Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C(2019)1789

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../... li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskjerament u l-użu operattiv ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti kooperattivi

C/2019/1789 final

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Il-kuntest tal-politika

Il-volum dejjem jiżdied ta’ trasport bit-triq fl-Unjoni Ewropea jippreżenta bosta sfidi. It-trasport bit-triq hu l-kawża ta’ ħafna mill-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja mis-settur tat-trasport kollu kemm hu. Filwaqt li tul dawn l-aħħar ftit deċenji tjiebet s-sikurezza fit-toroq fl-UE, dan l-aħħar din ix-xejra kellha ritmu inqas mgħaġġel u aktarx l-UE ma tilħaqx l-objettiv tagħha ta’ tnaqqis ta’ 50 % fil-fatalitajiet bejn l-2010 u l-2020. Barra minn hekk, il-konġestjoni fit-toroq tikkawża kostijiet enormi għall-ekonomija tal-UE. Hemm bżonn tittieħed azzjoni kkoordinata minn bosta fronti biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u biex ikun evitat li jikkawżaw ħsara serja liċ-ċittadini, l-ekonomija, l-ambjent u l-klima tal-Ewropa.

It-teknoloġiji ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza, is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tat-trasport bit-triq jaqdu rwol sinifikanti biex jintlaħqu l-miri tal-Kummissjoni f’dan il-qasam. Wieħed mill-oqsma emerġenti hu dak tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti kooperattivi (C-ITS), li permezz tiegħu il-vetturi jinteraġixxu b’mod dirett ma’ xulxin u mal-infrastruttura tat-triq tal-madwar. Fit-trasport bit-triq, is-C-ITS tipikament jinvolvi l-komunikazzjoni minn vettura għal vettura (V2V), mill-vetturi għall-infrastruttura (V2I) u/jew minn infrastruttura għal infrastruttura (I2I), u l-komunikazzjoni bejn il-vetturi u l-persuni mixjin jew iċ-ċiklisti (“mill-vettura għal madwarha”, V2X). Dan jippermetti firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ informazzjoni u ta’ koperazzjoni.

Is-C-ITS huma kategorija ta’ servizzi tal-ITS, ibbażati fuq network miftuħ li jippermettu relazzjoni bejn ħafna u ħafna, jew bejn il-pari, fost l-istazzjonijiet tas-C-ITS. Dan ifisser li l-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha, kif iddefiniti minn dan ir-Regolament, jistgħu jiskambjaw messaġġi bejniethom b’mod sigur, u mhumiex limitati għall-iskambju ta’ messaġġi ma’ stazzjon(ijiet) (wieħed) predefinit(i). Is-servizzi tal-ITS li jipprovdu informazzjoni simili, pereżempju permezz tax-xandir diġitali, in-networks ċellulari, jew ir-radju FM, iżda mingħajr il-karatteristiċi ta’ network miftuħ li jippermetti relazzjoni ta’ ħafna u ħafna, jew bejn il-parti, fost l-istazzjonijiet tas-C-ITS, huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Il-benefiċċji tas-C-ITS ikopru firxa ta’ oqsma u jinkludu iktar sikurezza fit-toroq, inqas konġestjoni, iktar effiċjenza tat-trasport, mobbiltà u affidabbiltà tas-servizzi, inqas użu ta’ enerġija, inqas impatti ambjentali negattivi, u appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku. Fl-istess ħin, trid tingħata attenzjoni biex jiġu evitati effetti negattivi potenzjali, eż. iktar domanda tat-traffiku minħabba dan it-titjib, sewwieqa li jesperjenzaw tagħbija eċċessiva ta’ informazzjoni, jew li l-kondiviżjoni addizzjonali tad-data twassal għal riskji ikbar għaċ-ċibersigurtà jew għall-privatezza.

Dan l-aħħar deċenju ġab miegħu żviluppi ġodda notevoli f’teknoloġiji li jiffaċilitaw is-C-ITS. Madankollu, minkejja l-benefiċċji potenzjali, dawn għadhom ma wasslux għal skjerament fuq skala kbira. Fl-2011, il-manifatturi ta’ vetturi tal-UE magħquda fil-Konsorzju ta’ Komunikazzjoni CAR2CAR ħarġu memorandum ta’ qbil konġunt fejn iddikjaraw l-intenzjoni tagħhom ta’ skjerament fuq skala kbira sal-2015, billi s-sistemi jkunu teknoloġikament lesti sa dak iż-żmien. Madankollu, sar evidenti li dan ma jkunx possibbli jekk il-partijiet ikkonċernati prinċipali ma jsegwux approċċ komuni kemm fl-aspett tekniku u mhux tekniku.

