This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C:2017:412:FULL
Official Journal of the European Union, C 412, 4 December 2017
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, C 412, 4 ta' Diċembru 2017
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, C 412, 4 ta' Diċembru 2017
|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 60 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2017/C 412/01 |
||
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2017/C 412/02 |
||
|
2017/C 412/03 |
||
|
2017/C 412/04 |
||
|
2017/C 412/05 |
Deċiżjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-laqgħa ġenerali tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2017 |
|
|
2017/C 412/06 |
||
|
2017/C 412/07 |
Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn tliet Imħallfin |
|
|
2017/C 412/08 |
|
|
|
|
MT |
Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2017/C 412/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/2 |
Ħatra tal-Avukat Ġenerali Ewlieni
(2017/C 412/02)
Il-Qorti tal-Ġustizzja ħatret, fil-laqgħa tagħha tas-26 ta’ Settembru 2017, lil M. Wathelet bħala l-Avukat Ġenerali Ewlieni għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2017 sas-6 ta’ Ottubru 2018.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/2 |
Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2017/C 412/03)
Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa tagħha tas-26 ta’ Settembru 2017, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2017 sas-6 ta’ Ottubru 2018, lill-Ewwel Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 ta’ dawn ir-regoli.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/2 |
Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja
(2017/C 412/04)
Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa tagħha tas-26 ta’ Settembru 2017, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2017 sas-6 ta’ Ottubru 2018 lit-Tieni Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 ta’ dawn ir-regoli.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/2 |
Deċiżjonijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-laqgħa ġenerali tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2017
(2017/C 412/05)
Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli komposti minn tliet Imħallfin
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-laqgħa ġenerali tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2017, li tassenja l-Imħallfin għall-awli komposti minn tliet Imħallfin bil-mod li ġej:
Is-Sitt Awla
C.-G. Fernlund, President,
J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, S. Rodin u E. Regan, Imħallfin
Is-Seba’ Awla
A. Rosas, President,
C. Toader, S. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin
It-Tmien Awla
J. Malenovský, President,
M. Safjan, D. Šváby u M. Vilaras, Imħallfin
Id-Disa’ Awla
C. Vajda, President,
E. Juhász, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin
L-Għaxar Awla
E. Levits, President,
A. Borg Barthet, M. Berger u F. Biltgen, Imħallfin
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/3 |
Listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti għall-kawżi mibgħuta quddiem l-awli komposti minn tliet Imħallfin
(2017/C 412/06)
Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, fil-laqgħa ġenerali tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2017, il-listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-awli bi tliet Imħallfin kif ġej:
Is-Sitt Awla
J.-C. Bonichot
A. Arabadjiev
S. Rodin
E. Regan
Is-Seba’ Awla
C. Toader
A. Prechal
E. Jarašiūnas
It-Tmien Awla
M. Safjan
D. Šváby
M. Vilaras
Id-Disa’ Awla
E. Juhász
K. Jürimäe
C. Lycourgos
L-Għaxar Awla
A. Borg Barthet
M. Berger
F. Biltgen
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/4 |
Elezzjoni tal-presidenti tal-awli komposti minn tliet Imħallfin
(2017/C 412/07)
Fil-laqgħa tas-26 ta’ Settembru 2017, l-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, lil C.-G. Fernlund, bħala President tas-Sitt Awla, lil A. Rosas, bħala President tas-Seba’ Awla, lil J. Malenovský, bħala President tat-Tmien Awla, lil C. Vajda, bħala President tad-Disa’ Awla, u lil E. Levits, bħala President tal-Għaxar Awla, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2017 sas-6 ta’ Ottubru 2018.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/4 |
Teħid ta’ ġurament minn membri ġodda tal-Qorti Ġenerali
(2017/C 412/08)
Wara l-ħatra tagħhom bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Marzu 2017 (1), għall-perijodu mit-2 ta’ April 2017 sal-31 ta’ Awwissu 2019, C. Mac Eochaidh ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Ġunju 2017.
Wara l-ħatra tagħhom bħala Mħallfin tal-Qorti Ġenerali b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Settembru 2017 (2), għall-perijodu mill-15 ta’ Settembru 2017 sal-31 ta’ Awwissu 2022, G. De Baere ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-4 ta’ Ottubru 2017.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – Elaine Farrell vs Alan Whitty, The Minister for the Environment, Ireland, Attorney General, Motor Insurers Bureau of Ireland (MIBI)
(Kawża C-413/15) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili marbuta mal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 90/232/KEE - Artikolu 1 - Responsabbiltà fil-każ ta’ danni korporali kkawżati lill-passiġġieri kollha ħlief is-sewwieq - Assigurazzjoni obbligatorja - Effett dirett - Direttiva 84/5/KEE - Artikolu 1(4) - Organu responsabbli sabiex jikkumpensa d-danni materjali jew korporali kkawżati minn vettura mhux identifikata jew mhux assigurata - Invokabbiltà ta’ direttiva fil-konfront ta’ Stat - Kundizzjonijiet li fihom organu rregolat mid-dritt privat jista’ jitqies li huwa emanazzjoni tal-Istat u li fihom jistgħu jiġu invokati fil-konfront tiegħu d-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li jista’ jkollhom effett dirett])
(2017/C 412/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elaine Farrell
Konvenuti: Alan Whitty, The Minister for the Environment, Ireland, Attorney General, Motor Insurers Bureau of Ireland (MIBI)
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 288 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeskludix, fih innifsu, li fil-konfront ta’ entità li ma tissodisfax il-karatteristiċi kollha stabbiliti fil-punt 20 tas-sentenza tat-12 ta’ Lulju 1990, Foster et (C-188/89, EU:C:1990:313), moqrija flimkien ma’ dawk imsemmija fil-punt 18 tal-istess sentenza, ikunu jistgħu jiġu invokati d-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li jista’ jkollhom effett dirett. |
|
2) |
Dispożizzjonijiet ta’ direttiva li jista’ jkollhom effett dirett jistgħu jiġu invokati fil-konfront ta’ organu rregolat mid-dritt privat li jkun ingħata minn Stat Membru missjoni ta’ interess pubbliku, bħal dik inerenti għall-obbligu impost fuq l-Istati Membri fl-Artikolu 1(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bit-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, u li, għal dan il-għan, ikollu, skont il-liġi, setgħat eżorbitanti, bħalma hija s-setgħa li jobbliga lill-assiguraturi li jeżerċitaw attività ta’ assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jissieħbu fih u jiffinanzjawh. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Ottubru 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Cactus SA, Isabel Del Rio Rodríguez
(Kawża C-501/15 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali u tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li jinkludu l-element verbali “Cactus” - Klassifikazzjoni ta’ Nice - Artikolu 28 - Punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) - Użu ġenwin mit-trade mark f’forma mqassra))
(2017/C 412/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedura: Cactus SA (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat), Isabel Del Rio Rodríguez
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-661/15) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 29 - Importazzjoni ta’ vetturi - Determinazzjoni tal-valur għal finijiet doganali - Artikolu 78 - Reviżjoni tad-dikjarazzjoni - Artikolu 236(2) - Rimbors tad-dazji fuq l-importazzjoni - Terminu ta’ tliet snin - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 145(2) u (3) - Riskju ta’ difett - Terminu ta’ tnax-il xahar - Validità)
(2017/C 412/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2002, tal-11 ta’ Marzu 2002, moqri flimkien mal-Artikolu 29(1) u (3) mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn huwa stabbilit li fid-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għal dħul f’ċirkulazzjoni libera għal merkanzija, speċifiku, jeżisti riskju, marbut mal-fabbrikazzjoni, li ssir difettuża bl-użu, u fejn il-bejjiegħ jagħti għal dan il-għan, b’eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali ta’ garanzija fir-rigward tax-xerrej, tnaqqis tal-prezz fil-forma tar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti mix-xerrej fl-adattament tal-merkanzija sabiex dan ir-riskju jiġi eskluż. |
|
2) |
L-Artikolu 145(3) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 444/2002, billi jipprevedi terminu ta’ tnax-il xahar mill-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ ħelsien għaċ-ċirkulazzjoni tal-merkanzija, li fih l-aġġustament tal-prezz effettivament imħallas kellu jseħħ huwa invalidu. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Tigers GmbH vs Hauptzollamt Landshut
(Kawża C-156/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 412/2013 - Artikolu 1(3) - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 78 - Regola li tissuġġetta l-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju antidumping individwali għall-preżentazzjoni ta’ fattura valida - Ammissibbiltà tal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida sussegwentement għad-dikjarazzjoni doganali - Rifjut ta’ rimbors))
