EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2012:140A:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, CA 140, 16 ta' Mejju 2012


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2012.140.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 140A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
16 ta' Mejju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 140A/01

Post vakanti għal Direttur Eżekuttiv (Grad AD 14) tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Kopenħagen — COM/2012/10330

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

8

(DA/EL/HU/IT/MT/PL)

10

 

17

(LT)

20

(EN)

22

(DE/EN/FR)

27

 

30

(FR)

31

(ES)

37

 

44

 

46

 

53

 

55

 

59

 

69

(DE/EN/FR)

70

(EL)

71

(ES)

74

(HU)

75

(NL)

76

 

77

(RO)

84

(DE/EN/FR)

86

 

90

(EN)

101

 

110

(DE/EN/FR)

114

 

121

(BG)

122

 

134

 

136

(PT)

140

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 140/1


Post vakanti għal Direttur Eżekuttiv (Grad AD 14) tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Kopenħagen

COM/2012/10330

(2012/C 140 A/01)

Pubblikazzjoni mill-ġdid tal-avviż tal-post vakanti

Dan l-avviż ta' post vakanti hu pubblikazzjoni mill-ġdid ta' avviż preċedenti, COM/2012/10325 ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 37A tal-10 ta' Frar 2012. Dan tal-aħħar kien ikkanċellat peress li, minħabba żball klerikali, fil-kriterji tal-eliġibbiltà dan kien jindika bi żball li għarfien ta' lingwa uffiċjali tal-UE waħda biss kien biżżejjed, filwaqt li kellu jindika li kien meħtieġ ukoll għarfien sodisfaċenti ta' lingwa uffiċjali oħra tal-UE. Dan hu rekwiżit statutorju għall-postijiet tal-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE kollha. Minħabba dan l-iżball ta' tipografija, l-avviż tal-post vakanti preċedenti ġie kkanċellat u qed jiġi ppubblikat mill-ġdid hawnhekk bir-rekwiżit tal-lingwi kkoreġut flimkien ma' xi modifikazzjonijiet żgħar oħra. Il-kandidati tal-avviż preċedenti se jiġu kkuntattjati individwalment biex jiġu infurmati bil-kanċellazzjoni tal-avviż preċedenti u se jintalbu biex jikkonfermaw jew jerġgħu jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom jekk jaħsbu li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà.

Min aħna

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) hi Aġenzija Regolatorja tal-Unjoni Ewropea stabbilita skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 (1) (kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 933/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1641/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, sussegwentement, ikkodifikat permezz tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009). L-aġenzija tinsab f'Kopenħagen.

L-Aġenzija: Sa mit-twaqqif tagħha fl-1994, l-EEA saret sors essenzjali ta' informazzjoni għall-Kummissjoni Ewropea, għall-Parlament Ewropew, għall-Istati Membri tal-UE u għall-pajjiżi membri oħra tal-EEA fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar l-ambjent u l-klima. L-EEA għandha l-irwol importanti li tipprovdi l-bażi ta' għarfien biex tgħin lill-Ewropa tagħmel deċiżjonijiet informati rigward it-titjib tal-ambjent u l-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali f'politiki ekonomiċi, sabiex skont dan l-għarfien titħejja t-triq għall-iżvilupp sostenibbli, b'użu baxx tal-karbonju u użu effiċjenti tar-riżorsi. Min se jintgħażel b'suċċess minn fost l-applikanti jrid juri l-kapaċità u s-sens ta' tmexxija meħtieġa biex jiżgura li l-Aġenzija taqdi r-rwol strateġiku tagħha. L-EEA hija appoġġjata minn netwerk ta' informazzjoni u osservazzjoni ambjentali li jinvolvi parteċipanti mill-Istati Membri tal-UE u numru ta' pajjiżi oħra. Flimkien mal-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet tal-ambjent u l-klima f'oqsma ta' politika ewlenin u l-iżvilupp u l-ġestjoni tal-bażi ta' għarfien dwar dawk il-politiki, hekk kif ikun meħtieġ sabiex jiġu appoġġjati l-isfidi fil-ġejjieni, l-Aġenzija se tkun mistennija tikkollabora mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri tal-UE biex tipprovdilhom informazzjoni oġġettiva meħtieġa għat-tħejjija u l-implementazzjoni ta' politiki sodi u effettivi dwar l-ambjent u l-klima. Se jkollha wkoll tassigura t-tqassim wiesa' ta' informazzjoni affidabbli u komparabbli dwar l-ambjent u l-klima, b'mod partikolari dwar il-qagħda tal-ambjent, lill-pubbliku ġenerali.

