EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2010:098:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, L 98, 20 ta' April 2010


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2010.098.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 53
20 ta' April 2010


Werrej

 

II   Atti mhux leġislattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 320/2010 tad-19 ta’ April 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto di Sauris (IĠP)]

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2010 tad-19 ta’ April 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2010 tad-19 ta’ April 2010 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2010/221/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1850)  ( 1 )

7

 

 

2010/222/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2010 dwar is-sħubija tal-Kummissjoni Ewropea fis-Sħubija Globali tal-Bijoenerġija

12

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2010 tas-16 ta’ April 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix ( ĠU L 97, 17.4.2010 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġislattivi

REGOLAMENTI

20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 320/2010

tad-19 ta’ April 2010

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Prosciutto di Sauris (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 7(4)(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2)(1) u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, it-talba tal-Italja biex id-denominazzjoni “Prosciutto di Sauris” tkun irreġistrata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 188, 11.8.2009, p. 35.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassi 1.2   Prodotti magħmulin mil-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

L-ITALJA

Prosciutto di Sauris (IĠP)


20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 321/2010

tad-19 ta’ April 2010

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

87,5

MA

75,8

TN

110,0

TR

103,2

ZZ

94,1

0707 00 05

MA

50,8

TR

118,1

ZZ

84,5

0709 90 70

MA

48,1

TR

102,4

ZZ

75,3

0805 10 20

EG

50,6

IL

54,6

MA

53,3

TN

47,2

TR

60,8

ZZ

53,3

0805 50 10

EG

65,6

TR

63,6

ZA

71,6

ZZ

66,9

0808 10 80

AR

89,9

BR

83,8

CA

111,7

CL

87,8

CN

86,0

MK

22,1

NZ

105,2

US

139,1

UY

72,9

ZA

88,3

ZZ

88,7

0808 20 50

AR

93,2

CL

102,3

CN

50,4

ZA

101,5

ZZ

86,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 322/2010

tad-19 ta’ April 2010

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2009/10 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2009 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 312/2010 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skont ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 877/2009 għas-sena tas-suq 2009/10, huma b'dan mmodifikati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 25.9.2009, p. 3.

(4)  ĠU L 94, 15.4.2010, p. 31.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-20 ta’ April 2010

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

34,00

1,09

1701 11 90  (1)

34,00

4,70

1701 12 10  (1)

34,00

0,95

1701 12 90  (1)

34,00

4,41

1701 91 00  (2)

39,56

5,60

1701 99 10  (2)

39,56

2,47

1701 99 90  (2)

39,56

2,47

1702 90 95  (3)

0,40

0,28


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DEĊIŻJONIJIET

20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ April 2010

li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1850)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/221/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE fir-rigward tal-miżuri kontra ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura (2) tapprova l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew partijiet minnhom fir-rigward tal-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC), mard tal-fwied batteriku (BKD), il-vajrus tan-nekrożi pankreatika infettiva (IPN) u infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS) (“żoni approvati bħala ħielsa mill-mard”), u programmi ta’ ċerti Stati Membri għall-kontroll jew għall-qerdaqerda (programmi approvati ta’ kontroll jew ta’ qerda) tal-SVC, il-BKD u l-IPN.

(2)

L-Istati Membri b’approvazzjoni ta’ żoni ħielsa mill-mard jew biprogrammi approvati ta’ kontroll jew ta’ qerda jistgħu, skont id-Deċiżjoni 2004/453/KE, jitolbu garanziji addizzjonali għal kunsinni tal-ħut ħaj tal-akkwakultura ta’ speċijiet suxxettibbli għall-mard rilevanti, li jkunu maħsuba għat-trobbija, li għandhom jiġu introdotti f’dawk iż-żoni. Dawk il-garanziji addizzjonali jikkonsistu fir-rekwiżit li dawk il-kunsinni jridu joriġinaw minn żona bi status ta’ saħħa ekwivalenti ma’ dak tal-post ta’ destinazzjoni.

(3)

Id-Direttiva 2006/88/KE tirrevoka u tissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq tal-annimali u prodotti tal-akkwakultura (3). Madankollu, id-Direttiva 2006/88/KE tipprevedi li d-Deċiżjoni 2004/453/KE għandha tkompli tapplika għall-għan tad-Direttiva 2006/88/KE sal-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet neċessarji konformi ma’ dik id-Direttiva, li għandhom jiġu adottati mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ.

(4)

L-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni tal-mard, jew jikkontrollaw il-mard li mhuwiex elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tagħha li jikkostitwixxi riskju sinifikanti għall-qagħda tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura jew l-annimali akkwatiċi selvaġġi f’dawk l-Istati Membri. Dawk il-miżuri ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni jew għall-kontroll ta’ mard bħal dan.