Fl-2014, il-Kummissjoni wieġbet billi ħolqot pjattaforma għall-iskjerament ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti kooperattivi fl-UE (il-pjattaforma tas-C-ITS), grupp ta’ esperti li fih l-awtoritajiet nazzjonali, il-partijiet ikkonċernati tas-C-ITS u l-Kummissjoni setgħu jaħdmu flimkien fuq viżjoni komuni u soluzzjonijiet konkreti ta’ implimentazzjoni għall-iskjerament interoperabbli tas-C-ITS fl-UE. Ir-riżultati tal-ħidma estensiva tal-pjattaforma u tal-gruppi ta’ ħidma tagħha ġew ippreżentati fil-qosor fir-rapporti finali 1 għall-Fażi I (2014-2016) u għall-Fażi II (2016-2017).

Bil-pjattaforma C-ROADS 2 , inizjattiva konġunta tal-Istati Membri Ewropej u tal-operaturi tat-toroq biex jiġu ttestjati u implimentati s-servizzi tas-C-ITS fid-dawl tal-armonizzazzjoni u l-interoperabbiltà transfruntieri, kif ukoll l-investimenti sinifikanti fil-livell nazzjonali u f’dak tal-UE (EUR 199 miljun, li EUR 107 miljun minnhom kienu kkofinanzjati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa), 16-il Stat Membru ħadmu flimkien mal-industrija biex jarmonizzaw is-servizzi V2I tas-C-ITS u biex jagħmluhom interoperabbli biex, pereżempju, il-messaġġi dwar ix-xogħlijiet fit-toroq ikunu jistgħu jinftiehmu b’mod konsistenti f’ambjenti ġeografiċi differenti u mill-manifatturi ta’ vetturi differenti. Dan seħħ bis-saħħa ta’ kooperazzjoni bejn il-pjattaforma C-ROADS u l-Konsorzju tal-Komunikazzjoni CAR 2 CAR, li tejbet il-konsistenza fil-messaġġi u fis-sistemi V2V u V2I.

Fl-2016, il-kumpaniji awtomobilistiċi u tat-telekomunikazzjoni ngħaqdu flimkien fl-Assoċjazzjoni Awtomobilistika tal-5G dwar it-teknoloġija għal mobbiltà konnessa u awtomatizzata, inkluż għal servizzi tas-C-ITS. Minħabba f’hekk bdew jeżistu żewġ teknoloġiji għall-komunikazzjoni fuq medda qasira, li jinsabu f’livelli ta’ maturità u ta’ kummerċjalizzazzjoni differenti, u li mhumiex interoperabbli fil-livell tal-aċċess bir-radju.

Il-ħidma tal-pjattaforma tas-C-ITS kienet kontribut essenzjali fil-kuntest tal-istrateġija Ewropea dwar is-C-ITS 3 , li kellha l-għan li tiffaċilita l-konverġenza tal-investimenti u tal-oqfsa regolatorji madwar l-UE biex l-iskjerament ikun jista’ jsir mill-aktar fis possibbli u, b’mod partikolari, biex mill-2019 ikunu jistgħu jiġu skjerati servizzi tas-C-ITS maturi relatati mas-sikurezza. L-istrateġija identifikat il-ħtieġa li jiġi adottat qafas legali xieraq fil-livell tal-UE sal-2018, aktarx permezz ta’ atti delegati skont id-Direttiva 2010/40/UE (id-Direttiva dwar Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (l-ITS)) 4 jew strumenti legali oħra.

Dan ir-Regolament Delegat li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu l-iskop li joħloq ir-rekwiżiti legali minimi għall-interoperabbiltà għas-C-ITS u li jippermetti l-iskjerament fuq skala kbira ta’ sistemi u servizzi tas-C-ITS mill-2019. Id-Direttiva 2010/40/UE (id-Direttiva dwar l-ITS) tirrappreżenta qafas ta’ politika u legali biex jitħaffef l-iskjerament ta’ soluzzjonijiet ta’ trasport innovattivi madwar l-Ewropa. Id-Direttiva tiffoka fuq sistemi ta’ trasport intelliġenti għat-toroq, kif ukoll fuq l-interfaċċa tagħhom ma’ modi oħra ta’ trasport, u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati f’erba’ oqsma ta’ prijorità. Id-definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għas-C-ITS hi parti mill-qasam ta’ prijorità IV tad-Direttiva.

