EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2009:327:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 327, 12 ta' Diċembru 2009


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.327.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 327

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
12 ta' Diċembru 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2010, il-prezzijiet ta’ gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd konformement mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

1

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/944/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar l-iskemi tal-għajnuna mill-Istat C 6/04 (eks NN 70/01) u C 5/05 (eks NN 71/04) implimentati mill-Italja favur bdiewa bis-serer (eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer) (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5497)

6

 

 

2009/945/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP (Għajnuna Statali C 42/07 (ex N 428/06)) li Franza fi ħsiebha tagħti lill-RATP (notifikata bid-dokument numru C(2009) 5505)  ( 1 )

21

 

 

V   Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

 

 

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

36

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1214/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

38

 

 

2009/946/PESK

 

*

Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Deċiżjoni Atalanta/8/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

40

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

12.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1212/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2010, il-prezzijiet ta’ gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd konformement mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 26(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprevedu li għandu jiġi ffissat prezz-gwida u prezz tal-produzzjoni tal-Komunità għal kull sena ta’ sajd biex jkunu stabbiliti l-livelli tal-prezzijiet għall-intervent sabiex jitqegħdu fis-suq ċertu prodotti tas-sajd.

(2)

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jesiġi li l-prezz-gwida jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti u gruppi ta’ prodotti elenkati fil-lista fl-Anness I u II ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Fuq il-bażi tad-dejta kurrenti disponibbli fuq il-prezzijiet tal-prodotti konċernati u fuq il-kriterji msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz-gwida għandu jiżdied, jinżamm, jew jitnaqqas għas-sena tas-sajd 2010, skont l-ispeċijiet.

(4)

L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jeħtieġ li l-prezz Komunitarju tal-produtturi għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fil-lista fl-Anness III ma’ dak ir-Regolament. Huwa l-każ li jiġi stabbilit prezz Komunitarju tal-produtturi għal wieħed minn dawk il-prodotti u li jiġi kkalkolat il-prezz Komunitarju tal-produtturi għall-oħrajn permezz tal-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 802/2006 tat-30 ta’ Mejju 2006 li jiffissal-fatturi ta’ konverżjoni applikabbli għall-ħut tal-ġenera Thunnus u Euthynnus (2).

(5)

Fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) u fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz Komunitarju tal-produtturi għas-sena tas-sajd 2010 għandu jiġi aġġustat.

(6)

Fid-dawl tal-urġenza tal-każ, huwa importanti li tiġi permessa eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 1(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena ta’ sajd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-prezz-gwida kif previst fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għas-sena tas-sajd mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-prezz Komunitarju tal-produtturi kif previst fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

S. O. LITTORIN


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 144, 31.5.2006, p. 15.


ANNESS I

Annessi

Speċi

Prodotti msemmija fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Preżentazzjoni Kummerċjali

Prezz-gwida

(EUR/tunnellata)

I

1.

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus

Ħut sħiħ

275

2.

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

Ħut sħiħ

580

3.

Mazzola Griża (Squalus acanthias)

Ħut sħiħ jew Ħut imnaddaf bir-ras

1 090

4.

Gattarell (Scyliorhinus spp.)

Ħut sħiħ jew Ħut imnaddaf bir-ras

711

5.

Redfish (Sebastes spp.)

Ħut sħiħ

1 188

6.

Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 589

7.

Pollakkju (Pollachius virens)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

776

8.

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

976

9.

Merlangu (Merlangius merlangus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

898

10.

Linarda (Molva spp)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

1 165

11.

Kavall tal-ispeċi Scomber scombrus

Ħut sħiħ

317

12.

Kavall tal-ispeċi Scomber japonicus

Ħut sħiħ

279

13.

Inċova (Engraulis spp.)

Ħut sħiħ

1 287

14.

Barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras mill-1.1.2010 sat-30.4.2010

1 052

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras mill-1.5.2010 sal-31.12.2010

1 462

15.

Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

3 403

16.

Lingwata (Lepidorhombus spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

2 402

17.

Barbun (Limanda limanda)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

828

18.

Barbun komuni (Platichthys flesus)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

496

19.

Alonga jew tonn tax-xewka twila (Thunnus alalunga)

Ħut sħiħ

2 241

Ħut imnaddaf bir-ras

2 487

20.

Siċċa (Sepia officinalis u Rossia macrosoma)

Sħiħ

1 781

21.

Petriċa (Lophius spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

2 923

Mingħajr ras

6 015

22.

Gambli tal-ispeċi Crangon crangon

Sempliċement mgħollijin fl-ilma

2 423

23.

Gambli tat-tramuntana (Pandalus borealis)

Sempliċement mgħollijin fl-ilma

6 474

Frisk jew imkessaħ

1 590

24.

Granċ jittiekel (Cancer pagurus)

Sħiħ

1 676

25.

Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus)

Sħiħ

5 197

Dnub

4 102

26.

Lingwata (Solea spp.)

Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras

6 742

II

1.

Ħalibatt ta’ Greenland (Reinhardtius hippoglossoides)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 916

2.

Marlozzi tal-ispeċi Merluccius spp.

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 208

Iffriżat, iffilitjat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 483

3.

Pagri (Dentex dentex and Pagellus spp.)

Iffriżat, fi kwantitajiet jew fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 492

4.

Pixxispad (Xiphias gladius)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

3 998

5.

Siċċa (Sepia officinalis) (Rossia macrosoma) (Sepiola rondeletti)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 915

6.

Qarnit (Octopus spp.)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

2 161

7.

Klamari (Loligo spp.)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

1 179

8.

Klamar (Ommastrephes sagittatus)

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

961

9.

Illex argentinus

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

856

10.

Gambli tal-familja Penaeidae

 

 

Gambli tal-ispeċi Parapenaeus longirostris

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

4 072

Speċi oħra tal-familja Penaeidae

Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott

8 055


ANNESS II

Speċi

Prodotti elenkati fl-Anness III mar-Regolament (KEE) Nru 104/2000

Piż

Speċifikazzjonijiet kummerċjali

Il-prezz Komunitarju tal-produttur

(EUR/tunnellata)

Tonn tax-xewka safra (Thunnus albacares)

li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

1 224

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

Alonga (Thunnus alalunga)

li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed

Sħiħ

 

Bla garġi u mnaddaf

 

Oħrajn

 

Palamit (Katsuwonus pelamis)

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 

Tonn (Thunnus thynnus)

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 

Speċijiet oħra tal-ġenera Thunnus u Euthynnus

 

Sħiħ

 

 

Bla garġi u mnaddaf

 

 

Oħrajn

 


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

12.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar l-iskemi tal-għajnuna mill-Istat C 6/04 (eks NN 70/01) u C 5/05 (eks NN 71/04) implimentati mill-Italja favur bdiewa bis-serer (eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer)

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5497)

(Il-verżjoni bil-lingwa Taljana biss hija awtentika)

(2009/944/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88(2), l-ewwel paragrafu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont dak l-Artikolu, u wara li kkunsidrat il-kummenti mibgħuta,

Billi:

I.   IL-PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittri bid-data tat-28 ta’ Settembru 2000 u s-17 ta’ Ottubru 2000, u fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani għal kjarifiki dwar l-eżenzjoni parzjali mid-dazji tad-dwana fuq id-diżil użat fl-agrikoltura stipulata fid-Digriet Liġi Nru 268 tat-30 ta’ Settembru 2000 li stabbilixxa miżuri urġenti fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul għal persuni naturali u fir-rigward tad-dazji tas-sisa.

(2)

L-awtoritajiet Taljani bagħtu lill-Kummissjoni l-kjarifiki mitluba permezz tal-ittri bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2000 u tat-3 ta’ Novembru 2000.

(3)

Wara li eżaminat dawn il-kjarifiki, il-Kummissjoni bagħtet ittra bid-data tal-20 ta’ Novembru 2000 fejn talbet lill-awtoritajiet Taljani għal aktar informazzjoni dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa.

(4)

Billi ma rċevitx risposta sal-limitu taż-żmien ta’ erba’ ġimgħat stabbilit fl-ittra msemmija aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Taljani tfakkira permezz ta’ ittra bid-data tas-26 ta’ April 2001, fejn iddikjarat li, jekk dawn ma jagħtux ir-reazzjoni tagħhom, hija kienet tirriżerva d-dritt li tipproponi lill-Kulleġġ tal-Kummissarji li jintbagħat mandat ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1) (li issa huwa l-Artikolu 88).

(5)

Bl-ittra bid-data tal-10 ta’ Mejju 2001, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali li l-awtoritajiet Taljani kienu ntalbu jipprovdu fl-ittra tas-26 ta’ April 2001.

(6)

B’ittra bid-data tat-2 ta’ Awwissu 2001, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni ħabbret li kienet qed tiftaħ fajl għal għajnuna mill-Istat mhux notifikata (ref. NN 70/01) u talbet lilll-awtoritajiet Taljani għal aktar informazzjoni.

(7)

Billi ma kenitx irċeviet risposta sal-limitu taż-żmien stabbilit, il-Kummissjoni bagħtet tfakkira ġdida lill-awtoritajiet Taljani b’ittra bid-data tal-1 ta’ Lulju 2003, fejn għal darba oħra ġibditilhom l-attenzjoni għall-fatt li, jekk jonqsu milli jirrispondu sal-limitu taż-żmien ta’ erba’ ġimgħat, hija kienet tirriżerva d-dritt li tipproponi lill-Kulleġġ tal-Kummissarji li jintbagħat mandat ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999. Il-limitu taż-żmien stabbilit għar-risposta skada fil-bidu ta’ Awwissu 2003.

(8)

Billi ma kenitx irċeviet risposta sal-limitu taż-żmien imsemmi aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni ħarġet Deċiżjoni fl-10 ta’ Ottubru 2003 (2) li talbet lill-Italja sabiex tipprovdilha l-informazzjoni mitluba fl-ittra tat-2 ta’ Awwissu 2001 u li ddikjarat li, jekk l-awtoritajiet Taljani jonqsu milli jirrispondu, kienet tirriżerva d-dritt li tibda l-proċedura tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat.

(9)

Billi ma kenitx irċeviet risposta għall-mandat ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni kitbet lill-awtoritajiet Taljani fid-19 ta’ Frar 2004 fejn infurmathom dwar id-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(5) tad-Digriet Liġi Nru 268 tat-30 ta’ Settembru 2000 (Każ C 6/04).

(10)

Id-Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-iskema ta’ għajnuna.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-partijiet terzi interessati u bagħtithom lill-Italja permezz ta’ ittra bid-data tas-27 ta’ April 2004, u tatha l-opportunità sabiex tesprimi l-fehma tagħhom dwarhom.

(12)

L-Italja ma esprimietx il-fehma tagħha dwar dawn il-kummenti iżda, wara li talbet u kisbet posponiment tal-limitu taż-żmien għar-risposta għall-bidu tal-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat, bagħtet risposta dwar din il-proċedura permezz ta’ ittra bid-data tal-21 ta’ Ġunju 2004, irreġistrata bħala li waslet fil-25 ta’ Ġunju 2004.

(13)

Wara li kienet bagħtet l-ittra tad-19 ta’ Frar 2004 li tiddikjara li kienet inbdiet il-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(5) tad-Digriet Liġi Nru 268 tat-30 ta’ Settembru 2000, il-Kummissjoni kisbet informazzjoni skont liema l-bdiewa tas-serer kienu apparentament qed jibbenefikaw, fir-realtà, minn eżenzjoni totali tad-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer. Permezz ta’ faks bid-data tal-10 ta’ Ġunju 2004, hija għalhekk talbet lill-awtoritajiet Taljani għal informazzjoni dwar din l-eżenzjoni addizzjonali.

(14)

B’ittra tat-28 ta’ Lulju 2004, irreġistrata li waslet fit-3 ta’ Awwissu 2004, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea kkomunikat lill-Kummissjoni r-risposta tal-awtoritajiet Taljani għall-ittra msemmija aktar ‘il fuq tal-10 ta’ Ġunju 2004. Din ir-risposta wriet li l-eżenzjoni addizzjonali msemmija aktar ‘il fuq kienet ġiet stabbilita permezz ta’ diversi dispożizzjonijiet: l-Artikolu 24(3) tal-Liġi Nru 388 tat-23 ta’ Diċembru 2000; l-Artikolu 13(3) tal-Liġi Nru 448 tal-21 ta’ Diċembru 2001; l-Artikolu 19(4) tal-Liġi Nru 289 tas-27 ta’ Diċembru 2002 u l-Artikolu 2(4) tal-Liġi Nru 350 tal-24 ta’ Diċembru 2003.

(15)

Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ fajl ġdid għal għajnuna mhux notifikata (ref. NN 71/04), sabex teżamina l-kompatibbiltà ta’ din l-eżenzjoni addizzjonali mas-suq komuni. Hija infurmat lill-awtoritajiet Taljani b’dan permezz ta’ ittra bid-data tal-4 ta’ Novembru 2004.

(16)

Permezz tal-ittra bid-data tal-24 ta’ Jannar 2005, il-Kummissjoni infurmat lill-Gvern Taljan bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-eżenzjoni addizzjonali msemmija aktar ‘il fuq stabbilita permezz tal-Artikolu 24(3) tal-Liġi Nru 388 tat-23 ta’ Diċembru 2000; l-Artikolu 13(3) tal-Liġi Nru 448 tal-21 ta’ Diċembru 2001; l-Artikolu 19(4) tal-Liġi Nru 289 tas-27 ta’ Diċembru 2002 u l-Artikolu 2(4) tal-Liġi Nru 350 tal-24 ta’ Diċembru 2003 (każ C 5/05)

(17)

Id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-iskema ta’ għajnuna.

(18)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand partijiet interessati.

(19)

B’ittra tal-21 ta’ Frar 2005, irreġistrata li waslet fit-22 ta’ Frar 2005, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Kummissjoni r-risposta tal-awtoritajiet Taljani dwar it-tnedija tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat kontra l-eżenzjoni addizzjonali msemmija aktar ‘il fuq.

(20)

Permezz ta’ ittra bid-data tas-27 ta’ Settembru 2007, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Taljani għal informazzjoni addizzjonali dwar l-għajnuna kkonċernata u dwar ir-risposti dwar it-tnedija tal-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat. B’mod partikolari, l-awtoritajiet Taljani ntalbu jiġġustifikaw l-argument li l-għajnuna kienet konsistenti mas-sistema tat-taxxa Taljana u janalizzaw jekk din tistax tkun ġustifikata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali li kienu applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna (5). L-awtoritajiet Taljani kellhom xahar sabiex jirrispondu għal din it-talba għal informazzjoni addizzjonali.

(21)

Fin-nuqqas ta’ risposta mill-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni bagħtitilhom tfakkira permezz ta’ faks bid-data tal-15 ta’ Ottubru 2008. Dan kien jiddikjara li, jekk hija ma kenitx se tirċievi risposta sal-limitu ta’ żmien il-ġdid ta’ xahar, hija kienet tirriżerva d-dritt li tipproponi lill-Kulleġġ tal-Kummissarji li mandat ta’ informazzjoni jintbagħat skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

(22)

Billi ma rċevietx risposta sal-limitu ta’ żmien stabbilit, il-Kummissjoni bagħtet dan il-mandat lill-Italja bid-data tal-5 ta’ Diċembru 2008 (6).

(23)

Permezz ta’ ittra elettronika bid-data tal-5 ta’ Frar 2009, irreġistrata li waslet fid-9 ta’ Frar 2009, ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea bagħtet lill-Kummissjoni r-risposta tal-awtoritajiet Taljani għall-mandat imsemmi aktar ‘il fuq.

(24)

Wara laqgħa ma’ rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-21 ta’ April 2009, l-awtoritajiet Taljani bagħtulhom ittra ġdida fid-19 ta’ Mejju 2009 permezz tar-Rappreżentanza Permanenti tal-Italja għall-Unjoni Ewropea.

II.   DESKRIZZJONI

(25)

L-Artikolu 5(5) tad-Digriet Liġi Nru 268 tat-30 ta’ Settembru 2000 jistipula li, għall-perjodu bejn it-3 ta’ Ottubru u l-31 ta’ Diċembru 2000, id-dazju tas-sisa applikat għad-diżil użat għat-tisħin tas-serer ikun 5 % ta’ dak stabbilit għad-diżil użat bħala karburant.

(26)

L-Artikolu 6(1) ta’ dak id-Digriet Liġi jistabbilixxi li, għall-istess perjodu, ir-rati tad-dazju tas-sisa għad-diżil użat fl-agrikoltura jkunu 22 % ta’ dawk applikabbli għad-diżil użat bħala karburant u li r-rati tad-dazju tas-sisa għall-petrol ikunu 49 % tar-rata normali.

(27)

L-Artikolu 24(3) tal-Liġi Nru 388 tat-23 ta’ Diċembru 2000; l-Artikolu 13(3) tal-Liġi Nru 448 tal-21 ta’ Diċembru 2001; l-Artikolu 19(4) tal-Liġi Nru 289 tas-27 ta’ Diċembru 2002 u l-Artikolu 2(4) tal-Liġi Nru 350 tal-24 ta’ Diċembru 2003 kollha stabbilixxew eżenzjoni totali mid-dazju tas-sisa għad-diżil użat għat-tisħin tas-serer fl-Italja. Din l-eżenzjoni kopriet il-perjodi li ġejjin rispettivament: mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2001; l-2002 kollha; l-2003 kollha u l-2004 kollha.

III.   IL-FTUĦ INIZJALI TAL-PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT (KAŻ C 6/04)

(28)

Il-Kummissjoni tat bidu għall-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(5) tad-Digriet Liġi Nru 268 tat-30 ta’ Settembru 2000, għaliex kellha dubji dwar il-kompatibbiltà mas-suq komuni tas-17-il punt perċentwali addizzjonali ta’ eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa mogħtija lill-bdiewa tas-serer li jużaw id-diżil għat-tisħin tas-serer meta mqabbla ma’ operaturi oħra fis-settur agrikolu. Id-dubji oriġinaw mill-fatt li, minkejja li ntbagħat mandat ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet Taljani ma bagħtu l-ebda informazzjoni li turi li l-eżenzjonijiet kienu eliġibbli taħt ir-regoli tal-kompetizzjoni (fil-fatt, huma l-anqas biss irrispondew għall-mandat). Minbarra dan, id-dubji ssaħħew mill-kwistjoni dwar l-ammissibilità tal-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (7) u dwar id-Direttiva li tħassar dik id-Direttiva, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirristruttura l-qafas tal-Komunità għat-tassazzjoni tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku (8).

IV.   REAZZJONI TAL-AWTORITAJIET TALJANI GĦALL-FTUĦ INIZJALI TAL-PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT

(29)

Fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Ġunju 2004, l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li l-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat iżda kellhom jiġu eżaminati fil-kuntest tal-Artikolu 8(2)(f) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttivi 92/81/KEE u 2003/96/KE rispettivament. Huma kienu tal-fehma li l-biedja fis-serer kien jaqa’ fil-kategorija ta’ “xogħlijiet agrikoli u ortikulturali”, li għalihom il-liġi tal-Komunità tippermetti lill-Istati Membri sabiex japplikaw eżenzjonijiet totali jew parzjali mid-dazju tas-sisa, u li l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għall-biedja fis-serer ma kenitx tintroduċi diskriminazzjoni fis-settur agrikolu u ortikulturali marbuta ma’ differenzjazzjoni fl-eżenzjonijiet, għaliex l-operaturi kollha kienu għal kollox ħielsa li jagħżlu bejn it-tkabbir barra u dak fis-serer.

(30)

Skont l-awtoritajiet Taljani, l-iskema kienet ta’ natura biss fiskali u għandha titqies minn din il-perspettiva, sabiex l-analiżi ssir f’qafas akbar li jkopri l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, u b’hekk tiġi evitata sitwazzjoni fejn li jiġi eżaminat każ nazzjonali individwali barra minn qafas bħal dan iwassal għal perikolu għall-prinċipju tat-trattament ugwali tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Taljani rreferew għall-ftehim politiku milħuq mill-Kunsill u l-Kummissjoni fil-Kunsill Ecofin tad-19 ta’ Marzu 2003, li fih id-derogi mis-sistema ġenerali tat-taxxa jew differenzi fi ħdanha li kienu ġġustifikati min-natura jew il-karatteristiċi ġenerali tas-sistema tat-taxxa ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(31)

B’konklużjoni, l-awtoritajiet Taljani żiedu li, skont l-estimi u d-dejta fil-pussess tagħhom, l-iskema ppjanata “ma tkunx ta’ ħsara għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u ma tirriżultax fi tfixkil tal-kompetizzjoni” (referenza għall-Preambolu 24 tad-Direttiva 2003/96/KE).

V.   KUMMENTI MRESSQA MINN PARTIJIET TERZI WARA L-FTUĦ INIZJALI TAL-PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT

(32)

Permezz tal-ittra bid-data tad-19 ta’ April 2004 irreġistrata bħala li waslet fil-21 ta’ April 2004, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand parti terza interessata wara l-ftuħ tal-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Tratttat.

(33)

F’dik l-ittra, il-parti interessata ddeskriviet il-fraġilità tas-suq li fih hija kienet topera u l-problemi konnessi maż-żieda fil-prezz tal-karburanti li jistgħu jintużaw għat-tisħin tas-serer. Fil-fehma tal-parti terza interessata, jekk il-Kummissjoni kellha tiddeċiedi kontra l-eżenzjoni kkonċernata, bosta impriżi f’dan is-settur kienu jiġu sfurzati li jagħlqu jew li jnaqqsu l-ammont ta’ karburant li jikkunsmaw għat-tisħin tas-serer tagħhom, bit-tnaqqis fil-kwalità tal-prodotti tagħhom li jirriżulta. Minbarra dan, skont il-parti terza interessata, il-prezzijiet tal-karburanti tat-tisħin użati fil-Belġju u l-Olanda (metanu u żejt tal-karburant) kienu bejn 20 % u 40 % anqas mill-prezz tad-diżil agrikolu fl-Italja u li, għalhekk, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni kkonċernata ma tfixkel bl-ebda mod il-kompetizzjoni. Fl-aħħar nett, dejjem fil-fehma ta’ din il-parti, in-numru ta’ stabbilimenti agrikoli fis-settur tagħha li qed jużaw il-gass metanu għat-tisħin tas-serer kien dejjem qed jiżdied.

