mingħajr approvazzjoni NU u mingħajr tikketti ta’ periklu, suġġetti għal rekwiżiti aktar stretti għat-tagħbija u għall-vetturi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(13) and (14).

Kummenti: Dan huwa prodott b’valur għoli suġġett għal dazju tas-sisa tal-gvern li jeħtieġlu jinġarr bejn id-distillerija u l-imħażen marbuta magħha f’vetturi ssiġillati u żguri li juru s-siġilli tad-dazju tal-gvern. It-tħaffif fuq l-ippakkjar u l-ittikkettar jitqies fir-rekwiżiti addizzjonali biex tkun żgurata s-sikurezza.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO–bi–SE–12

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007 Part 1.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RO–bi–UK-5

Suġġett: Il-ġbir ta’ batteriji użati għar-rimi jew riċiklaġġ

Referenza għall-Anness I, Taqsima I.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: l-Annessi A u B.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-Dispożizzjoni Speċjali 636.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti l-kundizzjonijiet alternattivi li ġejjin għad-Dispożizzjoni Speċjali 636 tal-Kapitolu 3.3:

Ċelluli u batteriji użati tal-litju (NU 3090 u NU 3091) miġbura u miġjuba għall-ġarr biex jintremew bejn il-punt ta’ ġbir tal-konsumatur u l-faċilità intermedjarja tal-ipproċessar, flimkien ma’ ċelluli jew batteriji li mhumiex tal-litju (NU 2800 u NU 3028), mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-ADR jekk jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Għandhom ikunu ppakkjati f’kartelli IH2 jew f’kaxxi 4H2 li jikkonformaw mal-livell ta’ prestazzjoni tal-grupp II tal-ippakkjar għas-solidi;

 

Mhux aktar minn 5 % ta’ kull pakkett għandu jkun litju u batteriji tal-litju;

 

Il-massa totali massima ta’ kull pakkett ma għandhiex taqbeż il-25 kg;

 

Il-kwantità totali tal-pakketti għal kull Unità tat-Trasport ma għandhiex taqbeż it-333 kg;

 

Ma jistgħu jinġarru l-ebda prodotti perikolużi oħra.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment 2007 part 1.

Kummenti: Il-punti ta’ ġbir tal-konsumaturi ġeneralment ikunu fil-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u mhuwiex prattiku li jitħarreġ għadd kbir ta’ nies biex jifirdu u jippakkjaw il-batteriji użati skont l-ADR. Is-sistema tar-Renju Unit tkun topera skont linji gwida stabbiliti mill-UK Waste and Resources Action Programme u tkun tinvolvi li jingħataw pakketti adatti konformi mal-ADR u struzzjonijiet xierqa.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.”

(2)

Fl-Anness II, it-Taqsima II.3 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“II.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: RA-a/bi/bii-MS-nn

RA= Ferrovija

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS= Taqsira għal Stat Membru

nn= numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

RA–a–DE–2

Suġġett: Awtorizzazzjoni għall-pakketti mħallta

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 4.1.10.4 MP2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ pakketti mħallta.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassi 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni ta’ pakketti kkumbinati ta’ oġġetti fil-Klassi 1.4S (skrataċ għal armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali tat-tindif u trattamenti, fil-Klassi 3 u 6.1 (in-numri NU elenkati) kif lesti għal bejgħ f’pakketti kkumbinati fil-grupp tal-ippakkjar II u fi kwantitajiet żgħar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung - GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 21.

Kummenti: Listi Nru 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

FR Franza

RA–a–FR-3

Suġġett: Trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħrif dwar il-materjali perikolużi li għandu jkun indikat fin-nota tal-konsinna.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport għall-ħtiġijiet tat-trasportatur ferrovjarju ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux il-limiti preskritti fil-punt 1.1.3.6 mhuwiex suġġett għad-dikjarazzjoni dwar it-tagħbija.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer - Article 20.2.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–FR-4

Suġġett: Eżenzjoni mit-twaħħil ta’ tikketti fuq ċerti vaguni postali

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Obbligu tat-twaħħil ta’ tikketti mal-ħitan tal-vaguni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dawk il-vaguni postali biss li jġorru aktar minn 3 tunnellati ta’ materjal tal-istess klassi (li mhux dak tal-Klassi 1, 6.2 jew 7) għandhom jitwaħħlulhom tikketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 5 juin 2001 relatif au transport des marchandises dangereuses par chemin de fer - Article 21.1.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

