Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2017:369:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, C 369, 30 ta' Ottubru 2017


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 369

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
30 ta' Ottubru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2017/C 369/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2017/C 369/02

Opinjoni 1/17: Talba għal opinjoni mressqa mir-Renju tal-Belġju skont l-Artikolu 218(11) TFUE

2

2017/C 369/03

Kawża C-218/17 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2017 minn Natural Instinct Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-30/16: M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct

2

2017/C 369/04

Kawża C-447/17 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2017 mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizja tal-Unjoni Ewropea, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fis-7 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-673/15, Guardian Europe vs L-Unjoni Ewropea

3

2017/C 369/05

Kawża C-479/17 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2017 minn Guardian Europe Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fis-7 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-673/15, Guardian Europe vs L-Unjoni Ewropea

4

2017/C 369/06

Kawża C-481/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Nikolay Yanchev vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

5

2017/C 369/07

Kawża C-495/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Prahova (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Awwissu 2017 – Cartrans Spedition Srl vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova, Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii

6

 

Il-Qorti Ġenerali

2017/C 369/08

Kawżi T-107/15 u T-347/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2017 – Uganda Commercial Impex vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo — Żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-lista)

7

2017/C 369/09

Kawża T-327/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Gwida — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Programm operattiv — Bażi legali — Dispożizzjonijiet transitorji — Applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji wara l-perijodu ta’ programmazzjoni kkonċernata — Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għat-teħid ta’ deċiżjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Ne bis in idem — Proporzjonalità)

8

2017/C 369/10

Kawża T-393/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm ġenerali Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’ — Programm speċifiku Ġustizzja Kriminali — Irkupru ta’ somom imħallsa mill-Kummissjoni b’eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju — Tpaċija ta’ djun — Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors — Talba intiża li tiġi kkonstatata l-ineżistenza ta’ dejn kuntrattwali)

8

2017/C 369/11

Kawża T-734/15 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni vs FE (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kompetizzjoni ġenerali — Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tirreklutax kandidat li għadda minn kompetizzjoni — Kompetenzi rispettivi tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra — Kundizzjonijiet għall-ammissjoni fil-kompetizzjoni — Tul minimu ta’ esperjenza professjonali — Modalitajiet ta’ kalkolu — Telf ta’ opportunità ta’ reklutaġġ — Talba għad-danni)

9

2017/C 369/12

Kawża T-751/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Contact Software vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Swieq tas-softwer ta’ disinn assistit bil-kompjuter u tal-informazzjoni fuq l-interfaces għal dan is-softwer — Deċiżjoni ta’ ċħid ta’ lment — Suq rilevanti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni)

9

2017/C 369/13

Kawża T-768/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – RP Technik vs EUIPO – Tecnomarmi (RP ROYAL PALLADIUM) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RP ROYAL PALLADIUM — Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea RP — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

10

2017/C 369/14

Kawża T-86/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2017 – Codorniu vs EUIPO –Bodegas Altun (ANA DE ALTUN) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ANA DE ALTUN — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti ANNA — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni]

11

2017/C 369/15

Kawża T-103/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Settembru 2017 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Weetabix (Alpenschmaus) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Alpenschmaus — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ALPEN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

11

2017/C 369/16

Kawża T-276/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Viridis Pharmaceuticals vs EUIPO – Hecht-Pharma (Boswelan) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ skadenza — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Boswelan — Dikjarazzjoni ta’ skadenza — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark — Assenza ta’ raġunijiet ġusti għan-nuqqas ta’ użu]

12

2017/C 369/17

Kawża T-305/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Primark Holdings (LOVE TO LOUNGE) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LOVE TO LOUNGE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009]

13

2017/C 369/18

Kawża T-315/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – Tamasu Butterfly Europa vs EUIPO – adp Gauselmann (Butterfly) [Trade mark tal – Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat – trade mark tal – Unjoni Ewropea verbali Butterfly — Trade mark tal – Unjoni Ewropea verbali u isem kummerċjali nazzjonali preċedenti Butterfly — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (4) u (5) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009]

13

2017/C 369/19

Kawża T-421/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Beste Oma) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — pplikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Beste Oma — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

14

2017/C 369/20

Kawża T-422/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Beste Mama) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — pplikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Beste Mama — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

14

2017/C 369/21

Kawża T-449/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Bester Opa) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Bester Opa — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

15

2017/C 369/22

Kawża T-450/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Beste Freunde) (Trade mark tal-Unjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Beste Freunde — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

15

2017/C 369/23

Kawża T-451/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Bester Papa) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Bester Papa — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

16

2017/C 369/24

Kawża T-452/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Beste Freundin) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Beste Freundin — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

16

2017/C 369/25

Kawżi magħquda T-504/16 u T-505/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Bodson et vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Remunerazzjoni — Adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi — Metodu ta’ kalkolu — Kriżi ekonomika u finanzjarja)

17

2017/C 369/26

Kawża T-585/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Skareby vs SEAE (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Libertà ta’ espressjoni — Dmir ta’ lealtà — Preġudizzju serju għall-interessi leġittimi tal-Unjoni — Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ artiklu — Stedina sabiex it-test jiġi emendat — Artikolu 17a tar-Regolamenti tal-Persunal — Suġġett tar-rikors — Deċiżjoni li tiċħad l-ilment amministrattiv)

18

2017/C 369/27

Kawża T-116/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Land Nordrhein-Westfalen — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Rikors manifestament fondat)

18

2017/C 369/28

Kawża T-90/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2017 – Gelinova Group vs EUIPO – Cloetta Italia (galatea…è naturale) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

19

2017/C 369/29

Kawża T-117/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2017 – Proximus vs Il-Kunsill (Miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura nnegozjata — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

19

2017/C 369/30

Kawża T-527/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2017 – Waisman et vs SRB

20

2017/C 369/31

Kawża T-529/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Blasi Gómez et vs SRB

21

2017/C 369/32

Kawża T-530/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – López Campo et vs SRB

21

2017/C 369/33

Kawża T-531/17: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Promociones Santa Rosa vs SRB

22

2017/C 369/34

Kawża T-535/17: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Asociación de Consumidores de Navarra Irache vs SRB

22

2017/C 369/35

Kawża T-539/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

23

2017/C 369/36

Kawża T-540/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

24

2017/C 369/37

Kawża T-541/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

25

2017/C 369/38

Kawża T-542/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

26

2017/C 369/39

Kawża T-543/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

28

2017/C 369/40

Kawża T-544/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2017 – Imabe Ibérica vs SRB

29

2017/C 369/41

Kawża T-552/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – Maña et vs SRB

29

2017/C 369/42

Kawża T-560/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – Fortischem vs Il-Parlament u L-Kunsill

30

2017/C 369/43

Kawża T-572/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – UC vs Il-Parlament Ewropew

31

2017/C 369/44

Kawża T-574/17: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2017 – UD vs Il-Kummissjoni

32

2017/C 369/45

Kawża T-588/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

32

2017/C 369/46

Kawża T-589/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

33

2017/C 369/47

Kawża T-590/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

34

2017/C 369/48

Kawża T-591/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

35

2017/C 369/49

Kawża T-604/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2017 – Thun vs EUIPO (Figorin ta’ ħuta)

35

2017/C 369/50

Kawża T-608/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – Grupo Bimbo vs EUIPO – DF World of Spices (TAKIS FUEGO)

36

2017/C 369/51

Kawża T-612/17: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2017 – Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni

37

2017/C 369/52

Kawża T-624/17: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

38

2017/C 369/53

Kawża T-629/17: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

39


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2017/C 369/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 357, 23.10.2017

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 347, 16.10.2017

ĠU C 338, 9.10.2017

ĠU C 330, 2.10.2017

ĠU C 318, 25.9.2017

ĠU C 309, 18.9.2017

ĠU C 300, 11.9.2017

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/2


Talba għal opinjoni mressqa mir-Renju tal-Belġju skont l-Artikolu 218(11) TFUE

(Opinjoni 1/17)

(2017/C 369/02)

Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti)

Domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-30 ta’ Ottubru 2016, huwa, fil-Kapitolu Tmienja tiegħu (“Investiment”), Taqsima F (“Riżoluzzjoni ta’ tilwim dwar l-investiment bejn l-investituri u l-istati”), kompatibbli mat-Trattati, inklużi d-drittijiet fundamentali?