VI.   IT-TIENI FTUĦ TAL-PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT (KAŻ C 5/05)

(34)

Il-Kummissjoni fetħet proċedura oħra taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat wara li kisbet informazzjoni li turi li l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa li gawdew minnha l-bdiewa tas-serer kienet fil-fatt ogħla, b’ammont sinifikanti, minn dik analizzata meta l-proċedura kienet infetħet oriġinarjament. Id-dubji espressi meta l-proċedura nfetħet oriġinarjament, li l-kawżi tagħhom kienu jinkludu l-fatt li l-awtoritajiet Taljani ma kinux irrispondew għall-mandat ta’ informazzjoni li ntbagħtilhom, kienu kkonfermati mir-reazzjoni tal-awtoritajiet għall-ftuħ oriġinali tal-proċedura. Essenzjalment, id-dubji espressi mill-Kummissjoni meta l-proċedura nfetħet għat-tieni darba kienu bbażati fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet Taljani insistew li, indipendentement mid-dimensjonijiet tagħhom, l-eżenzjonijiet mid-dazji tas-sisa fuq il-karburanti ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat iżda pjuttost miżuri fiskali ġġustifikati min-natura tas-sistema li minnha jiffurmaw parti. Madankollu, huma ma pprovdewx informazzjoni b’sostenn għal dan l-argument;

(b)

argument ieħor li tressaq mill-awtoritajiet Taljani kien li l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa ma kenitx tifxkel il-komptizzjoni, għaliex il-bdiewa b’nurseries kienu ħielsa li jagħmlu użu mill-eżenzjoni billi jkabbru f’serer. Dan l-argument jidher dubjuż, minħabba li l-eżenzjoni kienet immirata mhux sabiex tinkoraġġixxi bidla favur it-tkabbir fis-serer iżda sabiex tipprovdi lill-bdiewa tas-serer li diġà qed joperaw b’ħelsien minn piż finanzjarju marbut mal-eżerċizzju tal-attività tagħhom;

(c)

għal darba oħra fir-rigward tal-kwistjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni, l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li, skont id-dejta uffiċjali fil-pussess tagħhom, l-eżenzjoni totali mogħtija lill-bdiewa tas-serer ma kenitx tfixkel il-kompetizzjoni. Fil-fehma tal-Kummissjoni, mhux ċar kif l-awtoritajiet Taljani jistgħu jagħmlu dan l-argument ladarba, fir-risposta tagħhom mibgħuta bit-telex lill-Kummissjoni fl-10 ta’ Ġunju 2004 (ara l-premessa aktar ‘il fuq), huma ddikjaraw li ma setgħux jipprovdu dejta preċiża dwar l-ammonti li l-bdiewa tas-serer jistgħu jiffrankaw b’riżultat tal-eżenzjoni totali;

(d)

għalkemm iddikjaraw li ma kienx hemm elementi ta’ għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet Taljani naqsu milli jindikaw liema regola tal-kompetizzjoni kienet, fil-fehma tagħhom, se tappoġġja l-kompatibilità tal-eżenzjoni totali mid-dazju tas-sisa mas-suq komuni;

(e)

il-fatt li l-eżenzjonijiet ngħataw b’mod kuntrarju għad-Direttiva 92/81/KEE u 2003/96/KE ma jistax jiġi eskluż.

VII.   REAZZJONI TAL-AWTORITAJIET TALJANI GĦALL-FTUĦ GĦAT-TIENI DARBA TAL-PROĊEDURA TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT

(35)

B’ittra tal-21 ta’ Frar 2005, l-awtoritajiet Taljani stqarrew li l-kwistjonjiet ta’ sustanza koperti mit-tieni proċedura kienu identiċi għal dawk trattati meta l-proċedura kienet infetħet oriġinarjament u li l-kummenti li kienu diġà saru fir-rigward tal-ewwel proċedura kienu għadhom validi. Huma ssupplimentaw ir-risposta tagħhom ukoll billi ddikjaraw dan li ġej:

(a)

aġġustamenti għad-dazji tas-sisa mill-Istati Membri ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ecofin tad-19 ta’ Marzu 2003, li skonthom derogi mis-sistema ġenerali tat-taxxa jew differenzi fi ħdanha li kienu ġġustifikati bin-natura jew il-karatteristiċi ġenerali tas-sistema tat-taxxa ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, kienu fattur determinanti li jikkonferma l-primat tas-setgħat tal-awtoritajiet finanzjarji tal-Komunità. Għaldaqstant, huma għandhom jibagħtu informazzjoni dwar in-natura jew il-karatteristiċi ġenerali tas-sistema lil dawk l-awtoritajiet finanzjarji hekk kif dawk l-awtoritajiet jitolbuhomlhom;

(b)

l-espressjoni “Mingħajr preġudizzju għall-provissjonijiet oħra tal-Komunità” fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2003/96/KE ma tistax tiġi interpretata b’tali mod li trendi l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat applikabbli għal kull miżura li tnaqqas id-dazji tas-sisa jew toħloq eżenzjoni minnhom u li, kieku l-leġiżlatur tal-Komunità kien ried jagħmel kull miżura li taġġusta d-dazji tas-sisa suġġetta għall-konformità mal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, kien jesprimi din ix-xewqa billi jdaħħal referenza għal dawk l-Artikoli f’konformità mal-prinċipju fundamentali tal-interpretazzjoni tal-liġi li lex ubi voluit dixit (“fejn il-liġi trid xi ħaġa, hija tgħidha”). Minbarra dan, f’kull att ieħor tal-Komunità, ix-xewqa tal-leġiżlatur li miżuri partikolari jkunu suġġetti għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kienet espressa b’mod ċar u mhux permezz ta’ formulazzjoni ġenerika bħal “Mingħajr preġudizzju għall-provissjonijiet oħra tal-Komunità”. Minbarra dan, formulazzjoni ċara u espliċita kienet saħansitra aktar neċessarja ladarba li jiġi ddikjarat li miżura “kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat” jew “ma kenitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat” għandu impatt sinifikanti fuq in-natura, l-arranġamenti u t-tul tal-implimentazzjoni tal-miżura;

(c)

il-fatt li l-miżura ma pperikolatx il-funzjonament korrett tas-suq intern u ma fixklitx il-kompetizzjoni kien wieħed oġġettiv u għalhekk kien jagħmel irrelevanti l-iffrankar li l-produtturi setgħu jagħmlu b’riżultat tal-miżura.

VIII.   RISPOSTA TAL-AWTORITAJIET TALJANI GĦALL-MANDAT TA’ INFORMAZZJONI TAL-5 TA’ DIĊEMBRU 2008

(36)

Fl-ittra tagħhom tal-5 ta’ Frar 2009, l-awtoritajiet Taljani l-ewwel marru lura għall-argument dwar il-kompatibilità tal-għajnuna mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/81/KEE, li fil-fehma tagħhom, ma kinux jipprovdu kjarifiki suffiċjenti dwar il-kwistjoni tal-kompatibilità tal-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tad-dazju tas-sisa mar-regoli tal-kompetizzjoni.

(37)

B’appoġġ għall-pożizzjoni tagħhom, huma rreferew għall-Artikolu 8 tad-Direttiva, skont liema, “bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis totali jew parzjali fir-rata tad-dazju fuq iż-żjut minerali taħt kontroll fiskali […] esklussivament fix-xogħlijiet agrikoli u ortikulturali, u fil-forestrija […]”.

(38)

Fil-fehma tal-awtoritajiet Taljani, l-espressjoni “bla ħsara” użata f’dak Artikolu ma stabbilietx obbligu ta’ konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni Ewropej kif jagħmel, b’kuntrast, l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2003/96/KE. Kieku dawn iż-żewġ Direttivi kienu stabbilixxew l-istess obbligu, il-leġiżlatur tal-Komunità ma kien ikollu l-ebda ħtieġa li jkun aktar espliċitu fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2003/96/KE. Għaldaqstant, il-konklużjoni tal-awtoritajiet Taljani hija li, meta jitqies l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/81/KEE, l-Istati Membri jistgħu leġittimament japplikaw tnaqqis fid-dazji tas-sisa jew eżenzjonijiet minnhom fis-settur tal-ortikultura.

(39)

L-Awtoritajiet Taljani mbagħad enfasizzaw li, fil-prattika, id-Direttiva ta’ implimentazzjoni 92/81/KEE u għalhekk id-Direttiva 2003/96/KE rriżultaw fi tfixkil tal-kompetizzjoni fis-suq intern, għaliex it-tnaqqis u l-eżenzjonijiet stipulati kienu ta’ benefiċċju għal dawk l-Istati Membri li kellhom riżorsi finanzjarji akbar u setgħu għalhekk japplikaw tnaqqis fid-dazji tas-sisa b’mod uniformi fis-settur agrikolu kollu. Minħabba li hija kellha riżorsi limitati, l-Italja ddeċidiet li tieħu azzjoni biss favur il-bdiewa tas-serer, għaliex il-miżuri ta’ tnaqqis fid-dazju tas-sisa u eżenzjoni minnu ġew adottati fil-kuntest ta’ kriżi kkawżata minn żidiet fil-prezzijiet għall-prodotti tat-tisħin. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li ma kienx ir-rwol tal-Kummissjoni li tintervjeni fir-rigward ta’ għażla ta’ prijoritajiet ta’ Stat Membru.

(40)

Fir-rigward tal-applikabilità possibbli tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali (ara l-premessa aktar ‘il fuq), l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li t-tnaqqis mogħti fid-dazji tas-sisa kien konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-linji gwida u għalhekk seta’ jibbenefika mid-derogi stabbiliti fihom ladarba, fil-fehma tagħhom, il-kwistjoni kienet tirrigwarda t-taxxi eżistenti skont it-tifsira tal-punt 51.2 tal-linji gwida. Dan il-punt jistipula li, f’dak li jirrigwarda taxxi eżistenti, għajnuna operattiva konnessa ma’ tnaqqis jew eżenzjonijiet tista’ tiġi awtorizzata jekk dawn iż-żewġ kundizzjonijiet huma t-tnejn li huma ssodisfati fl-istess waqt:

It-taxxa in kwistjoni jrid ikollha impatt pożittiv apprezzabbli f’termini ta’ ħarsien ambjentali;

id-derogi għall-azjendi kkonċernati jridu jkunu ġew deċiżi meta t-taxxa kienet ġiet adottata jew ikunu saru neċessarji bħala riżultat ta’ bidla kbira fil-kondizzjonijiet ekonomiċi illi poġġiet lill-impriżi f’sitwazzjoni kompetittiva partikolarment diffiċli. Fl-aħħar każ, l-ammont tat-tnaqqis mit-taxxa ma jistax jaqbeż iż-żieda fl-ispejjeż illi tirriżulta mill-bidla fil-kondizzjonijiet ekonomiċi. Jekk kemm-il darba ma jkunx għad hemm żieda fl-ispejjeż, it-tnaqqis ma jkunx jista’ jibqa’ japplika.

(41)

Skont l-awtoritajiet Taljani, id-dazji tas-sisa fuq il-karburanti użati fl-agrikoltura, b’mod partikolari l-gass għat-tisħin, jistgħu jitqiesu bħala taxxi ambjentali u għandhom impatt pożittiv fuq l-ambjent għaliex huma jinkoraġġixxu lill-produtturi sabiex inaqqsu l-konsum tal-karburanti.

(42)

Fir-rigward tal-punt 51.2(b) tal-linji gwida b’mod partikolari, li fuq il-bażi tiegħu kellhom jittieħdu deċiżjonijiet dwar id-derogi għall-impriżi meta ġiet adottata t-taxxa, l-awtoritajiet Taljani rreferew għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4436 tas-7 ta’ Diċembru 2005. Dik id-deċiżjoni stipulat li “id-dazji tas-sisa kkonċernati jistgħu ma jkollhomx skop ambjentali espliċitu mill-bidu u l-eżenzjonijiet ġew deċiżi fil-[…] qabel ma l-linji gwida tal-2001 dwar l-għajnuna ambjentali saru applikabbli. Għalhekk, is-sitwazzjoni tagħhom tista’ titqies bħallikieku dawn kienu ġew deċiżi fiż-żmien meta t-taxxa tas-sisa kienet ġiet adottata. Għaldaqstant, f’konformità mal-punt 51.2 tal-linji gwida, id-dispożizzjonijiet fil-punt 51.1 jistgħu jiġu applikati għall-eżenzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati f’din id-deċiżjoni”. L-awtoritajiet Taljani żiedu li t-tnaqqis fid-dazju tas-sisa ġie deċiż wara bidla fis-sitwazzjoni ekonomika (b’mod partikolari żieda qawwija fil-prezz taż-żejt) li poġġiet lill-bdiewa tas-serer f’sitwazzjoni kompetittiva partikolarment diffiċli meta mqabbla ma’ bdiewa li jkabbru l-uċuħ tar-raba’ fil-miftuħ u wasslet lill-awtoritajiet f’pajjiżi oħra sabiex jadottaw miżuri favur il-bdiewa tas-serer u s-settur tas-sajd. L-awtoritajiet indikaw li fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezz taż-zejt tal-gass għat-tisħin inbidel kif ġej: +37 % fl-1999-2000, +26 % fl-1999-2001 u +26 % fl-1999-2002. Sadanittant, l-istruttura tal-prezz kienet kif ġej (medja annwali f’EUR/litru):

EUR/litru

 

Prezz mingħajr it-taxxa

Taxxa

Prezz tal-konsumatur

1999

0,217

0,524

0,741

2000

0,342

0,523

0,865

2001

0,317

0,504

0,821

2002

0,292

0,542

0,834

2003

0,314

0,547

0,861

2004

0,354

0,555

0,909

(43)

Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Taljani ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li l-applikazzjoni tal-punt 51 tal-linji gwida xorta waħda kienet tirrikjedi li l-impriżi jħallsu parti mit-taxxa. Fil-fehma tagħhom, il-miżura adottata mill-Italja tista’ tkun kompatibbli jekk il-benefiċjarji jħallsu l-ammont minimu stabbilit fil-livell tal-Komunità (li, skont l-awtoritajiet, kien ta’ EUR 13 għal kull 1 000 kg fil-perjodu 2000-2013 u EUR 21 għal kull 1 000 kg wara dan).

(44)

Fl-aħħar nett, f’dak li jirrigwarda l-ammont totali tal-għajnuna mogħtija, l-awtoritajiet Taljani indikaw li ċ-ċifri fid-diversi Liġijiet Finanzarji kienu stimi bbażati fuq previżjonijiet tal-konsum għall-karburanti tat-tisħin u għandhom jitqiesu bħala dħul mhux miġbur minflok bħala riżorsi allokati. Fil-fehma tagħhom, kien diffiċli f’dak l-istadju li jiġi kkwantifikat il-vantaġġ miksub minn kull produttur, ladarba r-responsabbiltà għall-amministrazzjoni tas-sistema tat-taxxa kienet f’idejn ir-reġjuni, il-provinċji jew saħansitra l-muniċipalitajiet. Iċ-ċifri jintbagħtu immedjatament kif dawn ikunu disponibbli.

IX.   L-ITTRA MIBGĦUTA FIT-18 TA’ MEJJU 2009

(45)

F’din l-ittra, l-awtoritajiet Taljani affermaw, l-ewwel nett, li d-dazji tas-sisa kienu taxxi eżistenti u li, bħala tali, ma setgħux ikunu koperti mid-derogi applikabbli għalihom permezz tad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent, għar-raġunijiet ippreżentati fil-premessa 42 aktar ‘il fuq.

(46)

Dan l-argument kien segwit minn verżjoni aġġornata tat-tabella mogħtija fil-premessa 42 aktar ‘il fuq (il-kolonna tat-taxxa hija maqsuma bejn id-dazji tas-sisa u l-VAT). Skont it-tabella l-ġdida, l-istruttura tal-prezzijiet fil-perjodu taħt kunsiderazjoni kienet kif ġej (din id-darba d-dejta hija espressa f’EUR għal kull 1 000 litru):

EUR/litru

 

Prezz mingħajr it-taxxa

VAT

Dazji tas-sisa

Prezz tal-konsumatur

1999

219,83

123,5

397,67

741

2000

344,35

144,1

375,92

864,33

2001

313,4

136,7

370,11

820,22

2002

293,31

139,7

405,24

838,26

2003

314,37

143,5

403,21

861,1

2004

355,01

151,6

403,21

909,86

(47)

L-awtoritajiet Taljani enfasizzaw li, bejn l-1999 u l-2004, il-prezzijiet tal-konsumatur tad-diżil għat-tisħin kienu qed jiżdiedu b’mod kostanti, minbarra għal tnaqqis żgħir bejn l-2000 u l-2001. L-argumenti diġà ppreżentati fil-premessi 42 u 43 aktar ‘il fuq imbagħad ġew ripetuti.

(48)

F’dak li jirrigwarda l-ġustifikazzzjoni għall-miżura fid-dawl tas-sistema Taljana tat-taxxa, l-awtoritajiet Taljani ċċaraw li, fl-Italja, il-kwantitajiet tal-karburanti eżenti kienu jitqassmu fuq il-bażi tad-daqs tal-art, il-kwalità tal-uċuħ tar-raba’ u l-ammont ta’ tagħmir agrikolu effettivament użat. Għaldaqstant, jista’ jingħad li l-eżenzjoni ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tat-tip ta’ attività mwettqa u, għall-biedja tas-serer, b’mod proporzjonali, għaliex dan it-tip ta’ biedja kienet b’mod ċar dipendenti fuq id-diżil u kkaratterizzata minn kundizzjonijiet ta’ produzzjoni kompletament differenti meta mqabbla mal-biedja fil-miftuħ. Minbarra dan, l-eżenzjoni ma kienet tiffavorixxi l-ebda prodott wieħed għaliex kienet tapplika għall-prodotti kollha li jitkabbru f’serra u għaliex il-biedja tas-serer tista’ titqies bħala prattika mifruxa fis-settur agrikolu.

(49)

F’dak li jirrigwarda l-applikabilità tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat f’termini aktar ġenerali, l-awtoritajiet Taljani kienu tal-fehma li l-kundizzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu ma kinux ġew issodisfati, għaliex l-eżenzjonijiet la kienu selettivi u lanqas ma kienu jfixklu l-kompetizzjoni.

(50)

F’dak li jirrigwarda s-selettività, huma rreferew għas-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza fil-Każ T-233/04 (9). F’dik is-sentenza (paragrafu 86), il-Qorti ddikjarat li “għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 87 KE, ma tagħmilx differenza jekk is-sitwazzjoni tal-allegat benefiċjarju tal-miżura tkunx marret għall-aħjar jew għall-agħar meta mqabbla mal-istat tad-dritt preċedenti jew jekk, bil-kontra ta’ dan, ma tkunx evolviet matul iż-żmien. Għandu biss jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta’ sistema ġuridika partikolari, miżura tal-Istat tkunx tali li tiffavorixxi ‘ċerti impriżi jew ċerti produtturi’ fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli fir-rigward tal-għan imfittex mill-miżura kkonċernata”.

(51)

Fil-fehma tal-awtoritajiet Taljani, l-eżenzjoni applikata għad-diżil użat f’ambjenti mgħottija fejn jitkabbru l-prodotti agrikoli bl-ebda mod ma kienet tiddistingwi bejn impriżi fl-istess sitwazzjoni legali u fattwali jew bejn il-prodotti, ladarba l-impriżi kollha, indipendentement mill-prodotti li jipproduċu, jistgħu jagħmlu użu mill-eżenzjoni meta jkunu qed jakkwistaw il-provvisti tad-diżil tagħhom għall-biedja fis-serer.

(52)

F’dak li jirrigwarda l-probabbilità li l-miżura tfixkel il-kompetizzjoni, l-awtoritajiet Taljani rreferew għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1105, li l-premessa 43 tagħha jgħid li l-eżenzjonijiet totali u parzjali permessi mill-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/81/KEE jsegwu l-istess għanijiet bħall-miżura stipulata fid-Direttiva 2003/96/KE u huma ta’ skala pjuttost żgħira u, għalhekk, jista’ jingħad, b’analoġija, li huma m’għandhomx jikkawżaw tfixkil partikolari għall-kompetizzjoni.

(53)

L-awtoritajiet Taljani żiedu wkoll li, fil-punt 32 ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li miżuri ta’ dan it-tip applikati għall-karburanti użati fil-produzzjoni agrikola primarja ma jikkawżawx tfixkil sostanzjali għall-kompetizzjoni fid-dawl taċ-ċokon tal-azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (aktar minn 60 % tal-azjendi agrikoli għandhom anqas minn 5 ettari ta’ art agrikola utilizzata). B’din il-kunsiderazzjoni bħala l-punt tat-tluq tagħhom, huma enfasizzaw li, bl-applikazzjoni tal-istess kriterju tad-daqs, ikun diffiċli li l-eżenzjonijiet ikkonċernati jfixklu l-kompetizzjoni għaliex madwar 80 % tal-azjendi agrikoli Taljani għandhom anqas minn 5 ettari ta’ art agrikola utilizzata.

(54)

L-awtoritajiet Taljani ġabu wkoll l-argument li l-kwantità tad-diżil meħtieġ sabiex jissaħħan 1 m3 ta’ serra kienet ta’ madwar 2 litri biss. Minbarra dan, fuq il-bażi ta’ studju li sar minn Enama (Ente nazionale per la meccanizzazione agricola - Korp Nazzjonali għall-Mekkanizzazzjoni tal-Agrikoltura) dwar il-konsum tad-diżil f’14 mill-20 reġjun tal-Italja, id-diżil użat fis-serer (167 436 001 litru) kien jirrappreżenta biss 11,77 % tal-konsum tad-diżil agrikolu fl-2002 u 10,67 % fl-2003.

(55)

Wara li pprovdew dawn il-kjarifiki f’sostenn tal-fehma tagħhom li l-eżenzjonijiet ikkonċernati ma kinux jinkludu elementi ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, l-awtoritajiet Taljani reġgħu enfasizzaw in-natura trasversali tal-eżenzjonijiet, enfasizzaw ukoll il-fatt li l-produtturi agrikoli kollha setgħu jibbenefikaw minnhom jekk iwettqu attivitajiet ta’ biedja fis-serer u ssottolineaw li l-kriterju tan-nondiskriminazzjoni ma setax jiġi applikat retroattivament, għar-raġunijiet ta’ aspettattivi leġittimi u ċertezza legali.

X.   VALUTAZZJONI

(56)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda d-differenza bejn l-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer, fuq naħa, u l-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa fuq iż-żejt tat-tisħin użat bħala karburant, fuq in-naħa l-oħra.

(57)

Meta jitqiesu l-argumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Taljani fir-risposti tagħhom għall-ewwel u t-tieni ftuħ tal-proċedura, huwa neċessarju l-ewwel nett li jiġi eżaminat jekk l-iskema fihiex elementi ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(58)

Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti hija, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, inkompatibbli mas-suq komuni.

(59)

L-iskema li qed tiġi eżaminata tissodisfa din d-definizzjoni, mhux biss għaliex hija ffinanzjata bir-riżorsi tal-Istat (bl-għoti ta’ eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa, l-Istat iċedi dħul speċifiku li kieku kien jiġbor), iżda wkoll għaliex tiffavorixxi ċerti impriżi (impriżi fis-settur tal-agrikoltura u, fi ħdan dak is-settur, dawk li jipprattikaw il-biedja fis-serer) u tista’ taffettwa l-kummerċ jew tfixkel il-kompetizzjoni, fid-dawl tal-pożizzjoni tal-Italja fil-qasam tal-produzzjoni agrikola fis-serer (pereżempju, f’termini ta’ daqs tal-art tas-serer użati għall-produzzjoni tal-ħaxix frisk, fl-2000 u fl-2003 l-Italja kienet fit-tieni post fost il-pajjiżi produtturi fl-Unjoni Ewropea; fl-2000 u fl-2001 l-Italja kienet l-akbar produttur tal-ħaxix fl-Unjoni Ewropea u, fl-aħħar nett, fil-perjodu li jikkonċernaw il-proċeduri relevanti, l-Italja kienet it-tieni l-akbar pajjiż Ewropew f’termini ta’ daqs tal-art użata għall-produzzjoni agrikola fis-serer).

(60)

Waqt li kienet qed tiġi eżaminata l-kwistjoni, l-awtoritajiet Taljani użaw serje ta’ argumenti sabiex jiddefendu l-pożizzjoni tagħhom li l-iskema ma kienx fiha elementi ta’ għajnuna mill-Istat:

fuq il-bażi tal-ftehim politiku milħuq mill-Kunsill u l-Kummissjoni fil-Kunsill tal-Ecofin fid-19 ta’ Marzu 2003, id-derogi minn sistema ġenerali [tat-taxxa] jew id-differenzi fi ħdanha li kienu ġġustifikati min-natura jew mill-karatteristiċi ġenerali tas-sistema tat-taxxa ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Minbarra dan, fl-Italja l-eżenzjonijiet kienu konsistenti mas-sistema tat-taxxa Taljana għaliex kienu applikabbli għall-prodotti kollha mkabbra fis-serer u għaliex il-kwantitajiet tal-karburant eżenti mid-dazju tas-sisa kienu mqassma fuq il-bażi tal-attività mwettqa;

fuq il-bażi tal-estimi u d-dejta disponibbli, l-iskema kkonċernata “ma kenitx ta’ ħsara għall-funzjonament korrett tas-suq intern u ma rriżultatx fi tfixkil għall-kompetizzjoni” (ara l-premessi 30 u 31);

l-eżenzjonijiet la kienu selettivi u lanqas ma kienu tali li jfixklu l-kompetizzjoni.