Aħna nipproponu

Id-Direttur Eżekuttiv hu r-rappreżentant legali u l-immaġini pubblika tal-Aġenzija u għandu jwieġeb għall-Bord ta' Ġestjoni. Ir-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv se jinkludu:

ħidma mal-Bord ta' Ġestjoni u l-Kumitat Xjentifiku biex jiġu żviluppati u jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi tal-Aġenzija fil-qasam tal-ambjent u l-klima;

ġestjoni ta' kuljum ta' aktar minn 200 persunal tal-Aġenzija u l-baġit annwali tagħha ta' madwar EUR 50 miljun;

il-ġbir, il-kollazzjoni u l-analiżi ta' informazzjoni relatata mal-ambjent u l-klima u l-ġestjoni tat-tixrid tagħha;

it-tħejjija u t-twettieq tal-programmi ta' ħidma annwali u multiannwali;

titjib tal-appoġġ ibbażat fuq l-għarfien għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' politika ambjentali u tal-klima tal-UE.

Il-kariga ta' Direttur Eżekuttiv tinvolvi vjaġġi frekwenti.

Il-kandidati huma mistiedna biex iżuru l-websajt tal-EEA: http://www.eea.europa.eu

Qegħdin infittxu (kriterji għall-għażla):

Se tingħata preferenza lill-kandidati li jkollhom dawn il-kwalitajiet li ġejjin filwaqt li jrid ikollhom prova ta' dawn permezz tal-esperjenza rilevanti:

Prova ta' kapaċità ta' ġestjoni ta' organizzazzjoni kbira u ta' tmexxija strateġika, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-EEA.

Għarfien tajjeb ħafna tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-mekkaniżmi tagħhom.

Għarfien fil-fond tal-istrateġiji u l-politiki tal-UE dwar l-ambjent u l-klima, tal-iżviluppi fil-livell internazzjonali u ta' attivitajiet rilevanti oħra f'dawn l-oqsma.

Kapaċità għall-iżvilupp ta' strateġija għat-titjib tar-rwol tal-EEA bħala s-sors li jipprovdi bażi ta' għarfien ambjentali ewlieni dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima fl-UE u f'din il-kapaċità l-irwol tagħha fl-iżgurar ta' implimentazzjoni aħjar tal-liġi tal-UE.

Kapaċità ta' ħidma effettiva mal-partijiet interessati u ta' ħolqien ta' relazzjonijiet ta' ħidma effettiva mal-imsieħba ewlenin.

Kapaċità ta' rappreżentazzjoni tal-Aġenzija u ta' komunikazzjoni ta' messaġġi koerenti lill-midja, lill-pubbliku u lil partijiet interessati oħra.

Kapaċità solida u pprovata ta' ġestjoni tar-riżorsi, żgurar tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-arranġamenti ta' kontroll f'kuntest nazzjonali, Ewropew u/jew internazzjonali.

Il-lingwa ta' ħidma ta' kuljum fl-EEA hi l-Ingliż u għalhekk din tkun ta' vantaġġ.

L-applikanti għandhom (il-kriterji bażiċi ta' eliġibbiltà)

L-applikanti se jiġu kkunsidrati għall-fażi ta' selezzjoni skont il-kriterji formali li ġejjin li jridu jinkisbu sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:

Nazzjonalità: Tkun persuna ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-pajjiżi membri taż-ŻEE (l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija).

Lawrja Universitarja jew Diploma: Ikollhom:

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma, iċċertifikati b'diploma fejn il-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar, jew

livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji mitmuma, iċċertifikati minn diploma u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena fejn il-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun tal-inqas tliet snin (din is-sena ta' esperjenza professjonali ma tistax tkun inkluża fl-esperjenza professjonali wara l-kisba tal-lawrja meħtieġa hawn taħt).

Esperjenza Professjonali: Ikunu kisbu mill-inqas 15-il sena ta' esperjenza postgradwatorja wara l-kisba tal-kwalifiki msemmija hawn fuq, u 10 snin minnhom għandhom ikunu fl-oqsma tal-ambjent u l-klima, jew fis-settur tan-negozju, jew dak akkademiku jew pubbliku, preferibbilment inkluż esperjenza sinifikanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Esperjenza ta' Maniġment: Mill-anqas 5 snin esperjenza professjonali miksuba f'kariga ta' maniġment f'livell għoli (2).