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/2


Appell ippreżentat fis-26 ta’ April 2017 minn Natural Instinct Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-30/16: M. I. Industries vs EUIPO – Natural Instinct

(Kawża C-218/17 P)

(2017/C 369/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Natural Instinct Ltd (rappreżentanti: C. Spintig, avukat, S. Pietzcker, avukat, B. Brandreth, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, M. I. Industries, Inc.

B’digriet tas-7 ta’ Settembru 2017, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/3


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2017 mill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizja tal-Unjoni Ewropea, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fis-7 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-673/15, Guardian Europe vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża C-447/17 P)

(2017/C 369/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u K. Sawyer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Guardian Europe Sàrl; European Union, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-paragrafu (1) tad-dispożittiv tas-sentenza appellata;

tiċħad għaliex infondata t-talba, magħmula fl-ewwel istanza, ta’ Guardian Europe intiża għall-ksib tas-somma ta’ EUR 936 000 fir-rigward ta’ spejjeż ta’ garanzija bankarja bħala kumpens għad-danni li hija allegatament sofriet minħabba ksur tal-obbligu li tingħata deċiżjoni fi żmien raġonevoli fil-Kawża T-82/08; jew, u purament alternattivament, tnaqqas dan il-kumpens għal ammont ta’ EUR 299 251,64, flimkien ma interessi kompensatorji ikkalkolati fid-dawl tal-fatt li dak l-ammont huwa kompost minn ammonti differenti li saru dovuti fi żminijiet differenti;

tikkundanna lil Guardian Europe għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq erba’ aggravji.

1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li kien hemm żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-preskrizzjoni fil-każ ta’ preġudizzju kontinwu, sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li l-allegat dannu materjali li jikkonsisti fil-ħlas ta’ spejjeż ta’ garanzija bankarja li seħħ iktar minn ħames snin qabel il-preżentata tal-azzjoni għad-danni ma kienx preskritt.

2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li kien hemm żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ kawżalità, sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li l-ksur tal-obbligu li tingħata deċiżjoni fi żmien raġonevoli kien il-kawża determinanti tal-allegat dannu materjali li jikkonsisti fil-ħlas ta’ spejjeż ta’ garanzija bankarja, filwaqt li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-għażla libera ta’ impriża li ma tħallasx multa fil-kuntest ta’ proċeduri quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi l-kawża determinanti għall-ħlas ta’ tali spejjeż.

3)

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li kien hemm żball ta’ liġi fid-determinazzjoni tal-perijodu li matulu seħħ l-allegat dannu materjali u nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, mingħajr ma pprovdiet raġunijiet, li l-perijodu li matulu seħħ l-allegat dannu materjali, li jikkonsisti fil-ħlas ta’ spejjeż ta’ garanzija bankarja, jista’ jkun differenti mill-perijodu li matulu hija kienet stabbiliet l-eżistenza tal-aġir illegali li allegatament ikkawża dan id-dannu.

4)

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li kien hemm żball ta’ liġi minħabba kumpens żejjed fl-għoti tal-interessi kompensatorji, sa fejn il-Qorti Ġenerali allokat lir-rikorrenti interessi kompensatorji fuq ammont minn data li fiha dan l-ammont kien għadu mhux dovut minnha.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/4


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2017 minn Guardian Europe Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fis-7 ta’ Ġunju 2017 fil-Kawża T-673/15, Guardian Europe vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża C-479/17 P)

(2017/C 369/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Guardian Europe Sàrl (rappreżentanti: C. O’Daly, Solicitor, F. Louis, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata (1) mill-Qorti tal-Ġustiżżja tal-Unjoni Ewropea u (2) mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

1)

tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-punt 3 tad-dispożittiv ċaħad parti mit-talba għad-danni ta’ Guardian Europe abbażi tal-Artikolu 268 u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

2

tiddeċiedi li l-l-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha tista’ tiddeċiedi fuq il-mertu t-talbiet għad-danni tal-appellanti u konsegwentement

a)

tordna lill-Unjoni, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tikkumpensa lil Guardian Europe għad-danni kkawżati b’riżultat tan-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li tgħati deċiżjoni f’terminu raġonevoli, skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamental, li jammontaw għas-sommom li ġejjin: (i) telf ta’ opportunità/telf ta’ qliegħ ta’ EUR 1 388 000; (ii) spejjeż addizzjonali ta’ garanzija ta’ EUR 143 675,78, u (iii) telf mhux pekunjarju espress f’perċentwali xierqa tal-multa imposta fuq Guardian fid-deċiżjoni;

b)

tordna lill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni u mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tikkumpensa lil Guardian għad-danni kkawżati minħabba l-ksur, mill-Kummissjoni u mill-Qorti Ġenerali, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li jammontaw għas-sommom li ġejjin: (i) telf ta’ opportunità/telf ta’ qliegħ ta’ EUR 7 712 000; u (ii) telf mhux pekunjarju espress f’perċentwali xierqa tal-multa imposta fuq Guardian fid-deċiżjoni;

ċ)

tagħti interessi kompensatorji fuq l-ammonti, fil-każ tas-subparagrafu (a), (mis-27 ta’ Lulju 2010 sad-data ta’ meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dan l-appell) u, fil-każ tas-subparagrafu (b), (mid-19 ta’ Novembru 2010 sad-data ta’ meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dan l-appell), bir-rata annwali ta’ inflazzjoni ddeterminata, għall-perijodu inkwistjoni, mill-Eurostat għall-Istat Membru (il-Lussemburgu) fejn hija stabbilita Guardian Europe;

d)

tagħti interessi moratorji fuq l-ammonti msemmija fis-subparagrafi (a) u (b), mid-data ta’ meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dan l-appell sal-ħlas sħiħ, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

3)

sa fejn ikun rilevanti, alternattivament għall-paragrafu 2(a) jew għall-paragrafu 2(b), tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu; u

4)

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż ta’ dan l-appell u għal dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1)

Fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u naqset milli tapplika l-kunċett ta’ “impriża” fid-dritt tal-Unjoni meta kkonkludiet li Guardian Europe ma sofriet ebda telf ta’ profitti minħabba n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li tgħati deċiżjoni fi żmien raġonevoli fil-Kawża T-82/08, Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl vs Il-Kummissjoni;

2)

Fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, naqset milli tapplika l-kunċett ta’ “impriża” fid-dritt tal-Unjoni u waslet għal konklużjonijiet sostanzjalment ineżatti, din l-ineżattezza tirriżulta mid-dokumenti sottomessi lill-Qorti Ġenerali, meta ddeċidiet li Guardian Europe sostniet biss 82 % mit-telf relatat mal-ispejjeż tal-garanzija pagabbli matul il-perjodu tad-dewmien mhux raġonevoli tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-82/08, Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl vs Il-Kummissjoni;

3)

Fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, meta kkonkludiet li Guardian Europe ma sofrietx dannu morali minħabba n-nuqqas ta’ deċiżjoni fi żmien raġonevoli fil-Kawża T-82/08, Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl vs Il-Kummissjoni;

4)

Fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u naqset milli tapplika l-kunċett ta’ “impriża” fid-dritt tal-Unjoni meta ddeċidiet li l-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2007) 5791 finali (1) – Ħġieġ ċatt, u fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-82/08, Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl vs Il-Kummissjoni, ma kkawżax telf ta’ profitti għal Guardian Europe;

5)

Fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE meta ddeċidiet li l-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2007) 5791 finali – Ħġieġ ċatt, u fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-82/08, Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl vs Il-Kummissjoni, ma kkawżax telf mhux materjali għal Guardian Europe; u

6)

Fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE meta ddeċidiet li hija biss deċiżjoni minn qorti tal-aħħar istanza – u għalhekk mhux il-Qorti Ġenerali – tista’ tgħati lok għal responsabbiltà għal danni minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2007) 5791 finali, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar proċediment skond l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/39165 – Ħġieġ Ċatt).