SE L-Isvezja

RA–a–SE–1

Suġġett: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Vaguni tal-ferrovija li jkunu qed iġorru oġġetti perikolużi għandhom ikunu mmarkati bit-tikketti.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Vagun tal-ferrovija li jġorr oġġetti perikolużi, bħala oġġetti express, ma għandux bżonn ikun immarkat b’tikketti.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Hemm limiti għall-kwantitajiet fl-RID għall-oġġetti ddeżinjati bħala oġġetti express. Għalhekk hija kwistjoni ta’ kwantitajiet żgħar.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

UK Ir-Renju Unit

RA–a–UK-1

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti li fihom ċertu materjal b’radjoattività baxxa bħal arloġġi, detetturi tad-duħħan, boxxli.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Ħafna mir-rekwiżiti tal-RID.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ materjal tal-Klassi 7.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjoattiv.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, regulation 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal perjodu qasir, li ma tkunx aktar meħtieġa meta jiġu inkorporati emendi simili għar-regoli tal-IAEA fl-RID.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-2

Suġġett: It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet fuq it-trasport ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, u ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra, f’vaguni, vetturi u kontenituri (N4/5/6).

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija inqas restrittiva fir-rigward ta’ tagħbija mħallta ta’ splussivi, sakemm dan il-ġarr ikun jista’ jitwettaq mingħajr riskju.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Packaging, Labelling and Carriage of Radioactive Material by Rail Regulations 1996, regulation 2(6) (as amended by Schedule 5 of the Carriage of Dangerous Goods (Amendment) Regulations 1999).

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet fir-regoli tat-taħlit għall-splussivi ma’ splussivi oħra, kif ukoll ta’ splussivi ma’ oġġetti perikolużi oħra. Kwalunkwe varjazzjoni ser ikollha limitu ta’ kwantità fuq waħda jew aktar mill-partijiet kostitwenti tat-tagħbija, u tkun permessa biss jekk “il-miżuri raġonevolment fattibbli kollha jkunu ttieħdu sabiex jipprevjenu li l-isplussivi jiġu f’kuntatt ma’ dawn l-oġġetti, jew inkella jipperikolahom jew ikun ipperikolat minnhom.”

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jippermetti huma:

1.

Splussivi li ġew allokati n-numri tal-klassifikazzjoni NU 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360 jew 0361 jistgħu jiġu trasportati fl-istess vettura mal-oġġetti perikolużi li ġew allokati fir-rigward tan-numru ta’ klassifikazzjoni NU 1942. Il-kwantità ta’ NU 1942 li tista’ tinġarr għandha tkun limitata billi titqies bħala splussiv tal-1.1D;

2.

Splussivi kklassifikati bin-Numri NU 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, jew 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma’ oġġetti perikolużi (bl-eċċezzjoni ta’ gassijiet fjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) tal-kategorija 2 tat-trasport jew tal-oġġetti perikolużi tal-kategorija 3 tat-trasport, jew kull taħlita tagħhom, sakemm li l-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi tal-kategorija 2 tat-trasport ma jaqbiżx il-500 kg jew litru u l-massa totali netta ta’ dawn l-splussivi ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splussivi ta’ 1.4G jistgħu jinġarru flimkien ma’ likwidi u gassijiet fjammabbli fil-kategorija 2 tat-trasport jew ma’ gassijiet mhux fjammabbli u mhux tossiċi fil-kategorija 3 tat-trasport, jew fi kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom fl-istess vettura, sakemm il-massa jew il-volum totali ta’ oġġetti perikolużi flimkien ma jaqbżux il-200 kg jew litri u l-massa totali netta ta’ splussiv ma taqbiżx l-20 kg;

4.

Oġġetti li jisplodu li ġew allokati n-numri ta’ klassifikazzjoni NU 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jiġu trasportati ma’ oġġetti splussivi fil-Grupp ta’ Kumpatibbiltà D, E jew F li għalihom dawn huma komponenti. Il-kwantità totali ta’ splussivi tan-numri NU 0106, 0107 jew 0257 ma għandhiex tkun aktar minn 20 kg.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-3

Suġġett: Li tkun permessa “kwantità totali massima għal kull unità ta’ trasport” għall-oġġetti tal-Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella fil-punt 1.1.3.1.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1.1.3.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati man-natura tal-operazzjoni tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sabiex tistipula regoli dwar eżenzjonijiet fuq kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splussivi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 3(7)(b).