(5)

L-Istati Membri li ngħataw id-dritt li jitolbu garanziji addizzjonali skont id-Deċiżjoni 2004/453/KE pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-mard fir-rigward ta’ mard li għalih huma approvaw iż-żoni ħielsa mill-mard jew approvaw il-programmi ta’ kontroll jew ta’ qerdaqerda. Huma wrew li hu xieraq u neċessarju li titkompla l-ħtieġa ta’ miżuri nazzjonali fil-forma ta’ tqegħid fis-suq, importazzjoni u rekwiżiti tat-tranżitu, skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(6)

Konsegwentament, l-Istati Membri li ġew mogħtija d-dritt li jitolbu garanziji addizzjonali skont id-Deċiżjoni 2004/453/KE għall-introduzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura ta’ speċijiet suxxettibbli f’żoni approvati ħielsa mill-mard jew żoni bi programmi approvati ta’ kontroll jew ta’ qerda għandhom jitħallew ikomplu japplikaw dawn il-miżuri bħala miżuri nazzjonali approvati skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(7)

Barra minn hekk, il-Finlandja pprovdiet l-informazzjoni sabiex tappoġġja r-riżultat li ma għadux neċessarju li jiġu kkunsidrati ċerti żoni tal-ġbir tal-ilma bħala żoni ta’ lqugħ biex jiġi protett l-istatus ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-SVC u l-IPN.

(8)

Fl-interess tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ir-rekwiżiti speċifiċi għat-tqegħid fis-suq, għall-importazzjoni u għat-tranżitu ta’ kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura u l-annimali akkwatiċi selvaġġi maħsuba għal żoni b’miżuri nazzjonali approvati, għandhom ikunu inklużi mad-dispożizzjonijiet u mal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità tal-annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u l-istabbiliment ta’ lista ta’ speċijiet vettori (4).

(9)

Il-miżuri nazzjonali approvati minn din id-Deċiżjoni għandhom jiġu applikati biss sakemm huma xierqa u neċessarji. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tal-miżuri nazzjonali.

(10)

Kull suspett tal-preżenza ta’ marda rilevanti f’żoni elenkati bħala ħielsa mill-mard fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi investigat u matul l-investigazzjoni għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment sabiex jiġu protetti l-Istati Membri b’miżuri nazzjonali approvati fir-rigward tal-istess marda. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni mill-ġdid tal-miżuri nazzjonali approvati, kull konferma sussegwenti ta’ mard għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

(11)

Il-programmi ta’ qerda għandhom iwasslu għal titjib fis-sitwazzjoni tal-mard f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Fit-tieni nofs tal-2011, is-sitwazzjoni tal-mard fiż-żoni koperti minn programmi bħal dawn għandha tiġi eżaminata mill-ġdid u għandu jiġi evalwat mill-ġdid jekk il-miżuri nazzjonali humiex xierqa. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tistipula li dawk il-miżuri għandhom japplikaw biss sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(12)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni 2004/453/KE għandha tiġi espressament irrevokata.

(13)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fin-negozju, kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura li huma akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ skont l-Anness III tad-Deċiżjoni 2004/453/KE għandhom jitħallew jitqiegħdu fis-suq sat-30 ta’ Ġunju 2010, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kontenut u l-ambitu

Din id-Deċiżjoni tapprova l-miżuri nazzjonali tal-Istati Membri elenkati fl-Annessi I u II tagħha għal-limitazzjoni tal-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u fl-annimali akkwatiċi selvaġġi skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE.

Artikolu 2

L-approvazzjoni ta’ ċerti miżuri nazzjonali għal-limitazzjoni tal-impatt ta’ ċertu mard mhux elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE

1.   L-Istati Membri u partijiet minnhom elenkati fit-tieni u fir-raba’ kolonni tat-tabella fl-Anness I għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħielsa mill-mard elenkati fl-ewwel kolonna ta’ dik it-tabella (“żoni ħielsa mill-mard”).

2.   L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitolbu li l-kunsinni li jkun imisshom jiġu introdotti f’żona ħielsa mill-mard jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) fir-rigward ta’ dak il-mard li għalih huma kkunsidrati bħala ħielsa mill-mard:

(a)

l-annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, għaż-żoni ta’ żamma, għaż-żoni tas-sajd ripopolati artifiċjalment, għall-faċilitajiet ornamentali miftuħa u għall-istokkjar mill-ġdid jridu jikkonformaw ma’:

(i)

ir-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(ii)

ir-rekwiżiti għall-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(iii)

ir-rekwiżiti għat-tranżitu u l-ħażna stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(b)

l-annimali akkwatiċi ornamentali maħsuba għal faċilitajiet ornamentali magħluqa jridu jikonformaw ma’:

(i)

ir-rekwiżiti għall-importazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008;

(ii)

r-rekwiżiti għat-tranżitu u l-ħażna stabbiliti fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008.