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Nikolay Yanchev vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-481/17)

(2017/C 369/06)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nikolay Yanchev

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl, minn naħa, tal-prerogattivi tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, tal-espressjoni tal-prinċipji ta’ awtonomija proċedurali u ta’ ċertezza legali, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-punt 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2011) 863, tal-11 ta’ Frar 2011, adottata konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE u li tiddikjara konformi mal-Artikolu 107(3) TFUE l-għajnuna N 546/2010 mogħtija mir-Repubblika tal-Bulgarija lill-investimenti fl-azjendi agrikoli permezz ta’ tnaqqis mit-taxxa, tawtorizza l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jipprovdu li l-perijodu previst f’dan il-punt, li matulu għandu jiġi mistħarreġ jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna mill-Istat imsemmija iktar ’il fuq humiex issodisfatti, għandu jitqies li huwa biss ta’ natura indikattiva u mhux vinkolanti?

2)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-interpretazzjoni teleoloġika tal-punti 7, 8, 14 u 45, ikkunsidrati flimkien, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2011) 863, tal-11 ta’ Frar 2011, adottata konformement mal-Artikolu 108(3) TFUE u li tiddikjara konformi mal-Artikolu 107(3) TFUE l-għajnuna N 546/2010 mogħtija mir-Repubblika tal-Bulgarija lill-investimenti fl-azjendi agrikoli permezz ta’ tnaqqis mit-taxxa, tippermetti li jiġi konkluż li l-leġittimità tal-kisba/tal-benefiċċju ta’ din l-għajnuna tiddependi biss mill-osservanza tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ċċitati espliċitament fl-imsemmija deċiżjoni u li permezz tagħhom tiġi implementata l-għajnuna mill-Istat? Jew inkella huwa meħtieġ li jiġu osservati wkoll kundizzjonijiet oħra li jinsabu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali iżda li ma humiex marbuta mal-għanijiet segwiti permezz tal-għoti tal-għajnuna inkwistjoni?


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Prahova (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Awwissu 2017 – Cartrans Spedition Srl vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova, Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii

(Kawża C-495/17)

(2017/C 369/07)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Prahova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cartrans Spedition Srl

Konvenuti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Ploieşti – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Prahova, Direcţia Regională a Finanţelor Publice Bucureşti – Administraţia Fiscală pentru Contribuabili Mijlocii

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-eżenzjoni tal-VAT għat-tranżazzjonijiet u għas-servizzi tat-trasport marbuta mal-esportazzjoni ta’ beni, konformement mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), il-carnet TIR iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ destinazzjoni tal-beni huwa dokument li jagħti prova tal-esportazzjoni tal-beni ttrasportati, b’kunsiderazzjoni għall-proċedura skont dan id-dokument prevista fil-Manwal dwar it-Tranżitu għas-sistema TIR tal-kumitat tal-kodiċi doganali – sezzjoni tranżitu tad-Direttorat Ġenerali Tassazzjoni u Għaqda Doganali tal-Kummissjoni Ewropea?

2)

L-Artikolu 153 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi fiskali li timponi lil persuni taxxabbli jipproduċu prova tal-esportazzjoni tal-beni ttrasportati esklużivament permezz tad-dikjarazzjoni doganali ta’ esportazzjoni u li tirrifjuta d-dritt għal tnaqqis tal-VAT għas-servizzi tat-trasport ta’ beni esportati fl-assenza ta’ tali dikjarazzjoni, minkejja l-eżistenza ta’ carnet TIR iċċertifikat mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż ta’ destinazzjoni tal-imsemmija beni?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


Il-Qorti Ġenerali

30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2017 – Uganda Commercial Impex vs Il-Kunsill

(Kawżi T-107/15 u T-347/15) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-lista”))

(2017/C 369/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Uganda Commercial Impex Ltd (Kampala, l-Uganda) (rappreżentanti: fil-Kawża T-107/15, S. Zaiwalla, P. Reddy, Z. Burbeza, A. Meskarian, K. Mittal, solicitors, u R. Blakeley, barrister, u, fil-Kawża T-347/15, S. Zaiwalla, P. Reddy, A. Meskarian, K. Mittal u R. Blakeley)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-107/15, inizjalment B. Driessen u E. Dumitriu-Segnana, sussegwentement B. Driessen u M. Veiga, aġenti, u, fil-Kawża T-347/15, B. Driessen, E. Dumitriu-Segnana u M. Veiga)

Suġġett

Fil-Kawża T-107/15, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/862/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2014, L 346, p. 36), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1275/2014, tal-1 ta’ Diċembru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 9(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2014, L 346, p. 3) u, jekk meħtieġ, li l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, tat-18 ta’ Lulju 2005, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2008, L 352 M, p. 231), ikun iddikjarat inapplikabbli għar-rikorrenti u, fil-Kawża T-347/15, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/620, tal-20 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2015, L 102, p. 43), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/614, tal-20 ta’ April 2015, li jimplimenta l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 (ĠU 2015, L 102, p. 10) u, jekk meħtieġ, li l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1183/2005 jiġi ddikjarat inapplikabbli għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-107/15 u T-347/15 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Uganda Commercial Impex Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-327/15) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Gwida’ - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Programm operattiv - Bażi legali - Dispożizzjonijiet transitorji - Applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji wara l-perijodu ta’ programmazzjoni kkonċernata - Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għat-teħid ta’ deċiżjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ne bis in idem - Proporzjonalità”))

(2017/C 369/09)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, O. Tsirkinidou u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u D. Triantafyllou, agenti)

Suġġett

Deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE sabiex tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1936 finali, tal-25 ta’ Marzu 2015, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima “Gwida”, mogħtija fil-programm operattiv CCI 2000GR061PO021 (Greċja – Objettiv 1 – Rikostruzzjoni rurali)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/15) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’ - Programm speċifiku ‘Ġustizzja Kriminali’ - Irkupru ta’ somom imħallsa mill-Kummissjoni b’eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju - Tpaċija ta’ djun - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Talba intiża li tiġi kkonstatata l-ineżistenza ta’ dejn kuntrattwali”))

(2017/C 369/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Università del Salento (Lecce, l-Italja) (rappreżentant: F. Vetrò, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Di Paolo, F. Moro, L. Cappelletti u O. Verheecke, sussegwentement L. Di Paolo, F. Moro u O. Verheecke, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament tad-Deċiżjoni D/C4 – B.2 – 005817 tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Mejju 2015, li permezz tagħha twettqet tpaċija bejn ammont dovut lir-rikorrenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt fil-kuntest tal-ewwel proġett, Entice (Explaining the Nature of Technological Innovation in Chinese Enterprises), u dejn tar-rikorrenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt fil-kuntest tat-tieni proġett, intitolat “Judicial Training and Research on EU crimes against environment and maritime pollution”, it-tieni nett, għall-annullament ta’ kull att ieħor preċedenti, sussegwenti jew, fi kwalunkwe każ, konness ma’ din id-deċiżjoni u, it-tielet nett, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti l-ammonti dovuti lilha b’eżekuzzjoni tal-proġett Entice u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li tiġi kkonstatata l-ineżistenza tad-dejn invokat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-tieni proġett.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Università del Salento hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Il-Kummissjoni vs FE

(Kawża T-734/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tirreklutax kandidat li għadda minn kompetizzjoni - Kompetenzi rispettivi tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni fil-kompetizzjoni - Tul minimu ta’ esperjenza professjonali - Modalitajiet ta’ kalkolu - Telf ta’ opportunità ta’ reklutaġġ - Talba għad-danni”))

(2017/C 369/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Simonetti u G. Gattinara, aġenti)

Appellata: FE (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015, FE vs Il-Kummissjoni (F-119/14, EU:F:2015:116), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Il-punti 1, 2 u 4 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015, FE vs Il-Kummissjoni (F-119/14), huma annullati.