Il-fokus ta’ dan ir-Regolament Delegat hu fuq servizzi “tal-jum 1”, jiġifieri s-servizzi tas-C-ITS li jridu jiġu skjerati fi żmien qasir u li jikkontribwixxu b’mod partikolari għas-sikurezza fit-toroq u għall-effiċjenza tat-traffiku. Permezz tal-kooperazzjoni bejn grupp wiesa’ ta’ partijiet ikkonċernati mill-industrija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri, issa hemm disponibbli speċifikazzjonijiet u standards għal servizzi interoperabbli ta’ prijorità “tal-jum 1” kif ukoll soluzzjoni komuni għas-sigurtà.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

2.1.Bażi ġuridika

Dan l-att delegat jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE b’konformità mal-Artikolu 7 tagħha. Regolament hu l-aktar strument legali xieraq għax ma jsejjaħx għal miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali u b’hekk jiżgura grad ogħla ta’ armonizzazzjoni, inqas piż amministrattiv għall-Istati Membri, aktar ċertezza legali għall-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati, u d-dħul fis-seħħ veloċi.

2.2.Sussidjarjetà u proporzjonalità

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea), azzjoni fil-livell tal-UE jenħtieġ li tittieħed biss meta l-għanijiet previsti ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri waħidhom, u li għaldaqstant, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu jinkisbu aħjar mill-UE.

Filwaqt li s-servizzi tas-C-ITS diġà qed jiġu skjerati permezz ta’ proġetti madwar l-UE, u li bosta Stati Membri u ħafna manifatturi tal-vetturi diġà indikaw li beħsiebhom jibdew jersqu lejn skjerament fuq skala kbira, ħafna minnhom ressqu l-argument li hemm bżonn qafas legali fil-livell tal-UE. L-istandardizzazzjoni mmexxija mill-industrija, permezz ta’ organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs), tikkontribwixxi għall-interoperabbiltà, iżda hi volontarja u tista’ tippermetti forom ta’ implimentazzjoni diverġenti u mhux interoperabbli. Hemm ħafna partijiet ikkonċernati differenti u effetti qawwija fuq in-network, u għalhekk l-ebda parti ikkonċernata ma tista’ tintroduċi soluzzjoni interoperabbli waħidha. B’mod simili, l-istabbiliment ta’ regoli fil-livell nazzjonali aktarx ifixkel il-forniment tas-servizzi kontinwi tas-C-ITS fiż-żona unika Ewropea tat-trasport.

Jeħtieġ tkun żgurata l-kompatibbiltà bejn l-infrastruttura u s-soluzzjonijiet għall-vetturi madwar l-UE, biex jinkisbu l-benefiċċji sħaħ tas-C-ITS. Barra minn hekk, hemm bżonn approċċ aktar armonizzat fil-livell tal-UE biex ikunu żgurati sinerġiji effettivi mal-iskjerament ta’ teknoloġiji ġodda għas-sikurezza u mal-introduzzjoni ta’ mobbiltà konnessa u awtomatizzata (CCAM) madwar l-UE. Mingħajr qafas inkużiv fil-livell tal-UE li jkun validu għall-ġejjieni, aktarx li l-iskjerament jibqa’ frammentat, mhux koordinat u ma jkunx kapaċi jiżgura l-kontinwità ġeografika tas-servizzi tas-C-ITS madwar l-UE u fil-fruntieri esterni tagħha.

Il-konformità ma’ dan ir-Regolament Delegat tkun obbligatorju biss fejn jiġu skjerati servizzi jew stazzjonijiet tas-C-ITS. Filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tal-UE vinkolanti tabilħaqq jeħtieġu li l-istazzjonijiet tas-C-ITS eżistenti u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda jadattaw għal dawn l-ispeċifikazzjonijiet, dawn tal-aħħar huma essenzjali biex tkun żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi tas-C-ITS madwar l-UE, filwaqt li bl-analiżi ppjanata ikun hemm ċerta flessibbiltà fl-iżvilupp tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi. Regolament hu aktar strett minn linja gwida jew rakkomandazzjoni, iżda l-benefiċċji diretti u indiretti mistennija huma proporzjonalment ogħla wkoll. F’dak is-sens, dan l-att delegat hu proporzjonali.