(2017/C 412/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tigers GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Landshut
Dispożittiv
L-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013, tat-13 ta’ Mejju 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza li tiġi ppreżentata, sussegwentement għad-dikjarazzjoni doganali, fattura kummerċjali valida, għall-finijiet tal-iffissar ta’ dazju antidumping definittiv, meta l-kundizzjonijiet preliminari l-oħra kollha neċessarji għall-kisba ta’ rata ta’ dazju doganali antidumping speċifika għall-impriża huma ssodisfatti u meta l-osservanza tal-applikazzjoni tajba tad-dazji antidumping hija żgurata, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim – il-Polonja) – proċeduri mibdija minn Aleksandra Kubicka
(Kawża C-218/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 650/2012 - Suċċessjonijiet u Ċertifikat Ewropew tas - Suċċessjoni - Proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru li ma jirrikonoxxix il-legat “b’invokazzjoni” - Rifjut ta’ rikonoxximent tal-effetti reali ta’ tali legat))
(2017/C 412/13)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aleksandra Kubicka
fil-preżenza ta’: Przemysława Bac, li qed jaġixxi bħala nutar
Dispożittiv
L-Artikoli 1(2)(k) u (l) kif ukoll l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu r-rifjut tar-rikonoxximent, minn awtorità ta’ Stat Membru, tal-effetti reali ta’ legat “b’invokazzjoni”, rikonoxxut mid-dritt applikabbli għas-suċċessjoni, li bih testatur għażel skont l-Artikolu 22(1) ta’ dan l-istess regolament, meta dan ir-rifjut huwa bbażat fuq ir-raġuni biss li dan il-legat jirrigwarda d-dritt ta’ proprjetà ta’ immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru, li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tirrikonoxxix l-istituzzjoni tal-legat b’effett reali dirett fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – Ir-Renju Unit) – Shields & Sons Partnership vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-262/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 296(2) - Artikolu 299 - Skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa - Esklużjoni tal-iskema komuni - Kundizzjonijiet - Kunċett ta’ “kategorija ta’ bdiewa”))
(2017/C 412/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Shields & Sons Partnership
Konvenuta: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 296(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprevedi b’mod eżawrjenti l-każijiet kollha li fihom Stat Membru jista’ jeskludi bidwi mill-iskema komuni b’rata fissa tal-bdiewa. |
|
2) |
L-Artikolu 296(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-bdiewa li fir-rigward tagħhom ġie kkonstatat li l-ammont li huma jirkupraw inkwantu msieħba fl-iskema komuni b’rata fissa tal-bdiewa huwa sostanzjalment ogħla mill-ammont li jirkupraw kieku jkunu suġġetti għall-iskema normali jew għall-iskema ssemplifikata tat-taxxa fuq il-valur miżjud ma jistgħux jikkostitwixxu kategorija ta’ bdiewa fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Aachen – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Frank Sleutjes
(Kawża C-278/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2010/64/UE - Artikolu 3(1) - Dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali - Traduzzjoni ta’ “dokumenti essenzjali” - Kunċett ta’ “dokumenti essenzjali” - Digriet kriminali maħruġ fit-tmiem ta’ proċedura unilaterali ssemplifikata u li jikkundanna lid-destinatarju tiegħu għal multa għal reat żgħir))
(2017/C 412/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Aachen
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Frank Sleutjes,
Fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Aachen
Dispożittiv
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 2010, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, għandu jiġi interpretat fis-sens li att, bħal digriet previst mid-dritt nazzjonali sabiex jissanzjona reati kriminali żgħar u maħruġ minn qorti fi tmiem proċedura unilaterali ssemplifikata, jikkostitwixxi “dokument essenzjali” fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, fejn traduzzjoni bil-miktub tiegħu għandha, konformement mar-rekwiżiti formali magħmula minn din id-dispożizzjoni, tiġi żgurata lill-persuni ssuspettati jew lill-persuni akkużati li ma jifhmux il-lingwa tal-proċedura kkonċernata sabiex dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom u għalhekk sabiex tiġi ggarantita n-natura ġusta tal-proċedura.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Kamin und Grill Shop GmbH vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
(Kawża C-289/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Prodotti organiċi - Sistema ta’ kontroll stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 - Kunċett ta’ “bejgħ dirett lill-konsumatur jew lill-utent finali”))
(2017/C 412/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kamin und Grill Shop GmbH
Konvenut: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV
Dispożittiv
L-Artikolu 28(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-prodotti li huma kkunsidrati bħala li qed ibigħu “direttament”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni lill-konsumatur jew lill-utent finali, huwa neċessarju li l-bejgħ jitwettaq fil-preżenza kemm tal-operatur jew ta’ persunal tiegħu inkarigat mill-bejgħ u tal-konsumatur finali.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Lombard Ingatlan Lízing Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság
(Kawża C-404/16) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90(1) - Effett dirett - Valur taxxabbli - Tnaqqis fil-każ ta’ kanċellazzjoni, ta’ xoljiment jew ta’ ħall - Tnaqqis fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali - Distinzjoni - Kuntratt ta’ leasing xolt minħabba nuqqas ta’ ħlas tat-tariffi])
(2017/C 412/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lombard Ingatlan Lízing Zrt.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság
Dispożittiv
|
1) |
Il-kunċetti ta’ “kanċellazzjoni”, ta’ “xoljiment” u ta’ “ħall” użati fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jinkludu l-każ fejn, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ leasing tat-tip close-end, il-persuna li tagħti b’kera ma tistax iktar titlob il-ħlas tal-kera mingħand il-kerrej minħabba l-fatt li xolja l-kuntratt ta’ leasing minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt mill-kerrej. |
|
2) |
Fil-każ li kuntratt ta’ leasing intemm definittivament minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-pagamenti dovuti mill-kerrej, il-persuna li tagħti b’kera tista’ tinvoka l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva 2006/112 fil-konfront ta’ Stat Membru sabiex tikseb it-tnaqqis tal-valur taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud, minkejja li d-dritt nazzjonali applikabbli, minn naħa, jikklassifika tali każ bħala “nuqqas ta’ ħlas” fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu u, min-naħa l-oħra, ma jippermettix tnaqqis tal-valur taxxabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/11 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2017 minn Hernández Zamora, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-17 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-369/15 – Hernández Zamora, SA vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-224/17 P)
(2017/C 412/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Hernández Zamora, SA (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Rosen Tantau KG
Permezz ta’ digriet tad-19 ta’ Ottubru 2017 il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/11 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
(Kawża C-235/17)
(2017/C 412/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari u L. Havas, aġenti)
Konvenuta: L-Ungarija
Talbiet
|
— |
tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 49 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi adottat leġiżlazzjoni li tillimita l-użufrutt ta’ artijiet produttivi. |
|
— |
tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni Ungeriża kontenzjuża, billi tillimita b’mod manifestament sproporzjonat l-użufrutt ta’ artijiet agrikoli u forestali, ma hijiex kompatibbli mal-obbligi li l-Ungerija għandha taħt l-Artikoli 49 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
It-tneħħija ex lege tad-drittijiet ta’ użufrutt tikkostitwixxi limitazzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita bl-Atrikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari għaliex tali għajbien tad-dritt ta’ użufrutt jostakola jew jagħmilha eċċessivament diffiċli għal dawk li sa issa kienu detenturi ta’ tali dritt li joħolqu stabbilimenti fl-Ungerija (jew li jiksbu drittijiet ta’ użu fuq artijiet produttivi) bil-għan li hemmhekk iwettqu l-attivitajiet tagħhom, u li jikkontribwixxu, permezz tal-attività ekonomika mwettqa għal rashom, għan-nisġa ta’ rabtiet ekonomiċi u soċjali fi ħdan l-Unjoni. Il-Kummissjoni tqis li t-tneħħija ex lege tad-drittijiet ta’ użufrutt tista’ tikkostitwixxi ostakolu għall-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment jew tiddiswadi tali eżerċizzju.
Il-leġiżlazzjoni Ungeriża tikser ukoll il-moviment liberu tal-kapital peress li għandha l-effett li tostakola jew li tillimita l-investiment fi proprjetà immobbli li tinsab fl-Ungerija għal dawk li ma humiex ta’ nazzjonalità Ungeriża. Tali leġiżlazzjoni tikkawża tnaqqis fil-valur tad-drittijiet ta’ użufrutt eżistenti, li min-naħa tiegħu iwassal ukoll għal limitazzjoni tal-moviment liberu tal-kapital.