2)

Ir-rikors ippreżentat minn FE quddiem it-Tribunal għas Servizz Pubbliku fil-Kawża F-119/14 huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-appell.

4)

FE hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, inkluż l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Contact Software vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-751/15) (1)

((“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq tas-softwer ta’ disinn assistit bil-kompjuter u tal-informazzjoni fuq l-interfaces għal dan is-softwer - Deċiżjoni ta’ ċħid ta’ lment - Suq rilevanti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”))

(2017/C 369/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Contact Software GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-M. Schultze, S. Pautke u C. Ehlenz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Vollrath, I. Zaloguin u L. Wildpanner, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Dassault systèmes (Vélizy-Villacoublay, Franza) (rappreżentanti: R. Snelders, avukat, u J. Messent, barrister)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7006 finali, tad-9 ta’ Ottubru 2015, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti relattiv għall-ksur tal-Artikolu 102 TFUE allegatament imwettaq minn Dassault systèmes u Parametric Technology Corp. f’ċerti swieq ta’ softwer ta’ disinn assistit bil-kompjuter kif ukoll f’ċerti swieq tal-informazzjoni fuq l-interfaces għal dan is-softwer (Każ COMP/39846 – Contact vs Dassault & Parametric).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Contact Software GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Dassault systèmes għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – RP Technik vs EUIPO – Tecnomarmi (RP ROYAL PALLADIUM)

(Kawża T-768/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea RP ROYAL PALLADIUM - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea RP - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 369/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: RP Technik GmbH Profilsysteme (Bönen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P.-J. Henrichs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Tecnomarmi Snc Di Gatto Omar & C. (Treviso, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2061/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn RP Technik u Tecnomarmi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

RP Technik GmbH Profilsysteme hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 29.2.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2017 – Codorniu vs EUIPO –Bodegas Altun (ANA DE ALTUN)

(Kawża T-86/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ANA DE ALTUN - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti ANNA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2017/C 369/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Codorníu SA (Esplugues de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez u J. Güell Serra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bodegas Altun, SL (Baños de Ebro, Spanja) (rappreżentant: M. Escribano Uzcudun, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2015 (Każ R 199/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Codorníu u Bodegas Altun.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Diċembru 2015 (Kaz R 199/2015-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO u Bodegas Altun, SL għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn Codorníu SA.


(1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Settembru 2017 – Aldi Einkauf vs EUIPO – Weetabix (Alpenschmaus)

(Kawża T-103/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Alpenschmaus - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ALPEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 369/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn E. Strittmatter u A. Folliard-Monguiral, sussegwentement minn A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Weetabix Ltd (Kettering, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Finger u T. Farkas, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Jannar 2014 (Każ R 662/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Weetabix u Aldi Einkauf.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 156, 02.05.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Viridis Pharmaceuticals vs EUIPO – Hecht-Pharma (Boswelan)

(Kawża T-276/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ skadenza - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Boswelan - Dikjarazzjoni ta’ skadenza - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark - Assenza ta’ raġunijiet ġusti għan-nuqqas ta’ użu”])

(2017/C 369/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Viridis Pharmaceutical Ltd. (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hecht-Pharma GmbH (Hollnseth, Il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Sachs u J. Sachs, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Frar 2016 (Każ R 2837/2014-5), dwar proċedura ta’ skadenza bejn Hecht-Pharma et Viridis Pharmaceutical.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Viridis Pharmaceutical Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Lidl Stiftung vs EUIPO – Primark Holdings (LOVE TO LOUNGE)

(Kawża T-305/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LOVE TO LOUNGE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2017/C 369/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kefferpütz u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Primark Holdings (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister, u G. Hussey, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Marzu 2016 (Każ R 489/2015-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità bejn Lidl Stiftung u Primark Holdings.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lidl Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287, 8.8.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2017 – Tamasu Butterfly Europa vs EUIPO – adp Gauselmann (Butterfly)

(Kawża T-315/16) (1)

([“Trade mark tal – Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat – trade mark tal – Unjoni Ewropea verbali Butterfly - Trade mark tal – Unjoni Ewropea verbali u isem kummerċjali nazzjonali preċedenti Butterfly - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (4) u (5) tar – Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 369/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tamasu Butterfly Europa GmbH (Moers, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Röhl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Pethke u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Marzu 2016 (Każ R 221/2015-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tamasu Butterfly Europa u adp Gauselmann.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tamasu Butterfly Europa GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287, 8.8.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Beste Oma)

(Kawża T-421/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - pplikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Beste Oma - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 369/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO 13 ta’ Mejju 2016 (Każ R 91/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Beste Oma bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sheepworld AG kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 343, 19.9.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Beste Mama)

(Kawża T-422/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - pplikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Beste Mama - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 369/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO 13 ta’ Mejju 2016 (Każ R 95/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Beste Mama bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sheepworld AG kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Bester Opa)

(Kawża T-449/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Bester Opa - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 369/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO fis-26 ta’ Mejju 2016 (Każ R 92/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Bester Opa bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sheepworld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Beste Freunde)

(Kawża T-450/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Beste Freunde - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 369/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermaniż) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fisher, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2016 (Każ R 93/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Beste Freunde bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Sheepworld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Bester Papa)

(Kawża T-451/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Bester Papa - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 369/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Mejju 2016 (Każ R 94/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Bester Papa bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sheepworld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Beste Freundin)

(Kawża T-452/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Beste Freundin - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 369/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-26 ta’ Mejju 2016 (Każ R 96/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Beste Freundin bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sheepworld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Bodson et vs BEI

(Kawżi magħquda T-504/16 u T-505/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Remunerazzjoni - Adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi - Metodu ta’ kalkolu - Kriżi ekonomika u finanzjarja”))

(2017/C 369/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson (Il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) u l-485 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza (Kawża T-504/16); u Esther Badiola (Il-Lussemburgu) u l-15-il rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza (Kawża T-505/16) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment T. Gilliams u G. Nuvoli, sussegwentement G. Faedo u T. Gilliams, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet, li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju ta’ Frar 2013 u tax-xhur sussegwenti, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-18 ta’ Diċembru 2012 u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-29 ta’ Jannar 2013 kif ukoll tal-artikolu ppubblikat fuq l-internet fil-5 ta’ Frar 2013 u tan-nota ta’ informazzjoni tal-15 ta’ Frar 2013 li tinforma lill-persunal bl-adozzjoni ta’ dawn iż-żewġ deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, sabiex il-BEI jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjonijiet imħallsa skont id-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq u l-ammont tar-remunerazzjonijiet dovuti skont is-sistema li tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-22 ta’ Settembru 2009 kif ukoll kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba t-telf tagħhom tal-kapaċità ta’ akkwist u minħabba l-inċertezza marbuta mat-tibdil fir-remunerazzjonijiet tagħhom.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), li japplikaw id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-18 ta’ Diċembru 2012 u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-29 ta’ Jannar 2013 u li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju għax-xahar ta’ Frar 2013 u għax-xhur sussegwenti ta’ Jean Pierre Bodson u tal-membri l-oħra tal-persunal tal-BEI li isimhom jidher fl-anness fil-Kawża T-504/16, minn naħa, u ta’ Esther Badiola u l-membri l-oħra tal-persunal tal-BEI li isimhom jidher fl-anness fil-Kawża T-505/16, min-naħa l-oħra, huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

3)

Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-41/13 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali fl-1.9.2016).