(61)

Għandu jiġi l-ewwel nett enfasizzat li l-ebda ftehim politiku ma jista’ jibdel il-kunċett ta’ għajnuna kif definit b’mod oġġettiv fit-Trattat.

(62)

F’dak li jirrigwarda l-argument li l-eżenzjonijiet huma ġġustifikati min-natura jew il-karatteristiċi ġenerali tas-sistema tat-taxxa, il-Kummissjoni temmen li eżenzjonijiet speċifiċi tad-dazju tas-sisa, li huma limitati għal tip speċifiku ta’ produzzjoni (fil-każ ikkonċernat, il-produzzjoni agrikola fis-serer li rċeviet eżenzjonijiet akbar mit-tkabbir fl-għelieqi miftuħa) ma jistgħux jiġu ġġustifikati min-natura u l-loġika tas-sistema tat-taxxa fejn il-liġi tal-Komunità titlob li l-Istati Membri fil-prinċipju jimponu dazji tas-sisa (10). L-istess kunsiderazzjoni tapplika meta l-liġi tal-Komunità ma tipprovdix għall-għoti tal-eżenzjonijiet ikkonċernati. L-argument li l-eżenzjonijiet huma validi għall-prodotti kollha li jitkabbru fis-serer mhux relevanti f’dan il-każ, għaliex fergħat sħaħ tas-settur tal-produzzjoni agrikola rċevew eżenzjonijiet iżgħar minn dawk mogħtija lill-bdiewa bis-serer u, jekk kif qed jgħidu l-awtoritajiet Taljani, il-kwantitajiet tal-karburant eżenti tqassmu fuq il-bażi tal-attività mwettqa, il-loġika tas-sistema tat-taxxa kien jitlob li l-eżenzjoni tkun l-istess għall-attivitajiet kollha bbażati fuq l-użu tad-diżil.

(63)

Il-kwistjoni tas-selettività diġà ġiet studjata fil-premessa 58 aktar ‘il fuq. Fir-rigward tas-sentenza fil-Każ T-233/04, il-Kummissjoni tinnota, fid-dawl tal-premessa 25 u 26 aktar ‘il fuq, li, filwaqt li huwa veru li l-operaturi fis-settur agrikolu li jużaw id-diżil setgħu jibbenefikaw minn eżenzjonijiet, il-bdiewa bis-serer madankollu rċevew eżenzjonijiet akbar. L-operaturi kollha jinsabu f’sitwazzjoni finanzjarja komparabbli, ladarba jużaw id-diżil għall-produzzjoni u huma għalhekk affettwati sal-istess punt mill-għan tal-miżura (li jittaffew l-effetti taż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt), indipendentement mill-istatus legali tagħhom. Il-fatt li, f’sitwazzjoni komparabbli, xi operaturi setgħu jgawdu minn eżenzjonijiet akbar minn dawk ta’ oħrajn juri li l-iskema tinkludi element ta’ selettività.

(64)

Il-Kummissjoni tirrifjuta l-argumenti tal-awtoritajiet Taljani li l-iskema ma tipperikolax il-funzjonament korrett tas-suq intern u ma tirriżultax fi tfixkil għall-kompetizzjoni:

id-deċiżjoni li l-awtoritajiet Taljani rreferew għaliha (ara l-premessa 52 aktar ‘il fuq) ikkonkludiet li l-għajnuna mill-Istat eżistiet iżda setgħet tiġi approvata fuq il-bażi ta’ deroga taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat. Madankollu, din id-deroga ma tistax tintuża sabiex turi li m’hemmx elementi ta’ għajnuna mill-Istat fl-iskema li qed tiġi eżaminata (din il-kunsiderazzjoni tapplika wkoll għall-argument tal-awtoritajiet Taljani ppreżentat fil-premessa 53 aktar ‘il fuq);

id-dejta msemmija fl-premessa 54 aktar ‘il fuq mhix sħiħa (14-il reġjun minn 20) u m’hemm xejn li jgħid li hija rappreżentattiva: mhuwiex fil-fatt possibbli li jinstab minnha jekk ir-reġjuni li għalihom ingħatat id-dejta humiex ir-reġjuni li fihom il-produzzjoni fis-serer hija l-aktar imxerrda. Minbarra dan, id-dejta dwar il-konsum fis-settur agrikolu tindika minflok li d-diżil huwa input sinifikanti fil-produzzjoni agrikola. Fi kwalunkwe każ, huwa biżżejjed li l-għajnuna ssaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva ta’ impriża meta mqabbla ma’ dik ta’ impriżi oħra li qed jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju biex ikun probabbli li din tirriżulta fi tfixkil tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ intra-Komunitarju (11). Dan huwa l-każ fil-kwistjoni li qed tiġi eżaminata, ladarba l-eżenzjoni tiffavorixxi l-impriżi Taljani li jabbru l-prodotti agrikoli fis-serer fuq impriżi li joperaw fl-istess settur fl-Istati Membri l-oħra.

(65)

L-awtoritajiet Taljani qalu wkoll, b’risposta għall-ftuħ inizjali tal-proċedura, li l-għajnuna kkonċernata ma kenitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat iżda li kellha tiġi eżaminata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 92/81/KEE u 2003/96/KE. Huma waslu għal din il-konklużjoni fuq il-bażi tal-argument li l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat tkun eskluża mill-fatt sempliċi li Direttiva tal-UE tistabbilixxi l-possibilità li jingħataw eżenzjonijiet mit-taxxi. Dan l-argument ġie repetut b’risposta għall-mandat ta’ informazzjoni mibgħut lilhom.

(66)

Il-Kummissjoni ma tistax taqbel ma’ dan l-argument. Fil-fatt, is-sitt premessa tad-Direttiva 92/81/KEE tippermetti li l-Istati Membri “japplikaw fuq bażi fakultattiva […] eżenzjonijiet oħra […], fejn dan ma jwassalx għal tfixkil tal-kompetizzjoni”. Minbarra dan, l-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva jistipula li l-Istati Membri jistgħu japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis totali jew parzjali “bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità”. Bir-referenza tagħha għall-eżistenza tar-riskju ta’ tfixkil tal-kompetizzjoni, id-Direttiva 92/81/KEE ma teskludix il-possibilità li eżenzjonijiet li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Ta’ min jiftakar li s-setgħat tal-Kummissjoni fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat ġejjin direttament mit-Trattat u li dawn is-setgħat ma jistgħux jiġu ristretti minn Direttiva li l-għan tagħha huwa li tarmonizza taxxa fuq il-livell Ewropew.

(67)

Minbarra dan, il-Premessi 15 u 24 fil-preambolu tad-Direttiva 2003/96/KE jiddikjaraw li miżuri li jkollhom l-għan li jistabbilixxu rati nazzjonali differenzjati ta’ taxxa għandhom ikunu konformi mar-regoli tas-suq intern u tal-kompetizzjoni sabiex ma jirriżultawx fi tfixkil tal-kompetizzjoni. L-obbligu li jiġu applikati r-regoli dwar il-kompetizzjoni huwa kkonfermat mill-Artikolu 26 ta’ dik id-Direttiva, li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-miżuri kkonċernati jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u, f’dawn il-każijiet, għandhom jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Dak l-Artikolu jistabbilixxi b’mod ċar li l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ dik id-Direttiva ma teħlisx lill-Istati Membri mill-obbligu tan-notifika skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(68)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Taljani stess affermaw (ara l-premessa 39 aktar ‘il fuq) li l-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet tfixkel il-kompetizzjoni, element karatteristiku tal-għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(69)

Meta jitqiesu dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa applikati taħt l-iskema kkonċernata jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(70)

Madankollu, fil-każijiet previsti mill-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat, dawn il-miżuri jistgħu, b’deroga, jiġu kkunsidrati bħala kompatibbli mas-suq komuni.

(71)

Id-derogi previsti mill-Artikolu 87(2) tat-Trattat jirrigwardaw l-għajnuna ta’ tip soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, l-għajnuna biex tikkumpensa għad-danni maħluqa minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali u l-għajnuna mogħtija għall-ekonomija ta’ xi reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u ma japplikawx f’dan il-każ, indipendentement minn min huma l-benefiċjarji tal-iskema.

(72)

Il-Kummissjoni hi tal-fehma li d-derogi taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat dwar l-iżvilupp ta’ reġjuni speċifiċi ma japplikawx għall-iskema kkonċernata, ladarba din l-iskema ma tinvolvix għajnuna għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni speċifiċi fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn hemm nuqqas serju ta’ impjiegi.

(73)

Fir-rigward tad-deroga skont l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat, huwa biżżejjed li wieħed jirrimarka l-fatt li l-iskema tat-taxxa kkonċernata mhix proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew u m’għandhiex l-għan li tirrimedja għal taqlib serju fl-ekonomija Taljana. Hija lanqas ma tipprova tippromwovi l-kultura u l-preżervazzjoni tal-patrimonju skont it-tifsira tad-deroga fl-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat.

(74)

Għaldaqstant, l-unika deroga li jista’ jsir rikors għaliha hija dik stabbilita fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, li skontha l-għajnuna tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni jekk hija intiża sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, sakemm dan ma jaffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li huwa kuntrarju għall-interess komuni.

(75)

Billi l-għajnuna taħt l-iskema kkonċernata hija għajnuna mhux notifikata, il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni trid tiġi analizzata fid-dawl tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat li kienu fis-seħħ meta ngħatat, kif stabbiliti fl-avviż tal-Kummissjoni dwar ir-regoli applikabbli għall-valutazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat illegali (12).

(76)

Filwaqt li huwa veru li l-premessa 172 tal-linji gwida l-ġodda tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u l-forestrija 2007-2013 (13) iqisu li xi għajnuna illegali mogħtija wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/96/KE hija kompatibbli mas-suq komuni, skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3), dan japplika biss fejn l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet tad-Direttiva u ma jkunx hemm differenzjazzjoni fi ħdan is-settur agrikolu. L-istess japplika għall-għajnuna mogħtija b’mod illegali fuq il-bażi tad-Direttiva 92/81/KEE.

(77)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 92/81/KEE jistipula li “l-Istati Membri għandhom jimponu dazju tas-sisa armonizzat fuq iż-żjut minerali f’konformità ma’ din id-Direttiva”. L-Artikolu 1(2) jgħid li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rati tagħhom f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tad-dazju tas-sisa fuq iż-żjut minerali (14).

(78)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/82/KEE jipprovdi għal dazju tas-sisa fuq id-diżil ta’ ECU 18 għal kull 1 000 litru ta’ diżil użat għal magni fissi, impjanti u makkinarju użati fil-kostruzzjoni, inġinerija ċivili jew xogħlijiet pubbliċi jew vetturi maħsuba għal użu mhux fuq toroq pubbliċi jew li ma ngħatawx awtorizzazzjoni għall-użu prinċipali fuq toroq pubbliċi.

(79)

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 92/81/KEE jgħid li “żjut minerali minbarra dawk li għalihom livell ta’ dazju huwa speċifikat fid-Direttiva 92/82/KEE tar-rati għandhom ikunu suġġetti għad-dazju tas-sisa jekk maħsuba għall-użu, offruti għall-bejgħ jew użati bħala karburant għat-tisħin jew karburat għall-magni. Ir-rati tad-dazju li għandha tinżamm għandha tkun stabbilita, skont l-użu, bir-rata għall-karburant tat-tisħin jew tal-magni ekwivalenti”. (It-EUR 13 indikati mill-awtoritajiet Taljani (ara l-premessa 43 aktar ‘il fuq) huma d-dazju applikabli għall-karburant tat-tisħin jew karburant tal-magni ekwivalenti, jiġifieri d-dazju għaż-żejt tqil stabbilit għal EUR 13 kull 1 000 kg fl-Artikolu 6 tad-Direttiva msemmija l-aħħar).

(80)

Madankollu, l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/81/KEE jistipula li “bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis totali jew parzjali fir-rata tad-dazju fuq iż-żjut minerali użati taħt kontroll fiskali […] esklussivament f’xogħlijiet agrikoli u ortikulturali, u fil-forestrija u s-sajd intern”.

(81)

F’konformità mad-Direttiva 2003/96/KE, li ilha applikabbli sa mill-1 ta’ Jannar 2004 (15), ir-rata minima ta’ dazju tas-sisa fuq id-diżil hija stabbilita għal EUR 21 għal kull 1 000 litru (Artikolu 9 tad-Direttiva flimkien mat-Tabella C fl-Anness I tad-Direttiva). Din id-Direttiva fiha wkoll dispożizzjoni analoga għal dik fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/81/KEE, jiġifieri l-Artikolu 15(3) skont liema “l-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ taxxi ta’ żero fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għax-xogħlijiet agrikoli, ortikulturali jew pexxikulturali, u fil-forestrija”.

(82)

Taħt iż-żewġ Direttivi msemmija hawn fuq, għalhekk, kien possibbli li jingħataw eżenzjonijiet totali mid-dazju tas-sisa. Madankollu, billi l-iskema ta’ għajnuna kkonċernata tistabbilixxi differenzjazzjoni bejn l-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa li huma għall-benefiċċju ta’ ċerti impriżi agrikoli, hija ma tistax tiġi ddikjarata bħala kumpatibbli mas-suq komuni fid-dawl tal-punt 172 tal-linji gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura u l-forestrija 2007-2013 (16).

(83)

Għall-perjodu kollu kopert miż-żewġ proċeduri mibdija fir-rigward tal-eżenzjonijiet mid-dazju tas-sisa (mit-3 ta’ Ottubru 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2004 - ara l-premessi 25 u 27 aktar ‘il fuq), ir-regoli applikabbli għall-għajnuna mill-Istat kienu dawk stabbiliti fil-linji gwida tal-Komunità għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-agrikoltura (17) (minn hawn “il quddiem ‘il-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000”).

(84)

Il-Kummissjoni tqis li, meta titqies in-natura tagħha (eżenzjonijiet totali mid-dazju tas-sisa), l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna unilaterali mill-Istat li hija sempliċiment maħsuba sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi mingħajr ma tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur. Din l-osservazzjoni hija sostnuta mill-fatt li, fl-informazzjoni addizzjonali li pprovdew, l-awtoritajiet Taljani spjegaw li r-raġuni għall-għoti tal-għajnuna kienet iż-żieda fil-prezz taż-żejt (ara l-premessa 39 aktar ‘il fuq).

(85)

F’konformità mal-punt 3.5 tal-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000, din l-għajnuna hija għajnuna operattiva li hija inkompatibbli mas-suq komuni.

(86)

Madankollu, il-punt 5.5 tal-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000 jippermetti eċċezzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-punt 3.5 imsemmi aktar ‘il fuq għall-għajnuna operattiva għal finijiet ambjentali.

(87)

B’mod partikolari, il-punt 5.5.4 tal-linji gwida tal-2000 dwar l-agrikoltura jirreferi għall-każ speċifiku ta’ eżenzjonijiet parzjali jew totali mit-taxxi ambjentali. Hawn, wara li esprimiet xi riżervi, il-Kummissjoni ddikjarat li din l-għajnuna tista’ tiġi aċċettata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

jekk l-għajnuna hija temporanja (tul massimu ta’ ħames snin) u digressiva;

jekk jista’ jintwera li l-għajnuna hija neċessarja sabiex jiġi kkumpensat telf ta’ kompetittività internazzjonali;

jekk l-iskema tal-għajnuna tikkostitwixxi inċentiva reali għat-tnaqqis tal-inputs ikkonċernati.

(88)

Fil-każ li qed jiġi eżaminat, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mhix digressiva għaliex, fid-dawl tad-diversi artikoli tal-Liġijiet Finanzjarji li pprovdew għall-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa, l-eżenzjoni kienet parzjali sal-31 ta’ Diċembru 2000 u mbagħad totali għal kull wieħed mill-perjodi msemmija fil-premessa 27 aktar ‘il fuq. Minbarra dan, l-għajnuna ma kenitx temporanja ladarba, fir-realtà, bl-eċċezjoni tat-tieni nofs tal-2001, l-eżenzjonijiet kienu permanenti għall-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Minkejja li l-awtoritajiet Taljani ċertament irreferew għall-eżistenza ta’ sitwazzjoni kompetittiva diffiċli (ara l-premessa 42 aktar ‘il fuq), huma ma pprovdewx informazzjoni li tipprova t-telf ta’ kompetittività. Fl-aħħar nett, jidher implawżibbli li sistema ta’ eżenzjonijiet li, min-natura tagħha, traħħas il-prezz tal-karburant, tista’ twassal lill-benefiċjarji sabiex inaqqsu l-użu tagħhom tal-inputs ikkonċernati (kemm is-serer u, b’estensjoni, il-karburanti nfushom, jekk dawn jitqiesu bħala inputs).

(89)

L-għajnuna mill-Istat ikkonċernata għalhekk ma tistax titqies bħala ġġustifikata mid-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000 li jippermettu li għajnuna operattiva pura titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni.

(90)

Madankollu, il-punt 5.6.2 tal-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000 jipprovdi wkoll għall-possibiltà li l-għajnuna tiġi vvalutata każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finijiet ambjentali.

(91)

Meta jitqies il-perjodu li għalih jirreferu ż-żewġ proċeduri, ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat li għandhom jiġu kkunsidrati għall-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna kkonċernata huma dawn li ġejjin:

għall-perjodu mit-3 ta’ Ottubru 2000 sat-2 ta’ Frar 2001, il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali li kienu ilhom fis-seħħ sa mill-1994 (minn hawn “il quddiem ‘il-linji gwida tal-1994”) (18);

għall-perjodu mit-3 ta’ Frar 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2004, il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali li kienu ilhom fis-seħħ sa mit-3 ta’ Frar 2001 (minn hawn “il quddiem ‘il-linji gwida tal-2001”) (19).

(92)

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-1994 (punt 3.4), il-Kummissjoni tista’ tagħmel eċċezzjoni għar-regola li l-għajnuna operattiva mhix permessa, sakemm din l-għajnuna tkun biss kumpens għall-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni meta mqabbla mal-ispejjeż tradizzjonali tal-produzzjoni, sakemm hija temporanja u fil-prinċipju digressiva u sakemm tipprovdi inċentiva għat-tnaqqis tat-tniġġis jew għall-introduzzjoni aktar mgħaġġla ta’ użi aktar effiċjenti tar-riżorsi.

(93)

Il-Punt 3.4 jgħid ukoll li l-ħelsien temporanju minn taxxi ambjentali ġodda jista’ jkun awtorizzat meta jkun meħtieġ sabiex jiġi kkumpensat telf fil-kompetittività, partikolarment fuq il-livell internazzjonali. Fattur ieħor li jrid jitqies huwa dak li l-impriżi kkonċernati jridu jagħmlu fi skambju ma’ dan, sabiex inaqqsu t-tniġġis tagħhom. Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-eżenzjonijiet mit-taxxa introdotti skont leġiżlazzjoni tal-KE.

(94)

Minbarra l-fatt li, kif indikat fl-analiżi mwettqa fid-dawl tal-punt 5.5.4 tal-linji gwida tal-2000 tal-agrikoltura, l-għajnuna la hija temporanja u lanqas digressiva u ma fiha l-ebda inċentiva, il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha bl-ebda mod ma turi li l-għajnuna hija limitata strettament biex tikkumpensal-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni meta mqabbla mal-ispejjeż tradizzjonali tal-produzzjoni. Għaldaqstant, l-għajnuna ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 92 aktar ‘il fuq li jippermettulha li titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni.

(95)

Minbarra dan, fil-każ ikkonċernat, il-kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 93 aktar ‘il fuq mhumiex relevanti, ladarba l-għajnuna ma tikkonċernax taxxi ġodda (id-dazji tas-sisa kienu jeżistu qabel il-perjodu li għalih jirreferu ż-żewġ proċeduri: bħala eżempju, l-Artikolu 24(3) tal-Liġi Nru 388 tat-23 ta’ Diċembru 2000, li introduċa l-eżenzjoni totali mid-dazju tas-sisa għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju 2001, jirreferi għal-Liġi Nru 662/1996 li tirrigwarda d-dazji tas-sisa u li, min-naħa tagħha, tirreferi għad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1995 li jistabbilixxi t-Test Konsolidat tad-Dispożizzjonijiet Leġiżlattivi dwar it-Taxxi fuq il-Produzzjoni u l-Konsum). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Taljani ma kkontestawx il-fatt li d-dazji kkonċernati huma “taxxa eżistenti”. Minbarra dan, huma qatt ma qalu li dawn it-taxxi kienu ġew introdotti reċentament (ara l-premessi 40 u 45 aktar ‘il fuq).

(96)

Għaldaqstant, din l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tal-linji gwida tal-1994.

(97)

Il-linji gwida tal-2001 jagħmlu distinzjoni bejn taxxi ġodda (punt 51.1) u taxxi eżistenti (punti 51.2 u 52).

(98)

Il-Kummissjoni tqis li d-dazji tas-sisa koperti mill-eżenzjoni għandhom jitqiesu bħala taxxi eżistenti fil-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, ladarba, minbarra l-kunsiderazzjonijiet ippreżentati fil-premessa 95 aktar ‘il fuq, l-eżenzjonijiet ġew deċiżi f’kull sena fil-Liġijiet Finanzjarji differenti pjuttost milli f’liġi waħda adottata b’derogi awtomatiċi fi żmien wieħed matul il-perjodu kkonċernat. Minbarra dan, kif diġà osservat il-Kummissjoni fil-premessa 95 aktar ‘il fuq, l-awtoritajiet Taljani qatt ma kkontestaw il-fatt li t-taxxi kkonċernati huma “taxxa eżistenti” u qatt ma qalu li dawn kienu ġew introdotti reċentement.

(99)

Kif indikat fil-premessa 40 aktar ‘il fuq, il-punt 51.2 tal-linji gwida tal-2001 jippermetti li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni applikabbli għal taxxi ġodda (stabbiliti fil-punt 51.1) jiġu applikati għat-taxxi eżistenti jekk iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ikunu t-tnejn li huma ssodisfati fl-istess waqt:

It-taxxa in kwistjoni jkollha impatt pożittiv apprezzabbli f’termini ta’ ħarsien ambjentali;

id-derogi għall-azjendi kkonċernati jridu jkunu ġew deċiżi meta t-taxxa kienet ġiet adottata jew ikunu saru neċessarji bħala riżultat ta’ bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet ekonomiċi li tpoġġi lill-impriżi f’sitwazzjoni kompetittiva partikolarment diffiċli. Fl-aħħar każ, l-ammont tat-tnaqqis ma jistax jaqbeż iż-żieda fl-ispejjeż illi tirriżulta minn bidla fil-kondizzjonijiet ekonomiċi. Jekk kemm-il darba ma jkunx għad hemm żieda fl-ispejjeż, it-tnaqqis ma jkunx jista’ jibqa’ japplika.