Il-leġiżlazzjoni Ungeriża tintroduċi diskriminazzjoni indiretta billi tistabbilixxi distinzjoni bi ħsara taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li ma humiex ta’ nazzjonalità Ungeriża.
Il-limitazzjonijiet tal-libertajiet imsemmija iktar ’il fuq ma hijiex ġustifikabbli. La hija ġustifikabbli għal xi waħda mir-raġunijiet previsti fit-Trattat, u lanqas għal xi raġunijiet oħra invokati mill-Gvern Ungeriż matul il-proċeduri.
Huwa b’mod partikolari inaċċettabli l-argument li permezz tiegħu l-Gvern Ungeriż jiddefendi n-neċessità tal-limitazzjoni sabiex tinġieb fi tmiemha sitwazzjoni ta’ illegalità. Skont il-Kummissjoni ma hijiex ammissibbli l-preżunzjoni ġenerali – li ma hija pprovata fl-ebda każ konkret – li l-kuntratti kollha ta’ użufrutt li jirrigwardaw artijiet produttivi fl-Ungerija konklużi minn ċittadini barranin huma, sa minn meta jiġu stabbiliti, illegali u invalidi. Lanqas ma tista’ tintlaqa’ l-allegazzjoni li l-illegalità ta’ kull wieħed mill-kuntratti ta’ użufrutt tista’ tiġi dedotta min-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni ta’ skambju ta’ munita barranija li kienet meħtieġa mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel l-2002.
Il-limitazzjoni introdotta mil-leġiżlazzjoni Ungeriża ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità, peress li ma hijiex xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa u, barra minn hekk, tmur bil-ħafna lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.
Il-leġiżlazzjoni Ungeriża ma hijiex kompatibbli mal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u lanqas ma tiggarantixxi kumpens xieraq għad-danni kkawżati mit-tneħħija jew mil-limitazzjoni tad-drittijiet ta’ użufrutt.
Skont il-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni Ungeriża kontenzjuża tikser d-dritt għall-proprjetà sanċit fl-Artikolu 17 tal-Karta. F’każijiet determinati jkun hemm interferenzi fid-dritt għall-proprjetà anki meta l-ksur ma jkunx estiż għat-tliet elementi kostituttivi tal-“proprjetà” (użu u sfruttament, il-pussess u t-tneħħija).
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/12 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2017 minn Irit Azoulay, Andrew Boreham, Mirja Bouchard u Darren Neville mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-28 ta’ April 2017 fil-Kawża T-580/16, Azoulay et vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-390/17 P)
(2017/C 412/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Irit Azoulay, Andrew Boreham, Mirja Bouchard, Darren Neville (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
|
— |
tilqa’ t-talbiet magħmula fl-ewwel istanza mir-rikorrenti fil-kuntest tar-rikors fil-Kawża T-580/16; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti tqis li s-sentenza appellata hija vvizzjata b’diversi żbalji ta’ liġi u bi żnaturament tal-fatti.
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt u żnaturat il-fatti billi warrbet interpretazzjoni awtonoma u uniformi tal-kunċett ta’ spejjeż tal-iskola fi ħdan l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u billi għamlet dan il-kunċett dipendenti milli jiġi aċċettat mid-diversi sistemi ta’ tagħlim tal-pajjiżi ta’ residenza ta’ uffiċjal, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni n-natura tal-ispejjeż u tal-interessi tat-tfal.
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kemm mill-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma jinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha għandu normalment jingħata, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jitqies il-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (sentenza tal-15 ta’ Ottubru 2015, Axa Belgium, C-494/14, EU:C:2015:692).
Barra minn hekk, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li tinsab fil-punt 47 tas-sentenza appellata hija inkoerenti u tmur kontra l-ġurisprudenza fil-qasam tal-konkordanza bejn l-ilment amministrattiv preliminari u r-rikors.
Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Qorti Ġenerali naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni billi ma ddeċidietx dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, minkejja li ġew invokati quddiemha.
Konsegwentement, skont ir-rikorrenti, billi eżaminat b’mod wisq sommarju t-tliet ilmenti differenti tar-rikorrenti, il-Qorti Ġenerali waslet għal konklużjonijiet li ma huma ġġustifikati la fil-fatt u lanqas fid-dritt.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/13 |
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2017 minn Enercon GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-36/16, Enercon vs EUIPO
(Kawża C-433/17 P)
(2017/C 412/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Enercon GmbH (rappreżentanti: R. Böhm, Rechtsanwalt, M. Silverleaf QC)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Gamesa Eólica, SL
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-36/16; |
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-245/12; |
|
— |
tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO bil-ħsieb li dan jadotta d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell fil-Każ R 260/2011-1 u tiċħad l-applikazzjoni ta’ Gamesa għall-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni inkwistjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti fl-ewwel istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata fil-Kawża T-36/16 tikser l-Artikolu 7(1)(b) u/jew 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (1) u li kien hemm ksur proċedurali quddiem il-Qorti Ġenerali għas-segwenti raġunijiet:
|
1. |
Il-Qorti Ġenerali qieset b’mod żbaljat li r-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni ma kinitx tissodisfa r-rekwiżit inerenti ta’ karattru distintiv sabiex din tiġi rreġistrata u dan bi ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. Permezz ta’ dan il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi. |
|
2. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet l-ewwel żball ta’ liġi meta qieset li d-deskrizzjoni tat-trade mark bħala trade mark bil-kulur fuq il-formula tal-applikazzjoni kienet tiddetermina n-natura legali tat-trade mark u konsegwentement kienet taffettwa l-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tagħha. Il-Qorti Ġenerali kellha tqis li d-deskrizzjoni tat-trade mark bħala trade mark bil-kulur fuq il-formula tal-applikazzjoni kienet tingħata prinċipalment għall-konvenjenza amministrativa tal-EUIPO u ma tikkostitwixxix materja legali. Konsegwentment fid-determinazzjoni tan-natura tat-trade mark li saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali ma kellhiex tqis sempliċiment id-deskrizzjoni tat-trade mark fuq il-formola iżda l-kontenut sħiħ tal-formola tal-applikazzjoni, b’mod partikolari r-rappreżentazzjoni tat-trade mark ppreżentata flimkien mal-formola tal-applikazzjoni. Ir-rappreżentazzjoni tat-trade mark fuq l-applikazzjoni turi trade mark figurattiva li tinkludi l-karattersitiċi partikolari indikati fiha. |
|
3. |
Il-Qorti Ġenerali kellha tieħu inkunsiderazzjoni wkoll il-forma tat-trade mark kif irreġistrata, u b’mod partikolari kif annotat fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ mill-EUIPO fuq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark. Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni huwa d-dokument ta’ reġistrazzjoni li jindika l-forma tat-trade mark kif irreġistrata u kellu jitqies mill-Qorti Ġenerali bħala determinanti għall-istabbiliment tan-natura tat-trade mark irreġistrata. Meta jiġi interpretat korrettement, il-kontenut taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, jimmanifesta b’mod ċar il-fatt li t-trade mark hija rreġistrata bħala trade mark figurattiva fil-forma li tidher fir-rappreżentazzjoni ppreżentata flimkien mal-formola tal-applikazzjoni. Billi naqset milli twettaq dan kollu, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi. |
|
4. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet it-tieni żball ta’ liġi u ksur proċedurali meta rrifjutat li tirċieivi l-informazzjoni neċessarja sabiex tifhem il-kontenut taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni. Dan id-dokument huwa l-pubblikazzjoni ST.60 tal-Uffiċju Diniji għall-Proprjetà Intellettwali li jistabbilixxi t-tifsira tal-kodiċijiet INID li jintużaw b’mod universali fiċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni maħruġa mill-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali inkluż mill-EUIPO sabiex tiġi identifikata n-natura u t-tifsira tal-entrati inlużi fihom. It-tifsira tal-kodiċijiet INID tista’ tiġi ddeterminata biss b’riferiment għall-pubblikazzjoni ST.60 jew sors ta’ riferiment ekwivalenti u l-kontenut taċ-ċertifikati tar-reġistrazzjoni jista’ jiġi ddeterminat biss b’riferiment għat-tifsira tal-kodiċijiet INID inklużi fihom. Il-Qorti Ġenerali ikkunsidrat b’mod żbaljat is-sors ta’ tali informazzjoni bħala evidenza u konsegwentement irrifjutat b’mod żbaljat li tirċievi d-dokument jew l-informazzjoni inkluża fih meta din fil-fatt huwa test legali ekwivalenti għal dizzjunarju. Li kieku l-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni l-għodda interpretattivi ppreżentati quddiemha, kienet tifhem li ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni huwa għal trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni inkluża fil-formola tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni. L-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO kien ikkonkluda li tali trade mark kienet tissodisfa r-rekwiżit ta’ karattru distintiv li jagħti lok għad-dritt li din tipi rreġistrata u l-Qorti Ġenerali kellha wkoll tiddeċiedi f’dan is-sens. |
(1) Council Regulation (EC) No 207/2009 of 26 February 2009 on the Community trade mark (OJ 2009, L 78, p. 1).