Kummenti: sabiex jiġu permessi limiti differenti ta’ kwantitajiet limitati u fatturi ta’ multiplikazzjoni għat-trasport mħallat ta’ oġġetti tal-Klassi 1, jiġifieri “50” għall-Kategorija 1 u “500” għall-Kategorija 2. Għal raġunijiet ta’ kalkolu tat-tagħbija mħallta, il-fatturi ta’ multiplikazzjoni għandhom jinqraw “20” għall-Kategorija tat-Trasport 1 u “2” għall- Kategorija tat-Trasport 2.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-4

Suġġett: Adozzjoni tal-RA–a–FR-6.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 5.3.1.3.2.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Laxkar tar-rekwiżit tal-plakards għall-hekk imsejjaħ “piggyback carriage”.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-rekwiżit tal-plakards ma japplikax f’każijiet meta l-plakards tal-vettura jkunu viżibbli b’mod ċar.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2004: Regulation 7(12).

Kummenti: Din minn dejjem kienet dispożizzjoni nazzjonali tar-Renju Unit.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–a–UK-5

Suġġett: Id-distribuzzjoni ta’ oġġetti f’pakketti intern lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti (bl-esklużjoni ta’ dawk tal-Klassijiet 1, 4.2, 6.2 u 7) minn depożitu ta’ distribuzzjoni lokali lill-bejjiegħa bl-imnut jew l-utenti u mill-bejjiegħa bl-imnut lill-utenti aħħarin.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-pakketti ma jeħtiġux li jkollhom il-marka RID/ADR jew NU.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: The Carriage of Dangerous Goods and Use of Transportable Pressure Equipment Regulations 2007: Regulation 26.

Kummenti: Ir-rekwiżiti tal-RID huma inadatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn ċentru ta’ distribuzzjoni għal għand il-bejjiegħ bl-imnut jew l-utent jew mill-bejjiegħ bl-imnut għal għand utent aħħari. L-iskop ta’ din id-deroga huwa li tippermetti li l-kontenituri interni tal-oġġetti għad-distribuzzjoni bl-imnut jinġarru fl-aħħar parti tal-vjaġġ tad-distribuzzjoni lokali mingħajr il-pakkett ta’ barra.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

RA–bi–DE-2

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 1 sa 5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u mmarkar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar kumbinat u trasport ta’ skart perikoluż f’pakketti u IBCs; l-iskart irid ikun ippakkjat f’pakketti interni (kif miġbur) u mqassam f’kategoriji speċifiċi ta’ skart (biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi fi grupp ta’ skart); użu ta’ struzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u tal-laboratorji, eċċ.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350); Ausnahme 20.

Kummenti: Lista Nru 6*.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA-bi–DE-3

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-ippakkjar I f’vaguni b’tankijiet tal-ferrovija,

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni ta’ tankijiet u vaguni b’tankijiet. Il-Kapitolu 6.8, Subtaqsima 6.8.2.3, teħtieġ l-approvazzjoni tat-tip għal tankijiet li jġorru NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma).

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (fosforu, isfar, taħt l-ilma), Klassi 4.2, grupp tal-ippakkjar I, fuq distanzi qosra (minn Sassnitz-Mukran sa Lutherstadt Wittenberg-Piesteritz u Bitterfeld) f’vaguni b’tankijiet tal-ferrovija mibnija skont l-istandards Russi. It-trasport tal-merkanzija huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 1/92.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2014.

DK Id-Danimarka

RA–bi–DK-1

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II Taqsima II.1 għad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja li tgħaddi mill-Gran Belt. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal-15 ta’ Frar 2005.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

RA–bi–DK-2

Suġġett: Ġarr ta’ oġġetti perikolużi minn mini.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 7.5.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Tagħbija, ħatt u distanzi protettivi.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tipprevedi dispożizzjonijiet alternattivi għal dawk previsti fl-Anness II, Taqsima II.1 għad-Direttiva 2008/68/KE dwar il-ġarr mill-mina ferrovjarja tal-linja fissa li tgħaddi minn Øresund. Dawn id-dispożizzjonijiet alternattivi huma dwar il-volum tat-tagħbija u d-distanza bejn it-tagħbijiet ta’ oġġetti perikolużi.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bestemmelser om transport af eksplosiver i jernbanetunnelerne på Storebælt og Øresund, tal-15 ta’ Frar 2005.