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Skareby vs SEAE

(Kawża T-585/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Libertà ta’ espressjoni - Dmir ta’ lealtà - Preġudizzju serju għall-interessi leġittimi tal-Unjoni - Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ artiklu - Stedina sabiex it-test jiġi emendat - Artikolu 17a tar-Regolamenti tal-Persunal - Suġġett tar-rikors - Deċiżjoni li tiċħad l-ilment amministrattiv”))

(2017/C 369/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carina Skareby (Louvain, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt, aġent, assistit minn M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2015 tas-SEAE li tirrifjuta l-pubblikazzjoni ta’ artiklu u li titlob l-emenda ta’ żewġ paragrafi tat-test propost u, min-naħa l-oħra, “sa fejn huwa neċessarju”, tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2015 tas-SEAE li tiċħad l-ilment imressaq kontra d-deċiżjoni inizjali,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carina Skareby hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Serviss Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-15/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/10) (1)

((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Land Nordrhein-Westfalen - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Rikors manifestament fondat”))

(2017/C 369/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Möller, sussegwentement minn J. Möller u T. Henze, aġenti, assistiti minn U. Karpenstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann, B. Conte u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-objettiv 2 (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120, tas-7 ta’ Mejju 1997.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675, tat-23 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-objettiv 2 (1997-1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120, tas-7 ta’ Mejju 1997, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 134, 22.5.2010.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2017 – Gelinova Group vs EUIPO – Cloetta Italia (galatea…è naturale)

(Kawża T-90/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2017/C 369/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Gelinova Group Srl (Tezze di Vazzola, l-Italja) (rappreżentanti: A. Tornato u D. Hazan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Cloetta Italia Srl (Cremona, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-12 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 207/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cloetta Italia Srl u Gelinova Group Srl, li kienet Milk & Fruit Srl.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Gelinova Group Srl hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 121, 18.4.2017.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2017 – Proximus vs Il-Kunsill

(Kawża T-117/17 R)

((“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura nnegozjata - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2017/C 369/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Proximus SA/NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Schutyser, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Jaume u S. Cholakova, aġenti, assistiti minn P. de Bandt, P. Teerlinck u M. Gherghinaru, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji li jirrigwardaw, minn naħa, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jagħti lil offerent ieħor il-kuntratt-qafas u, min-naħa l-oħra, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt-qafas konkluż bejn il-Kunsill u l-offerent magħżul

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/20


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awissu 2017 – Waisman et vs SRB

(Kawża T-527/17)

(2017/C 369/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Alejandro Claudio Waisman (Buenos Aires, l-Arġentina) u 158 rikorrent ieħor (rappreżentanti: J. De Castro Martín, M. Azpitarte Sánchez u J. Ruiz de Villa Jubany, avukati)

Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni dwar Banco Popular Español (JUR/EES/2017/08) fuq il-bażi tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 263 TFUE;

tikkundanna lill-SRB, fuq il-bażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u tal-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tħallas lir-rikorrenti mill-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni stabbilit skont l-Artikolu 67 tar-Regolament 806/2014, kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrenti bħala konsegwenza diretta tad-deċiżjoni dwar Banco Popular Español, danni li l-ammont tagħhom jikkoinċidi mal-valur tas-suq tal-istrumenti kapitali tal-istituzzjoni bankarja fil-ġurnata preċedenti (6 ta’ Ġunju 2017) għall-eżekuzzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni; sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tikkunsidrax it-talba preċedenti għal kumpens, titlob li l-SRB jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti kumpens għall-ammont tad-differenza, li ser jiġi stabbilit permezz tal-evalwazzjoni mill-persuna indipendenti prevista fl-Artikolu 20(16) tar-Regolament Nru 806/2014, bejn dak li rċevew ir-rikorrenti fil-ħlas tat-talbiet tagħhom bl-applikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni u dak li kienu jirċievu taħt proċedura ordinarja għall-insolvenza;

tikkundanna lill-SRB għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/21


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2017 – Blasi Gómez et vs SRB

(Kawża T-529/17)

(2017/C 369/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Carlos Blasi Gómez (Tarragona, Spanja), María Dolores Cruells Torelló (Sabadell, Spanja), Asociación Independiente de Afectados por el Popular (AIAP) (Madrid, Spanja) (rappreżentant: D. Pineda Cuadrado, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017;

sussidjarjament, fil-każ li t-talba preċedenti ma tintlaqax, tiddikjara l-annullament parzjali tal-att, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-entità, billi l-Qorti Ġenerali twettaq jew tordna li titwettaq evalwazzjoni ġusta, reali u ekwa ta’ Banco Popular Español li tinkludi kumpens bl-istess mod għall-azzjonisti u għall-kredituri kollha konformi mal-bażi tal-evalwazzjoni l-ġdida;

sussidjarjament, fil-każ li l-ebda waħda mit-talbiet preċedenti ma tintlaqa’, tiddikjara l-annullament parzjali tal-att, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-entità, billi l-Qorti Ġenerali twettaq jew tordna li titwettaq evalwazzjoni ġusta, reali u ekwa ta’ Banco Popular Español li tinkludi kumpens bl-istess mod għall-partijiet rappreżentati minni, bħall-azzjonisti u l-kredituri, konformi mal-bażi tal-evalwazzjoni l-ġdida;

tikkundanna espressament lill-istituzzjoni li l-att tagħha qiegħed jiġi kkontestat għall-ispejjeż sostnuti.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/21


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – López Campo et vs SRB

(Kawża T-530/17)

(2017/C 369/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Mario López Campo (Pontevedra, Spanja) u 8 rikorrenti oħra, (rappreżentant: F. Cabadas García, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni adottata fis-7 ta’ Ġunju 2017, li tistabbilixxi r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español S.A. mis-7 ta’ Ġunju 2017, u tikkonstata li huwa d-dmir ta’ dak il-Bord li jindennizza lil dawk li kollha li jressqu talba skont l-ammonti stabbiliti fit-talba;

sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni adottata fis-7 ta’ Ġunju 2017, li tistabbilixxi r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español S.A. mis-7 ta’ Ġunju 2017, u tikkonstata li huwa d-dmir ta’ dak il-Bord li jindennizza lil dawk li kollha li jressqu talba skont l-ammonti li jirriżultaw mill-multiplikazzjoni tan-numru ta’ azzjonijiet ta’ din bl-aħħar prezz ikkwotat fil-borża qabel id-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 – .

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tas-7 ta’ Ġunju 2017 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/EES/2017/08), li jadotta r-riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español S.A..