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Poznań-Stare Miasto w Poznaniu (il-Polonja) fit-22 ta’ Awwissu 2017 – HR
(Kawża C-512/17)
(2017/C 412/22)
Lingwa tal-kawża: il-Polakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy Poznań-Stare Miasto w Poznaniu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HR
Domandi preliminari
|
1) |
Huwa xieraq, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, li l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1), jiġi interpretat fis-sens li r-residenza abitwali ta’ wild ta’ 18-il xahar hija l-Istat Membru li, skont iċ-ċirkustanzi li ġejjin, juri ċerta integrazzjoni tal-wild f’ambjent soċjali u tal-familja: in-nazzjonalità tal-ġenitur li għandu l-kustodja ta’ kuljum tal-wild, il-fatt li dan tal-aħħar jesprimi ruħu fil-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru, il-fatt li huwa ġie mgħammed hemm u li ssoġġorna hemmhekk għal perijodi sa tliet xhur matul il-leave tal-ġenituri ta’ dan il-ġenitur u ta’ leave ieħor li dan tal-aħħar kellu matul il-perijodi tal-vaganzi, kif ukoll il-kuntatti mal-familja tiegħu, meta l-wild jirrisjedi l-bqija tal-ħin ma’ dan il-ġenitur fi Stat Membru ieħor, il-fatt li dan il-ġenitur huwa impjegat hemmhekk fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat u li l-wild hemmhekk ikollu kuntatti regolari iżda limitati ratione temporis mal-ġenitur l-ieħor u mal-familja tiegħu? |
|
2) |
Għad-determinazzjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, tar-residenza abitwali tal-wild ta’ 18-il xahar, li minħabba l-età tiegħu jinsab ta’ kuljum fil-kustodja ta’ wieħed mill-ġenituri tiegħu biss u li għandu kuntatti regolari iżda limitati ratione temporis mal-ġenitur l-ieħor, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri dwar l-eżerċizzju tal-awtorità parentali u dwar id-drittijiet ta’ aċċess għall-wild, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod indaqs, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-integrazzjoni tal-wild f’ambjent soċjali u tal-familja, ir-rabtiet li jorbtu lill-wild ma kull wieħed mill-ġenituri tiegħu, jew għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni ikbar ir-rabtiet mal-ġenitur li għandu l-kustodja ta’ kuljum? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Settembru 2017 – Vetsch Int. Transporte GmbH
(Kawża C-531/17)
(2017/C 412/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vetsch Int. Transporte GmbH
Awtorità konvenuta: Zollamt Feldkirch Wolfurt
Domandi preliminari
|
1) |
L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 138 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandha tiġi rrifjutata għal trasferiment intra-Komunitarju mwettaq minn Stat Membru meta l-persuna taxxabbli li twettaq dan it-trasferiment b’destinazzjoni għal Stat Membru ieħor tiddikjara, huwa minnu, fl-Istat Membru l-ieħor, l-akkwist intra-Komunitarju li jikkorrispondi għat-trasferiment intra-Komunitarju, iżda twettaq, fl-Istat Membru l-ieħor, frodi fiskali fi tranżazzjoni taxxabbli sussegwenti li tikkonċerna l-oġġetti kkonċernati billi tiddikjara b’mod ħażin kunsinna intra-Komunitarja eżentata minn dan l-Istat Membru l-ieħor? |
|
2) |
Ir-risposta għall-ewwel domanda tiddependi mill-kwistjoni dwar jekk, fil-mument tat-trasferiment intra-Komunitarju, il-persuna taxxabbli diġà kellhiex l-intenzjoni li twettaq frodi fiskali fir-rigward ta’ tranżazzjoni sussegwenti li tikkonċerna dawn l-oġġetti? |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Settembru 2017 – NK, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur tal-fallimenti ta’ OJ BV u ta’ PI vs BNP Paribas Fortis NV
(Kawża C-535/17)
(2017/C 412/24)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: NK, fil-kwalità tiegħu ta’ likwidatur (kuratur) tal-fallimenti ta’ OJ BV u ta’ PI
Konvenuta: BNP Paribas Fortis NV
Domandi preliminari
|
1) |
L-azzjoni għad-danni li l-likwidatur tal-falliment, abbażi tal-Artikolu 68(1) tal-liġi dwar il-falliment li jinkarigah bil-ġestjoni u bil-likwidazzjoni tal-massa tal-falliment, jibda, f’isem il-kredituri kollha tal-persuna falluta kontra terz li kkawża dannu lil dawn il-kredituri, azzjoni li, fil-każ ta’ suċċess, il-benefiċċju li jirriżulta minnha jerġa’ lura fil-massa, taqa’ taħt l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1)? |
|
2) |
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u jekk, għaldaqstant, l-azzjoni inkwistjoni taqa’ taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (2), din l-azzjoni hija rregolata mil-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-proċedura ta’ insolvenza tinfetaħ, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament, kemm f’dak li jirrigwarda l-kompetenza tal-likwidatur sabiex jibda din l-azzjoni kif ukoll f’dak li jirrigwarda d-dritt li japplika għaliha fil-mertu? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, il-qorti tal-Istat ta’ ftuħ għandha tieħu inkunsiderazzjoni, irrispettivament jekk hux b’analoġija jew le:
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-18 ta’ Settembru 2017 – DISA Gas SAU vs Administración del Estado, Redexis Gas S.L., u Repsol Butano S.A.
(Kawża C-546/17)
(2017/C 412/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DISA Gas SAU
Konvenuti: Administración del Estado, Redexis Gas S.L. u Repsol Butano S.A.
Domandi preliminari
|
1) |
L-istabbiliment ta’ prezz massimu għal ċilindru gass illikwidifikat u bbottiljat bħala miżura ta’ protezzjoni tal-utenti soċjalment vulnerabbli huwa konformi mal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza Federutility [sentenza tal-20 ta’ April 2010, C-265/08] u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità jekk jimmaterjalizzaw, b’mod alternattiv jew b’mod konġunt, is-segwenti ċirkustanzi?
|
|
2) |
L-impożizzjoni fuq l-operatur dominanti ta’ żona territorjali partikolari tal-obbligu li jwassal fid-djar il-gass illikwidifikat u bbottiljat għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-utenti soċjalment vulnerabbli jew li jgħixu f’żoni li huma diffiċilment aċċessibbli hija konformi mal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza Federutility [sentenza tal-20 ta’ April 2010, C-265/08] u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità meta jimmaterjalizzaw, b’mod alternattiv jew b’mod konġunt, iċ-ċirkustanzi msemmija fid-domanda preċedenti? |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fit-28 ta’ Settembru 2017 – Riksåklagaren vs Imran Syed
(Kawża C-572/17)
(2017/C 412/26)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Riksåklagaren
Konvenut: Imran Syed
Domandi preliminari
|
1) |
Meta merkanzija li fuqha jitwaħħal disinn protett hija illegalment offruta għall-bejgħ f’ħanut, jista’ jeżisti wkoll ksur tad-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni tal-awtur previst fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29 (1) f’dak li jikkonċerna merkanzija li fuqha jidhru disinni identiċi, li tinżamm maħżuna mill-persuna li toffri l-merkanzija għall-bejgħ? |
|
2) |
Huwa rilevanti jekk il-merkanzija tinżammx maħżuna f’post li huwa konness mal-ħanut jew f’post ieħor? |
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir–Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit–28 ta’ Settembru 2017 – Openbaar Ministerie vs Daniel Adam Popławski
(Kawża C-573/17)
(2017/C 412/27)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Openbaar Ministerie
Konvenut: Daniel Adam Popławski
Domandi preliminari
|
1) |
Jekk l-awtorità ġudizzjarja ta’ implementazzjoni ma tistax tinterpreta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implementazzjoni ta’ deċiżjoni qafas b’tali mod li l-applikazzjoni tagħhom twassal għal riżultat konformi mad-deċiżjoni qafas, hija obbligata, skont il-prinċipju ta’ supremazija, li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija deċiżjoni qafas? |
|
2) |
Id-dikjarazzjoni ta’ Stat Membru prevista fl-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 (1), għandha tkun valida jekk din ma tkunx ġiet ippreżentata “fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas”, iżda biss f’data ulterjuri? |
(1) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2008, L 327, p. 27).