Effett importanti ieħor ta’ dan ir-Regolament Delegat hu li jiżgura l-awtentiċità u l-integrità tal-messaġġi skambjati bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS. Jenħtieġ li dan jagħmilha possibbli li tiġi vvalutata l-affidabbiltà ta’ din l-informazzjoni. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi minimizzat l-impatt fuq il-privatezza tal-utenti tat-toroq. Kif xieraq, il-pjattaforma tas-C-ITS żviluppat arkitettura ta’ sigurtà appoġġata minn infrastruttura tal-kjavi pubblika (PKI) li tuża ċertifikati psewdonimi li jinbidlu sikwit. Il-politika komuni tas-sigurtà u taċ-ċertifikat li rriżultat kienet is-suġġett ta’ konsultazzjoni wiesgħa, u ntlaħaq ftehim dwarha bejn il-partijiet ikkonċernati kollha.

2.3.Drittijiet fundamentali

Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali hu garantit skont l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jekk il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali, dawn iridu jitwettqu b’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (il-GDPR) 5 u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika 6 .

Fl-10 ta’ Lulju 2017, bħala parti mill-ħidma ta’ tħejjija tagħhom, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw lis-sottogrupp għat-teknoloġija tal-grupp ta’ ħidma skont l-Artikolu 29, li ġie stabbilit skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data 7 . L-opinjoni tas-sottogrupp (Ottubru 2017) indikat għadd ta’ azzjonijiet meħtieġa biex jiġi appoġġat l-ipproċessar legali tad-data personali fil-qasam tas-C-ITS. Ġie ċċarat ukoll li, billi dan ir-Regolament ikopri biss l-iskambju ta’ messaġġi bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS, waħdu ma jistax joħloq bażi ġuridika għall-ipproċessar legali tad-data. Minħabba f’hekk, l-obbligi fuq il-kontrolluri tad-data u l-proċessuri tad-data għadhom japplikaw bis-sħiħ. Madankollu, dan ir-Regolament jiċċara li mingħajr bażi ġuridika xierqa u speċifika, id-data personali miġbura jenħtieġ li ma tintużax/terġax tintuża, la għal skopijiet kummerċjali u lanqas bħala riżorsa ġdida għall-infurzar tal-liġi. Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli jenħtieġ li tiġi pproċessata b’konformità stretta mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, u dan biss għall-iskopijiet ikkwotati f’dan ir-Regolament, u jenħtieġ li ma tinħażinx għal aktar żmien milli jkun meħtieġ. Finalment, l-utenti finali jenħtieġ jiġu infurmati b’mod ċar u komprensiv dwar il-ġbir tad-data u l-arranġamenti għall-perjodi li matulhom tinżamm din id-data.

3.Riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post u tal-valutazzjonijiet tal-impatt

   Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ma kien hemm bżonn issir l-ebda evalwazzjoni ex post għax ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni f’dan il-qasam.

   Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni użat ir-rapporti finali tal-Fażijiet I u II tal-Pjattaforma tas-C-ITS. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet għarfien espert estern permezz ta’ kuntratt għal studju ta’ appoġġ ta’ valutazzjoni tal-impatt ma’ RICARDO għall-Enerġija u l-Ambjent, bl-appoġġ ta’ TRT u TEPR, li tnieda f’Settembru 2017 u ġie konkluż f’Diċembru 2018.

   Valutazzjoni tal-impatt

L-inizjattiva għandha l-appoġġ ta’ valutazzjoni tal-impatt li rċeviet opinjoni pożittiva dwaru, b’xi riżervi, wara rieżami mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (l-RSB) fl-10 ta’ Ottubru 2018. Ir-riżervi tal-RSB jikkonċernaw żewġ aspetti ewlenin:

·Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju deherlu li r-rapport ma kienx jiċċara biżżejjed il-ħtieġa għal approċċ b’diversi stadji biex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva. Minħabba f’hekk, l-għażla tal-alternattiva ppreferuta ma kinitx toħroġ b’mod ċar mill-analiżi u l-preżentazzjoni tar-rapport.

·L-RSB deherlu wkoll li r-rapport ma jispjegax għalfejn din (għadha) ma tindirizzax it-tħassib tal-partijiet ikkonċernati b’rabta mas-sikurezza tal-utenti vulnerabbli tat-triq u l-impatti ambjentali.