(100)

Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li taxxa bħal dazju tas-sisa fuq id-diżil għat-tisħin, li l-effett tagħha huwa li żżid il-prezz tad-diżil, tista’ tikkawża lill-utenti sabiex inaqqsu l-konsum tad-diżil b’effetti pożittivi fir-rigward tal-ħarsien ambjentali. Madankollu, l-eżenzjonijiet ikkonċernati ġew stabbiliti sena wara l-oħra, saħansitra b’interruzzjoni bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Diċembru 2001 (ara l-premessa 27 aktar ‘il fuq) u l-awtoritajiet Taljani la ppruvaw u lanqas qatt ma qalu li dawn id-derogi kienu ġew deċiżi meta t-taxxa ġiet adottata. Għall-kuntrarju, huma saħqu li d-derogi ġew adottati biss sabiex jaffrontaw sitwazzjoni ta’ diffikultà ekonomika, jiġifieri ż-żieda fil-prezzijiet tal-karburanti tal-magni u tat-tisħin.

(101)

Mhux possibbli li jiġi aċċettat l-argument ippreżentat mill-awtoritajiet Taljani li l-Kummissjoni għandha twettaq l-analiżi tagħha bħallikieku l-eżenzjonijiet kienu ġew deċiżi meta ġiet introdotta t-taxxa. Effettivament, l-awtoritajiet Taljani rreferew għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4436 (ara l-premessa 42 aktar ‘il fuq). F’din id-Deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, il-premessa 74 tagħha), il-Kummissjoni bbażat l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-fatt li l-eżenzjonijiet kienu ġew deċiżi ħafna qabel ma saru applikabbli l-linji gwida dwar l-għajnuna ambjentali tal-2001. Madankollu, fil-każ li qed jiġi eżaminat, għandu jiġi nnutat li l-ewwel eżenzjonijiet imorru lura għal Ottubru 2000, jiġifieri ftit qabel ma dawn il-linji gwida saru applikabbli. Għandu jiġi enfasizzat li l-awtoritajiet Taljani fl-ebda stadju ma bbażaw ruħhom fuq eżenzjonijiet li kienu ngħataw qabel.

(102)

Min-naħa l-oħra, fir-rigward tat-tieni kundizzjoni fil-premessa 51.2, it-tieni subparagrafu, tal-linji gwida tal-2001, l-awtoritajiet Taljani ma pprovdewx evidenza li turi bidla sinifikanti fil-kundizzjonijiet ekonomiċi li setgħet poġġiet lill-impriżi f’sitwazzjoni kompetittiva partikolarment diffiċli (ara l-premessa 88 aktar ‘il fuq) jew ippruvaw li l-ammont tal-eżenzjoni ma kienx jeċċedi ż-żieda fl-ispejjeż li rriżultat mill-bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kwistjoni tas-sitwazzjoni kompetittiva, id-dejta fit-tabelli ppreżentati fil-premessi 42 u 46 aktar ‘il fuq ma fihomx informazzjoni komparativa. Għaldaqstant, huma ma jagħmluhiex possibbli li jiġi identifikat xi deterjorament fis-sitwazzjoni kompetittiva tal-impriżi Taljani involuti fil-kultivazzjoni fis-serer. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat ukoll li ż-żieda fil-prezz tal-prodotti taż-żejt laqtet l-Ewropa kollha u mhux lill-Italja biss.

(103)

Ladarba waħda miż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 99 aktar ‘il fuq ma ġietx issodisfata, id-dispożizzjonijiet tal-punt 51.2 tal-linji gwida tal-2001 ma jistgħux jiġu applikati - u għalhekk lanqas dawk tal-punt 51.1.

(104)

Fil-każ alternattiv, anki li kieku d-dispozzjonijiet tal-punt 51.2 kienu applikabbli, l-eżenzjonjiet li qed jiġu eżaminati ma kinux ikunu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt il-punt 51.1 li jistipula li:

“Meta Stat Membru jintroduċi taxxa ġdida f’settur ta’ attività jew fuq produzzjoni illi fir-rigward tagħha mhemmx armonizzazzjoni mill-Komunità dwar it-taxxa fuqhom jew meta t-taxxa prevista mill-Istat Membru taqbeż dik stabbilita mil-leġislazzjoni tal-Komunità, il-Kummissjoni tieħu l-opinjoni illi d-deċiżjonijiet fir-rigward tal-eżenzjonijiet illi jkopru perjodu ta’ għaxar snin mingħajr ebda digressività jistgħu jiġu ġġustifikati f’żewġ każijiet:

(a)

dawn l-eżenzjonijiet huma kondizzjonijiet fuq il-konklużjoni tal-ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-azjendi illi jirċevuhom fejn l-azjendi jew l-assoċjazzjonijiet tal-azjendi jintrabtu illi jilħqu l-għanijiet tal-ħarsien tal-ambjent waqt il-perjodu li għalih l-eżenzjonijiet japplikaw jew meta l-azjendi jilħqu l-ftehim volontarju illi għandhom l-istess effett. Dan il-ftehim jew obbligazzjonijiet jistgħu jirrelataw, fost affarijiet oħra, għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, tnaqqis fl-emissjonijiet jew kwalunkwe miżura oħra tal-ambjent. Is-sustanza tal-ftehim għandha tkun innegozjata minn kull Stat Membru u ser tkun tista’ tiġi stmata mill-Kummissjoni meta l-proġetti ta’ għajnuna jiġu nnotifikati liha. L-istati Membri jridu jassiguraw illi jkun hemm monitoraġġ strett tal-obbligazzjonijiet illi l-azjenda jew l-assoċjazzjonijiet tal-azjendi jkunu daħlu għalihom. Il-ftehim milħuq bejn Stat Membru u l-azjenda in kwestjoni jrid jistipula l-arranġamenti għall-penali illi jkunu applikabbli jekk l-obbligazzjonijiet ma jiġux milħuqa.

Dawn id-disposizzjonijiet japplikaw ukoll meta Stat Membru jagħmel tnaqqis fit-taxxa li jkun suġġett għall-kondizzjonijiet illi jkollu l-istess effett bħall-ftehim jew obbligazzjonijiet imsemmijin hawn fuq;

(b)

dawn l-eżenzjonijiet m’għandhomx għalfejn ikunu kondizzjonali fuq l-ilħuq tal-ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-azjenda illi skun ser tirċevihom jekk il-kondizzjonijiet alternattivi illi ġejjin jiġu sodisfatti:

meta t-tnaqqis jirrigwarda taxxa tal-Komunità, l-ammont li jkun effettivament tħallas mill-azjenda wara t-tnaqqis jrid jibqa’ ogħla mill-minimu tal-Komunità sabiex jipprovdi lill-azjenda b’inċentiv sabiex ittejjeb il-ħarsien tal-ambjent,

meta t-tnaqqis jirrigwarda taxxa domestika imposta fl-assenza ta’ taxxa tal-Komunità, l-azjenda eliġibbli għat-tnaqqis tista’, madankollu, tħallas proporzjon sinnifikanti mit-taxxa nazzjonali.”

(105)

Fil-każ preżenti, id-dazji tas-sisa applikati kienu ċertament ogħla (qabel l-eżenzjonijiet u t-tnaqqis) mil-livell armonizzat tat-taxxi (ara l-premessi 43 u 46), iżda ma jidhirx li ftehimiet bħal dawk stipulati fil-punt 51.1(a) ġew konklużi bejn l-Istat Membru u l-benefiċjarji jew li ftehimiet simili ġew volontarjament iffirmati minn dawn tal-aħħar (il-Kummissjoni ma ġietx innotifikata dwar ftehimiet bħal dawn). Minbarra dan, l-awtoritajiet Taljani enfasizzaw li l-eżenzjonijiet ikkonċernati ngħataw sabiex tkun tista’ tiġi ffaċċjata sitwazzjoni ekonomika diffiċli u qatt ma rreferew għal xi miżura ambjentali li kienu obbligati li jwettqu l-benefiċjarji min-naħa tagħhom.

(106)

L-alternattiva stipulata fil-punt 51.1(b) għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ma tistax tiġi applikata f’dan il-każ għaliex, matul il-parti tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni li ġiet wara li l-linji gwida tal-2001 saru applikabbli, il-bdiewa bis-serer gawdew minn eżenzjoni totali mid-dazju tas-sisa u għalhekk ma ħallsux ammont akbar mill-minimu tal-Komunità (20), f’livell tali li jinkoraġġihom li jieħdu azzjoni sabiex itejbu l-ħarsien ambjentali, kif stipulat fil-linji gwida tal-2001 fil-każijiet fejn it-tnaqqis jirrigwarda taxxa tal-Komunità.

(107)

Madankollu, il-punt 52 tal-linji gwida tal-2001 jgħid li fejn taxxa eżistenti tiġi miżjuda b’mod sinifikanti u fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun tal-fehma li deroga hija meħtieġa għal ċerti impriżi, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 51.1 fir-rigward ta’ taxxi ġodda huma applikabbli b’analoġija. Għalhekk, huwa l-ewwel neċessarju li jiġi eżaminat jekk id-dazji tas-sisa żdiedux b’mod sinifikanti.

(108)

It-tabella fil-punt 46 aktar ‘il fuq turi li d-dazji tas-sisa ma żdiedux b’mod sinifikanti, ladarba l-varjazzjoni tagħhom kienet kif ġej: –5,4 % bejn l-1999 u l-2000, –6,98 % bejn l-1999 u l-2001, +1,9 % bejn l-1999 u l-2002 u +1,3 % bejn l-1999 u l-2003. Minn sena għall-oħra, it-tibdiliet kienu kif ġej: –5,4 mill-1999 għall-2000, –1,6 % mill-2000 għall-2001, +9,5 % mill-2001 għall-2002 u –0,5 % mill-2002 għall-2003. Għalhekk wieħed jista’ jara li d-dazji tas-sisa naqsu b’mod kostanti minbarra bejn l-2001 u l-2002. Madankollu, iż-żieda li saret matul dak il-perjodu ma tistax titqies bħala sinifikanti għaliex, fil-fatt, ma kellha prattikament l-ebda effett fuq ix-xejriet fil-prezz, għall-konsumaturi, tad-diżil għat-tisħin (skont l-informazzjoni pprovduta fit-tabella, il-prezz għall-konsumaturi tad-diżil għat-tisħin żdied bi 2,2 % biss matul dawk is-sentejn). Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tal-punt 52 tal-linji gwida tal-2001 ma jistgħux jiġu applikati f’dan il-każ.

(109)

Fl-aħħar nett, il-punt 53 tal-linji gwida tal-2001 jgħid li “meta t-tnaqqis jikkonċerna taxxa illi ma tkunx armonizzata fuq il-livell tal-Komunità u meta t-taxxa domestika tkun anqas minn jew egwali għall-minimu tal-Komunità, il-Kummissjoni tkun tal-opinjoni illi l-eżenzjonijiet fit-tul mhumiex ġustifikabbli. F’dan il-każ, kwalunkwe eżenzjonijiet mogħtija jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 45 u 46 u jridu, fi kwalunkwe każ, ikunu koperti minn awtorizzazzjoni espressa illi jidderogaw mill-minimu tal-Komunità.”

(110)

Il-punt 45 tal-linji gwida tal-2001 jgħid li t-tul tal-għajnuna għandu jkun limitat għal ħames snin meta l-għajnuna tkun digressiva u li l-intensità tal-għajnuna tista’ tammonta għal 100 % tal-ispejjeż addizzjonali (21) fl-ewwel sena, iżda għandha taqa’ b’mod lineari għal żero sat-tmiem tal-ħames sena.

(111)

Il-Punt 46 tal-linji gwida tal-2001 jgħid li t-tul tal-għajnuna mhux degressiva huwa limitat għal ħames snin u li l-intensità tagħha m’għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż addizzjonali.

(112)

Fil-każ li qed jiġi eżaminat, il-Kummissjoni diġà rrimarkat li l-għajnuna ma kenitx degressiva (ara l-premessa 88 aktar ‘il fuq). B’konsegwenza, huma biss id-dispożizzjonijiet tal-punt 46 tal-linji gwida li jistgħu jiġu applikati għaliha. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani bl-ebda mod ma tippermetti lill-Kummissjoni li tikkonkludi li l-intensità tal-għajnuna kienet limitata għal 50 % tal-ispejjeż addizzjonali tal-produzzjoni ġġenerati mid-dazji tas-sisa meta mqabbla mal-prezzijiet tas-suq tal-prodotti mkabbra fis-serer.

(113)

Għaldaqstant, l-għajnuna ma tistax titqies bħala eliġibbli fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-punt 46 tal-linji gwida tal-2001 jew, b’konsegwenza, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-punt 53 tagħhom.

(114)

Il-kunsiderazzjonijiet ippreżentati fil-premessi 94-112 aktar ‘il fuq juru li l-għajnuna li qed tiġi eżaminata ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-2001.

(115)

F’dak li jirrigwarda l-argumenti l-oħra li ġew ippreżentati mill-awtoritajiet Taljani fl-istadji differenti tal-eżami tal-każ, il-Kummissjoni tqis li m’hemmx informazzjoni li tippermettilha twarrab id-dubji espressi fil-premessa 34(b) aktar ‘il fuq. L-argument, imsemmi fil-premessa 43 aktar ‘il fuq li l-miżura adottata mill-Italja tista’ tkun kompatibbli mas-suq komuni jekk il-benefiċjarji ħallsu l-ammont minimu stabbilit fuq il-livell tal-Komunità, mhux relevanti għaliex il-bdiewa tas-serer gawdew eżenzjoni totali mid-dazju tas-sisa għal kważi l-perjodu kollu li qed jiġi eżaminat u għalhekk ma ħallsux taxxi.

(116)

Min-naħa tagħhom, l-argumenti mressqa mill-parti terza interessata li bagħtet il-kummenti wara li l-proċedura nfetħet inizjalment, ma jipprovdux provi tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq komuni. Tabilħaqq, fir-rigward tad-diffikultà tas-sitwazzjoni li fiha l-impriżi benefiċjari jsibu ruħhom jekk l-għajnuna tiġi ddikjarata bħala inkompatibbli u tiġi rkuprata, għandu jitfakkar li l-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli huwa neċessarju sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni preċedenti, jiġifieri s-sitwazzjoni mingħajr it-tfixkil tal-kompetizzjoni li kienet teżisti qabel ma ngħatat l-għajnuna. Il-fatt li ċerti impriżi m’għadhomx profitabbli huwa sempliċiment ir-riżultat tal-kompetizzjoni ħielsa taħt kundizzjonijiet normal tal-ekonomija tas-suq. Min-naħa l-oħra, m’hemm l-ebda provi li t-tnaqqis tal-konsum tad-diżil neċessarjament iġib tnaqqis fil-kwalità tal-prodotti miksuba (l-aktar li jista’ jiġri huwa li dan it-tnaqqis idewwem bi ftit il-maturazzjoni jew it-tkabbir). Fl-aħħar nett, ir-referenza għas-sitwazzjoni f’pajjiżi oħra sabiex jintwera li l-kompetizzjoni mhix imxekkla mhix relevanti. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li wieħed jirrimarka li l-eżenzjoni tippermetti t-titjib tal-pożizzjoni kompetittiva tal-bdiewa tas-serer Taljani meta mqabbla mas-sitwazzjoni f’pajjiżi oħra u li għalhekk il-punt tat-tluq għat-tqabbil irid ikun is-sitwazzjoni fl-Italja mingħajr l-eżenzjonijiet.

XI.   KONKLUŻJONI

(117)

Il-Kummissjoni sabet li l-Italja, b’mod illegali, implimentat l-għajnuna kkonċernata bi ksur tal-Artikolu 88, il-paragrafu 3, tat-Trattat. L-analiżi ppreżentata aktar ‘il fuq turi li l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata bħala kompatibbli mas-suq komuni għaliex ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet tal-linji gwida tal-agrikoltura tal-2000 u tal-2007 u l-linji gwida ambjentali tal-1994 u l-2001. Minbarra dan, l-analiżi wriet li l-eżistenza nnifisha ta’ Direttivi ma tistax tiġġustifika l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni u l-awtoritajiet Taljani ma neħħewx id-dubji kollha espressi mill-Kummissjoni meta nbdiet il-proċedura taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat.

(118)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, meta jittieħdu deċiżjonijiet negattivi fir-rigward ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (f’dal-każ il-bdiewa tas-serer). L-Italja hija għalhekk obbligata li tieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna inkompatibbli mħallsa, li l-valur tagħha jikkorrispondi mad-differenza bejn l-eżenzjoni sħiħa mid-dazju tas-sisa mogħtija u r-rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa mogħtija lil operaturi oħra fis-settur agrikolu. Taħt il-punt 42 tal-Avviż mill-Kummissjoni “Lejn implimentazzjoni effettiva tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jordnaw lill-Istati Membri sabiex jirkupraw għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli” (22), l-Italja għandha erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni sabiex timplimenta d-dispożizzjonijiet tagħha. L-għajnuniet li għandhom jiġu rkuprati għandhom irendu wkoll imgħax ikkalkulat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (23) li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999.

(119)

Madankollu, kull għajnuna individwali mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna li qed tiġi eżaminata li, fiż-żmien meta ngħatat, kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’regolament tal-Kummissjoni adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 (24) (ir-Regolament de minimis) mhix meqjusa bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(120)

L-ebda dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw l-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura ma kienu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna li qed tiġi eżaminata.

(121)

L-ewwel dispożizzjonijiet Komunitarji li ġew adotatti f’dan il-qasam kienu dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta’ Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna de minimis fl-oqsma tal-agrikolatura u s-sajd (25).

(122)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1860/2004, l-għajnuniet li fuq perjodu ta’ tliet snin ma jaqbżux it-EUR 3 000 għal kull benefiċjarju (dan l-ammont jikkostitwixxi l-għajnuna de minimis mogħtija lill-impriża), ma jaffettwawx il-kummerċ bejn l-Istati Membri, u lanqas ma jfixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni u għalhekk ma jidħlux fl-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

(123)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004, l-istess prinċipju japplika għall-għajnuniet mogħtija qabel ma daħal fis-seħħ dan ir-Regolament, jekk dawn tal-aħħar jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikoli 1 sa 3.

(124)

Fl-1 ta’ Jannar 2008, ir-Regolament (KE) Nru 1860/2004 ġie sostitwit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuniet de minimis fis-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli (26), li żied l-ammont tal-għajnuna de minimis għal EUR 7 500 għal kull benefiċjarju fuq tliet snin fiskali, irrispettivament mill-forma tal-għajnuna jew l-għan tagħha, b’limitu massimu għal kull Stat Membru ta’ 0,75 % tal-valur tal-produzzjoni annwali.

(125)

L-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament jistipula li r-Regolament “japplika għall-għajnuniet konċessi qabel l-1 ta’ Jannar 2008 lill-intrapriżi tas-settur tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli, bil-kundizzjoni li l-imsemmija għajnuniet jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1 sa 4, ħlief għar-rekwiżit ta’ referenza espliċita għal dan ir-Regolament, imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1)”.

(126)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ma tqisx li tnaqqis fit-taxxa li ma jaqbiżx l-EUR 3 000 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat sakemm, meta ngħata, kien jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1860/2004. L-istess japplika għat-tnaqqis mit-taxxa li ma jaqbiżx l-EUR 7 500 sakemm, meta ngħata, dan kien konformi mar-Regolament (KE) Nru 1535/2007,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iskema ta’ għajnuna fil-forma ta’ eżenzjoni mid-dazji tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer, li ġiet implimentata illegalment mill-Italja bejn it-3 ta’ Ottubru 2000 u t-30 ta’ Ġunju 2001 u fis-snin 2002, 2003 u 2004 hija inkompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

1.   L-Italja hija obbligata li tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna inkompatibbli mogħtija bħala parti mill-iskema msemmija fl-Artikolu 1.

2.   Għandu jinżamm l-imgħax fuq l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati, mid-data li fiha dawn kienu tpoġġew għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sa dik li fiha ġew effettivament irkuprati.

3.   L-imgħaxijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq is-sistema tal-imgħaxijiet komposti skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

Artikolu 3

L-irkupru tal-għajnuna mogħtija fil-kuntest tal-iskema msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

L-Italja għandha tara li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja għandha tippreżenta l-informazzjoni li ġejja:

(a)

lista tal-benefiċjarji li rċevew l-għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali ta’ għajnuna li ngħatat lil kull wieħed minnhom taħt l-iskema;

(b)

l-ammont totali (prinċipal u imgħaxijiet) li għandhom jiġu rkuprati mingħand kull benefiċjarju;

(c)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Deċiżjoni;

(d)

dokumenti li juru li ntbagħtu ordnijiet lill-benefiċjarji sabiex jirritornaw l-għajnuna.

L-Italja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex tkun implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 tkun irkuprata għal kollox. Hija għandha tibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu wkoll jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta’ għajnuna u imgħax diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarji.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni C(2003) 3802, innotifikata lill-Italja permezz tal-ittra bir-ref. SG(2003) D/232244 tat-13 ta’ Ottubru 2003.

(3)  ĠU C 69, 19.3.2004, p. 8.

(4)  ĠU C 101, 27.4.2005, p. 17.

(5)  ĠU C 37, 3.2.2001, p. 3.

(6)  Ittra bir-ref. SG-Greffe (2008) D/207739.

(7)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 12.

(8)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(9)  T-233/04 tal-10 ta’ April 2008, L-Olanda v Il-Kummissjoni [2008] ECR II-00591.

(10)  Ara d-Deċiżjoni 2009/323/KE (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 12).

(11)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-Każ 730/79 Philip Morris Holland v Il-Kummissjoni [1980] ECR 2671.

(12)  ĠU C 119, 22.5.2002, p. 22.

(13)  ĠU C 319, 27.12.2006, p. 1.

(14)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19. Id-dazji tas-sisa fuq id-diżil użat għat-tisħin tas-serer huma indikati fil-premessa 43 aktar ‘il fuq.

(15)  Minbarra għal ċerti dispożizzjonijiet li mhumiex relevanti għal din il-kwistjoni.

(16)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 13.

(17)  ĠU C 28, 1.2.2000, p. 2.

(18)  ĠU C 72, 10.3.1994, p. 3.

(19)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.

(20)  EUR 13 għal kull 1 000 kg għall-perjodu 2000-2003 u EUR 21 għal kull 1 000 litru – ara l-premessa 43.

(21)  L-ispejjeż addizzjonali huma definiti fil-punt 43 tal-linji gwida bħala spejjeż addizzjonali tal-produzzjoni meta mqabbla mal-prezzijiet tas-suq tal-prodotti.

(22)  ĠU C 272, 15.11.2007, p. 4.

(23)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.

(24)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(25)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4.

(26)  ĠU L 337, 21.12.2007, p. 35.


12.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Lulju 2009

dwar ir-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP (Għajnuna Statali C 42/07 (ex N 428/06)) li Franza fi ħsiebha tagħti lill-RATP

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5505)

(it-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/945/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u partikolarment il-punt a) tal-Artikolu 62(1) tiegħu,

wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont dawn l-Artikoli (1), u wara li ġew ikkunsidrati dawn il-kummenti,

billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

B’ittra tad-29 ta’ Ġunju 2006, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni bir-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP. Bagħtet informazzjoni kumplimentari lill-Kummissjoni permezz tal-ittri tad-29 ta’ Settembru 2006, tal-15 ta’ Diċembru 2006 u tal-4 ta’ April 2007.

(2)

B’ittra tal-10 ta’ Ottubru 2007, il-Kummissjoni informat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-miżura nnotifikata (minn hawn ‘il quddiem “id-deċiżjoni tal-bidu għall-proċedura”).

(3)

Id-Deċiżjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta’ Jannar 2008 (2).

(4)

L-awtoritajiet Franċiżi ressqu l-kummenti tagħhom fit-22 ta’ Jannar 2008.