Lingwi: Ikollhom għarfien fil-fond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1 tal-1958 (3) u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa uffiċjali oħra tal-UE.

Limitu ta' Età: F'dik il-ġurnata li jkunu inkarigati bħala Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, iridu jkunu jistgħu jlestu l-mandat sħiħ ta' ħames snin qabel jilħqu l-età tal-pensjoni. Għall-persunal temporanju tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, l-età tal-irtirar hija ddefinita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tagħlaq il-65 sena.

Indipendenza u dikjarazzjoni tal-interessi

Il-persuna fil-kariga ta' Direttur Eżekuttiv se tkun mitluba tagħmel dikjarazzjoni ta' impenn li se taġixxi b'mod indipendenti fl-interess tal-pubbliku u tagħmel dikjarazzjoni fir-rigward ta' kull tip ta' interess li jista' jitqies li jippreġudika l-independenza tagħha. L-applikanti jridu jikkonfermaw ir-rieda tagħhom li jagħmlu dan fl-applikazzjoni tagħhom.

L-għażla u l-ħatra

Għall-proċedura tal-għażla, għandu jitwaqqaf bord ta' qabel l-għażla. Dan il-bord se jistieden għal intervista lil dawk l-applikanti li jkollhom l-aħjar profil għar-rekwiżiti speċifiċi ta' din il-pożizzjoni, magħżula fuq il-bażi tal-merti tagħhom u l-kriterji stabbiliti hawn fuq. Wara dawn l-intervisti, il-bord ta' qabel l-għażla se jissuġġerixxi numru ta' kandidati għal intervista oħra mal-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Ħatriet (KKĦ). Il-kandidati, li jkunu msejħa għal din l-intervista, jridu jagħmlu eżami mmexxi miċ-ċentru ta' valutazzjoni f'idejn konsulenti esterni tar-reklutaġġ.

Il-KKĦ se jipproponi lill-Membru tal-Kummissjoni bir-responsabbiltà għall-Aġenzija, lista ta' kandidati li hu jikkonsidra li huma kapaċi biex jeżerċitaw b'suċċess il-funzjoni ta' Direttur Eżekuttiv.

Il-Membru tal-Kummissjoni bir-responsabbiltà għall-Aġenzija, li jista' jkun akkumpanjat mill-Kummissarju responsabbli għall-Azzjoni dwar il-Klima, se jintervista lil dawn il-kandidati u jipproponi lill-Kummissjoni lista mqassra ta' kandidati li jgħaddu; din il-lista se tiġi kkomunikata lill-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija. Dan tal-aħħar se jintervista lill-kandidati li ġew inklużi fuq il-lista preliminari u jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv minn fosthom. L-inklużjoni fil-lista preliminari mhijiex garanzija tal-ħatra. Il-kandidati jistgħu jintalbu jagħmlu iktar intervisti u/jew testijiet minbarra dawk indikati hawn fuq.

Qabel ma l-Bord ta' Ġestjoni jaħtar wieħed/waħda mill-kandidati fil-lista preliminari, il-kandidat(a) j/tista' j/tkun mitlub(a) j/tindirizza l-korp kompetenti tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew u biex i/twieġeb għal mistoqsijiet.

Il-pożizzjoni se tkun vakanti mill-1 ta' Ġunju 2013 u, soġġett għat-tlestija fil-ħin tal-proċedura tal-għażla, min jintgħażel se jkun mistenni li jkun inkarigat minn din id-data.

Opportunitajiet indaqs

L-aġenzija regolatorja tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal (4).

Il-Kundizzjonijiet tal-impjieg

Id-Direttur Eżekuttiv se jkun maħtur bħala persunal tal-Aġenzija bħala aġent temporanju fil-grad AD 14 skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (5) għal perjodu ta' ħames snin, li jistgħu jiġu estiżi darba, kif stipulat fl-Att bażiku.

Il-post tal-impjieg huwa Kopenħagen, fejn hi bbażata l-Aġenzija.

Il-proċedura tal-applikazzjoni

Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja bir-reqqa jekk tissodisfax il-kriterji tal-eliġibbiltà kollha (“L-applikanti għandhom”), b'mod partikolari rigward it-tip ta' diploma u l-esperjenza professjonali meħtieġa. Fil-każ li ma tissodisfax xi rekwiżit ta' eliġibbiltà dan jirriżulta fl-eliminazzjoni awtomatika tiegħek mill-proċedura tal-għażla.