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/22


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Promociones Santa Rosa vs SRB

(Kawża T-531/17)

(2017/C 369/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Promociones Santa Rosa, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: L. Carrión Matamoros, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08, tas-7 ta’ Ġunju (verżjoni mhux kunfidenzjali) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li jadotta l-iskema ta’ riżoluzzjoni ta’ Banco Popular Español, S.A., għall-ksur tal-Artikoli 7, 18(1) u 20 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, kif ukoll għal alterazzjoni artifiċjali tal-kawżi immedjati li wasslu għar-riżoluzzjoni tal-entità.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Asociación de Consumidores de Navarra “Irache” vs SRB

(Kawża T-535/17)

(2017/C 369/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación de Consumidores de Navarra “Irache” (Pamplona, Spanja) (rappreżentant: J. Sanjurjo San Martín, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; tqis bħala mingħajr effett l-operazzjonijiet imwettqa u trodd lura l-proprjetà ta’ Banco Popular Español, S.A. lill-azzjonisti u lid-detenturi tal-bonds affettwati, fis-sitwazzjoni li kienu fiha qabel l-intervent tagħhom;

fil-każ li dan ma jkunx possibbli, fi kwalunkwe każ tqis bħala mingħajr effett il-konverżjoni tal-bonds f’azzjonijiet, u tħalli lid-detenturi tal-bonds fl-istess sitwazzjoni kif kienu fis-6 ta’ Ġunju 2017. Tikkumpensa lid-detenturi tal-azzjonijiet fil-ħlas tal-valur reali tal-bank u, għalhekk, tal-azzjonijiet, fid-data tat-30 ta’ Ġunju 2016.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/23


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-539/17)

(2017/C 369/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-UE skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Al Thawra Loan Agreement Al Thawra Loan Agreement fid-dritt tagħha ta’ surroga li jinkludu:

EUR 404 792,06, GBP 954 331,07, JPY 29 130 433,00, u USD 1 498 184,58, l-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali speċifikata fl-Artikolu 3.02, sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċedimenti.

Sussidjarament għall-ordni hawn fuq imsemmija, u jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea ma hijiex surrogata fid-drittijiet tal- Bank Ewropew tal-Investiment, il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-Bank skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Al Thawra Loan Agreement li jinkludu:

EUR 404 792,06, GBP 954 331,07, JPY 29 130 433,00, u USD 1 498 184,58, l-ammont dovut lill-Bank fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali speċifikata fl-Artikolu 3.02, sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea jew lill-Bank, skont il-każ, għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

interessi moratorji kuntrattwali, dovuti bir-rata annwali speċifikata fl-Artikolu 3.02, mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv magħmul mis-Sirja.

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Al Thawra Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Al Thawra Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Al Thawra Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Al Thawra Loan Agreement.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/24


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-540/17)

(2017/C 369/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Distribution Loan Agreement fid-dritt tagħha ta’ surroga li jinkludu:

EUR 52 657 141,77 l-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għal dik ogħla (għal kull perijodu rilevanti) ta’ (i) ir-rata interbankarja rilevanti miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) jew (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’ 0,25 % (25 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Sussidjarament għal (i), u jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea ma hijiex surrogata fid-drittijiet tal- Bank Ewropew tal-Investiment, il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill- Bank Ewropew tal-Investiment skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Distribution Loan Agreement li jinkludu:

EUR 52 657 141,77 l,-ammont dovut lill- Bank Ewropew tal-Investiment fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għal dik ogħla (għal kull perijodu rilevanti) ta’ (i) ir-rata interbankarja rilevanti miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) jew (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’ 0,25 % (25 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea jew lill- Bank Ewropew tal-Investiment, skont il-każ, għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għal dik ogħla (għal kull perijodu rilevanti) ta’ (i) ir-rata interbankarja rilevanti miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) jew (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’ 0,25 % (25 punti bażiċi), mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv magħmul mis-Sirja.

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Electricity Distribution Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Electricity Distribution Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Electricity Distribution Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Distribution Loan Agreement.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/25


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-541/17)

(2017/C 369/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-UE skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Transmission Loan Agreement fid-dritt tagħha ta’ surroga li jinkludu:

CHF 3 383 971,66 u EUR 38 934 400,51, l-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

Interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għall-aggregat ta’ (i) 2,5 % (250 punti bażiċi) u (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.02, sal-pagament effettiv;

It-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Sussidjarament għall-ordni hawn fuq imsemmija, u jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea ma hijiex surrogata fid-drittijiet tal- Bank Ewropew tal-Investiment, il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill- Bank Ewropew tal-Investiment skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Transmission Loan Agreement li jinkludu:

CHF 3 383 971,66 u EUR 38 934 400,51, l-ammont dovut lill- Bank Ewropew tal-Investiment fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

Interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għall-aggregat ta’ (i) 2,5 % (250 punti bażiċi) u (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.02, sal-pagament effettiv;

It-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċedimenti.

Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea jew lill-Bank Ewropew tal-Investiment, skont il-każ, għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

Interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali għall-aggregat ta’ (i) 2,5 % (250 punti bażiċi) u (ii) ir-rata pagabbli skont l-Artikolu 3.02, mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv mis-Sirja;

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Electricity Transmission Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Electricity Transmission Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Electricity Transmission Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti dovuti skont l- Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Electricity Transmission Loan Agreement.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/26


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-542/17)

(2017/C 369/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

Għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Port of Tartous Loan Agreement fid-dritt tagħha ta’ surroga li jinkludu:

EUR 20 609 429,45, l-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

Interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali jew ogħla (għal kulll perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata EURIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi), jew (ii) ir-rata fissa pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’0,25 % (25 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

It-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Sussidjarament għal (i), u jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea ma hijiex surrogata fid-drittijiet tal- Bank Ewropew tal-Investiment, il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-Bank Ewropew tal-Investiment skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Port of Tartous Loan Agreement li jinkludu:

EUR 20 609 429,45, l-ammont dovut lill- Bank Ewropew tal-Investiment fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

Interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali jew ogħla (għal kulll perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata EURIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi), jew (ii) ir-rata fissa pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’0,25 % (25 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

It-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċeduri

Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea jew lill- Bank Ewropew tal-Investiment, skont il-każ, għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

Interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali jew ogħla (għal kulll perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata EURIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi), jew (ii) ir-rata fissa pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’0,25 % (25 punti bażiċi), mid-data dovuta ta’ kull pagament sad-data tal-pagament effettiv mis-Sirja.

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Port of Tartous Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Port of Tartous Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Port of Tartous Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Port of Tartous Loan Agreement .


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/28


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-543/17)

(2017/C 369/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet tar-Rikorrent

għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lill-UE skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Syrian Healthcare Loan Agreement fid-dritt tagħha ta’ surroga li jinkludu:

EUR 62 646 209,04 u USD 3 582 381,15, l-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali jew ogħla (għal kull perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata EURIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) (bl-eċċezzjoni tal-ħlasijiet kollha f’USD, rata ugwali għar-rata LIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) tapplika) jew (ii) ir-rata fissa pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’0,25 % (25 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Sussidjarament għal (i), u jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-Unjoni Ewropea ma hijiex surrogata fid-drittijiet tal- Bank Ewropew tal-Investiment, il-ħlas tas-somom kollha dovuti lill- Bank Ewropew tal-Investiment skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Syrian Healthcare Loan Agreement li jinkludu:

EUR 62 646 209,04 u USD 3 582 381,15, l-ammont dovut lill-Bank Ewropew tal-Investiment fid-9 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sad-9 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali jew ogħla (għal kull perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata EURIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) (bl-eċċezzjoni tal-ħlasijiet kollha f’USD, rata ugwali għar-rata LIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) tapplika) jew (ii) ir-rata fissa pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’0,25 % (25 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u spejjeż professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lill-Unjoni Ewropea jew lill- Bank Ewropew tal-Investiment, skont il-każ, għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ugwali jew ogħla (għal kull perijodu suċċessiv ta’ xahar) ta’ (i) rata ugwali għar-rata EURIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) (bl-eċċezzjoni tal-ħlasijiet kollha f’USD, rata ugwali għar-rata LIBOR miżjuda bi 2 % (200 punti bażiċi) tapplika) jew (ii) ir-rata fissa pagabbli skont l-Artikolu 3.01 miżjuda b’0,25 % (25 punti bażiċi), mid-data dovuta ta’ kull pagament sad-data tal-pagament effettiv mis-Sirja.