Biex jindirizzaw dawn ir-riżervi, saru dawn iż-żidiet li ġejjin fil-valutazzjoni tal-impatt finali:

·Id-distinzjoni bejn l-alternattivi ta’ politika differenti u l-kunsiderazzjonijiet warajhom ġiet rieżaminata u ċċarata matul il-Valutazzjoni tal-Impatt, b’mod partikolari fit-taqsimiet 5.3, 7 u 8. Issir diskussjoni espliċita dwar il-ħtieġa li ssir valutazzjoni tal-impatt separata għal miżuri leġiżlattivi ta’ segwitu potenzjali, inkluż mandat V2V.

·L-impatt tas-C-ITS fuq l-utenti vulnerabbli tat-triq (il-VRUs) ġie ċċarat aktar fit-taqsimiet 6.1 u 6.5. Ġie enfasizzat li ċerti servizzi tas-C-ITS speċifiċi għall-VRUs għadhom mhumiex maturi biex ikunu jistgħu jiddaħħlu fl-ispeċifikazzjonijiet u għalhekk ġew ikkunsidrati dawn l-alternattivi ta’ politika f’din il-valutazzjoni tal-impatt. It-tħassib tal-partijiet ikkonċernati ġie deskritt f’aktar dettall fl-Anness 2.

·Rigward l-impatti, l-analiżi tas-sensittività fit-taqsima 6.5 ġiet estiża għall-alternattivi ta’ politika kollha, u saru xi aġġustamenti matul ir-rapport biex issir distinzjoni aħjar bejn l-alternattivi ta’ politika. It-taqsima 2 tal-Anness 4 ġiet aġġornata biex tkun tirrifletti li s-servizzi fil-jum 1 għandhom enfasi qawwija fuq is-sikurezza u biex jiġu ċċarati aktar il-limitazzjonijiet tal-analiżi.

·Żdiedet it-taqsima 6.4 biex issir diskussjoni dwar l-impatti tal-alternattivi ta’ politika differenti fuq il-protezzjoni tad-data. F’dan ir-rigward ġie aġġornat ukoll l-Anness 6.

Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat tliet alternattivi ta’ politika wesgħin:

PO1:    Intervent ħafif ibbażat fuq miżuri mhux leġiżlattivi, inkluż linji gwida mhux vinkolanti għal interoperabbiltà tas-servizzi fil-jum 1, komunikazzjoni sigura, protezzjoni tad-data u valutazzjoni tal-konformità;

PO2:    Intervent moderat ibbażat fuq speċifikazzjonijiet skont id-Direttiva ITS. Dan jinkludi elementi simili għal dawk fil-PO1, iżda jagħmilhom legalment vinkolanti permezz ta’ Regolament Delegat. Madankollu, l-Istati Membri u l-industrija jibqgħu liberi li jiddeċiedu jekk jiskjerawx is-C-ITS jew le;

PO3: Intervent qawwi bbażat fuq mandat minn vettura għal vettura (V2V) u t-twaqqif ta’ korpi ta’ governanza. Din l-alternattiva tkompli tibni fuq l-ispeċifikazzjonijiet legalment vinkolanti b’approċċ gradwali, billi tiżgura li l-vetturi ġodda kollha jkunu mgħammra bi stazzjonijiet tas-C-ITS, u b’hekk iżżid drastikament ir-rata ta’ adozzjoni u tilħaq il-livell limitu għal twassil effettiv tas-servizzi (relatat mal-effett tan-network) ferm aktar malajr. Il-PO3 tinkludi miżuri addizzjonali li jappoġġaw l-iskjerament tas-C-ITS u ma jistgħux jiġu introdotti permezz ta’ att delegat biss:

·miżura leġiżlattiva tista’ tipprovdi bażi ġuridika għall-ipproċessar legali ta’ data personali relatata mas-C-ITS. Dan iżid iċ-ċertezza legali u aktarx iwassal għall-forniment ta’ aktar servizzi tas-C-ITS; filwaqt li

·l-assenjar tar-rwoli ta’ governanza lill-korpi legali se jkompli jiżgura l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-iskjerament tas-C-ITS, u b’hekk ikun żgurat li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-ostakli għall-adozzjoni tas-C-ITS.

L-approċċ ippreferut hu l-PO3 – approċċ gradwali kif previst fid-Direttiva ITS, fejn, wara l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, titqies inizjattiva separata għall-iskjerament, u b’hekk tkompli ssir analiżi tal-effiċjenza u tal-proporzjonalità ta’ mandat ibbażat fuq l-iżvilupp kontinwu tas-settur tas-C-ITS. Din l-alternattiva ta’ politika titqies l-aktar koerenti u effettiva, li twassal għall-akbar tnaqqis fl-inċidenti, fil-konġestjoni u fl-emissjonijiet tas-CO2.