(5)

Fid-19 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti minn parti interessata. Il-Kummissjoni bagħtithom lil Franza biex din ikollha l-opportunità li tikkummenta dwarhom, u rċeviet dawn il-kummenti permezz ta’ ittra tat-3 ta’ April 2008.

(6)

Fit-23 ta’ April 2008, l-awtoritajiet Franċiżi infurmaw lill-Kummissjoni bil-fatt li l-gvern Franċiż ta bidu, fil-Ħarifa tal-2007, għar-riforma tal-iskemi speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-intrapriżi pubbliċi u partikolarment l-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-persunal tal-RATP.

(7)

Fis-6 ta’ Jannar 2009 il-Kummissjoni talbet għat-tagħrif kumplimentari lill-awtoritajiet Franċiżi li bagħtu tweġiba bil-posta fit-3 ta’ Marzu 2009.

2.   DESKRIZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU

(8)

Ir-Régie Autonome des Transports Parisiens (minn hawn ‘il quddiem l-“RATP”) hija impriża Franċiża li hi għal kollox tal-Istat Franċiż. Ġiet stabbilita bil-liġi Nru 48-506 tal-21 ta’ Marzu 1948 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-koordinazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri fir-reġjun ta’ Pariġi (3) u l-għan soċjali tagħha huwa “it-tħaddim tan-netwerks u tal-linji tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri” (4)

(9)

Il-liġi llimitat l-attivitajiet tal-RATP għat-trasport pubbliku fir-reġjun ta’ Pariġi. Skont l-Artikolu 7 tal-liġi Nru 48-506 tal-21 ta’ Marzu 1948, l-RATP tieħu ħsieb “it-tħaddim tan-netwerks tat-trasport pubbliku tal-belt ta’ Pariġi, u tad-dipartiment tas-Seine, u tal-linji Seine-et-Oise u Seine-et-Marne konċessi jew affermati minn qabel lill-Kumpanija tal-ferrovija metropolitana jew il-Kumpanija tat-trasport pubbliku tar-reġjun ta’ Pariġi”. Din is-sitwazzjoni reġgħet ġiet affermata bl-ordinanza Nru 59-151 tas-7 ta’ Jannar 1959 imsemmija hawn fuq.

(10)

Madankollu, l-RATP għandha l-possibbiltà li, permezz tal-filjali, toffri s-servizzi barra mill-Ile-de-France (5). Il-filjali tal-RATP, li jiffurmaw kumpaniji b’responsabbiltà limitata, illum huma miġbura fi tliet pilastri importanti, li jħaddmu madwar 2 050 persuna li minnhom 170 huma mħaddma mill-kumpanija ewlenija:

il-qasam tat-Trasport, immexxi mill-RATP Développement SA, li tirrappreżenta fatturat konsolidat ta’ EUR 57 miljun għas-sena finanzjarja 2005, li minnhom EUR 4.7 miljuni kienu għat-trasport internazzjonali u EUR 3.1 miljuni għat-trasport reġjonali (Franza minbarra l-Ile-de-France);

il-qasam tal-Inġinerija, immexxi mill-RATP International SA, li l-fatturat konsolidat tagħha tela’ għal EUR 86 miljun fl-2005 u li kważi 80 % tal-attività tagħha hija internazzjonali minħabba li l-bilanċ fi Franza kien prinċipalment barra l-Ile-de-France;

il-qasam tal-Valorizzazzjoni tal-ispazji, li essenzjalment jiġbor il-filjali li jieħdu ħsieb l-iżvilupp tal-proprjetà (fuq artijiet ġestiti mill-RATP), il-valorizzazzjoni tal-ispazji kummerċjali fl-istazzjonijiet tal-metro u attivitajiet ta’ telekommunikazzjoni u li l-fatturat konsolidat tiegħu fl-2005 tela’ għal EUR 33 miljun, esklussivament fl-Ile-de-France.

(11)

Il-grupp RATP jimpjega total ta’ madwar 46 050 persuna, li minnhom 44 000 huma impjegati mill-RATP bħala uffiċjali b’kuntratt u l-bqija ta’ 2 050 persuna jaħdmu fil-filjali tal-RATP.

(12)

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-uffiċjali b’kuntratt huma stabbiliti b’regolament fl-istatut tal-aġenti tal-RATP (6). Min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-2 050 persuna impjegata mal-filjali tal-RATP huma stabbiliti mill-konvenzjonijiet kollettivi u għalhekk mhumiex suġġetti għall-kuntratt tal-uffiċjali tal-RATP.

3.   DESKRIZZJONI TAS-SUQ TAT-TRASPORT PUBBLIKU ĠEWWA L-ILE-DE-FRANCE

(13)

Sa llum, is-suq tat-trasport pubbliku fl-Ile-de-France mhuwiex miftuħ għall-kompetizzjoni. Il-liċenzji għat-tħaddim tal-linji tat-trasport pubbliku ngħataw bis-segwitu tal-proċedura prevista bid-digriet Nru 59-157 tas-7 ta’ Jannar 1959 dwar l-organizzazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri fir-reġjun tal-Ile-de-France (7), li qassam is-suq tat-trasport pubbliku ġewwa l-Ile-de-France bejn l-RATP u l-għadd kbir ta’ operaturi privati storiċi żgħar preżenti fl-Ile-de-France dak iż-żmien.

(14)

Apparti l-RATP, madwar mitt impriża jipprovdu servizzi tat-trasport pubbliku ġewwa l-Ile-de-France. Dawn l-intrapriżi huma l-SNCF kif ukoll operaturi privati miġbura fi ħdan l-assoċjazzjoni OPTILE (madwar 95 impriża li minnhom tlieta ewlenin tat-trasport bix-xarabank: Veolia Transport, Keolis u Transdev).

(15)

Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u 1Nru 107/70 (kif jidher hawn taħt: “ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007”) (8) jipprevedi l-ftuħ gradwali tas-suq tat-trasport komuni. Għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2009 skont l-Artikolu 12 tiegħu.

4.   PRESTAZZJONIJIET TAL-ISKEMA SPEĊJALI TAL-PENSJONIJIET TAL-IRTIRAR TAL-UFFIĊJALI TAL-RATP QABEL U WARA R-RIFORMA NNOTIFIKATA

(16)

L-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP hija prevista bl-Artikolu 31 tal-liġi Nru 48-506 tal-21 ta’ Marzu 1948 imsemmija hawn fuq, komplut bid-digriet Nru 59-1091 tat-23 ta’ Settembru 1959 li għandu l-istatut tal-RATP (9).

(17)

L-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-RATP hija skema speċjali fis-sens tal-Artikoli L 711-1 u R 711-1 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali, li għandhom il-vantaġġi tagħhom meta mqabbla ma’ skemi tal-liġi ordinarja. Din hija skema regolamentarja, jiġifieri stabbilita mill-Istat b’mezz amministrattiv. Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tal-parametri, tal-kontribuzzjonijiet u l-prestazzjonijiet b’mod partikolari hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet regolamentari.

(18)

Sal-15 ta’ Jannar 2008, l-ispeċifikazzjonijiet prinċipali tal-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-RATP meta mqabbla mal-iskemi tal-liġi ordinarja kienu jikkonċernaw il-modalitajiet ta’ kalkolu tad-dritt għall-pensjoni u ta’ likwidazzjoni tal-pensjonijiet.

(19)

F’dan ir-rigward, l-iskemi tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-liġi ordinarja jipprevedu li l-ammont tal-pensjoni huwa kkalkulat abbażi tas-salarju medju tal-karriera kollha jew ta’ parti minnha. Huwa wkoll skont it-tul tal-assigurazzjoni jew skont l-età, minħabba li jiġu applikati t-tnaqqis jew soprataxxa meta l-valuri stabbiliti fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ kriterji ma jinkisbux jew ma jinqabżux. B’hekk, fl-iskema ġenerali, il-pensjoni tiġi kkalkulata abbażi tas-salarju medju (il-primjums inklużi) tal-aħjar 25 sena tal-karriera (fil-limitu ta’ salarju annwali) u r-rata applikabbli għal dan is-salarju hija ta’ 50 % (rata sħiħa) jekk il-persuna assigurata tiġġustifika mill-inqas 40 sena ta’ assigurazzjoni.

(20)

Min-naħa l-oħra, l-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP, tipprevedi li l-uffiċjali b’kuntratt għandhom dritt, għal kull sena ta’ assigurazzjoni, għal 2 % tas-salarju bażiku mingħajr primjum waqt l-aħħar sitt xhur ta’ attività fil-limitu ta’ 37.5 imħallsa kull sena. Konsegwentement, wara 37.5 sena ta’ xogħol, impjegat tal-RATP jirċievi pensjoni li tikkorrispondi għal 75 % tal-aħħar salarju tiegħu, mingħajr primjum, jiġifieri bejn wieħed u ieħor 64.5 % tal-aħħar salarju tiegħu bil-primjum inkluż.

(21)

Il-prinċipji fundamentali tar-riforma implimentata bil-liġi tal-21 ta’ Awwissu 2003 (10) tal-iskemi Franċiżi tal-pensjoni tal-irtirar bażika kważi kollha ġew estiżi għal skema speċjali ta’ pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP bid-digrieti 2008-48 tal-15 ta’ Jannar 2008 (11), 2008-637 tat-30 ta’ Ġunju 2008 (12) u 2008-1514 tat-30 ta’ Diċembru 2008 (13). Wieħed mill-għanijiet ta’ din ir-riforma huwa l-armonizzazzjoni tal-iskemi speċjali fuq ir-regoli tal-liġi ordinarja tal-iskemi bażiċi tal-impjegati fis-settur privat u tal-uffiċċjali. Fil-każ tal-iskema speċjali tal-RATP, iż-żmien tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa kull sena biex tinkiseb pensjoni tal-irtirar b’rata sħiħa qed jiżdied progressivament għal 40 sena sal-2012 u minn hemm ‘il quddiem jiżdied b’rata ekwivalenti ta’ tliet xhur fl-ewwel ta’ Lulju ta’ kull sena sakemm jintlaħaq iż-żmien mitlub skont l-iskema ġenerali u skont dik pubblika (għalhekk iż-żmien ta’ 41 sena applikabbli fl-2012 fl-iskema ġenerali u f’dik pubblika irid jintlaħaq sal-2016 fl-iskema speċjali).

5.   FINANZJAMENT TAL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET TAL-IRTIRAR TAL-UFFIĊJALI TAL-RATP QABEL U WARA R-RIFORMA NNOTIFIKATA

(22)

L-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-RATP hija skema ta’ pensjoni ta’ tqassim fejn il-kontribuzzjonijiet li jagħtu l-ħaddiema skont l-assigurazzjoni tax-xjuħija jintużaw mill-ewwel biex jitħallsu l-pensjonijiet ta’ min jirtira (14).

(23)

Sal-31 ta’ Diċembru 2005, l-RATP kienet legalment responsabbli mill-impenji tal-pensjoni tal-irtirar tal-iskema speċjali. Skont l-Artikolu 20 tal-liġi tal-1948 imsemmija hawn fuq, l-RATP trid tieħu ħsieb li tiggarantixxi l-bilanċ finanzjarju tal-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar tagħha.

(24)

Il-ġestjoni ta’ din l-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar ġiet assigurata mis-servizz tal-pensjonijiet tal-RATP, li kien parti mill-entità legali tal-RATP. Dan is-servizz jinnota l-kontribuzzjonijiet tal-uffiċjali attivi tal-RATP u tal-RATP innifisha bħala impjegatur u jagħti l-pensjonijiet lill-benefiċjarji tal-iskema. Ir-rati tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-irtirar (7,85 % fil-każ tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u 15,34 % tal-impjegatur) kienu inferjuri għal dawk tal-liġi ordinarja (12 % fil-każ tal-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u 18 % tal-impjegatur).

(25)

Għal bosta snin, l-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP irreġistrat defiċit strutturali minħabba raġunijiet marbutin man-nuqqas ta’ bilanċ demografiku bejn il-ħaddiema u dawk li jirtiraw, b’vantaġġi għaliha meta tqabbilha mal-iskema ġenerali u, sal-31 ta’ Diċembru 2005, mal-iffissar standardizzat tar-rati tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet tal-irtirar. Dawn id-defiċits suċċessivi tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP ġew ittrattati mill-Istat li intervjena abbażi tal-Artikolu 2 tal-ordinanza tas-7 ta’ Jannar 1959 u tad-digriet tas-7 a’ Jannar 1959 imsemija qabel.

(26)

Fid-29 ta’ Ġunju 2006, Franza nnotifikat ir-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, din ir-riforma tagħmel parti mill-evoluzzjoni tal-kuntest istituzzjonali tat-trasport urban fl-Ile-de-France li ilha attiva għal dawn l-aħħar għaxar snin u tat-tħejjija għall-bidu tal-kompetizzjoni tat-trasport urban.

(27)

Ir-riforma notifikata għandha żewġ stadji.

5.1.   IL-ĦOLQIEN TA’ FOND GĦALL-PENSJONIJIET TAL-IRTIRAR TAL-PERSUNAL TAL-RATP FL-1 TA’ JANNAR 2006

(28)

L-ewwel Artikolu tad-Digriet Nru 2005-1635 tas-26 ta’ Diċmebru 2005 (15) stabbilixxa fond għall-pensjonijiet tal-irtirar tal-persunal tal-RATP (minn hawn ‘il quddiem “CRP-RATP”) fl-1 ta’ Jannar 2006.

(29)

Il-CRP-RATP għandu l-istatut ta’ organu ta’ sigurtà soċjali tad-dritt privat, u għandu personalità legali u awtonomija ġuridika u finanzjarja fil-konfront tal-RATP. Skont l-Artikolu L 711-1 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali, il-CRP-RATP għandu l-attributi kollha stabbiliti fl-Artikolu L 111-1 tal-kodiċi msemmi li, b’mod partikolari jfakkar li l-organizzazzjoni tas-sigurtà soċjali hija bbażata fuq il-prinċipju tas-solidarjetà nazzjonali. Huwa soġġett għar-regoli tal-kodiċi tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-fondi awtonomi tal-pensjonijiet tal-irtirar kollha. Huwa soġġett ukoll għall-kontroll tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li huma rrappreżentati mill-kummissarji tal-Gvern.

(30)

Mid-data tal-ħolqien tiegħu, il-CRP sar, minflok l-RATP, l-uniku debitur ġuridiku ta’ pensjonijiet tal-irtirar ta’ uffiċjali impjegati b’kuntratt.

(31)

F’dan id-dawl, il-CRP-RATP iressaq, wara l-1 ta’ Jannar 2006, kontribuzzjoni liberatorja tal-RATP li tikkorrispondi għall-kontribuzzjonijiet tal-filjali attivi fl-iskema speċjali u għall-kontribuzzjoni tagħha bħala impjegatur. Barra minn hekk, minn wara l-istess data, il-livell ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet għola għal-livell tal-liġi ordinarja (16). Barra l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-irtirar, il-CRP-RATP jirċievi ħlas mill-Istat maħsub biex jibbilanċja l-kontijiet tiegħu. Din il-kontribuzzjoni ta’ bilanċ tiffinanzja kemm id-defiċit demografiku tal-iskema speċjali kif ukoll id-drittijiet tal-irtirar ta’ din l-iskema. Fl-2006 u fl-2007, l-Istat ħallas sussidju ta’ bilanċ ta’ EUR 390.11 u 414-il miljun rispettivament.

5.2.   IT-TQARRIB FINANZJARJU TAD-DRITTIJIET BAŻIĊI TAL-ISKEMA SPEĊJALI TAL-RATP GĦALL-ISKEMI TAL-LIĠI ORDINARJA

(32)

L-Artikolu 18 tad-Digriet Nru 2005-1635 tas-26 ta’ Diċembru 2005 imsemmi hawn fuq jipprevedi l-possibbiltà għall-CRP-RATP li jqarreb finanzjarjement parti mid-drittijiet tal-irtirar tal-iskema speċjali tal-uffiċjali tal-RATP għall-iskemi tad-ritt komuni (CNAV (17) u ARGIC (18)/ARRCO (19)) (20), jiġifieri li l-operazzjonijiet tal-irtirar tal-CRP-RATP jiġu ttrasferiti teknikament lejn skemi tal-liġi ordinarja (minn hawn ‘il quddiem “l-iskemi riċevituri”).

(33)

It-tqarrib ta’ parti mid-drittijiet għall-irtirar tal-iskema speċjali tal-RATP għall-iskemi tal-liġi ordinarja għandu l-għan li jħaddem il-mekkaniżmu ta’ solidarjetà interġenerazzjonali u interprofessjonali fuq bażi demografika mwessgħa b’mod konsiderevoli kif ukoll li jiggarantixxi l-perennità tal-finanzjament tal-iskemi tal-irtirar obbligatorji ffinanzjati skont il-prinċipju tat-tqassim.

Id-drittijiet bażiċi miksuba fid-data tal-operazzjoni ta’ tqarrib

(34)

Skont l-Artikolu L 222-6 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali, it-tqarrib tal-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar jew ta’ kwalunkwe skema oħra ta’ pensjonijiet tal-irtirar għall-iskemi tal-liġi ordinarja jista’ jsir għall-prestazzjonijiet tal-assigurazzjoni tax-xjuħija għall-ħaddiema impjegati tal-iskema ġenerali.

(35)

Fil-qafas ta’ skema tal-pensjonijiet tal-irtirar bit-tqassim, it-teħid tad-drittijiet fil-passat miksuba fi skema oħra mill-iskema li tirċievi (u għalhekk skont kriterji oħrajn) jitwettaq bil-kalkolu ta’ dawn id-drittijiet miksuba abbażi tar-regoli tal-iskema li tirċievi bħallikieku l-benefiċjarji (l-irtirati, attivi u l-esklużi) wettqu l-karriera kollha tagħhom fi ħdan l-iskema li tirċievi.

(36)

F’dan il-każ, l-awtoritajiet Franċiżi kkalkulaw id-drittijiet bażiċi, jiġifieri li jikkorrispondu għall-prestazzjonijiet tal-irtirar ikkalkulati skont ir-regoli tal-iskemi riċevituri u li se jittieħdu minn dawn l-iskemi (21). Id-drittijiet bażiċi ddefiniti b’dan il-mod biss huma suxxettibbli li jittieħdu mill-iskemi riċevituri.

(37)

Barra minn hekk l-Artikolu 222-6 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali jippreskrivi li t-tqarrib tal-iskema speċjali għandha tirrispetta l-prinċipju ta’ newtralità finanzjarja stretta tal-operazzjoni għall-persuni assigurati tal-iskema li tirċievi. Fi kliem ieħor, it-tqarrib finanzjarju ta’ skema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar għall-iskemi tal-liġi ordinarja ma jista fl-ebda każ idgħajjef is-sitwazzjoni finanzjarja tal-iskemi riċevituri.

(38)

F’dan l-istadju l-koeffiċjent li jiddetermina liema proporzjon ta’ dawn id-drittijiet għall-irtirar ta’ qabel huwa fil-fatt vvalidat meta jsir it-tqarrib b’mod li jirrispetta strettament il-prinċipju tan-newtralità finanzjarja msemmija qabel. Kunċettwalment, il-koeffiċjent iqabbel ir-rapport tal-infiq tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-grupp imqarreb mar-rapport tal-infiq tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-iskema li tirċievi (22). L-iskema li tirċievi tiddetermina liema proporzjon tat-teħid tad-drittijiet ta’ qabel li ġew rikostitwiti jiżgura l-ugwaljanza ta’ dawn ir-rapporti tal-infiq: b’din ir-rata ta’ validazzjoni, id-drittijiet għall-irtirar jittieħdu “bla ħlas” mill-iskema li tirċievi.

(39)

Jekk ir-rata ta’ validazzjoni mill-iskema li tirċievi d-drittijiet miksubin u li ġew rikostitwiti hija inqas minn 100 %, din l-iskema tista’ tipproponi lill-iskema mqarrba biex tivvalida 100 % dawn id-drittijiet billi tagħti kontribuzzjoni medja għaż-żamma tad-drittijiet (jew “saldu”).

(40)

Il-metodu ta’ kalkolu ta’ dan is-saldu għandu l-għan li ma jbiddilx is-sitwazzjoni ta’ previżjoni ex ante tal-iskema li tirċievi. Jekk il-koeffiċjent ikun previżjonali, l-ammont tas-saldu jkun daqs il-valur attwali nett tad-drittijiet tad-dħul annwali. Id-dritt tad-dħul annwali huwa dak li, kull sena, għad-drittijiet supplimentari (jiġifieri li jmorru lil hinn mid-drittijiet li jittieħdu bla ħlas) li jittieħdu mill-iskema li tirċievi, iġib indaqs ir-rapporti tal-infiq bejn l-iskema integrata u l-iskema li tirċievi.

(41)

Jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tal-iskema li tirċievi għandha nuqqas strutturali, il-metodu ta’ kalkolu jitlob li dan in-nuqqas ta’ bilanċ tendenzjali ma jiggravax iktar u li ma jnaqqsux billi jitlob bilanċ tekniku previżjonali mill-grupp trasferit.

(42)

F’dan il-każ, l-istruttura demografika tal-RATP, ladarba kienet inqas tajba mill-istruttura demografika tal-impriża medja Franċiża affiljati fi skemi tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-liġi ordinarja, it-tqarrib sħiħ tad-drittijiet bażiċi tal-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-RATP lejn l-iskemi tal-liġi ordinarja jeħtieġ il-kontribut għall-iskemi riċevituri tas-saldu, jiġifieri l-kontribuzzjonijiet eċċezzjonali, globali u liberatorji.

(43)

L-awtoritajiet Franċiżi ddettaljaw il-metodi tal-kalkolu ta’ dan is-saldu. Il-kalkoli se jsiru skont il-valuri tal-parametri fis-seħħ fil-ħin tal-implimentazzjoni. Dawn il-parametri huma:

ir-rati tal-kontribuzzjoni tal-bażijiet li jippermettu l-kalkolu tad-dotazzjoni għar-riżervi previsti mill-iskemi kumplimentari;

ir-rati ta’ attwalizzazzjoni u eventwalment it-tabella tal-mortalità, li tvarja skont iċ-ċirkustanzi ekonomiċi.

(44)

L-awtoritajiet Franċiżi jikkalkolaw li f’dan l-istadju s-saldu li għandu jitħallas huwa dan li ġej:

Is-saldu lill-Caisse nationale d’assurance vieillesse (CNAV) li tiġġestixxi l-iskema ġenerali tas-sigurtà soċjali jrid jogħla għal ammont ta’ madwar [bejn EUR 400 u 800] (*) miljun;

Is-saldu lill-iskemi kumplementari tal-liġi ordinarja ġestita minn AGRIC-ARRCO, fil-forma ta’ parteċipazzjoni fir-riżervi tekniċi ta’ dawn l-iskemi, irid jogħla għal ammont ta’ madwar [bejn EUR 80 u 300] miljun.

(45)

Il-Gvern Franċiż jipprevedi li jieħu ħsieb, minflok il-CRP-RATP, il-kontribut ta’ dan is-saldu għall-iskemi tal-liġi ordinarja b’mod li jiżgura n-newtralità finanzjarja tat-tqarrib tal-iskema speċjali tal-RATP għal dawn l-iskemi riċevituri.

Id-drittijiet bażiċi miksuba wara id-data tal-operazzjoni ta’ tqarrib

(46)

Fil-każ tad-drittijiet bażiċi miksuba wara l-operazzjoni tat-tqarrib, huwa previst li l-RATP u l-uffiċċjali tagħha jħallsu l-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-liġi ordinarja bħala kontroparti tal-intervent tal-iskema ġenerali u tal-iskemi kumplimentari.