Sabiex l-applikazzjonijiet ikunu validi, il-kandidati għandhom jippreżentaw:

1.

ittra ta' motivazzjoni (massimu ta' 2 paġni). L-applikanti huma mistiedna jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom dwar l-isfidi ewlenin tal-EEA fir-rigward tal-politiki dwar l-ambjent u l-klima u l-viżjoni dwar kif dawn għandhom jintlaħqu fil-ħames snin li ġejjin;

2.

u Curriculum Vitae (CV) b'format liberu. Preferibbilment, is-CV għandha titfassal bil-format tal-CV tal-Europass (6). L-applikanti huma espliċitament mitluba jenfasizzaw u jagħtu rendikont qasir tal-esperjenza u l-kompetenza relevanti għall-impjieg kif ukoll dettalji tad-daqs — tan-numru ta' persunal — baġit u natura tad-dipartimenti li amministraw qabel.

Applikazzjonijiet mhux kompluti jiġu rrifjutati.

Id-dokumenti ta' prova (pereżempju kopji ċċertifikati ta' lawrji/diplomi, referenzi, provi tal-esperjenza, eċċ.) ma għandhomx jintbagħtu għalissa imma fi stadju ulterjuri tal-proċedura jekk ikunu mitluba.

Sabiex il-proċess tal-għażla jiġi ffaċilitat, il-komunikazzjoni kollha mal-applikanti fir-rigward ta' din il-pożizzjoni se ssir bl-Ingliż.

L-applikazzjonijiet, preferibbilment bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, għandhom jintbagħtu permezz tal-e-Mail lil:

ENV-EEA-VACANCY@ec.europa.eu

L-applikanti li ma jkunux jistgħu jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom bl-e-Mail jistgħu jibagħtuhom permezz tal-posta rreġistrata jew permezz ta' servizz ta' kurrier express lil:

Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, id-Direttorat tar-Riżorsi Konġunti, l-Unità għar-Riżorsi Umani u l-Amministrazzjoni, COM/2012/10330, BU-5 3/140, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGÏE.

L-applikanti huma mitluba biex jgħarrfu bil-miktub u bla dewmien dwar kwalunkwe bidla fl-indirizz tagħhom fuq l-indirizz ta' hawn fuq.

Il-persuna ta' kuntatt għal kwalunkwe informazzjoni addizzjonali: Robin Miège, Direttur, DĠ għall-Ambjent (Direttorat F — Strateġija), BU-5 4/141, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGÏE, Tel. + 32 2 2958043 u E-Mail: robin.miege@ec.europa.eu

Data tal-għeluq

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta' e-Mail jew ittra rreġistrata mhux aktar tard mis-6 ta' Ġunju 2012. (id-data tal-e-Mail jew id-data tat-timbru tal-ittra rreġistrata).

L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bis-servizz tal-kurrier express iridu jkunu kkonsenjati lill-indirizz imniżżel hawn fuq qabel il-17.00 (ħin ta' Brussell) fl-istess data.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li testendi d-data tal-għeluq ta' dan il-post vakanti permezz ta' pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss.

Informazzjoni importanti għall-applikanti

L-applikanti huma mfakkra li x-xogħol tal-kumitati tal-għażla huwa kunfidenzjali. Kull kuntatt dirett jew indirett tal-applikanti jew ta' xi ħadd ieħor li jaġixxi f'isimhom mal-membri ta' dawn il-kumitati tal-għażla huwa pprojbit.

Protezzjoni ta' dejta personali

Il-Kummissjoni u l-Aġenzija se jiżguraw li d-dejta personali tal-kandidati se tkun ipproċessata kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (7).


(1)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.

(2)  Fis-CVs tagħhom l-applikanti għandhom jindikaw mill-inqas għal dawn il-5 snin li fihom kisbu l-esperjenza maniġerjali ta' livell għoli: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali li kienu fihom, (2) in-numru ta' membri tal-persunal li kienu jamministraw f'dawn il-pożizzjonijiet, (3) id-daqs tal-baġits ġestiti, u (4) in-numru ta' livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u n-numru ta' persunal fl-istess livell.

(3)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58.

(4)  ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1 (http://eur-lex.europa.eu/mt/index.htm).

(5)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna ta' qabel.

(6)  Is-CV tal-Europass jista' jitniżżel mill-websajt: http://europass.cedefop.europa.eu/htm/index.htm

(7)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


Top