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-3 ta’ Ottubru 2017 – Oy Hartwall Ab
(Kawża C-578/17)
(2017/C 412/28)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Oy Hartwall Ab
Konvenut: Patentti- ja rekisterihallitus
Domandi preliminari
|
1) |
Għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-kundizzjoni dwar il-karattru distintiv ta’ trade mark fis-sens tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1), il-kwistjoni dwar jekk ir-reġistrazzjoni tat-trade mark hijiex mitluba bħala trade mark figurattiva jew bħala trade mark ta’ kulur hija rilevanti? |
|
2) |
Fil-każ li l-klassifikazzjoni ta’ trade mark bħala trade mark ta’ kulur jew trade mark figurattiva tkun rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tagħha, it-trade mark għandha tiġi rreġistrata, minkejja l-preżentazzjoni figurattiva tagħha, bħala trade mark ta’ kulur, konformememnt mal-applikazzjoni għal trade mark, jew tista’ tiġi rreġistrata biss bħala trade figurattiva? |
|
3) |
Fil-każ li huwa possibbli li tiġi rreġistrata bħala trade mark ta’ kulur, trade mark figurattiva, li hija rrappreżentata grafikament fl-applikazzjoni għal trade mark, bil-preċiżjoni meħtieġa skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata mat-trade marks ta kulur (u li ma hijiex ir-reġistrazzjoni bħala trade mark tal-kulur fiha nfisha, astratta, mingħajr forma jew kontorn), huwa neċessarju li tiġi prodotta prova ta’ użu effettiv bħal dik mitluba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali, jew kwalunkwe prova oħra? |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Mittetulundusühing Järvelaev vs Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)
(Kawża C-580/17)
(2017/C 412/29)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mittetulundusühing Järvelaev
Konvenut: Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)
Domandi preliminari
|
1) |
Fir-rigward tal-irkupru ta’ sussidju ta’ proġett mogħti fil-kuntest ta’ miżura “Leader”, jekk is-sussidju ngħata fis-6 ta’ Settembru 2011, l-aħħar ħlas akkont sar fid-19 ta’ Novembru 2013, il-ksur kien ikkonstatat fl-4 ta’ Diċembru 2014 u d-deċiżjoni ta’ rkupru kienet adottata fis-27 ta’ Jannar 2015, fir-rigward tar-rekwiżit dwar it-tul tal-operazzjoni, għandu jiġi applikat l-Artikolu 72 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1) jew l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill? F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-irkupru huwa bbażat fuq l-Artikolu 33(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (3) jew fuq l-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill? |
|
2) |
Fl-ipoteżi fejn għall-ewwel domanda tingħata r-risposta li għandu jiġi applikat ir-Regolament Nru 1698/2005, għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt li assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li tkun irċeviet sussidju tagħti b’kera l-oġġett (dgħajsa bil-qlugħ) miksub bħala l-investiment sostnut permezz tas-sussidju ta’ proġett, mogħti fil-kuntest ta’ miżura “Leader”, lil assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru oħra li tuża d-dgħajsa bil-qlugħ għall-istess attività bħal dik li għaliha l-benefiċjarju tas-sussidju rċieva dan tal-aħħar għandu jiġi kkunsidrat bħala modifika sostanzjali fis-sens tal-Artikolu 72(1)(a) tar-Regolament Nru 1698/2005, li taffettwa n-natura jew il-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-investiment jew li tikseb vantaġġ indebitu lil impriża? Sabiex tiġi ssodisfatta l-kundizzjoni dwar il-vantaġġ indebitu, l-aġenzija ta’ pagament tal-Istat Membru għandha tikkonstata f’hiex kien jikkonsisti konkretament il-vantaġġ? Jekk tingħata risposta affermattiva, il-vantaġġ indebitu jista’ jikkonsisti fil-fatt li l-utent reali tas-suġġett tal-investiment ma kienx jibbenefika minn sussidju ta’ proġett li kieku ressaq huwa stess talba bl-istess kontenut? |
|
2a) |
Fl-ipoteżi fejn għall-ewwel domanda tingħata r-risposta li għandu jiġi applikat ir-Regolament Nru 1303/2013, għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt li assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li tkun irċeviet sussidju tagħti b’kera l-oġġett (dgħajsa bil-qlugħ) miksub bħala l-investiment sostnut permezz tas-sussidju ta’ proġett, mogħti fil-kuntest ta’ miżura “Leader”, lil assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru oħra li tuża d-dgħajsa bil-qlugħ għall-istess attività bħal dik li għaliha l-benefiċjarju tas-sussidju rċieva dan tal-aħħar għandu jiġi kkunsidrat bħala bidla sostanzjali li taffettwa n-natura, l-għanijiet jew il-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-investiment fis-sens tal-Artikolu 71(1)(c) tar-Regolament Nru 1303/2013, li jwassal sabiex l-għanijiet inizjali tiegħu jiġu ppreġudikati? |
|
3) |
Fl-ipoteżi fejn għall-ewwel domanda tingħata r-risposta li għandu jiġi applikat ir-Regolament Nru 1698/2005, għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt li l-benefiċjarju ta’ sussidju jagħti b’kera l-oġġett (dgħajsa bil-qlugħ) miksub bħala l-investiment sostnut permezz tas-sussidju ta’ proġett, mogħti fil-kuntest ta’ miżura “Leader”, lil assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru oħra li tuża d-dgħajsa bil-qlugħ għall-istess attività bħal dik li għaliha l-benefiċjarju tas-sussidju rċieva dan tal-aħħar għandu jiġi kkunsidrat bħala modifika sostanzjali fis-sens tal-Artikolu 72(1)(b) tar-Regolament Nru 1698/2005, li tirriżulta jew minn bidla fin-natura tal-proprjetà ta’ infrastruttura, jew mill-waqfien jew mir-rilokazzjoni ta’ attività produttiva, fid-dawl tal-fatt li l-proprjetarju tad-dgħajsa bil-qlugħ baqa’ l-istess, filwaqt li l-benefiċjarju tas-sussidju huwa l-possessur indirett, u mhux iktar possessur dirett tad-dgħajsa bil-qlugħ u filwaqt li jirċievi kera u mhux dħul ibbażat fuq il-provvista tas-servizz deskritt fit-talba? |
|
3a) |
Fl-ipoteżi fejn l-ewwel domanda tingħata r-risposta li għandu jiġi applikat ir-Regolament Nru 1303/2013, għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt li assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li tkun irċeviet sussidju tagħti b’kera l-oġġett (dgħajsa bil-qlugħ) miksub bħala l-investiment sostnut permezz tas-sussidju ta’ proġett, mogħti fil-kuntest ta’ miżura “Leader”, lil assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru oħra li tuża d-dgħajsa bil-qlugħ għall-istess attività bħal dik li għaliha l-benefiċjarju tas-sussidju rċieva dan tal-aħħar għandu jiġi kkunsidrat bħala bidla ta’ proprjetà ta’ infrastruttura li tagħti vantaġġ indebitu lil impriża fis-sens tal-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament Nru 1303/2013, fid-dawl tal-fatt li l-proprjetarju tad-dgħajsa bil-qlugħ baqa’ l-istess, filwaqt li l-benefiċjarju tas-sussidju huwa l-possessur indirett, u mhux iktar possessur dirett tad-dgħajsa bil-qlugħ u filwaqt li jirċievi kera u mhux dħul ibbażat fuq il-provvista tas-servizz deskritt fit-talba? Sabiex tiġi ssodisfatta l-kundizzjoni dwar il-vantaġġ indebitu, l-aġenzija ta’ pagament tal-Istat Membru għandha tikkonstata f’hiex kien jikkonsisti konkretament il-vantaġġ? Jekk tingħata risposta affermattiva, il-vantaġġ indebitu jista’ jikkonsisti fil-fatt li l-utent reali tas-suġġett tal-investiment ma kienx jibbenefika minn sussidju ta’ proġett li kieku ressaq huwa stess talba bl-istess kontenut? |
|
4) |
Huwa awtorizzat li jiġi impost fuq il-benefiċjarju ta’ sussidju, permezz tar-regolament nazzjonali li jirregola l-miżura “Leader”, obbligu ta’ konservazzjoni ta’ ħames snin li jikkonċerna s-suġġett tal-investiment b’mod iktar iebes minn dak previst fl-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 1698/2005 jew fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament Nru 1303/2013? |
|
5) |
Fl-ipoteżi fejn tingħata risposta negattiva għar-raba’ domanda, għandu jiġi kkunsidrat li d-dispożizzjoni ta’ regolament nazzjonali, li tistipula li l-benefiċjarju ta’ sussidju ta’ proġett huwa obbligat li jikkonserva u li juża, fis-sens previst, l-oġġett miksub bħala l-investiment sostnut mis-sussidju ta’ proġett matul perijodu ta’ mill-inqas ħames snin li jiddekorri mill-ħlas tal-aħħar ħlas akkont tas-sussidju, kif ukoll, l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, fis-sens li din id-dispożizzjoni tissupponi li l-benefiċjajru tas-sussidju juża personalment is-suġġett tal-investiment, huma konformi mal-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 1698/2005 jew mal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Nru 1303/2013? |
|
6) |
Għandu jiġi kkunsidrat li huma preżenti irregolaritajiet fis-sens tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament Nru 1290/2005 jew tal-Artikolu 56 tar-Regolament Nru 1306/2013, fir-rigward tal-assenza ta’ implementazzjoni, mill-benefiċjarju tas-sussidju, ta’ operazzjoni li ma kinitx meħtieġa mir-regolament nazzjonali li jirregola l-miżura “Leader”, iżda li l-benefiċjarju tas-sussidju kien indika fis-“sommarju tal-attivitajiet u tal-għanijiet tal-operazzjoni u tal-investiment” espost fit-talba u li kien wieħed mill-kriterji li permezz tagħhom it-talbiet kienu evalwati fid-dawl tal-klassifikazzjoni tagħhom fl-ordni ta’ prijorità? |
|
7) |
Jekk is-sitt domanda tingħata risposta fl-affermattiv, għandu jiġi kkunsidrat li l-irkupru jsir illegali minħabba li r-rimbors jintalab qabel ma jiddekorru l-ħames snin mill-aħħar ħlas u minħabba li l-benefiċjarju tas-sussidju jtemm il-ksur matul proċedura ġudizzjarja li tirrigwarda l-irkupru? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tat-30 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2010, L 286M, p. 26).