Kummenti:

Data ta’ skadenza: id-29 ta’ Frar 2016.

CZ Ir-Repubblika Ċeka

RA-bi–CZ-1

Suġġett: It-trasport lokali ta’ NU 1381 (FOSFORU, ABJAD jew ISFAR, TAĦT L-ILMA jew F’SOLUZZJONI, Klassi 4.2, Kodiċi ta’ klassifikazzjoni ST3, Grupp tal-ippakkjar I), fuq distanzi qosra b’vaguni b’tankijiet.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 6.8, 6.8.2.3

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet għall-kostruzzjoni tal-vaguni b’tankijiet. Il-Kapitolu 6.8, subtaqsima 6.8.2.3, rekwiżiti għall-approvazzjoni tad-disinn għal vaguni b’tankijiet li jġorru NU 1381 (FOSFORU, ABJAD jew ISFAR, TAĦT L-ILMA jew F’SOLUZZJONI, Klassi 4.2, Kodiċi ta’ klassifikazzjoni ST3, Grupp tal-ippakkjar I).

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport ta’ NU 1381 (FOSFORU, ABJAD jew ISFAR, TAĦT L-ILMA jew F’SOLUZZJONI, Klassi 4.2, Kodiċi ta’ klassifikazzjoni ST3, Grupp tal-ippakkjar I) bejn l-istazzjonijiet Petrovice u Karviné, fruntiera tal-istati CZ/PL, u Boří Les, f’vaguni b’tankijieti tal-ferroviji, mibnija skont ir-rekwiżiti tal-Ftehim dwar il-Ġarr Internazzjonali ta’ Oġġetti bil-Ferrovija (SMGS). It-trasport huwa soġġett għal aktar miżuri operattivi meħuda b’mod partikolari fil-livell tal-impriża ferrovjarja, il-maniġer tal-infrastruttura, u l-fergħat rilevanti tas-Sistema Integrata ta’ Salvataġġ.

Ir-Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni maħruġa mill-Ministeru tat-Trasport.

Data ta’ skadenza: l-1 ta’ Jannar 2014.

SE L-Isvezja

RA–bi–SE–1

Suġġett: Ġarr ta’ skart perikoluż lejn l-impjanti tar-rimi tal-iskart perikoluż.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 2, 5.2, u 6.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u ttikkettar kif ukoll ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti minn kriterji simplifikati tal-klassifikazzjoni, rekwiżiti inqas restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar tal-ippakkjar u r-rekwiżiti modifikati għall-ittikkettar u l-immarkar. Minflok ma l-iskart perikoluż jiġi kklassifikat skont l-RID, jinqasam fi gruppi differenti ta’ skart. Kull grupp ta’ skart fih sustanzi li jistgħu, skont l-RID, jiġu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat). Kull pakkett għandu jiġi mmarkat bil-kodiċi rilevanti tal-grupp ta’ skart minflok bin-numru NU.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għat-trasport ta’ skart perikoluż minn siti ta’ riċiklaġġ pubbliċi lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Data ta’ skadenza: it-30 ta’ Ġunju 2015.

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(ii) tad-Direttiva 2008/68/KE

DE Il-Ġermanja

RA–bii–DE–1

Suġġett: It-trasport lokali taċ-ċjanur tal-idroġenu NU 1051, stabbilizzat, likwidu, li għandu 1 % ilma jew inqas skont il-massa, f’vaguni b’tankijiet tal-ferroviji, b’deroga mis-subtaqsima 4.3.2.1.1 tal-Anness II, Taqsima II.1 għad-Direttiva 2008/68/KE.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 4.3.2.1.1

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: projbizzjoni fuq it-trasport ta’ NU 1051 (ċjanur tal-idroġenu), stabbilizzat, likwidu b’1 % ilma jew inqas skont il-massa.

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: it-trasport lokali bil-ferrovija fuq rotot iddeżinjati partikolari, li jifforma parti minn proċess industrijali definit, u li jkun ikkontrollat mill-qrib f’kondizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-trasport iseħħ f’vaguni b’tankijiet li għandhom liċenzja speċifika għal dan l-iskop u li l-kostruzzjoni u l-immuntar tagħhom huma kontinwament adattati skont l-aħħar teknoloġija tas-sikurezza (pereżempju tagħmir ta’ lqugħ għat-taħbit skont it-TE 22). Il-proċess tat-trasport huwa regolat fid-dettal permezz ta’ dispożizzjonijiet ulterjuri tas-sikurezza operattiva bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti għas-sikurezza u kontra l-periklu u jiġi mmonitorjat mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza rilevanti.