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Syrian Healthcare Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Syrian Healthcare Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Syrian Healthcare Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 8.01 u 8.02 tal-Syrian Healthcare Loan Agreement.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/29


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2017 – Imabe Ibérica vs SRB

(Kawża T-544/17)

(2017/C 369/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Imabe Ibérica, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Aguirre de Cárcer Moreno, avukat)

Konvenuta: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzjoni

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors kontra d-deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni Banco Popular Español S.A, skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Lulju 2014, li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010; u li tippermetti aċċess preliminari għad-dokumentazzjoni sħiħa tal-fajl u l-possibbiltà li tagħmel talbiet addizzjonali, li tannulla jew tirrevoka d-deċiżjoni kkontestata, li tagħti lura lir-rikorrenti b’mod sħiħ l-effettività tad-drittijiet patrimonjali tagħha, filwaqt li tirrispetta r-rekwiżiti ta’ kumpens sħiħ.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/29


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – Maña et vs SRB

(Kawża T-552/17)

(2017/C 369/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Maña, S.L. (Teo, Spanja) u 113 rikorrent ieħor (rappreżentant: P. Rúa Sobrino, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

tikkunsidra ppreżentat rikors għal annullament kontra d-“deċiżjoni adottata mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2017 li biha ġiet adottata l-iskema ta’ riżoluzzjoni rigward l-istituzzjoni Banco Popular Español S.A., persuna legali Nru 80H66LPTVDLM0P28XF25, indirizzata lill-Fondo de Reestructuración Ordenada Bancaria (Fondi ta’ ristrutturazzjoni ordnati tal-istabbilimenti bankarji, FROB) (SRB/EES/2017/08)”;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonstata l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-Artikoli 18 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán u Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle et Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u T-498/17, Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/30


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2017 – Fortischem vs Il-Parlament u L-Kunsill

(Kawża T-560/17)

(2017/C 369/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fortischem a.s. (Nováky, l-Islovakja) (rappreżentanti: C. Arhold, P. Hodál u M. Staroň, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u L-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-ittra (d) tal-Parti I, tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2017, dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (1); u

taġġudika l-ispejjeż tal-kawża favur ir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-dispożizzjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex tikser il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi billi ċċaħħad lill-operaturi ta’ siti ta’ produzzjoni ta’ ċelloli tal-merkurju mill-possibbilità li huma għandhom li jirċievu estensjoni talli kkonformaw ruħhom mal-aqwa tekniki disponibbli jekk ir-rekwiżiti previsti fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis), ikunu sodisfatti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-dispożizzjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi (i) tistabbilixxi terminu fiss għall-eliminazzjoni gradwali tal-produzzjoni taċ-ċelloli tal-merkurju li huwa ħafna iktar bikri mit-terminu li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni internazzjonali applikabbli dwar il-merkurju, mingħajr ma tipprevedi, minn tal-inqas, il-possibbiltà li jingħataw estensjonijiet/eżenzjonijiet f’każijiet speċifiċi, (ii) tippromwovi leġiżlazzjoni li ma tistax tipprovdi xi benefiċċji ambjentali sinjifikattivi għall-pubbliku inġenerali iżda fl-istess ħin tikkawża żvantaġġi sinjifikattivi għall-operaturi ekonomiċi, u (iii) tinjora leġiżlazzjoni eżistenti li diġà tipprevedi regoli ċari għall-eliminazzjoni gradwali u għal estensjonijiet/eżenzjonijiet u tonqos milli tipprevedi klawżoli tagħha stess dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-dispożizzjoni kkontestata għandha tiġi annullata għaliex din ser tikkawża telf għan-negozju tar-rikorrenti li jammonta għal ksur tad-dritt fundamentali għal proprjetà taħt il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għaliex huwa sproporzjonat meta mqabbel mal-għanijiet tad-dispożizzjoni kkontestata u jista’ jintlaħaq permezz ta’ miżuri inqas restrittivi.


(1)  Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2017, dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU 2017, L 137, p. 1)


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/31


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – UC vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-572/17)

(2017/C 369/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UC (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat

konsegwentement,

tannulla r-rapport ta’ żvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-2015, kif ukoll id-deċiżjoni li ma jingħatawlux żewġ punti ta’ mertu għall-istess sena;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-9 ta’ Mejju 2017, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tat-13 ta’ Jannar 2017;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni, iffissati ex aequo et bono għal EUR 9 000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat, minn naħa, fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal u, min-naħa l-oħra, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-Artikolu 41 tal-Karta.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2017 – UD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/17)

(2017/C 369/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UD (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

id-deċiżjoni tat-2 ta’ Novembru 2016 li permezz tagħha l-Kummissjoni rrifjutat l-awtorizzazzjoni minn qabel għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi marbuta mal-kura medika tar-rikorrenti, hija annullata;

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni li jivvizja r-raġuni ta’ rifjut ibbażata fuq l-allegata assenza ta’ validità xjentifika tal-kura kkontestata.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/32


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-588/17)

(2017/C 369/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lilu skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal-Euphrates Drainage and Irrigation Loan Agreement, li jinkludu:

EUR 2 184 271,58, l-ammont dovut lilu fil-25 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sal-25 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u drittijiet professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura .

Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lilu għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), mid data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv mis-Sirja.

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Euphrates Drainage and Irrigation Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Euphrates Drainage and Irrigation Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Euphrates Drainage and Irrigation Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal-Euphrates Drainage and Irrigation Loan Agreement.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/33


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-589/17)

(2017/C 369/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lilu skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Term Loan Agreement, li jinkludu:

EUR 820 451,35, l-ammont dovut lilu fil-25 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sal-25 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

l-ispejjeż kollha applikabbli, imposti u spejjeż li jirriżultaw mill-konklużjoni u l-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ self, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċedimenti.

Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lilu għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv mis-Sirja.

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Term Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont l-Aleppo – Tall Kojak Road Project Term Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Term Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l- Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal-Aleppo – Tall Kojak Road Project Term Loan Agreement.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/34


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-590/17)

(2017/C 369/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet

għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lilu skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal-Water Supply Sweida Region Loan Agreement, li jinkludu:

EUR 726 942,81, l-ammont dovut lilu fil-25 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sal-25 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u drittijiet professjonali dovuti mid-data dovuta sad-data tal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lilu għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, inklużi:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv mis-Sirja.

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Water Supply Sweida Region Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Water Supply Sweida Region Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Water Supply Sweida Region Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovut bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal- Water Supply Sweida Region Loan Agreement.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/35


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2017 – BEI vs Is-Sirja

(Kawża T-591/17)

(2017/C 369/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: P. Chamberlain, T. Gilliams, J. Shirran u F. de Borja Oxangoiti Briones aġenti, D. Arts, avukat u T. Cusworth, solicitor)

Konvenuta: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

Talbiet tar-Rikorrent

għall-ħlas tas-somom kollha dovuti lilu skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal-Water Supply Deir Ez Zor Region Loan Agreement li jinkludu:

EUR 404 425,58, l-ammont dovut lilu fil-25 ta’ Awwissu 2017, li huwa kollu kapital, interessi u interessi moratorji kuntrattwali (dovuti mid-data dovuta sal-25 ta’ Awwissu 2017);

interessi moratorji kuntrattwali ulterjuri, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażi), sal-pagament effettiv;

it-taxxi kollha applikabbli, dazji, drittijiet u drittijiet professjonali dovuti mid-data dovuta sal-pagament effettiv, inklużi l-ispejjeż relatati ma’ din il-proċedura.

Fi kwalunkwe każ, għall-ħlas tal-ammont dovut lilu għall-pagamenti li jkunu dovuti wara d-data ta’ dan ir-rikors u li s-Sirja tonqos milli tħallashom, li jinkludu:

il-kapital kollu u l-interessi għal kull pagament;

interessi moratorji kuntrattwali, dovuti bir-rata annwali ta’ 3,5 % (350 punti bażiċi), mid-data dovuta ta’ kull pagament sal-pagament effettiv magħmul mis-Sirja.