Artikolu 3

L-approvazzjoni ta’ programmi ta’ qerda nazzjonali fir-rigward ta’ ċertu mard mhux elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE

1.   Il-programmi ta’ qerda adottati mill-Istati Membri elenkati fit-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness II għall-mard elenkat fl-ewwel kolonna ta’ dik it-tabella, fir-rigward taż-żoni elenkati fir-raba’ kolonna tagħha (“programmi ta’ qerda”), ġew approvati.

2.   Għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-Istati Membri elenkati fit-tabella fl-Anness II jistgħu jitolbu li l-kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(2), introdotti f’żona soġġetta għal programm ta’ qerda jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dawk il-punti fir-rigward ta’ mard kopert minn dak il-programm ta’ qerda.

Artikolu 4

Rappurtaġġ

1.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April kull sena, l-Istati Membri elenkati fl-Annessi I u II għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali approvati msemmija fl-Artikoli 2 u 3.

2.   Ir-rapport previst fil-paragrafu 1 għandu jinkludi mill-inqas informazzjoni aġġornata dwar:

(a)

ir-riskji sinifikanti għas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura, jew tal-annimali akkwatiċi, ikkawżati mill-mard, li għalih japplikaw il-miżuri nazzjonali, u n-neċessità ta’ dawk il-miżuri u kemm huma xierqa;

(b)

il-miżuri nazzjonali li ttieħdu sabiex jinżamm l-istatus ta’ ħelsien mill-mard, inkluż kwalunkwe ttestjar li twettaq; l-informazzjoni li tikkonċerna dan l-ittestjar trid tiġi pprovduta bl-użu tal-mudelltal-formola stabbilita fl-Anness VI tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/177/KE (5);

(c)

l-evoluzzjoni tal-programm ta’ qerda, inkluż kull test li twettaq; l-informazzjoni li tikkonċerna dan l-ittestjar trid tiġi pprovduta bl-użu tal-mudell tal-formula stabbilita fl-Anness VI tad-Deċiżjoni 2009/177/KE.

Artikolu 5

Is-Suspett u l-iskoperta ta’ mard f’żoni ħielsa mill-mard

1.   Fejn Stat Membru li hu elenkat fl-Anness I ta’ dan jissuspetta l-preżenza ta’ marda f’żona li hija elenkata bħala żona ħielsa mill-mard għal dik il-marda f’dak l-Anness, dak l-istat Membru għandu jieħu l-miżuri mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 28, l-Artikolu 29(2),(3) u (4) u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/88/KE.

2.   Fejn l-investigazzjoni epiżootika tikkonferma l-iskoperta tal-marda msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’dan, u bi kwalunkwe miżuri li jittieħdu għat-trażżin u l-kontroll ta’ dik il-marda.

Artikolu 6

Revoka

Id-Deċiżjoni 2004/453/KE hija revokata.

Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Għal perjodu tranżizzjonali sat-31 ta’ Lulju 2010, il-kunsinni tal-annimali tal-akkwakultura akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont l-Anness III tad-Deċiżjoni 2004/453/KE jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom qabel dik id-data.

Artikolu 8

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-15 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 9

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 156, 30.4.2004, p. 5.

(3)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1.

(4)  ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41.

(5)  ĠU L 63, 7.3.2009, p. 15.


ANNESS I

L-Istati Membri u partijiet minnhom li huma meqjusa ħielsa mill-mard elenkat fit-tabella u approvati għall-miżuri nazzjonali biex jipprevjenu l-introduzzjoni ta’ dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Il-marda

L-Istat Membru

Il-Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b’miżuri nazzjonali approvati

Il-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjun (SVC)

Id-Danimarka

DK

It-territorju kollu

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

It-territorju kollu

L-Iżvezja

SE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

It-territorji tal-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man, Jersey u Guernsey

Mard batteriku tal-fwied (BKD)

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Ir-Renju Unit

UK

It-territorji tal-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man, Jersey u Guernsey

Vajrus tan-Nekrożi Pankreatika Infettiva (IPN)

Il-Finlandja

FI

Partijiet kontinentali tat-territorju

L-Iżvezja

SE

Partijiet kontinentali tat-territorju

Ir-Renju Unit

UK

It-territorju tal-Isle of Man

Infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (GS)

L-Irlanda

IE

It-territorju kollu

Il-Finlandja

FI

Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta’ Tenojoki u Näätämönjoki; Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta’ Paatsjoki, Luttojoki, u Uutuanjoki huma kkunsidrati bħala żoni ta’ lqugħ.