(2) Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU 2013, L 347, p. 320, rettifika fil-ĠU 2016 L 200, p. 140)).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).
(4) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/21 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 mir-Renju tal-Belġju mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-20 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-287/16, Il-Belġu vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-587/17 P)
(2017/C 412/30)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, M. Jacobs, C. Pochet, aġenti, E. Grégoire u J. Mariani, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017, fil-Kawża T-287/16, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (EU:T:2017:531); |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417, tas-17 ta’ Marzu 2016 (1), sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ammont ta’ EUR 9 601 619.00 (partita tal-baġit 6701); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tqajjem aggravju uniku, ibbażat fuq żball ta’ liġi li jirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 32(8)(a) tar-Regolament Nru 1290/2005 (2), li sar, essenzjalment, l-Artikolu 54(5)(c) tar-Regolament Nru 1306/2013 (3), kemm f’dak li jikkonċerna l-eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji interni kif ukoll id-diliġenza meħtieġa minn din id-dispożizzjoni.
(1) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417, tas-17 ta’ Marzu 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 75, p. 16).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).
(3) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 59, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 6).
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/21 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-594/17)
(2017/C 412/31)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, G. von Rintelen, M. Žebre)
Konvenuta: Ir-Repubblika Slovena
Talbiet
|
— |
tiddikjara li r-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE, tat-8 ta’ Novembru 2011, dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU 2011, L 306, p. 41), peress li ma adottax sal-31 ta’ Diċembru 2013 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ma’ din l-istess direttiva, jew li, f’kull każ, hija naqset milli tinnotifika dawn il-miżuri lill-Kummissjoni; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja, fuq il-bażi tal-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 7 099,20 għal kull jum, mid-data li fiha tingħata s-sentenza f’din il-kawża; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2011/85/UE, tat-8 ta’ Novembru 2011, dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri, ir-Repubblika tas-Slovenja kellha tadotta u tippubblika sal-31 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ma’ din id-direttiva. Peress li r-Repubblika tas-Slovenja ma kkomunikatx lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi iktar ’il fuq, it-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, din l-istituzzjoni ddeċidiet li tressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 7 099,20 għal kull jum. Sabiex tikkalkola dan l-ammont, il-Kummissjoni qieset il-gravità u t-tul tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll l-effett dissważiv fir-rigward tal-kapaċità tal-ħlas tal-Istat Membru kkonċernat, jiġifieri r-Repubblika tas-Slovenja.
Il-Qorti Ġenerali
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – CEAHR vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-712/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti - Sistema ta’ tiswija selettiva - Rifjut ta manifatturi tal-arloġġi Żvizzeri li jipprovdu partijiet ta’ bdil lil arluġġara indipendenti - Suq primarju u suq ta’ wara l-bejgħ - Eliminazzjoni ta’ kull kompetizzjoni effettiva - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment”))
(2017/C 412/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Mathijsen u P. Dyrberg, sussegwentement minn M. Sánchez Rydelski u finalment minn P. Benczek, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Ronkes Agerbeek, M. Farley u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn A. Dawes, F. Ronkes Agerbeek u J. Norris-Usher, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: LVMH Moët Hennessy-Louis Vuitton SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: C. Froitzheim, avukat u R. Subiotto, QC), Rolex, SA) (Genève, l-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Araujo Boyd, avukat) u The Swatch Group SA (Neuchâtel, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Israel u M. Jakobs, sussegwentement minn A. Israel u J. Lang, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5462 finali, tad-29 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti li jikkonċerna ksur allegat tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39097– Tiswija tal-arloġġi).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Leopard vs EUIPO – Smart Market (LEOPARD true racing)
(Kawża T-7/15) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva LEOPARD true racing - Trade mark tal-Unjoni Ewropea preċedenti leopard CASA Y JARDIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2017/C 412/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Leopard SA (Howald, il-Lussemburgu) (rappreżentant: P. Lê Dai, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Smart Market, SLU (Alcantarilla, Spanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-2 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1866/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Smart Market u Leopard.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Leopard SA Hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-502/15) (1)
((“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imġarrab minn Spanja - Korrezzjonijiet finanzjarja b’rata fissa - Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Oneru tal-prova - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża”))
(2017/C 412/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment L. Banciella Rodríguez-Miñón, sussegwentment M. Sampol Pucurull, A. Gavela Llopis u V. Ester Casas, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Guillem Carrau u D. Triantafyllou, sussegwentment D. Triantafyllou u I. Galindo Martín, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), sa fejn tikkonċerna ċerti korrezzjonijiet magħmula fir-rigward tal-Cataluña, minn naħa, u tal-Canarias, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Aldi vs EUIPO – Sky (SKYLITe)
(Kawża T-736/15) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ‘skylite’ - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ‘SKY’ - Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti - Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 2868/1995 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2017/C 412/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Barry, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2015 (Każ R 2771/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sky u Aldi.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Aldi GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2017 – Keturi kambariai vs EUIPO – Coffee In (coffee inn)
(Kawża T-202/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva coffee inn - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti coffee in - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001]”))
(2017/C 412/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: UAB Keturi kambariai (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: R. Pumputienė, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: OÜ Coffee In (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: P. Lätt, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 (Każ R 137/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Coffee In u Keturi kambariai.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
UAB Keturi kambariai hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat–23 ta’ Ottubru 2017 – Galletas Gullon vs EUIPO – O2 Holdings (Forma ta’ pakkett tal-gallettini)
(Kawża T-404/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ pakkett tal-gallettini - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Importanza tal-użu - Assenza ta’ bidla tal-karattru distintiv”))
(2017/C 412/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Galletas Gullón, SA (Aguilar de Campoo, Spanja) (rappreżentant: I. Escudero Pérez, avukat)
Konvenut: L–Uffiċċju tal–Proprjetà Intellettwali tal–Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: O2 Holdings Ltd (Slough, ir–Renju Unit) (rappreżentant: J. Rebling, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Mejju 2016 (Każ R 1613/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn O2 Holdings Ltd u Galletas Gullón.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal–Proprjetà Intellettwali tal–Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Mejju 2016 (Każ R 1613/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn O2 Holdings Ltd u Galletas Gullón, hija annullata. |
|
2) |
L-EUIPO u O2 Holdings Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – Galletas Gullón vs EUIPO – O2 Holdings (Forma ta’ pakkett ta’ gallettini)
(Kawża T-418/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ pakkett ta’ gallettini - Dikjarazzjoni ta’ revoka - Estent tal-użu - Assenza ta’ bidla fil-karattru distintiv”))
(2017/C 412/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Galletas Gullón, SA (Aguilar de Campoo, Spanja) (rappreżentant: I. Escudero Pérez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: O2 Holdings Ltd (Slough, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Rebling, solicitor)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Mejju 2016 (Każ R 1614/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn O2 Holdings Ltd u Galletas Gullón.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Mejju 2016 (Każ R 1614/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn O2 Holdings Ltd u Galletas Gullón, hija annullata. |
|
2) |
L-EUIPO u O2 Holdings Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – Tetra Pharm (1997) vs EUIPO – Sebapharma (SeboCalm)
(Kawża T-441/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SeboCalm” - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea “Sebotherm” - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]))
(2017/C 412/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tetra Pharm (1997) Ltd (Tel Aviv, l-Iżrael) (rappreżentant: A. Gorzkiewicz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u D. Stoyanova-Valchanova, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sebapharma GmbH & Co. KG (Boppard, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wald u D. Koal, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Mejju 2016 (Każ R 852/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sebapharma u Tetra Pharm (1997).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Tetra Pharm (1997) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-649/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Bidla minn pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni għal pożizzjoni ta’ konsulent - Interess tas-servizz - Użu ħażin ta’ poter - Dritt għal smigħ u dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ ekwivalenza tal-impjiegi”))