6.   RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-ADDOZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TAL-BIDU TAL-PROĊEDURA

(47)

Fid-Deċiżjoni tagħha tal-bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni uriet id-dubji tagħha dwar il-kompatibbiltà tar-riforma nnotifikata mas-suq komuni. Il-Kummissjoni semmiet li l-għan tal-proċedura hu li tiddetermina jekk ir-riforma nnotifikata tinvolvix għajnuna lill-RATP.

(48)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni saqsiet lilha nnifisha dwar ir-rabta mill-qrib bejn il-ħolqien tal-CRP-RATP u l-operazzjoni tat-tqarrib mal-iskemi tal-liġi ordinarja u rat li hu meħtieġ tivverifika jekk it-tqarrib tad-drittijiet bażiċi jinvolvix għajnuna mill-Istat favur l-RATP.

(49)

Wara dan, il-Kummissjoni uriet id-dubji tagħha fuq il-proposta li l-finanzjament mill-Istat tad-drittijiet speċifiċi tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP jinvolvix għajnuna mill-Istat, u jekk ikun il-każ, li dan ikun kumpatibbli mas-suq komuni.

(50)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni uriet id-dubji tagħha dwar il-ħtieġa tar-riforma nnotifikata u l-proporzjonalità tagħha fir-rigward tal-interess komuni. Fil-każ tal-ħtieġa tar-riforma nnotifikata, il-Kummissjoni saqsiet lilha nnifisha dwar il-bidu reali u effettiv tas-suq tat-trasport pubbliku fir-reġjun ta’ Pariġi kif ukoll dwar it-tneħħija tal-elementi li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni legali u fattwali tal-RATP u li jistgħu jostakolaw il-kompetizzjoni effettiva. Il-Kummissjoni uriet ukoll id-dubji tagħha dwar il-proporzjonalità tar-riforma nnotifikata speċjalment minħabba l-fatt li din tirrigwarda wkoll l-impenji speċjali tal-pensjoni tal-irtirar tal-impjegati li se jiġu impjegati wara l-implimentazzjoni tagħha.

(51)

Fid-Deċiżjoni tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2007, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-finanzjament mill-Istat tad-defiċit tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP għall-perjodu 1995-2005 jinvolvi għajnuna mill-Istat eżistenti skont l-Artikolu 1(iii)(b), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (23) (ara l-premessa 15 ta’ din id-Deċiżjoni).

(52)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE ma kienx applikabbli għall-CRP-RATP ladarba din tal-aħħar mhix impriża (il-premessa 67 tad-Deċiżjoni msemmija).

(53)

Fl-aħħar nett il-Kummissjoni kkalkolat li l-garanzija mogħtija mill-Istat Franċiż lill-benefiċjarji tal-iskema speċjali tiffavorixxi direttament lill-impjegati tal-RATP, u mhux lill-RATP innifisha, u li, ma kinitx se tkun ta’ vantaġġ ekonomiku għall-impriża (il-premessa 70 tad-Deċiżjoni msemmija).

7.   ARGUMENTI TAL-AWTORITAJIET FRANĊIŻI WARA LI BDIET IL-PROĊEDURA

Kumment preliminari

(54)

Fl-ittra tagħhom tat-22 ta’ Jannar 2008, l-awtoritajiet Franċiżi jfakkru li, fil-fehma tagħhom, ir-riforma nnotifikata tistituzzjonalizza għajnuna għall-persuna u mhux għall-impriża RATP u li għalhekk ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur l-RATP. Barra minn hekk, anke jekk il-benefiċjarju reali tar-riforma nnotifikata tkun l-RATP, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li r-riforma msemmija mhix suxxettibbli li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u lanqas li tiffalsifika l-kompetizzjoni meta l-RATP hija attiva f’suq wieħed biss, dak tat-trasport pubbliku urban fl-Ile-de-France li għadu mhux miftuħ għall-kompetizzjoni u fejn ir-riforma ma taffettwax l-attivitajiet tal-filjali tal-RATP jew is-swieq fejn dawn il-filjali huma attivi.

It-tqarrib tad-drittijiet bażiċi

(55)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li fin-nuqqas tal-vantaġġ għall-RATP, it-tqarrib tal-CRP-RATP għall-iskema ġenerali ma jinvolvix l-elementi ta’ għajnuna mill-Istat favur l-RATP.

(56)

L-ewwel u qabel kollox, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li, kif innutat il-Kummissjoni nnifisha fil-punt 69 tad-Deċiżjoni tal-bidu, “it-tieni stadju tar-riforma, jiġifieri l-ħlas tas-saldu u t-trasferiment tal-finanzjament tad-drittijiet bażiċi tal-CRP-RATP għall-CNAV u l-AGIRC-ARRCO ma jaffettwawx iktar is-sitwazzjoni ekonomika tal-RATP”.

(57)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-obbligi tal-RATP li jikkorrispondu għad-drittijiet bażiċi ma jinvolvux l-ispejjeż li normalment jaggravaw il-baġit tagħha fis-sens tal-ġurisprudenza Komunitarja. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, ir-riżorsi finanzjarji tal-intrapriżi Franċiżi huma normalment mgħobbija b’kontribuzzjonijiet liberatorji mħallsa lill-fond għall-pensjonijiet tal-irtirar tal-liġi ordinarja iżda mhux b’obbligu ta’ ħlas tal-pensjonijiet fir-rigward tal-impjegati attivi u dawk irtirati, kif kien il-każ għall-RATP li sa żmien ir-riforma nnotifikata kienet tieħu ħsieb is-servizz tal-pensjonijiet tal-irtirar. Konsegwentement, meta jkunu akkumpanjati mill-ħlas ta’ kontribut liberatorju livell mal-liġi ordinarja, it-tqarrib tal-CRP-RATP għall-iskema ġenerali kif ukoll il-ħlas tas-saldu mill-Istat lill-iskema ġenerali ma jħallux lill-RATP tevita l-ispejjeż li normalment jaggravaw ir-riżorsi finanzjarji tal-impriża.

(58)

Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li ladarba l-iskema speċjali ġiet imposta mill-Istat meta ġiet imwaqqfa l-RATP fl-1948, ma tkunx ħaġa normali li l-impriża jkollha ġġarrab l-ispiża tas-saldu li jirrappreżenta l-kontroparti tat-tqarrib tal-CRP-RATP għall-iskema ġenerali.

Il-finanzjament tad-drittijiet speċifiċi

(59)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-ġurisprudenza, li skontha l-infiq li jirriżulta minn kuntratt kollettiv jinvolvi nfiq li normalment jaggrava l-baġit tal-impriża – indipendentament mill-fatt li l-impriża aċċettat dan il-kuntratt volontarjament jew li ġie estiż b’mod regolamentari jew leġiżlattiv (24) – ma tapplikax għall-każ in kwistjoni għax l-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-RATP ma nħarġitx minn kuntratt kollettiv.

(60)

It-tieni nett, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-eżistenza tad-drittijiet speċifiċi ma bl-ebda mod ma huma ta’ vantaġġ għall-RATP. Il-fatt li l-RATP ikompli jimpjega uffiċjali b’kuntratt li jibbenefikaw mid-drittijiet speċifiċi ma jurix li l-eżistenza tad-drittijiet speċifiċi tinvolvi vantaġġ ekonomiku għall-RATP.

(61)

It-tielet nett, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-finanzjament pubbliku tad-drittijiet speċifiċi jinvolvi l-kumpens strett tal-infiq li mhux normali mwieżen mill-RATP. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-konklużjoni li skontha l-finanzjament tad-drittijiet speċifiċi għall-pensjonijiet tal-irtirar ma jinvolvux għajnuna mill-Istat ġejja mill-prinċipji stabbiliti bil-ġurisprudenza komunitarja sa mill-oriġini tal-Komunità, li s-sentenzi tagħha Combus  (25) u Enirisorse  (26) mhumiex ħlief l-iktar illustrazzjonijiet reċenti.

Il-kompatibbiltà tar-riforma nnotifikata mas-suq komuni

(62)

Anke jekk il-Kummissjoni tqis li r-riforma nnotifikata tinkludi elementi ta’ għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li din ir-riforma għandha tkun kompatibbli mas-suq komuni fi kwalunkwe każ.

(63)

L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu l-pożizzjoni tagħhom li skontha r-riforma nnotifikata tikkonforma mat-teorija tal-ispejjeż li ma ġewx irkuprati u hija favur il-kompetizzjoni.

(64)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-finanzjament ġdid tad-drittijiet tal-pensjonijiet tal-irtirar mill-2006 huwa meħtieġ u proporzjonat biex jinkiseb funzjonament kompetittiv tas-suq.

(65)

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li r-riforma nnotifikata hija meħtieġa ladarba tiġi qabel il-ftuħ tal-kompetizzjoni tas-settur tat-trasport urban fl-Ile-de-France previst fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Minn naħa, hija tipprevjeni t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi pubbliċi u privati u, min-naħa l-oħra, tikkanċella definittivament il-barriera fid-dħul li kienet tikkostitwixxi l-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP.

(66)

Dwar in-natura proporzjonata tar-riforma nnotifikata, l-awtoritajiet Franċiżi għarrfu lill-Kummissjoni, permezz tal-ittra tat-23 ta’ April 2008, bir-riforma tal-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP imqabbda mill-gvern Franċiż, riforma li tarmonizza l-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP mar-regoli li jeżistu fil-liġi ordinarja.

8.   RIMARKI TAL-PARTIJIET INTERESSATI WARA LI BDIET IL-PROĊEDURA

(67)

Bl-ittra tat-13 ta’ Frar 2008, is-sindikat SUD tal-RATP oġġezzjona għall-proġett innotifikat mill-awtoritajiet Franċiżi minħabba li l-uniku għan ta’ dan il-proġett hu li jbiddel l-RATP fi grupp internazzjonali kbir imċaqlaq mill-profitt. F’din l-ittra, it-trejdjunjin SUD tal-RATP ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq il-fatt li, fil-fehma tiegħu, l-istatut tal-uffiċċjali tal-RATP mhuwiex dak ta’ impjegati bil-liġi privata soġġetti għall-kodiċi tax-xogħol.

(68)

Barra minn hekk, it-trejdjunjin SUD tal-RATP isostni li r-riforma tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP kellha tiġi elaborata minn kummissjoni mħallta konġunta ladarba jinvolvi negozjati kollettivi bejn il-partijiet soċjali.

9.   KUMMENTI TA’ FRANZA FUQ IR-RIMARKI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(69)

Fil-każ tal-iskema ġuridika applikabbli għall-uffiċjali tal-RATP, l-awtoritajiet Franċiżi jippreċiżaw fl-ittra tagħhom tat-3 ta’ April 2008 li d-dispożizzjonijiet tal-kodiċi tax-xogħol jiġu applikati għall-uffiċċjali tal-RATP li għandhom kuntratt, ħlief jekk il-kodiċi tax-xogħol jew il-ġurisprudenza jeskludu ċarament li d-dispożizzjonijiet tagħhom japplikaw għal dawn l-uffiċjali. Skont Franza, dawn l-eċċezzjonijiet mhumiex biżżejjed biex jiġi stabbilit li l-uffiċjali tal-RATP se jitpoġġew f’relazzjoni ta’ xogħol tal-liġi pubblika.

(70)

Franza wriet ukoll li d-digriet Nru 60-1362 tad-19 ta’ Diċembru 1960, li jagħti kompetenza lill-kummissjoni mħallta konġunta tal-RATP fir-rigward tal-istatut tal-persunal, ma jevokax l-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP ma tirriżultax min-negozjati kollettivi, iżda ġiet imposta fuq l-RATP mill-Istat permezz tal-ammnistrazzjoni.

10.   AMBITU GĦAL DIN ID-DEĊIŻJONI

(71)

Din id-deċiżjoni tirrigwarda l-kompatibbiltà tas-sistema l-ġdida ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar mar-regoli komunitarji li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat.

(72)

Il-bidu għal din il-proċedura tal-10 ta’ Ottubru 2007 u, b’mod partikolari, il-kummenti tal-awtoritajiet Franċiżi taw possibbiltà lill-Kummissjoni biex tippreċiża l-modalitajiet tal-implimentazzjoni tar-riforma nnotifikata u tidentifika tliet miżuri suxxettibbli li jinvolvu l-elementi ta’ għajnuna mill-Istat.

(73)

L-ewwel nett, mill-1 ta’ Jannar 2006, il-CRP-RATP sar l-uniku debitur ġuridiku ta’ pensjonijiet tal-irtirar ta’ uffiċjali impjegati b’kuntratt, minflok l-RATP.

(74)

It-tieni nett, mill-1 ta’ Jannar 2006, l-Istat iħallas sussidju lill-CRP-RATP maħsub biex jibbilanċja l-kontijiet tagħha. Dan is-sussidju pubbliku jkopri d-defiċit demografiku u l-ispejjeż addizzjonali tal-iskema speċjali tal-RATP.

(75)

It-tielet nett, ir-riforma nnotifikata tipprevedi l-possibbiltà għall-CRP-RATP li tqarreb id-drittijiet bażiċi tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-iskema speċjali għall-iskemi tal-liġi ordinarja. L-Istat se jieħu ħsieb il-ħlas tas-saldu maħsub biex jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità finanzjarja stretta tat-tqarrib minflok il-CRP-RATP.

11.   EVALWAZZJONI TAL-EWWEL MIŻURA: IL-ĦOLQIEN TAL-CRP-RATP

(76)

Il-Kummissjoni tosserva li mill-1 ta’ Jannar 2006 il-CRP-RATP sar l-uniku debitur ġuridiku tal-pensjonijiet tal-irtirar ta’ uffiċjali impjegati b’kuntratt, minflok l-RATP. Il-Kummissjoni tosserva li, simultanjament, il-kontribuzzjoni mħallsa mill-RATP lill-CRP-RATP għall-pensjonijiet tal-irtirar saret liberatorja.

(77)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, fil-qafas tas-sistema stabbilita qabel l-1 ta’ Jannar 2006, l-RATP kienet debitur legali tal-impenji tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-iskema speċjali. Għalhekk, is-sistema ta’ finanzjament tal-iskema speċjali tal-uffiċjali tal-RATP tidderoga mil-liġi ordinarja: l-RATP tiggarantixxi l-bilanċ finanzjarju tal-iskema kkonċernata, ladarba ma kellhiex il-kontribuzzjoni “impjegatur” mħallsa mill-RATP għall-iskema speċjali.

(78)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-effett prinċipali tad-dispożizzjonijiet previsti mir-riforma nnotifikata kien li jikkonferixxi natura liberatorja għall-kontribuzzjoni “impjegatur” imħallsa mill-RATP għall-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tagħha, u b’hekk jeħilsuha mill-obbligu storiku li tiggarantixxi l-bilanċ tal-iskema speċjali. Fi kliem ieħor, ir-riforma nnotifikata ttrasferiet ir-responsabbiltà tal-bilanċ finanzjarju tal-iskema speċjali ikkonċernata tal-RATP għall-CRP-RATP u fl-aħħar nett għall-Istat.

(79)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li fin-nuqqas tar-riforma nnotifikata, l-obbligu tal-bilanċ finanzjarju tal-iskema speċjali li kellha l-RATP kellu jinbidel f’impenn fir-rigward tal-Istat li kellu jiddaħħal fil-kontijiet fil-ħin tat-tranżizzjoni għall-istandards IFRS (International Financial Reporting Standard, Standards Internazzjonali ta’ Informazzjoni Finanzjarja), li mit-30 ta’ Ġunju 2007 huma applikabbli għall-RATP (27).

(80)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni tisħaq li l-mistoqsija li tirriżulta mill-ħolqien tal-CRP-RATP hija identika għall-problematika mqajma fil-qafas tar-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat impjegati ma’ La Poste (28). Konsegwentement, il-Kummissjoni vverifikat jekk, f’dan il-każ, il-miżura ikkonċernata tinvolvi l-elementi ta’ għajnuna mill-Istat billi tadotta l-istess proċedura tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq.

11.1.   L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(81)

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE jipprevedi li, “l-għajnuna fi kwalunkwe forma li tkun mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew ċerti produzzjonijiet għandha tkun inkompatibbli mas-suq komuni, ħlief għad-derogi prevsti f‘dan it-Trattat”.

(82)

Skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat il-kwalifika ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat tinvolvi li l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin ikunu sodisfatti, jiġifieri: 1) il-miżura kkonċernata għandha vantaġġ ekonomiku selettiv, 2) dan il-vantaġġ għandu jkun iffinanzjat permezz ta’ riżorsi mill-Istat; 3) dan il-vantaġġ ifixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni u, fl-aħħar nett; 4) dan il-vantaġġ jaffettwa l-iskambji bejn Stati Membri.

(83)

Huwa importanti li jiġu esposti r-raġunijiet li jqisu l-miżura kkonċernata tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kumulattivi u, li għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur l-RATP skont l-Artikoli 87(1) tat-Trattat.

11.1.1.   EŻISTENZA TA’ VANTAĠĠ EKONOMIKU SELETTIV FAVUR L-RATP

(84)

Sabiex wieħed japprezza jekk il-miżura kkonċernata tinkludix elementi ta’ għajnuna mill-Istat, huwa importanti li wieħed jiddetermina jekk din il-miżura hix ta’ vantaġġ ekonomiku għall-RATP minħabba li din tippermettilha li tevita li ġġarrab l-ispejjeż li normalment kienu jtaqqlu r-riżorsi finanzjarji proprji tal-impriża u għalhekk tellfu lill-forzi preżenti fis-suq milli jipproduċu l-konsegwenzi normali tagħhom (29).

(85)

F’dan il-kuntest, skont ġurisprudenza kostanti, infiq normali huwa spiża normali inerenti għall-ġestjoni ta’ kuljum jew għall-attivitajiet kurrenti ta’ impriża (30). Barra minn hekk, skont il-Qorti għajnuna tikkonsisti fit-tħaffif tal-ispejjeż li normalment jgħabbu l-baġit tal-impriżi waqt li titqies in-natura jew l-ekonomija tas-sistema tal-ispejjeż ikkonċernati, filwaqt li spiża speċjali hija spiża addizzjonali meta titqabbel mal-ispejjeż normali (31).

(86)

Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti, u skont il-prattika tagħha tat-teħid tad-deċiżjonijiet (32), il-Kummissjoni tqis li l-kwalifika ta’ spiża “normali” jew “speċjali” timplika d-definizzjoni ta’ qafas ta’ referenza, jew kumparatur, mal-għan li jidentifika l-impriżi li jkunu f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali paragunabbli fir-rigward tal-għan imfittex mill-miżura kkonċernata.

(87)

F’dan ir-rigward għandu jiġi mfakkar li, biex jiġi applikat l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, huwa meħtieġ li jiġi determinat jekk, fil-qafas ta’ skema ġuridika mogħtija, miżura statali tiffavorixxix “ċerti impriżi jew ċerti produzzjonijiet” fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat meta mqabbla ma’ impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli fir-rigward tal-għan imfittex mill-miżura kkonċernata.

(88)

B’mod iktar preċiż, il-Qorti tindika li l-għażla ta’ sistema ta’ referenza ssegwi approċċ maqsum f’żewġ stadji: l-ewwel, id-determinazzjoni ta’ sistema ta’ spejjeż ikkonċernata mill-miżura kkonċernata u, it-tieni, id-determinazzjoni ta’ skema ġenerali applikabbli għas-sistema tal-ispejjeż ikkonċernati.

(89)

Fl-ipoteżi li jista’ jiġi identifikat kumparatur eżoġenu rilevanti b’referenza fejn l-eżistenza ta’ spejjeż “mhux normali” tista’ tiġi definita, il-miżura kkonċernata ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. F’każ kuntlarju, il-miżura kkonċernata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni.

11.1.1.1.    Nuqqas ta’ kumparatur eżoġenu fil-każ ikkonċernat

(90)

Bl-applikazzjoni ta’ din il-metodoloġija f’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li s-sistema ta’ spejjeż ikkonċernata mill-miżura kkonċernata tinkludi kontribuzzjonijiet soċjali mġarrba mill-impjegatur fil-qafas tal-assigurazzjoni obbligatorja tax-xjuħija tal-impjegati tiegħu.

(91)

Fit-teorija, il-Kummissjoni tiddistingwi bejn żewġ oqfsa potenzjali ta’ referenza:

id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-assigurazzjoni obbligatorja tax-xjuħija li japplikaw għall-iskemi tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-liġi ordinarja, jiġifieri tas-sigurtà soċjali ġestita mill-CNAV u mill-iskemi kumplimentari ġestiti mill-AGIRC u mill-ARRCO;

Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-assigurazzjoni obbligatorja tax-xjuħija li japplikaw għal stabbilimenti pubbliċi oħrajn.

(92)

Fil-każ tal-ewwel kumparatur, jiġifieri l-iskemi tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-liġi ordinarja, il-Kummissjoni tara li mill-1 ta’ Jannar 2006 l-RATP twettaq il-kontribuzzjoni soċjali li qiegħda fl-istess livell tal-kontribuzzjoni soċjali li jwettqu l-impriżi bil-fond għall-pensjonijiet tal-irtirar li tiġġestixxi l-iskemi tal-liġi ordinarja. Madankollu, il-Kummissjoni tara li mill-1 ta’ Jannar 2006, il-prestazzjonijiet li jitħallsu lill-benefiċjarji tal-RATP mill-iskema speċjali ġestita mill-CRP-RATP huma superjuri għall-prestazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impjegati affiljati fi skemi tal-liġi ordinarja.

(93)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-affiljati fi skemi tal-liġi ordinarja huma impjegati b’kuntratt tal-liġi privata waqt illi l-impjegati tal-RATP huma uffiċjali b’kuntratt. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-istatut tal-persunal tal-RATP huwa derogatorju għal-liġi ordinarja (ara n-nota ta’ qiegħ nru 6).

(94)

Il-Kummissjoni tqis, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ qabel u tal-prattika tat-teħid tad-deċiżjoni tagħha (33), li d-dispożizzjonijiet applikabbli għal-iskemi tal-liġi ordinarja fir-rigward tal-assigurazzjoni obbligatorja tax-xjuħija ma jistgħux jitqiesu bħala kumparatur fl-analiżi tal-Kummissjoni biex tiddetermina l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(95)

F’dak li jirrigwarda t-tieni kumparatur possibbli, jiġifieri l-istabbilimenti pubbliċi, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika grupp ta’ operaturi ekonomiċi li jiffurmaw grupp omoġenu, li jista’ jservi bħala kumparatur. L-RATP fil-fatt tinsab fi Franza f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali partikolari ħafna (34).

(96)

Biex nikkonkludu, il-Kummissjoni tqis li ma jeżisti l-ebda element ta’ kumparatur eżoġenu li jippermetti d-definizzjoni ta’ kontribuzzjoni “normali” mġarrba minn impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni ġuridika u fattwali li tista’ titqabbel ma’ dik tal-RATP fir-rigward tal-għan imfittex mill-miżura kkonċernata.

(97)

Id-Deċiżjoni Enirisorse  (35) kkwotata minn Franza, ma tbiddilx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni rigward l-eżistenza ta’ vantaġġ favur l-RATP. Bl-istess mod, fis-sentenza Enirisorse, il-Qorti tibbaża l-konklużjoni tagħha fuq il-paragun bejn il-miżura kontenzjuża ma’ “sitwazzjoni normali”, li l-Qorti setgħet tiddefinixxi iżda li ma teżistix b’mod simili f’din il-kwistjoni.

(98)

Fin-nuqqas ta’ kumparatur eżoġenu rilevanti, il-Kummissjoni tqis li, sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 87(1), tat-Trattat tal-KE, il-qafas ta’qabel l-għoti tal-miżura.