Ir-Renju Unit

UK

It-territorji tal-Irlanda ta’ Fuq, l-Isle of Man, Jersey u Guernsey


ANNESS II

L-Istati Membri u partijiet minnhom bi programmi ta’ qerda fir-rigward ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura, u approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali biex jikkontrollaw dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE

Il-marda

L-Istat Membru

Il-Kodiċi

Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b’miżuri nazzjonali approvati

Il-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjun (SVC)

Ir-Renju Unit

UK

It-territorji tal-Gran Brittanja

Mard batteriku tal-fwied (BKD)

Il-Finlandja

FI

Partijiet kontinentali tat-territorju

L-Isvezja

SE

Il-partijiet kontinentali tat-territorju

Ir-Renju Unit

UK

It-territorji tal-Gran Brittanja

Vajrus tan-Nekrożi Pankreatika Infettiva (IPN)

L-Iżvezja

SE

Partijiet kostali tat-territorju


20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ April 2010

dwar is-sħubija tal-Kummissjoni Ewropea fis-Sħubija Globali tal-Bijoenerġija

(2010/222/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ddikjarat, bħala miri fis-settur tal-enerġija, li żżid is-sigurtà tal-provvista u tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tal-enerġija tagħha billi żżid l-użu tal-enerġija rinnovabbli. Il-bijoenerġija tifforma parti importanti mill-istrateġija tal-enerġija rinnovabbli. L-Unjoni timmira li jkollha produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa u adottat kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijofjuwils u l-bijolikwidi.

(2)

Fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħha mal-imsieħba internazzjonali, inklużi l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, il-Kummissjoni qiegħda timpenja ruħha b’mod attiv fi djalogi fil-qasam tal-enerġija u forom oħra ta’ kooperazzjoni rigward kwistjonijiet tal-enerġija. Il-benefiċċji tal-bijoenerġija jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom biss jekk il-pajjiżi l-oħra jmexxu wkoll l-istrateġiji tal-bijoenerġija u jimplimentawhom b’mod sostenibbli. Ir-realizzazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija sostenibbli tista’ tiġi aċċelerata b’mod sinifikanti permezz ta’ oqfsa internazzjonali xierqa.

(3)

Fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-2005, tal-G8 fi Gleneagles, il-G8 approvaw it-tnedija ta’ Sħubija Globali tal-Bijoenerġija sabiex jappoġġaw mobilizzazzjoni ta’ bijomassa u bijofjuwils, li tkun aktar wiesgħa u effettiva mil-lat ta’ spejjeż, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Is-Sħubija Globali tal-Bijoenerġija tat bidu għal gruppi ta’ ħidma dwar metodoloġiji tal-gassijiet serra u dwar is-sostenibbiltà bil-għan li tippromwovi l-bijoenerġija b’mod sostenibbli.

(4)

Il-President tas-Sħubija Globali tal-Bijoenerġija kiteb lill-President Barroso fit-12 ta’ April 2007 fejn stieden lill-Kummissjoni tingħaqad mas-Sħubija Globali tal-Bijoenerġija u din l-istedina reġa’ għamilha wkoll wara.

(5)

Il-Kummissjoni, permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fis-Sħubija Globali tal-Bijoenerġija, se tkun f’qagħda aħjar sabiex tikkoordina l-attivitajiet internazzjonali tagħha rilevanti rigward il-bijoenerġija u kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà relatati.

(6)

Is-Sħubija Globali tal-Bijoenerġija tiddependi mill-kontribuzzjonijiet tal-membri. Tali kontribuzzjonijiet isiru fuq bażi volontarja u d-deċiżjoni rigward il-parteċipazzjoni ma torbotx lill-Kummissjoni b’kontribuzzjonijiet finanzjarji għal baġits komuni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsemmija “l-Kummissjoni”) għandha tipparteċipa bħala msieħba fis-Sħubija Globali tal-Bijoenerġija.

Artikolu 2

Il-Kummissarju għall-Enerġija, jew ir-rappreżentant innominat tiegħu, huwa awtorizzat jiffirma t-Termini ta’ referenza għas-Sħubija Globali tal-Bijoenerġija f’isem il-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


Rettifika

20.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/13


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 318/2010 tas-16 ta’ April 2010 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 97, 17 ta’ April 2010 )

F’paġna 12, fit-titolu, in-numru uffiċjali tar-Regolament:

flok:

“(UE) Nru 318/2010”,

aqra:

“(UE) Nru 319/2010”.


Top