EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2011_250_R_0206_01

2011/596/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2011 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2011 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009

OJ L 250, 27.9.2011, p. 206–208 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/206


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009

(2011/596/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 — C7-0052/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom (3), u b’mod partikolari tal-Artikolu 8 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0144/2011),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Jerzy BUZEK

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 6.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 — C7-0052/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom (3), u b'mod partikolari tal-Artikolu 8 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0144/2011),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari;

B.

billi l-Qorti tal-Awdituri żiedet ukoll fir-rapport tagħha għall-2009 enfasi fuq osservazzjonijiet importanti fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità tal-Istatuti tal-Aġenzija mal-Artikolu 54 it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

C.

billi, skont id-Deċiżjoni 2008/114/KE, Euratom, Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom, b'sede fil-Lussemburgu fl-1958, għandha statuti ġodda u saret Aġenzija,

1.

Jieħu nota li fl-2009 l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda sussidju għall-finanzjament tal-attivitajiet operattivi tagħha u li l-Kummissjoni tgħabbiet bl-ispejjeż kollha mġarrba minnha fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009; Jinnota li din is-sitwazzjoni ilha mill-ħolqien tal-Aġenzija fl-2008;

2.

Jieħu nota, għaldaqstant, li fin-nuqqas ta’ baġit awtonomu, l-Aġenzija fil-fatt hija integrata fil-Kummissjoni;

3.

Jirrimarka, madankollu, li din is-sitwazzjoni mhijiex konformi mal-Istatuti tal-Aġenzija u li tqajjem il-kwistjoni dwar il-bżonn li l-Aġenzija tinżamm fil-għamla u fl-organizzazzjoni attwali tagħha;

4.

Jinnota madankollu, it-tweġiba tal-Aġenzija, li tispjega li s-sitwazzjoni attwali tirrifletti l-bilanċ bejn, min-naħa, relazzjoni ċara mal-Kummissjoni (pereżempju, il-Kummissjoni tista' toħroġ direttivi u taħtar lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija) u min-naħa l-oħra, grad ta’ awtonomija legali u finanzjarja (pereżempju l-Aġenzija hija kofirmatarja tal-kuntratti kummerċjali kollha relatati mal-akkwist tal-materjal nukleari, li jħalliha tiżgura li l-politika dwar id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista tkun applikata); jinnota, barra minn hekk, li dan il-bilanċ huwa konformi mat-Trattat tal-Euartom;

5.

Jieħu nota li skont l-Artikolu 3 tal-Istatut tagħha, l-Aġenzija għażlet l-Awditur Intern tagħha, li beda jaqdi dmirijietu mill-1 ta’ Lulju 2009;

6.

Jinnota l-ittra tal-31 ta’ Marzu 2011 mid-Direttur Ġenerali li tirrikonoxxi l-problema msemmija hawn fuq u tippreċiża l-azzjonijiet inizjali meħuda kif talbet l-awtorità ta’ kwittanza; jitlob lid-Direttur Ġenerali jżomm lill-awtorita ta’ kwittanza infurmata dwar il-passi ulterjuri li jittieħdu u l-progress li jsir;

7.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza u li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 338, 14.12.2010, p. 6.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0163 (Ara paġna 269 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Top