Għall-ħlas tal-ispejjeż kollha relatati ma’ din l-istanza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

L-ewwel u l-uniku motiv ibbażat fuq li s-Sirja kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha skont l-Artikoli 3.01 u 4.01 tal-Water Supply Deir Ez Zor Region Loan Agreement sabiex tħallas il-pagamenti skont il-Water Supply Deir Ez Zor Region Loan Agreement kif dovuti, u skont l-Artikolu 3.02 tal-Water Supply Deir Ez Zor Region Loan Agreement li tħallas l-interessi moratorji fuq kull pagament dovut u mhux imħallas, dovuti bir-rata annwali msemmija. Konsegwentement, is-Sirja hija kuntrattwalment obbligata li tħallas l-ammonti kollha dovuti skont l-Artikoli 3.01, 3.02, 4.01, 9.01 u 9.02 tal-Water Supply Deir Ez Zor Region Loan Agreement.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/35


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2017 – Thun vs EUIPO (Figorin ta’ ħuta)

(Kawża T-604/17)

(2017/C 369/49)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Thun SpA (Bolzano, l-Italja) (rappreżentant: B. Giordano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju – (Figorin ta’ ħuta) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 336 805-0059

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 1680/2016-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ t-talba ta’ restitutio in integrum;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/36


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2017 – Grupo Bimbo vs EUIPO – DF World of Spices (TAKIS FUEGO)

(Kawża T-608/17)

(2017/C 369/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DF World of Spices GmbH (Dissen, il-ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “TAKIS FUEGO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 841 087

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2300/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2017 – Google u Alphabet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-612/17)

(2017/C 369/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Google Inc. (Mountain View, California, l-Istati Uniti) u Alphabet Inc. (Mountain View) (rappreżentanti: T. Graf, R. Snelders u C. Thomas, avukati, K. Fountoukakos-Kyriakakos, Solicitor, R. O’Donoghue u D. Piccinin, Barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ġunju 2017, dwar proċeduri taħt l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (AT.39741 – Google Search (Shopping));

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti tal-Ġustizzja, u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti u l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata fil-konstatazzjoni li Google iffavorixxiet servizz ta’ paragun ta’ xiri ta’ billi wriet riżultati ta’ prodotti rraggruppati (Product Universals).

Ir-rikorrenti sostniet li d-deċiżjoni kkontestata tiżnatura l-fatti. Skont ir-rikorrenti, Google nediet riżultati ta’ prodotti rraggruppati sabiex ittejjeb il-kwalità, u mhux sabiex ikun hemm iktar traffiku għas-servizz ta’ paragun tax-xiri ta’ Google.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata fil-konstatazzjoni li t-trattament differenti ta’ riżultati tal-prodott u riżultati ġeneriċi jinvolvi favoritiżmu, meta ma hemm l-ebda diskriminazzjoni.

Ir-rikorrenti finalment isostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-istandard legali għall-evalwazzjoni tal-ġustifikazzjonijiet ta’ Google sabiex turi Product Universals.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata fil-konstatazzjoni li Google iffavorixxiet servizz ta’ paragun ta’ xiri billi wriet reklami tal-prodotti rraggruppati (Shopping Units).

Ir-rikorrenti sostniet li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta kkonstatat li t-trattament differenti ta’ reklami tal-prodotti rraggruppati u riżultati peneriċi b’xejn jinvolvi favoritiżmu, meta ma hemmx diskriminazzjoni;

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta kkonstatat li reklami tal-prodotti f’Shoppoing Units jibbenefikaw servizz ta’ paragun tax-xiri ta’ Google;

Ir-rikorrenti jsostnu finalment li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-istandard legali sabiex jiġu evalwati l-ġustifikazzjonijiet oġġettivi ta’ Google sabiex jintwerew Shopping Units.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta tikkonsatata li l-allegat aġir abbużiv żvija it-traffiku ta’ tiftix ta’ Google.

Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata ma turix li l-allegat aġir abbużiv naqqas it-traffiku ta’ tiftix ta’ Google lil aggregaturi.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li d-deċiżjoni kkontestata ma turix li l-allegat aġir abbużiv żied it-traffiku lis-servizz ta’ paragun ta’ xiri ta’ Google;

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta kkonstatat li l-allegat aġir abbużiv jista’ jkollu effetti antikompetittivi.

Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata minħabba li tispekula dwar effetti antikompetittivi potenzjali mingħajr ma teżamina l-iżviluppi attwali tas-suq.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li d-deċiżjoni kkontestata tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni kif xieraq ir-restrizzjoni kompetittiva eżerċitata mill-pjattaformi merkantili.

Ir-rikorrenti finalment jsostnu li anki jekk l-analiżi kompetittiva tista’ tkun limitata għall-aggregaturi, id-deċiżjoni kkontestata tonqos milli turi effetti antikompetittivi.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta tittratta titjib fil-kwalità li jikkostitwixxi kompetizzjoni fil-mertu bħala abbużiv.

Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni tikkaratterizza b’mod żbaljat it-tijib fil-prodott ta’ Google f’tiftix ġenerali bħala saħħa abbużiva;

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li d-deċiżjoni kkontestata titlob li Google tipprovdi aċċess lill-aggregaturi għat-titjib tal-prodotti tagħha, mingħajr ma tissodisfa l-kundizzjonijiet legali rikjesti.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata meta timponi multa.

Ir-rikorrenti jsostnu li multa ma tkunx meħtieġa minħabba li l-Kummissjoni ressqet teorija ġdida, għażlet il-każ għal impenji, u preċedentement ċaħdet ir-rimedju.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata fil-kalkolu tal-multa.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/38


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-624/17)

(2017/C 369/52)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44351 (2016/C) (ex 2016/NN) implementata mill-Polonja għat-taxxa fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut, innotifikata taħt id-Dokument C(2017) 4449; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, fejn tallega li l-Kummissjoni kklassifikat b’mod żbaljat it-taxxa fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut Pollakka bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE bħala riżultat ta’ żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tagħha tar-rekwiżit ta’ selettività.

2.

It-tieni motiv, fejn tallega motivazzjoni żbaljata u insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata.


30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/39


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2017 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-629/17)

(2017/C 369/53)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, T. Müller, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 4682 finali, tas-6 ta’ Lulju 2017, li tannulla parti mill-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew għall-programm operattiv Taħriġ fil-qasam tal-Kompetittività fil-kuntest tal-objettivi “Konverġenza” u “Kompetittività Reġjonali u Impjieg” fir-Repubblika Ċeka, kif ukoll parti mill-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-programmi operattivi Riċerka u Żvilupp għall-Innovazzjoni fil-kuntest tal-għan “Konverġenza” fir-Repubblika Ċeka u Assistenza Teknika fil-kuntest tal-objettivi “Konverġenza” u “Kompetittività Reġjonali u Impjieg” fir-Repubblika Ċeka; u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 99(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, moqri flimkien mal-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2004/18/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2004/18”). Fil-fatt il-Kummissjoni wettqet korrezzjonijiet finanzjarji għal allegati irregolaritajiet fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, li jikkorrispondu madankollu għal proċedura awtorizzata mill-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2004/18. Il-Kummissjoni żbaljatament tqis li d-deroga mir-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, prevista fl-Artikolu 16(b) tad-Direttiva 2014/18, dwar il-kontenut tal-programmi, tapplika biss għall-awtoritajiet kontraenti li huma kumpanniji tax-xandir.


(1)  ĠU L 210, p. 25.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132


Top