(2017/C 412/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Belén Bernaldo de Quirós (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, C. Berardis-Kayser u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2015 li temenda t-trasferiment tar-rikorrenti, sa mill-1 ta’ Diċembru 2015, mill-pożizzjoni ta’ kap tad-diviżjoni “Uffiċċju tal-istages” tad-direttorat “Żgħażagħ u sport” taħt id-direttorat-ġenerali (DG) “Edukazzjoni u kultura” għall-pożizzjoni ta’ konsulent fi ħdan id-direttorat “Modernizzar tat-tagħlim II: Politika u programm fil-qasam tat-tagħlim, l-innovazzjoni EIT u AMSC” fi ħdan dan l-istess DG.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Belén Bernaldo de Quirós hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Kuka Systems vs EUIPO (MATRIX BODY SHOP)
(Kawża T-683/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MATRIX BODY SHOP - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2017/C 412/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kuka Systems GmbH (Augsburg, il-Ġermaniż) (rappreżentanti: B. Maneth u C. Huch-Hallwachs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Lulju 2016 (Każ R 2503/2015-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MATRIX BODY SHOP bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Kuka Systems GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Possanzini vs Frontex
(Kawża T-686/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2009 - Kompetenzi tal-validatur - Emenda tal-evalwazzjoni inizjali tal-evalwatur mill-validatur - Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali - Eżami ex Officio”))
(2017/C 412/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Daniele Possanzini (Pisa, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Appellata: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) (rappreżentanti: H. Caniard u S. Drew, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Lulju 2016, Possanzini vs Il-Kummissjoni (F-68/15, EU:F:2016:150), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
M. Daniel Possanzini għandu jbati kemm l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) fil-kuntest ta’ din il-kawża. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – WQ (*1) vs Il-Parlament
(Kawża T-705/16 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni - Proċedura 2014 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ formazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 165 TFUE - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))
(2017/C 412/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: WQ (*1) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Appellat: Il-Parlament Eweropew (rappreżentanti: D. Nessaf u M. Ecker, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016, WQ (*1) vs Il-Parlament (F-1/16, EU:F:2016:171), intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
WQ (*1) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta’ din l-istanza. |
(*1) Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – Barmenia Krankenversicherung vs EUIPO (Mediline)
(Kawża T-810/16) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Mediline - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(2) tar-Regolament 2017/1001]”])
(2017/C 412/44)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Barmenia Krankenversicherung AG (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2437/2015-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal vebrali Mediline bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Barmenia Krankenversicherung AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Kuka Systems vs EUIPO (Matrix light)
(Kawża T-87/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Matrix light - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2017/C 412/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kuka SystemsGmbH (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Maneth u C. Huch-Hallwachs, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 886/2016-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Matrix light bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Kuka Systems GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/32 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2017 – Salehi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-773/16) (1)
([“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Regolament (KE) Nru 539/2001 - Nuqqas tal-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implementazzjoni li jirrigwradaw is-sospensjoni temporanja tal-eżenzjoni mill-obbligu tal-viża għal ċerti kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Teħid ta’ azzjoni mill-Kummissjoni - Inammissibbiltà manifesta”])
(2017/C 412/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Dominik Salehi (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Drews, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u G. Wils, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ddeżistiet illegalment milli tadotta att ta’ implementazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001, tal-15 ta’ Marzu 2001, li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 65), u milli tibgħat notifika lir-rikorrent.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Dominik Salehi huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/32 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2017 – Karp vs Il-Parlament
(Kawża T-580/17)
(2017/C 412/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kevin Karp (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lambers u R. Ben Ammar, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità mogħtija s-setgħa tikkonkludi l-kuntratti ta’ impjieg għall-grupp EFDD fi ħdan il-Parlament Ewropew li kklassifikat lir-rikorrenti fil-grupp ta’ funzjonijiet II, grad 4, skala 1, filwaqt li tafdah b’kompiti konsultattivi konsistenti mal-funzjoni ta’ kategorija ta’ remunerazzjoni tal-grupp IV sat-tmiem tal-kuntratt tal-impjieg tiegħu fil-11 ta’ Novembru 2016; |
|
— |
tordna l-ħlas lir-rikorrent ta’ kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti minnu, inklużi danni għal allegat telf ta’ opportunità li jiġi rreklutat wara t-tmiem tal-kuntratt ta’ impjieg tiegħu. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv jallega ksur tal-Artikolu 80 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
|
|
2. |
It-tieni motiv, jallega ksur tal-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
|
|
3. |
It-tielet motiv, jallega abbuż ta’ drittijiet li jirriżulta minn użu suċċessiv ta’ kuntratti xogħol għal żmien determinat
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv jallega użu ħażin ta’ poter tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent.
|
|
5. |
Il-ħames motiv jallega telf ta’ opportunità li jiġi rreklutat.
|
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/33 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2017 – Poza Poza vs SRB
(Kawża T-597/17)
(2017/C 412/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Máximo Poza Poza
(Murcia, Spanja) (rappreżentant: P. Poza Cisneros, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tikkunsidra ammissibbli r-rikors għall-annullament kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni li tikkonfiska l-azzjonijiet tal-Banco Popular u tiddeċiedi li tannulla r-riżoluzzjoni u, konsegwentement, li l-azzjonijiet u l-istrumenti kapitali l-oħra tal-Popular jingħataw lura lill-klijent tiegħi u, sussidjarjament, tikkumpensa lir-rikorrent għal ammont ekwivalenti għall-valur nett tal-assi tal-Popular fit-22 ta’ Mejju 2017, ikkwantifikati fi EUR 2 675 424. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/34 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Madrid Diario de la Noche et vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża T-639/17)
(2017/C 412/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Madrid Diario de la Noche, SA (Madrid, Spanja) u 24 rikorrent ieħor (rappreżentanti: B. Cremades Roman, F. Orts Castro, J. López Useros, S. Cajal Martín u P. Marrodán Lázaro, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tikkunsidra din it-talba u d-dokumenti mehmuża magħha bħala mressqa u, bl-istess mod, l-argumenti fihom; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-SRB Nru SRB/EES/2017/08 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1246, it-tnejn li huma tas-7 ta’ Ġunju 2017 u, konsegwentement, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex iħallsu lura lir-rikorrenti l-investimenti tagħhom fil-Banco Popular jew, sussidjarjament, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni jħallsu lir-rikorrenti għad-danni minħabba responsabbiltà mhux kuntrattwali; |
|
— |
tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża; |
|
— |
tannulla l-evalwazzjoni magħmula mill-espert indipendenti tal-SRB u, wara li jsir kalkolu tal-valur nett tal-assi tal-Banco Popular, tikkundanna lill-SRB u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jikkumpensaw lir-rikorrenti skont it-termini espressi f’dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/35 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2017 – Amorepacific vs EUIPO – Primavera Life (p primera Pure Sprout Energy)
(Kawża T-684/17)
(2017/C 412/50)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Amorepacific Corporation (Seul, il-Korea) (rappreżentanti: B. Führmeyer u F. Klein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Primavera Life GmbH (Oy-Mittelberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-element verbali “p primera Pure Sprout Energy” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 151 683
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 1744/2016-4
Talbiet
|
— |
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura inklużi dawk relatati mal-proċedimenti ta’ appell. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/35 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2017 – Hola vs SRB
(Kawża T-688/17)
(2017/C 412/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Hola, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u C. Iglesias Megías, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A li kienu proprjetà tagħha; |
|
— |
prinċipalment, tordna r-rimbors tal-investimenti magħmula li jammontaw għal EUR 543 242,11 f’azzjonijiet tal-Banco Popular u EUR 304 950 għall-bonds tal-Banco Popular li kienu proprjetà tar-rikorrenti; |
|
— |
sussidjarjament, tordna l-ħlas EUR 451 459 għall-azzjonijiet u EUR 304 950 għall-bonds tal-Banco Popular li kienu proprjetà tar-rikorrenti (l-“ammont dovut”); |
|
— |
tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża; |
|
— |
tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali; |
|
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/36 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2017 – Top Cable vs SRB
(Kawża T-689/17)
(2017/C 412/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Top Cable, SA (Rubí, Spanja) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Sellés Marco, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li ċaħħduha mill-bonds ta’ BANCO POPULAR ESPAÑOL, S.A li kienu proprjetà tagħha; |
|
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni iħallas lir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 52 000 000 bħala kumpens għad-danni sostnuti (l-“ammont dovut); |
|
— |
tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża; |
|
— |
tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali; |
|
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs SRB.