11.1.1.2.    Eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku

(99)

Kif jidher qabel, fil-qafas tas-sistema stabbilita qabel l-1 ta’ Jannar 2006, l-RATP kienet debitur legali tal-impenji tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-iskema speċjali. Skont dan, l-RATP tiggarantixxi l-bilanċ finanzjarju tal-iskema kkonċernata, ladarba ma kellhiex il-kontribuzzjoni “impjegatur” mħallsa mill-RATP għall-iskema speċjali.

(100)

Il-Kummissjoni sostniet li d-dispożizzjonijiet previsti mir-riforma nnotifikata kellhom prinċipalment jikkonferixxu n-natura liberatorja għall-kontribuzzjoni “impjegatur” imħallsa mill-RATP għall-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċċjali tagħha.

(101)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kkonċernati jeħilsu lill-RATP mill-ispejjeż li kien ikollha tħalas skont il-liġi tal-1948 imsemmija qabel.

(102)

Fil-kuntest ta’ analiżi tan-natura normali jew le tal-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-irtirar għall-RATP innifisha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-obbligi li trid tassumi l-impriża skont il-leġiżlazzjoni tax-xogħol jew ta’ kuntratti kollettivi konklużi mat-trejdjunjins fir-rigward ta’ ħlas tas-sensja u/jew ta’ irtirar kmieni huma parti mill-ispejjeż normali li impriża trid tiffinanzja mir-riżorsi tagħha stess (36).

(103)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-ispejjeż li trid tħallas l-RATP skondTil-liġi tal-1948 huma spejjeż normali. Għalhekk, ladarba l-miżura kkonċernata tippermetti li wieħed jevita li jġarrab spejjeż li normalment kienu jtaqqlu r-riżorsi finanzjarji propji tal-RATP, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura tagħti vantaġġ ekonomiku lill-operatur fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Dan il-vantaġġ huwa selettiv minħabba li jirrigwarda benefiċjarju wieħed biss.

(104)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sostniet li fin-nuqqas tar-riforma nnotifikata, l-obbligu tal-bilanċ finanzjarju tal-iskema speċjali li kellha l-RATP kellu jinbidel f’impenn fir-rigward tal-Istat li kellu jiddaħħal fil-kontijiet fil-ħin tat-tranżizzjoni għall-istandards IFRS (International Financial Reporting Standard, Standards Internazzjonali ta’ Informazzjoni Finanzjarja), li mit-30 ta’ Ġunju 2007 japplikaw għall-RATP.

(105)

Dan l-element jikkonferma li l-ħolqien tal-CRP-RATP iħaffef lill-RATP mill-ispejjeż li normalment kien ikollha ġġarrab.

11.1.1.3.    L-inapplikabbiltà tal-ġursiprudenza Combus f’dan il-każ

(106)

L-awtoritajiet Franċiżi jirrefereu b’mod dettaljat għas-sentenza Combus  (37), fejn il-Qorti qieset bħala spejjeż li mhumiex normali dwak li jirriżultaw mill-istat derogatorju tal-persunal ta’ impriża li, wara riforma, tinsab f’sitwazzjoni ta’ liġi ordinarja, u għalhekk identika għal dik tal-kompetituri tagħha, fir-rigward tal-ġestjoni tal-persunal tagħha. Għalhekk il-Qorti ddikjarat: “il-miżura kkonċernata kellha l-għan li tissostitwixxi l-istat privileġġjat u għoli tal-uffiċjali impjegati ma’ Combus b‘kuntratt li jista’ jitqabbel ma’ dak tal-impjegati ta’ impriżi oħra għat-trasport bil-karrozza tal-linja li huma l-kompetituri ta’ Combus. Għalhekk kien il-każ li Combus tiġi meħlusa minn żvantaġġ strutturali meta mqabbla mal-kompetituri privati tagħha. Madankollu, l-Artikolu 87(1) KE għandu biss l-għan li jipprojbixxi l-vantaġġi li jjiffavorixxu ċerti impriżi, fejn l-idea ta’ għajnuna tkopri biss interventi li jħaffu l-ispejjeż li normalment itaqqlu l-baġit ta’ impriża u li jridu jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku li l-impriża li tibbenefika minnu ma knitx tikseb f‘kundizzjonijiet normali tas-suq. […]. Barra minn hekk, l-Istat Daniż seta‘, minflok iħallas is-somma ta’ 100 miljun DKK direttament lill-uffiċjali impjegati ma’ Combus, jikseb l-istess riżultat billi jerġa‘ jimpjega lil dawn l-uffiċjali fl-amministrazzjoni pubblika, mingħajr ma jħallas sussidju speċifiku, u dan jippermetti li Combus timpjega immedjatament lil aġenti kuntrattwali li jaqgħu taħt il-liġi privata.”

(107)

B’mod ġenerali, jaqbel li wieħed ifakkar l-ewwel nett li l-ġurisprudenza Combus ma ġietx ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Ċerti elementi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jikkontradixxu l-ipoteżi li skontha l-kumpens ta’ żvantaġġ strutturali jeskludi l-kwalifikazzjoni ta’ għajnuna. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem indikat li l-eżistenza ta’ għajnuna kellha tkun apprezzata fir-rigward tal-effetti u mhux skont il-kawżi jew l-għanijiet tal-interventi mill-Istat (38). Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li l-idea ta’ għajnuna tkopri l-vantaġġi mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi li, taħt forom differenti, iħaffu l-ispejjeż li normalment itaqqlu l-baġit ta’ impriża (39). Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll b’mod ċar li l-ispejjeż marbuta mar-remunerazzjoni tal-impjegati tagħhom huma ta’ piż, min-natura tagħhom, fuq il-baġit tal-impriżi, indipendentement mill-kwistjoni li wieħed ikun jaf jekk l-ispejjeż humiex ġejjin jew le minn obbligi legali jew minn ftehimiet kollettivi (40). F’dan il-qafas, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-fatt li l-miżuri tal-Istat kellhom l-għan li jikkumpensaw għas-soprataxxi ma jeżentahomx milli jikkwalifikaw għall-għajnuna (41). F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għall-applikazzjoni tal-prinċipju enunċjat mill-Qorti fis-sentenza Combus, waqt li affermaw li r-riforma nnotifikata teħles lill-RATP minn spiża li mhix normali.

(108)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tisħaq li l-elementi materjali importanti jagħmlu differenza bejn il-kwistjoni Combus u din il-kwistjoni:

il-kumpens ser jitħallas direttament lill-uffiċjali impjegati minn Combus fil-waqt li l-miżuri li huma s-suġġett ta’ din id-deċiżjoni jikkonċernaw il-kontribuzzjonijiet tal-impjegatur tal-RATP;

il-miżura tal-istat rilevanti tal-Istat fil-kwistjoni Combus kellha l-għan li tissostitwixxi l-istat privileġġjat u għoli tal-uffiċjali impjegati ma’ Combus bi stat ta’ aġent kuntrattwalili jista’ jitqabbel ma’ dak ta’ impjegati ta’ impriżi oħrajn tat-trasport bil-karrozza tal-linja li huma kompetituri ta’ Combus. Min-naħa l-oħra, l-istat u d-drittijiet tal-uffiċjali tal-RATP baqgħu ma nbidlux minħabba l-miżuri kkonċernati. Dan l-istatut u dawn id-drittijiet huma differenti minn dawk tal-impjegati, b’kuntratt tal-liġi privata, tal-impriżi affiljati fi skemi tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-liġi ordinarja;

il-kuntest ta’ kompetizzjoni tal-attivitajiet ta’ Combus kien differenti minn dak li fih evolviet l-RATP. Il-kumpanija b’responsabbiltà limitata Combus A/S kellha tiġġestixxi l-attività tat-trasport fuq bażi kummerċjali u topera fuq is-suq fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni li jitqabblu ma’ dawk ta’ kumpaniji privati ta’ karrozzi tal-linja. F’dan il-kuntest, is-soċjetajiet pubbliċi ta’ ġestjoni tat-trasport, wara sejħa għall-offerti, iċedu t-twettiq tat-trasport bil-karrozza tal-linja lill-impriżi privati u pubbliċi. Skont ir-regoli li jirregolaw is-sejħa għall-offerti, is-swieq jingħataw lill-“offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament”, mingħajr ma jkun hemm lok li wieħed jikkunsidra n-natura privata jew pubblika ta’ min jagħmel l-offerta. L-RATP għandha settur kbir mhux liberalizzat li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 se jressaq għall-kompetizzjoni gradwalment ħafna u li fih restrizzjonijiet ekonomiċi li jidhru f’modi varji ħafna.

(109)

Il-Kummissjoni tqis li d-differenzi fattwali bejn il-kwistjoni Combus u dan il-każ huma suffiċjenti biex jiġġustifikaw raġunament differenti għaż-żewġ kwistjonijiet.

11.1.2.   PREŻENZA TA’ RIŻORSI TAL-ISTAT

(110)

Il-Kummissjoni tqis li l-miżura eżaminata timplika riżorsi tal-Istat favur l-RATP fejn ir-responsabbiltà aħħarija għall-ibbilanċjar tal-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċċjali tal-RATP ma tibqax ta’ din tal-aħħar iżda ssir tal-Istat. Fil-fatt, mill-implimentazzjoni tar-riforma, l-Istat jiggarantixxi l-bilanċ finanzjarju tal-CRP-RATP bil-ħlas ta’ sussidju ta’ bilanċ lill-entità tas-sigurtà soċjali li, fin-nuqqas tar-riforma, kellha tkun koperta mill-RATP.

(111)

Għalhekk, il-Kummissjoni ikkonkludiet li l-miżura li qiegħda tiġi eżaminata timplika riżorsi mill-Istat skont l-Artikolu 87(1), tat-Trattat.

11.1.3.   DISTORSJONIJIET TAL-KOMPETIZZJONI U L-PREĠUDIZZJI GĦALL-ISKAMBJI

(112)

Kif kien indikat minn qabel, l-RATP, il-benefiċjarja tal-miżura kkonċernata, hija l-kumpanija ewlenija ta’ grupp ta’ impriżi, il-grupp RATP, li jopera fis-setturi tat-trasport u tas-servizzi assoċjati. Dawn l-operaturi flimkien huma attivi fis-swieq komunitarji tas-setturi msemmija hawn fuq.

(113)

F’dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi mfakkar li l-għajnuna li għandha l-għan li teħles lill-impriża mill-ispejjeż li normalment kien ikollha ġġarrab fil-qafas tal-ġestjoni attwali tagħha jew tal-attivitajiet normali tagħha, tfixkel, fil-prinċipju, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni (42). Fil-fatt tqies li kwalunkwe għajnuna mogħtija lil impriża li teżerċita l-attivitajiet tagħha fis-suq komunitarju hija suxxettibbli li tikkawża tagħwiġ ta’ kompetizzjoni u li taffettwa l-iskambji bejn l-Istati Membri (43). Barra minn hekk, il-Qorti indikat li mhu eskluż bl-ebda mod li sussidju pubbliku mogħti lil impriża li tipprovdi biss servizzi tat-trasport lokali jew reġjonali u ma tipprovdix servizzi tat-trasport barra mill-Istat ta’ oriġini tagħha, jista’ jaffettwa l-iskambji bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Fil-fatt, meta Stat Membru jagħti sussidju pubbliku lil impriża, il-provvista tas-servizzi tat-trasport mill-impriża msemmija tista’ tinżamm jew tiżdied, bil-konsegwenza li ċ-ċans li impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jipprovdu servizzi tat-trasport fis-suq ta’ dan l-Istat jonqos (44).

(114)

F’dan il-każ, il-grupp RATP jinsab f’pożizzjoni privileġġata meta titqabbel kemm mal-kompetituri nazzjonali (45) u kemm mal-kompetituri tagħha fi Stati Membri oħra li ma jistgħux jibbenefikaw mill-miżura kkonċernata.

(115)

F’dan ir-rigward jeħtieġ li wieħed isemmi li r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprevedi l-bidu għall-kompetittività gradwali tas-swieq ikkonċernati u li l-bidu tal-kompetizzjoni ta’ settur ikkonċernat jimplika li għajnuna mogħtija mill-Istat lil impriża li tinsab f’dan is-settur għandha tkun suxxettibbli li taffettwa l-iskambji intrakomunitarji u li tfixkel il-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat.

(116)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-miżura kkonċernata taffettwa l-iskambji bejn l-Istati Membri u tfixkel il-kompetizzjoni bejn dawn l-operaturi.

11.2.   L-ILLEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA

(117)

Skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, l-Istat Membru huwa mitlub li jinnotifika kwalunkwe proġett li jistabbilixxi jew ibiddel l-għajnuna. L-Istat Membru kkonċernat ma jistax idaħħal fis-seħħ il-miżuri proposti tiegħu qabel ma din il-proċedura tkun wasslet għal deċiżjoni finali.

(118)

F’dan il-każ, b’ittra tad-29 ta’ Ġunju 2006 l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw ir-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP. F’din l-ittra, l-awtoritajiet Franċiżi indikaw li dan ma jidhirx li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li għandha tkun l-għan ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

(119)

Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-għajnuna mill-Istat ikkonċernata ġiet implimentata minn Franza mill-1 ta’ Jannar 2006, jiġifieri qabel ma l-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li Franza mxiet b’mod illegali billi poġġiet fis-seħħ l-għajnuna kkonċernata bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

11.3.   KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ KOMUNI

(120)

Il-miżura kkonċernata li tikkostitwixi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, trid tiġi eżaminata l-kumpatibbiltà eventwali tagħha fid-dawl tad-derogi previsti mit-Trattat imsemmi.

(121)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li l-bażi ġuridika l-iktar xierqa hija l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE, li skonthu għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet tista’ tiġi ddikjarata kumpatibbli mas-suq komuni meta hi stess ma tbiddilx il-kundizzjonijiet tal-iskambji b’mod li jmur kontra l-interess komuni.

(122)

Filwaqt li titqies in-natura u l-effetti tar-riforma, il-Kummissjoni tqis li l-evalwazzjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuna kkonċernata għandha ssir abbażi l-ħolqien ta’ ambjent ekwu b’ kundizzjonijiet ugwali fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet soċjali obbligatorji bejn l-RATP u l-kompetituri attwali tagħha, kemm potenzjali kif ukoll futuri fis-suq tat-trasport pubbliku u urban fl-Ile-de France.

Il-livell tal-kontribuzzjonijiet tal-RATP imqabbla mal-kompetituri tagħha fis-sistema rriformata

(123)

Biex wieħed janalizza l-effetti tal-għajnuna u jevalwa l-intensità tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni trid l-ewwelnett teżamina l-livell tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-RATP meta mqabbla mal-kompetituri tagħha fis-sistema rriformata. Wara, il-Kummissjoni ser tidentifika s-sitwazzjoni kif se tiġi ppreżentata jekk l-RATP ma bbenefikatx mill-għajnuna kkonċernata. Fl-aħħar nett l-effetti pożittivi tal-għajnuna jiġu analizzati, kif ukoll l-effetti negattivi tagħhom qabel ma twaqqaf bilanċ globali ta’ kumpatibbiltà.

(124)

B’mod preliminarju, il-Kummissjoni li,qabel l-1 ta’ Jannar 2006, il-finanzjament tal-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-iritirar tal-RATP jiddistingwi ruħu mill-finanzjament tal-iskemi tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-liġi ordinarja għal żewġ raġunijiet: in-natura mhux liberatorja tal-kontribuzzjonijiet u r-rati tal-kontribuzzjoni “impjegatur”.

(125)

Il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna kkonċernata ġabet soluzzjoni għall-ewwel element ta’ diverġenza bejn l-iskema speċjali tal-RATP u l-iskemi tal-liġi ordinarja. Fil-fatt, qabel l-1 ta’ Jannar 2006, l-RATP ma kinitx tħallas kontribuzzjonijiet ta’ natura liberatorja iżda kienet mitluba mil-liġi biex tibbilanċja l-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar għall-uffiċċjali tagħha. Ir-riforma nnotifikata introduċiet il-ħlas ta’ kontribuzzjoni liberatorja, li tikkaratterizza l-kontribuzzjonijiet imħallsa minn impjegatur tal-liġi ordinarja lill-fond li jiġġestixxi skema ta’ pensjonijiet tal-irtirar f’sistema ta’ tqassim. Fil-każ tat-tieni element ta’ diverġenza, il-Kummissjoni tosserva li r-riforma nnotifikata kellha l-effett li tugwalizza l-livelli tal-ispejjeż obbligatorji tal-assigurazzjoni tax-xjuħija bejn l-RATP u l-impriżi li jaqgħu taħt il-liġi ordinarja tal-prestazzjonijiet tal-irtirar.

Ix-xenarju mingħajr l-għotja tal-għajnuna

(126)

Fin-nuqqas tar-riforma nnotifikata, l-RATP kellha tagħmel proviżjoni, għas-snin finanzjarji wara s-sena finanzjarja 2006, l-impenji tal-irtirar tal-uffiċjali tagħha. Din il-proviżjoni kellha tirriżulta direttament mill-fatt li l-kontribuzzjonijiet “tal-impjegatur” għall-pensjonijiet tal-irtirar tal-uffiċjali tal-RATP ma kinux liberatorji.

(127)

Min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjonijiet tal-RATP għall-assigurazzjoni tax-xjuħija biex jiggarantixxu l-bilanċ finanzjarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar ma ġewx allinjati għal-livell imħallas mill-kompetituri potenzjali tagħha.

(128)

Għaldaqstant, fin-nuqqas tar-riforma nnotifikata, l-RATP kellha tieħu ħsieb l-ispiża annwali supplimentari ta’ diversi mijiet ta’ miljuni ta’ ewro fir-rigward tal-iskema rriformata.

(129)

Konsegwentement, fil-kuntest ta’ suq liberalizzat l-RATP kellha żvantaġġ mill-fatt li kellha l-ispejjeż tagħha tal-pensjonijiet tal-irtirar u dan affettwa l-attivitajiet tagħha b’mod sinifikanti.

L-effetti pożittivi tal-għajnuna

(130)

Minn dan jirriżulta li skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, li jipprevedi l-bidu eventwali tas-suq tat-trasport pubbliku urban, l-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar applikabbli għall-RATP skont il-liġi tal-1948 għandha karatteristiċi speċifiċi li, weħedhom, joħolqu tagħwiġ tal-kompetizzjoni b’detriment għall-RATP u għall-grupp li tagħmel parti minnu. L-effett essenzjali tal-għajnuna kkonċernata huwa li tallinja l-kontribuzzjonijiet tal-RATP ma’ dawk imġarrba mill-kompetituri tagħha u l-kompetituri tal-grupp RATP, biex b’hekk telimina t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni speċifika li taffetwa lill-RATP u lill-grupp RATP.

(131)

Barra minn hekk, ir-riforma tippermetti lill-RATP li taġixxi progressivament bħala investitur privat li jħabbat wiċċu ma’ ristrezzjonijiet kummerċjali normali. Dan huwa wieħed mill-għanijiet tar-riforma msemmija.

(132)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-miżura kkonċernata hija adattata għall-għan ta’ interess komunitarju li hija qed tfittex. L-ebda strument ieħor ma seta’ jitratta l-kwistjoni b’mod aktar effikaċi. Mingħajr dubju l-kumpens tas-servizz pubbliku seta’ ngħata, iżda approċċ bħal dan ma kien ikun la adattat u lanqas sostenibbli fit-tul minħabba n-natura strutturali tal-problema.

(133)

F’dak li jirrigwarda l-proporzjonalità tal-miżuri, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mogħtija hija limitata għall-minimu strett. Mill-1 ta’ Jannar 2006, l-RATP twettaq l-ispejjeż tal-pensjonijiet tal-irtirar identiċi għal dawk imħallsa minn impriża li l-impjegati tagħha huma affiljati fi skemi tal-liġi ordinarja.

(134)

Fl-aħħar nett, il-kummissjoni tqis li l-miżura kkonċernata tippermett l-assigurazzjoni tal-perennità ta’ sistema ta’ rtirar li l-finanzjament tagħha waqa’. Barra minn hekk il-Kummissjoni tqis li r-riforma impenjata bil-prestazzjonijiet tal-irtirar ipprovduti mill-iskema speċjali (46) tikkostitwixxi b’dan element supplimentari determinanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li dawn il-miżuri jidħlu għalhekk fil-qafas aktar ġenerali tar-riforma tas-sistemi ta’ rtirar tal-Istati Membri, riforma mixtieqa kemm mill-Kunsill u kemm mill-Kummissjoni (47).

Effetti negattivi tal-għajnuna

(135)

F’analiżi tal-Istat, il-Kummissjoni tqis minn naħa li t-tagħwiġ tal-kompetizzjoni li l-miżura kkonċernata ġabet fuq is-suq tat-trasport pubbliku urban fl-Ile-de-France huwa limitat ħafna fl-immedjatezza tiegħu, għax fid-dawl tal-passat tal-RATP u tal-attivitajiet tagħha, jidher ċar li l-impenji tal-irtirar li jikkonċernaw ir-riforma jirreferu għal attivitajiet li storikament saru f’suq mhux liberalizzat fejn sa llum il-kompetizzjoni hija dgħajfa. Min-naħa l-oħra, fil-każ tas-swieq li fihom il-grupp RATP huwa attiv permezz ta’ filjali tal-impriża RATP, il-Kummissjoni tqis li l-miżura kkonċernata ma għandhiex ħlief effett minuri. Fil-fatt, dawn is-swieq jiġu affettwati indirettament biss mill-miżura kkonċernata ladarba, barra mis-separazzjoni ġuridika stretta tal-kontijiet u dik finanazjarja bejn il-kumpanija ewlenija u l-filjali tagħha, ir-riforma nnotifikata ma tikkonċernax il-persunal impjegat minn dawn il-filjali.

(136)

F’analiżi dinamika, li bla dubju hija aktar xierqa fid-dawl tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-Kummissjoni tqis li għalkemm teoretikament il-miżura kkonċernata tista’ tippermetti lill-RATP li tibqa’ f’pożizzjoni dominanti, dan ir-riskju huwa minimu. Din il-konklużjoni tirriżulta mill-fatt li l-miżura tillimita ruħha għall-allinjament tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-RATP ma’ dawk tal-kompetituri tagħha u li, wara r-riforma tal-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar introdotta fl-2008, l-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP mhix ta’ interess partikolari għall-impriża.

Bilanċ ta’ kumpatibbiltà ġenerali

(137)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-effetti negattivi tal-għajnuna mogħtija lill-RATP se jkunu moderati. Ir-riforma nnotifikata tillimita ruħha għal dak li huwa strettament meħtieġ biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ugwali f’dak li jirrigwarda l-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni obbligatorja tax-xjuħija, ittemm it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni li kienet tkun ta’ żvantaġġ għall-RATP, u konsegwentement ma tbiddilx il-kundizzjonjiet tal-iskambji b’mod li jmur kontra l-interess komuni.

(138)

Jirriżulta li l-għajnuna kkonċernata hija kumpatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni li r-riforma tal-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP, maħsuba biex tarmonizza din l-iskema mar-regoli tal-liġi ordinarja tal-iskemi ta’ bażi tal-impjegati tas-settur privaat u tal-uffiċjali, tiġi implimentata bis-sħiħ.

(139)

Il-Kummissjoni tqis li l-konklużjoni ta’ hawn fuq ma tiġix diskussa bis-soluzzjoni li nstabet fid-Deċiżjoni tagħha 2005/145/KE fil-każ EDF (48).