Referenza oriġinali għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: deroga Nru E 1/97 (ir-raba’ (4) verżjoni emendata), l-Uffiċċju Federali għall-Ferroviji.

Tmiem il-perjodu ta’ validità: l-1 ta’ Jannar 2017.

DE Il-Ġermanja

RA-bii-DE-2

Suġġett: it-trasport lokali fuq rotot iddeżinjati ta’ NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-ippakkjar I, f’kontenituri fuq il-vaguni.

Referenza għall-Anness II, Taqsima II.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: 3.2, 7.3.1.1

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasport fi kwantitajiet kbar. Il-Kapitolu 3.2, Tabella A, ma jippermettix li l-karbur tal-kalċju jinġarr fi kwantitajiet kbar.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport lokali bil-ferrovija tan-NU 1402 (karbur tal-kalċju), grupp tal-ippakkjar I, fuq rotot speċifikament iddeżinjati, bħala parti minn proċess industrijali ddefinit u kkontrollat mill-qrib f’kondizzjonijiet speċifikati b’mod ċar. It-tagħbijiet huma ttrasportati f’kontenituri f’vaguni mibnija apposta. It-trasport tal-merkanzija huwa soġġett għal dispożizzjonijiet operattivi addizzjonali stipulati mill-awtoritajiet kompetenti tas-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ausnahme Eisenbahn-Bundesamt Nr. E 3/10.

Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018.”

(3)

Fl-Anness III, it-Taqsima III.3 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“III.3.   Derogi nazzjonali

Derogi għall-Istati Membri għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi fit-territorju tagħhom abbażi tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/68/KE.

Numerazzjoni tad-derogi: IW-a/bi/bii-MS-nn

IW= Passaġġi interni fuq l-ilma

a/bi/bii= l-Artikolu 6(2) a/bi/bii

MS= Taqsira għal Stat Membru

nn= numru tal-ordni

Abbażi tal-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE

BG Il-Bulgarija

IW–bi–BG–1

Suġġett: Klassifikazzjoni u spezzjoni ta’ bastimenti bunker

Referenza għall-Anness III, Taqsima III.1, għad-Direttiva 2008/68/KE: Kapitolu 1.15.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1.15, Ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni, jesiġu li soċjetà tal-klassifikazzjoni, li se tiġi rikonoxxuta skont id-dispożizzjonijiet, għandha twettaq il-proċedura għar-rikonoxximent tagħha speċifikata fit-Taqsima 1.15.2.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-klassifikazzjoni u l-ispezzjoni ta’ bastimenti bunker għal prodotti petroliferi li joperaw fl-ilmijiet tal-portijiet tax-xmajjar Bulgari jew żoni oħra taħt il-ġurisdizzjoni diretta ta’ dawn il-portijiet, imwettqa minn soċjetà tal-klassifikazzjoni li mhijiex rikonoxxuta skont il-Kapitolu 1.15 tal-Anness III, Taqsima III.1 għad-Direttiva 2008/68/KE hija awtorizzata sakemm ma tiġix kompromessa s-sikurezza.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Наредба № 16 от 20 юни 2006 г. за обработка и превоз на опасни товари по море и по вътрешни водни пътища; Наредба № 4 от 9 януари 2004 г. за признаване на организации за извършване на прегледи на кораби и корабопритежатели (Ordinanza Nru 16 tal-20 ta’ Ġunju 2006 dwar l-immaniġġar tal-oġġetti perikolużi u l-ġarr tagħhom bil-baħar u bil-passaġġi interni fuq l-ilma; Ordinanza Nru 4 tad-9 ta’ Jannar 2004 dwar ir-rikonoxximent ta’ soċjetajiet ta’ eżaminazzjoni ta’ stħarriġ tal-bastimenti u s-sidien tal-bastimenti).

Kummenti: Id-deroga tapplika biss għal bastimenti li joperaw fiż-żoni portwali jew żoni oħra taħt il-ġurisdizzjoni diretta ta’ dawn il-portijiet.

Data ta’ skadenza: il-15 ta’ Jannar 2018.”


Top