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/37 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2017 – Havenbedrijf Antwerpen u Maatschappij van de Brugse Zeehaven vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-696/17)
(2017/C 412/53)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Havenbedrijf Antwerpen NV (Antwerpen, il-Belġju) u Maatschappij van de Brugse Zeehaven NV (Zeebrugge, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Wytinck, W. Panis u I. Letten, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 5174 final, tas-27 ta’ Lulju 2017, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.38393 (2016/C, ex 2015/E) – Tassazzjoni ta’ portijiet fil-Belġju, implementata mill-Belġju; |
|
— |
sussidjarjament, tagħti perijodu tranżitorju sal-konklużjoni mill-Kummissjoni tal-investigazzjoni tagħha tas-sistema fiskali tad-diversi portijiet fl-Unjoni Ewropea li jkopri, fi kwalunkwe każ, sena sħiħa; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-Artikolu 296 TFUE.
|
|
2. |
It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 107 TFUE sa fejn il-Kummissjoni tikklassifika b’mod żbaljat il-miżura bħala waħda selettiva. Il-fatt li l-awtoritajiet portwali jiġu suġġetti għas-sistema ta’ taxxa fuq persuni ġuridiċi ma huwiex deroga mis-“sistema ta’ referenza” peress li t-taxxa fuq persuni ġuridiċi hija sistema ta’ referenza fiha nnifisha. Il-fatt li l-awtoritajiet portwali huma suġġetti għat-taxxa fuq il-persuni ġuridiċi huwa dovut għall-fatt li l-ġestjoni tal-portijiet bħala dominju pubbliku hija missjoni pubblika li ma hijiex suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji. L-awtoritajiet portwali fl-aħħar mill-aħħar iwettqu, essenzjalment, servizz pubbliku, mingħajr skop ta’ lukru, konformement mal-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlatur u taħt sorveljanza amministrattiva. |
|
3. |
It-tielet motiv: ksur tal-Artikolu 107 TFUE sa fejn id-deroga mis-sistema ta’ referenza hija, fi kwalunkwe każ, iġġustifikata. Anki jekk it-taxxa fuq il-kumpanniji titqies li hija s-sistema ta’ referenza għall-Belġju – li ma hijiex – il-fatt li l-awtoritajiet portwali ma jkunux suġġetti għaliha jista’ jiġi ġġustifikat. Dan isegwi mill-koerenza ġenerali tas-sistema tat-taxxa u mill-fatt li r-rikorrenti ma jinstabux f’sitwazzjoni fattwali u legali li tista’ titqabbel ma’ dik ta’ impriżi li huma suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji. Barra minn hekk, jekk ikunu suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji, dan jista’ jkollu effett ta’ sanzjoni. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv: b’mod iktar sussidjarju, fir-rigward ta’ talba għal perijodu tranżitorju sakemm il-Kummissjoni tikkonkludi l-investigazzjoni tagħha tas-sistema fiskali tad-diversi portijiet fl-Unjoni, li jkopri, fi kwalunkwe każ, sena sħiħa.
|
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/38 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-699/17)
(2017/C 412/54)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1442, tal-31 ta’ Lulju 2017, li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbi (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-impjanti kbar tal-kombustjoni (notifikata bid-dokument C(2017) 5225); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 16(4) u (5) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) u (3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness mat-TUE u mat-TFUE, billi użat metodu mhux xieraq għall-kalkolu tal-maġġoranza kkwalifikata meta adottat id-deċiżjoni kkontestata. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 3(10) u (13) tad-Direttiva 2010/75/UE, moqri flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva, kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/119/UE, billi stabbilixxiet il-BAT-AELs abbażi ta’ data mhux eżatta u mhux rappreżentattiva. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità [Artikolu 5(4) TUE], moqri flimkien mal-Artikolu 191(2) TFUE, billi stabbilixxiet BAT-AELs eċċessivament għoljin li ma humiex xierqa għal, u proporzjonati, mal-ksib tal-benefiċċji u tal-għanijiet intiżi, kif ukoll naqset milli twettaq evalwazzjoni ta’ impatt fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 13(4) u (5) tad-Direttiva 2010/75/UE, moqri flimkien mal-Artikolu 3(12) ta’ din id-direttiva u mal-Artikolu 291(2) TFUE, billi eċċediet il-kompetenzi ta’ eżekuzzjoni mogħtija lilha taħt l-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2010/75/UE, meta introduċiet derogi mill-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT permezz tad-deċiżjoni kkontestata pjuttost milli permezz ta’ emendi fid-Direttiva 2010/75/UE. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 3(3) u (4) tar-Regolament Nru 182/2011, abbużat mill-poteri tagħha, u kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba billi introduċiet, mingħajr ma ppermettiet diskussjoni minn qabel, emendi kunsiderevoli fl-abbozz tad-deċiżjoni kkontestata fil-jum tal-vot mill-Kumitat li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2010/75/UE fir-rigward tal-opinjoni tiegħu dwar dan l-abbozz. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/39 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2017 – Hermann Biederlack vs EUIPO – (Feeling home)
(Kawża T-715/17)
(2017/C 412/55)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hermann Biederlack GmbH & Co. KG (Greven, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Seifried, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Feeling home” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 452 931
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 252/2017-5
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/39 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ottubru 2017 – Germanwings vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-716/17)
(2017/C 412/56)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Germanwings GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Martin-Ehlers, Rechtsanwalt)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Lulju 2016 (1) dwar l-Għajnuna mill-Istat SA33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ), b’mod partikolari:
|
|
— |
tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li ma hemm ebda element ta’ għajnuna Il-konvenuta la wriet u lanqas ipproduċiet prova li l-ħlas li sar lir-rikorrenti kien jikkostitwixxi għajnuna. Konsegwentement, il-konvenuta tiddevja kunsiderevolment mill-ġurisprudenza u mill-prassi deċiżjonali tagħha stess. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li, fil-każ li jiġi kkonstatat li teżisti għajnuna, din la tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u lanqas tkun timplika distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-konvenuta ma mmotivatx suffiċjentement il-fatt li l-allegata għajnuna taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u l-kompetizzjoni. Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li teżisti għajnuna de minimis fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 (2). |
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1861 tad-29 ta’ Lulju 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA33983 (2013/C) (ex 2012/NN) (ex 2011/N) — l-Italja — Kumpens lill-ajruporti ta’ Sardinja għall-obbligi ta’ servizz pubbliku (SIEĠ) (notifikata bid-dokument C(2016) 4862) (ĠU 2017, L 268, p. 1)
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006, tal-15 ta’ Diċembru 2006, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis (ĠU 2007, L 314M, p. 654)
|
4.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/40 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2017 – Falmouth University vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-227/17) (1)
(2017/C 412/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.