(140)

F’dan ir-rigward huwa importanti li jiġi mfakkar li fid-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni awtorizzat l-għajnuna mill-Istat li teħles lill-impriżi minn settur ta’ obbligi ta’ pensjonijiet speċifiċi, li jeċċedu dawk li jirriżultaw mill-iskema ġenerali tal-pensjonijiet tal-irtirar u li ġew definiti matul il-perjodu ta’ monopolju. F’din l-okkażjoni, il-Kummissjoni qieset li t-tħaffif parzjali tal-ispiża li tirriżulta mill-mekkaniżmu ta’ finanzjament tad-drittijiet speċifiċi ta’ rtirar miksuba qabel id-data tar-riforma kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat li seta’ jiġi ddikjarat kumpatibbli mas-suq komuni. Il-Kummissjoni qieset fl-analiżi ta’ kumpatibbiltà tagħha li s-sitwazzjoni ta’ EDF ma kinitx daqshekk differenti fin-natura tagħha minn dik tal-“ispejjeż li ma ġewx irkuprati” fil-qasam tal-enerġija. Fil-fatt kien il-każ ta’ għajnuna maħsuba biex tiffaċilita t-tranżizzjoni lejn settur tal-enerġija kompetittiv. Il-Kummissjoni qieset li hu xieraq li tassimila l-għajnuna lill-EDF ma’ kumpens tal-ispejjeż li ma ġewx irkuprati (49), u ħabbret li din kienet qed issegwi dan l-approċċ fl-analiżi tagħha ta’ każijiet simili.

(141)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li, f’dan il-każ, l-għajnuna mill-Istat teħles lill-RATP mill-obbligi tal-pensjonijiet li jeċċedu dawk li jirriżultaw mill-iskema ġenerali tal-pensjonijiet tal-irtirar u li ġew definiti qabel ma ġie liberalizzat is-suq. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni żiedet li r-riforma tal-iskemi speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar implimentata mill-RATP fil-bidu tas-sena 2008 tallinja l-iskema speċjali tal-uffiċjali tal-RATP dwar ir-regoli tal-liġi ordinarja tal-iskemi bażiċi tal-impjegati tas-settur privat u tal-uffiċjali.

11.4.   KONKLUŻJONI

(142)

Il-Kummissjoni tqis li l-miżura kkonċernata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1), tat-Trattat. Din l-għajnuna hija illegali, iżda kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat.

12.   EVALWAZZJONI TAT-TIENI U T-TIELET MIŻURA

(143)

Kif kien jidher qabel, ir-riforma nnotifikata tipprevedi li, mill-1 ta’ Jannar 2006, l-Istat iħallas sussidju lill-CRP-RATP maħsub biex jibbilanċja l-kontijiet tagħha.

(144)

Barra minn hekk, ir-riforma nnotifikata tipprevedi l-possibbiltà għall-CRP-RATP li tqarreb id-drittijiet bażiċi tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-iskema speċjali għall-iskemi tal-liġi ordinarja. Sabiex jiġi rrispettat il-prinċipju ġenerali tan-newtralità finanzjarja, dan it-tqarrib jeħtieġ il-ħlas tas-saldu lill-iskemi riċevituri, saldu li l-Istat se jieħu ħsieb minflok il-CRP-RATP.

(145)

Għaldaqstant irid jiġi determinat jekk dawn il-miżuri jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(146)

F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi mfakkar li l-Artikolu 87 tat-Trattat ma japplikax ħlief għall-impriżi fis-sens tal-liġi komunitarja tal-kompetizzjoni. Skont ġurisprudenza kostanti tal-Qorti, il-qasam tal-protezzjoni soċjali, meta titwaqqaf fuq is-solidarjetà, ma jikkostitwixxix attività ekonomika fis-sens tat-Trattat (ara l-punt 67 tad-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura tal-10 ta’ Ottubru 2007) (50).

(147)

Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni tqis li la l-CRP-RATP u lanqas il-fondi għall-pensjonijiet tal-irtirar li jilqgħu lill-impjegati attivi u rtirati tal-RATP, jiġifieri il-CNAV u l-AGIRC-ARRCO, ma huma impriżi fis-sens tal-liġi ordinarja tal-kompetittività għar-raġunijiet li ġejjin.

(148)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tosserva l-ewwel nett li l-uffiċjali tal-RATP huma soġġetti għal protezzjoni soċjali obbligatorja li tinvolvi skema awtonoma ta’ assigurazzjoni tax-xjuħija li b’għan soċjali. Hija timmira biex tiggarantixxi li l-persuni kollha jiġu koperti bir-riskju tax-xjuħija, indipendentement mis-sitwazzjoni ekonomika tagħhom u mill-istat ta’ saħħa tagħhom fil-ħin tal-affiljazzjoni tagħhom.

(149)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis din l-iskema timxi mal-prinċipju tas-solidarjetà fis-sens li l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-ħaddiema attivi jiffinanzjaw il-pensjonijiet tal-ħaddiema rtirati.

(150)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-ġestjoni tal-iskema kkonċernata ngħatat bil-liġi lill-CRP-RATP li l-attività tagħha hija soġġetta għall-kontroll mill-Istat. B’dan, hija tkopri l-prodott tal-kontribuzzjonijiet dovuti mill-impjegati tal-RATP u mill-RATP u tiggarantixxi l-likwidazzjoni u s-servizz tal-pensjonijiet. Il-Kummissjoni tikkummenta li, skont l-Artikolu L 711-1 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali, il-CRP-RATP għandu l-attributi kollha stabbiliti fl-Artikolu L 111-1 tal-kodiċi msemmi li, b’mod partikolari jfakkar li l-organizzazzjoni tas-sigurtà soċjali hija bbażata fuq il-prinċipju tas-solidarjetà nazzjonali.

(151)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li, fit-twettiq tal-missjoni tiegħu, il-CRP-RATP japplika l-liġi u ma għandu l-ebda possibbiltà li jinfluwenza l-ammont tal-kontribuzzjonijiet, l-użu tal-fondi jew id-determinazzjoni tal-livell tal-prestazzjonijiet. Il-prestazzjonijiet imħallsa huma legali u indipendednti mill-ammont tal-kontribuzzjonijiet.

(152)

Ladarba l-CRP-RATP mhix impriża fis-sens tal-liġi komunitarja tal-kompetittività, il-Kummissjoni tqis li l-ħlas ta’ sussidju ta’ bilanċ mill-Istat għall-CRP-RATP u l-finanzjament mill-Istat tas-saldu minflok il-CRP-RATP ma jikkostitwixxix l-għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-ewwel Artikolu

Il-ħolqien tal-Fondi għall-pensjonijiet tal-irtirar tal-persunal tal-RATP (CRP-RATP) jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li jaqa’ taħt l-Artikolu 87(1), tat-trattat tal-KE, mogħtija illegalment minn Franza bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

Din l-għajnuna mill-Istat hija kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3) c) tat-trattat bil-kundizzjoni li r-riforma tal-iskema speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-RATP, maħsuba biex tarmonizza din l-iskema mar-regoli tal-liġi ordinarja tal-iskemi ta’ bażi tal-impjegati tas-settur privaat u tal-uffiċjali, tiġi implimentata bis-sħiħ..

It-twettiq ta’ din l-għajnuna hija awtorizzata skont dan.

Artikolu 2

Il-ħlas ta’ sussidju ta’ bilanċ mill-Istat għall-CRP-RATP u l-finanzjament mill-Istat tas-saldu minflok l-CRP-RATP fit-tqarrib tad-drittijiet bażiċi tal-iskema speċjali mal-iskemi tal-liġi ordinarja ma jikkostitwixxix l-għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

Artikolu 3

Ir-Repubblika Franċiża hija d-destinatarju ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU C 9, 15.1.2008, p. 13.

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna nru 1.

(3)  Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tas-26 ta’ Marzu u tat-3 ta’ April 1948..

(4)  Artikolu 2 tal-ordinanza Nru 59-151 tas-7 ta’ Jannar 1959 emendata dwar l-organizzazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri fir-reġjun ta’ Pariġi (Journal Officiel de la République française tal-10 ta’ Jannar 1959), li emenda l-liġi tal-1948 imsemmija qabel.

(5)  Il-leġiżlazzjoni tissottometti din il-possibbiltà għall-kundizzjonijiet li ġejjin: “Barra r-reġjun tal-Ile-de-France u barra minn Franza, ir-Régie autonome des trasports parisiens tista’ wkoll, permezz tal-filjali, tibni, tibdel u tħaddem in-netwerks u l-linji tat-trasport pubbliku skont ir-regoli tal-kompetizzjoni. Dawn il-filjali għandhom l-istatut ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata. Il-ġestjoni tagħhom hija awtonoma fuq il-livell finanzjarju fil-qafas tal-għanijiet tal-grupp; b’mod partikulari ma jistgħux igawdu mis-sussidji mogħija mill-Istat, mis-u awtoritajiet pubbliċi oħra skont il-funzjonament u l-investiment tat-trasport fir-reġjun tal-Ile-de-France”.

(6)  L-istatut tal-persunal tal-RATP jiddefinixxi l-prinċipji tal-klassifikazzjoni tal-impjegati kif ukoll id-dispożizzjonijiet marbutin ma’ ċerti sitwazzjonijiet li fosthom dawk prinċipali huma:

It-twaqqif tal-attività li jispeċifika r-regoli li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ riżenja, sensja jew tkeċċija;

il-btajjel (btajjel annwali, permessi speċjali għall-btala minħabba raġunijiet familjari...);

il-modalitajiet ta’ ħlas antiċipat.

Qabel ir-riforma tal-iskema speċjali tal-pensjoni, l-istatut tal-persunal tal-RATP jistipula fl-Artikolu 51 tiegħu, il-kundizzjonijiet għall-pensjoni, b’referenza għar-Regolament tal-pensjonijiet. Dan tal-aħħar ġie revokat fl-1 ta’ Lulju 2008 (Artikolu 52 tad-Digriet Nru 2008-637 tat-30 ta’ Ġunju 2008).

(7)  Journal officiel de la République française tal-10 ta’ Jannar 1959.

(8)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.

(9)  Journal officiel de la République française tal-24 ta’ Settembru 1959.

(10)  Il-Liġi Nru 2003-775 tal-21 ta’ Awwissu 2003 dwar ir-riforma tal-pensjonijiet.

(11)  Id-Digriet Nru 2008-48 tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar l-iskema speċjali tal-pensjoni tal-persunal tar-Régie autonome des transports parisiens.

(12)  Id-Digriet Nru 2008-637 tat-30 ta’ Ġunju 2008 dwar ir-Regolament tal-pensjonijiet tal-persunal tar-Régie autonome des transports parisiens.

(13)  Id-Digriet Nruo 2008-1514 tat-30 ta’ Diċembru 2008 dwar ċerti skemi speċjali ta’ sigurtà soċjali u dwar l-iskema tal-irtirar kumplimentari tal-assigurazzjonijiet soċjali favur aġenti mhux titolari tal-istat u tal-kollettivitajiet pubbliċi.

(14)  Il-finanzjament tal-iskema tal-pensjoni bit-tqassim jiddependi fuq solidarjetà importanti bejn il-ġenerazzjonijiet. Il-bilanċ finanzjarju jiddependi fuq ir-relazzjoni bejn l-għadd ta’ dawk li jħallsu l-kontribuzzjonijiet u dawk li jirtiraw. Ir-rati taż-żieda fid-dħul u tal-popolazzjoni li taħdem huma ż-żewġ fatturi prinċipali ta’ evoluzzjoni.

(15)  Id-Digriet Nru 2005-1635 tas-26 ta’ Diċembru 2005 dwar il-fond għall-pensjonijiet tal-persunal tar-Régie autonome des transports parisiens.

(16)  Digriet no 2005-1638 tas-26 ta’ Diċembru 2005 li jiffissa r-rati tal-kontribuzzjonijiet dovuti għall-fond għall-pensjonijiet tal-irtirar tal-persunal tar-Régie autonome des transports parisiens

(17)  CNAV: Caisse Nationale d’Assurance Vieillesse.

(18)  AGIRC: Association générale des institutions de retraite des cadres.

(19)  ARRCO: Association pour le régime de retraite complémentaire des salariés.

(20)  It-tqarrib finanzjarju jżomm l-iskema speċjali u r-regoli tagħha kif inhi. L-għan imfittex hu li jinħarġu l-impenji tal-irtirar mill-bilanċ tal-intrapriżi kkonċernati mill-operazzjoni. It-tqarrib, b’differenza għall-integrazzjoni, jeskludi kull relazzjoni diretta bejn l-iskemi tal-liġi ordinarja u l-intrapriżi, l-impjegati u l-irtirati tal-grupp imqarreb. Permezz ta’ struttura “skrin” installata bejn l-intrapriżi u l-impjegati tas-settur imqarreb minn naħa, u l-iskemi tal-liġi ordinarja min-naħa l-oħra, it-tqarrib ma jorganizzax ħlief flussi finanzjarji globali fuq il-bażi ta’ operazzjonijiet “virtwali”. Virtwali fis-sens li l-persunal ma għandu l-ebda rabta ġuridika jew amministrattiva diretta mal-istituzzjonijiet tal-iskema li tirċievi u li r-regolamentazzjoni tal-iskema speċjali tibqa’ l-unika waħda li tapplika għall-persunal, għad-determinazzjoni tad-drittijiet tiegħu għall-irtirar u l-valorizzazzjoni mill-ġdid tal-pensjonijiet imħallsa.

(21)  Id-drittijiet tal-iskema speċjali jew id-drittijiet “speċifiċi” jikkorrispondu għad-differenza bejn id-drittijiet għall-pensjoni miksuba li tagħti l-iskema speċjali tal-RATP u l-parti korrispondenti għall-prestazzjonijiet li tagħti l-liġi ordinarja jew id-drittijiet bażiċi. Id-drittijiet “speċifiċi” tal-iskema speċjali tal-RATP jikkorrispondu għalhekk għad-drittijiet tal-irtirar li jmorru lil hinn mid-drittijiet li normalment jagħtu l-iskemi tal-liġi ordinarja. Id-drittijiet tal-iskema speċjali, li min-naħa l-oħra huma mwassla biex jisparixxu progressivament fil-qafas tar-riforma tal-iskemi speċjali tal-pensjonijiet tal-irtirar (ara l-premessa 21 ta’ din id-deċiżjoni) jibqa’ inkarigat minnhom il-CRP-RATP.

(22)  Id-differenzi bejn ir-rapporti tal-ispejjeż taż-żewġ skemi jiddependu, minn naħa, mid-differenzi fil-livell ta’ struttura tar-remunerazzjonijiet (li jinfluwenzaw l-ispejjeż tal-irtirar) u, min-naħa l-oħra, mid-differenzi demografiċi (per eżempju bażi ta’ persuni li jagħtu l-kontribuzzjonijiet li hija proporzjonalment iżgħar tinfluwenza t-total tal-kontribuzzjonijiet).

(*)  Tagħrif kopert mis-sigriet professjonali.

(23)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(24)  Sentenza tal-Qorti tal-5 ta’ Ottubru 1999, Franza/il-Kummissjoni, C-251/97, Ġabra. p. I-6639, punt 40.

(25)  Sentenza tat-Tribunal tas-16 ta’ Marzu 2004, Danske Busvognmænd/Il-Kummissjoni, T-157/01, Ġabra p. II-917.

(26)  Sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ Marzu 2006, Enirisorse SpA/SotaCRP-RATPbo SpA, C-237/04, Rec. I-2843.

(27)  Skont ir-rapport ta’ informazzjoni tas-Senatur Bertrand AUBAN, magħmul f’isem il-kummissjoni tal-finanzi, tal-kontroll buġetarju u tal-kontijiet ekonomiċi tan-Nazzjon fid-9 ta’ Lulju 2008, dawn l-impenji tal-pensjonijiet tal-irtirar huma vvalutati għal EUR 21 miljun.

(28)  Deċiżjoni Nru 2008/204/KE tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 rigward l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza f’dak li jikkonċerna r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament għall-pensjonijiet għall-uffiċjali tas-servizz pubbliku impjegati ma’ La Poste (ĠU L 63, 7.3.2008, p. 16).

(29)  Każ C-301/87, Franza vs Il-Kummissjoni, [1990] Ġabra p.I-307, il-paragrafu 41.

(30)  F’dan is-sens ara d-Deċiżjoni tat-Tribunal tal-20 ta’ Settembru 2000, Spanja/il-Kummissjoni, T-55/99. Rec. p. II-3207, il-punt 82.

(31)  Każ C-390/98, H.J. Banks & Co. Ltd vs The Coal Authority et Secretary of State for Trade and Industry, [2001] Ġabra p. I-6117, il-punt 33.

(32)  F’dan is-sens ara d-Deċiżjoni Nru 2008/204/KE tal-10 ta’ Ottubru 2007 imsemmija qabel u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 li tikonċerna r-riforma tal-finanzjament tal-iskema tal-pensjonijiet tal-irtirar fis-settur bankarju fil-Greċja (ĠU C 308 tad-19.12.2007, p. 9).

(33)  F’dan is-sens ara d-Deċiżjonijiet imsemmija f’qiegħ il-paġna 32 ta’ din id-Deċiżjoni.

(34)  F’dan is-sens ara t-taqsimiet 2 u 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

(35)  Każ C-34/01, Enirisorse SpA vs Ministero delle Finanze, [2003] Ġabra. I-14243.

(36)  Ara l-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar tal-Impriżi f’Diffikultà, (ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2).

(37)  Sentenza tas-16 ta’ Marzu 2004, Danske Busvognmænd vs Il-Kummissjoni, T-157/01, Ġabra p. II-917.

(38)  Sentenza tal-Qorti tat-2 ta’ Lulju 1974, 173/73, L-Italja/Il-Kummissjoni, Ġabra p. 709, il-punt 13; sentenza tal-Qorti tal-24 ta’ Frar 1987, C-310/85, Deufil/Il-Kummissjoni, Ġabra p. 901, il-punt 8; sentenza tal-Qorti tas-26 ta’ Settembru 1996, C-241/94, Franza/Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-4551, il-punt 20.

(39)  Sentenza tal-Qorti tal-15 ta’ Marzu 1994, C-387/92, Banco Exterior, Ġabra p. I-877, il-punt 13; sentenza diġà msemmija fil-kwistjoni C-241/94, il-punt 34.

(40)  Sentenza tal-Qorti tat-12 ta’ Diċembru 2002, C-5/01, Il-Belġju/Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-1191, il-punt 39.

(41)  Sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ Frar 1961, 30/59, Gezamenlijke Steenkolenmijnen in Limburg/Haute Autorité, Ġabra p. 3, il-punti 29 u 30; sentenza msemmija qabel fil-kwistjoni C-173/73, il-punti 12 u 13; sentenza msemmija qabel fil-kwistjoni C-241/94, il-punti 29 u 35; sentenza tal-Qorti tal-5 ta’ Ottubru 1999, C-251/97, Franza/Il-Kummissjoni, Ġabra p. I-6639, il-punti 40, 46 u 47.

(42)  Ara s-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2000, il-Ġermanja/il-Kummissjoni, C-156/98, Ġabra p. I-6857, il-punt 30, u l-ġurisprudenza kkwotata.

(43)  Ara, partikularment, is-sentenza tal-Qorti tas-17 ta’ Settembru 1980, Philip Morris/il-Kummissjoni Ġabra p. 2671, il-punti 11 u 12; u s-sentenza tat-Tribunal tat-30 ta’ April 1998, Vlaams Gewest/il-Kummissjoni, T-214/95, Ġabra p. II-717, il-punti 48 sa 50).

(44)  Sentenza tat-Tribunal tal-11 ta’ Ġunju 2009, L-Italja/il-Kummissjoni, T-222/04, il-punt 45.

(45)  Ta’ min wieħed ifakkar li mhux meħtieġ li l-impriża benefiċjarja tieħu sehem hija stess fl-iskambji intrakomunitarji. Fil-fatt, meta Stat Membru jagħti għajnuna lil impriża, l-attività interna tista’ tinżamm jew tiżdied, bil-konsegwenza li ċ-ċans li impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jippenetraw fis-suq ta’ dan l-Istat Membru jonqos. Barra minn hekk, it-tisħiħ ta’ impriża li, sa dakinhar, ma ħaditx sehem fl-iskambji intrakomunitarji jista’ jpoġġiha f’sitwazzjoni li tippermiettilha tippenetra fis-suq ta’ Stat Membru ieħor (ara, partikularment, is-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2002, l-Italja/il-Kummissjoni, Ġabra p.I-2289, il-punt 84).

(46)  Ara l-premessa 21 ta’ din id-deċiżjoni.

(47)  F’dan is-sens ara r-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar il-pensjonijiet vijabbli u adegwati (CS/7165/03) tat-18 ta’ Marzu 2003.

(48)  ĠU L 49, 22.2.2005, p. 9.

(49)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija tal-analiżi tal-għajnuna mill-Istat marbuta mal-ispejjeż li ma ġewx irkuprati (Ittra tal-Kummissjoni SG (2001) D/290869 tas-6.8.2001).

(50)  Hekk, il-Qorti ddeċidiet fil-każijiet konġunti C-159 u C-160/91, Poucet u Pistre: “il-fondi għall-mard jew l-entitajiet li jikkompetu għall-ġestjoni tas-servizz pubbliku tas-sigurtà soċjali għandhom funzjoni ta’ natura esklussivament soċjali. Din l-attività hija fil-fatt ibbażata fuq il-prinċipju tas-solidarjetà nazzjonali u ma għandha l-ebda skop ta’ qligħ. Il-prestazzjonijiet imħallsa huma legali u indipendednti mill-ammont tal-kontribuzzjonijiet. Konsegwentement, din l-attività mhix attività ekonomika u għalhekk l-entitajiet li jieħdu ħsiebha ma jikkostitwixxux impriżi fis-sens tal-Artikoli (81) u (82) tat-Trattat”.


V Atti adottati mill-1 ta' Diċembru 2009 taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat Euratom

ATTI LI L-PUBBLIKAZZJONI TAGĦHOM HIJA OBBLIGATORJA

12.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/36


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1213/2009

tal-11 ta’ Diċembru 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

50,4

MA

57,1

TN

90,9

TR

63,9

ZZ

65,6

0707 00 05

EG

155,5

MA

49,3

TR

76,8

ZZ

93,9

0709 90 70

MA

50,5

TR

114,3

ZZ

82,4

0805 10 20

AR

70,4

MA

48,8

TR

63,3

ZA

61,8

ZZ

61,1

0805 20 10

MA

73,1

TR

85,9

ZZ

79,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

59,6

IL

75,3

TR

75,5

ZZ

70,1

0805 50 10

TR

75,6

ZZ

75,6

0808 10 80

CA

65,1

CN

80,0

MK

24,5

US

92,7

ZZ

65,6

0808 20 50

CN

47,8

TR

92,0

US

186,0

ZZ

108,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/38


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1214/2009

tal-11 ta’ Diċembru 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1160/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 314, 1.12.2009, p. 6.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-12 ta’ Diċembru 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

36,95

0,20

1701 11 90  (1)

36,95

3,82

1701 12 10  (1)

36,95

0,07

1701 12 90  (1)

36,95

3,52

1701 91 00  (2)

42,14

4,83

1701 99 10  (2)

42,14

1,70

1701 99 90  (2)

42,14

1,70

1702 90 95  (3)

0,42

0,27


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


12.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/40


KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ DEĊIŻJONI Atalanta/8/2009

tal-4 ta’ Diċembru 2009

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

(2009/946/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(2)

Fit-22 ta’ Lulju 2009, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/6/2009 (2) li taħtar lill-Komodor Peter BINDT bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja.

(3)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar il-Viċi Ammirall Giovanni GUMIERO bħala l-Kmandant ġdid tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja.

(4)

Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Viċi Ammirall Giovanni GUMIERO huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tifħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2009.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)  ĠU L 192, 24.7.2009, p. 68.


Top