L-impatti mistennija huma dawn li ġejjin:

·Il-benefiċċji ewlenin huma tnaqqis fl-inċidenti u fil-kostijiet tal-fjuwil, u l-iffrankar tal-ħin tal-ivvjaġġar. Barra minn hekk, hemm tnaqqis żgħir fil-kostijiet esterni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja. B’kollox, il-benefiċċji monetizzati jammontaw għal EUR 78,9 biljun matul il-perjodu 2020-2035. Din iċ-ċifra issir EUR 128,9 biljun jekk jiġi introdott mandat V2V.

·Il-kostijiet ewlenin għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir tas-C-ITS fil-vetturi u fl-infrastruttura ta’ maġenb it-triq. Ġew ivvalutati xi kostijiet oħra ta’ konformità u amministrattivi, iżda jidher li huma minuri meta mqabbla mal-kostijiet ġenerali. B’kollox, il-kostijiet monetizzati jammontaw għal EUR 19,1 biljun relattivi tul il-perjodu 2020-2035, jew EUR 32,3 biljun bl-introduzzjoni ta’ mandat V2V. B’hekk, il-benefiċċji mistennija jisbqu bil-qawwa l-kostijiet mistennija.

·Minkejja li 90 % tal-kostijiet għandhom x’jaqsmu mal-armar tal-flotot tal-vetturi, il-kost biex tiġi mgħammra l-infrastruttura fil-biċċa l-kbira se jħallsu s-settur pubbliku. Iżda l-Istati Membri jibqgħu liberi li jiddeċiedu jekk jiskjerawx jew le.

4.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET

4.1.Laqgħat ma’ esperti maħtura mill-Istati Membri

Għall-iżvilupp ta’ regoli u rekwiżiti fil-livell tal-UE biex jiġi appoġġat l-iskjerament ta’ sistemi u servizzi tas-C-ITS, u b’mod partikolari l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi V2V u V2I madwar l-UE, jeħtieġ issir kooperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet ikkonċernati (il-manifatturi, il-fornituri ta’ servizz u l-awtoritajiet kompetenti). L-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-EFTA ntalbu jinnominaw esperti biex jattendu sensiela ta’ 13-il laqgħa mas-servizzi tal-Kummissjoni fi Brussell, bejn it-23 ta’ Mejju 2017 u t-3 ta’ Ottubru 2018, biex jgħinu fit-tfassil tal-abbozz ta’ Regolament. Barra minn hekk, ġew mistiedna wkoll xi esperti mill-Parlament Ewropew, u l-Kummissjoni ospitat għadd ta’ laqgħat bilaterali mal-Istati Membri.

4.2.Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Mill-10 ta’ Ottubru 2017 sat-12 ta’ Jannar 2018 (13-il ġimgħa) saret konsultazzjoni pubblika miftuħa fuq is-sit web tal-Kummissjoni li rċeviet 139 kontribut. Il-konsultazzjoni pubblika kienet ibbażata fuq kwestjonarju li jesplora l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati dwar il-komponenti ewlenin tal-valutazzjoni tal-impatt: il-problema prinċipali, il-motivaturi tagħha, miżuri ta’ politika possibbli u l-impatti probabbli tagħhom, u r-rilevanza tal-azzjoni fil-livell tal-UE.

Twettqu bosta studji tal-każ bħala parti minn studju ta’ sostenn:

·disgħa dwar proġetti ta’ skjerament tas-C-ITS tal-UE; u

·tlieta dwar l-iskjerament tas-C-ITS f’pajjiżi oħra (l-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Ġappun); dawn kienu jinvolvu intervisti ma’ rappreżentanti superjuri bejn Ottubru 2017 u Frar 2018.

L-istudji tal-każ kollha ffukaw fuq dawn l-aspetti tal-iskjerament tas-C-ITS li ġejjin: l-objettivi, il-progress, l-ostakli, il-ġbir ta’ data u l-ispejjeż fil-qasam ikkonċernat. Fl-istudji tal-każ tal-UE, ir-rispondenti ntalbu wkoll jipprovdu rispons dwar id-definizzjoni tal-problema, il-miżuri ta’ politika u l-alternattivi, kif ukoll il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ din l-inizjattiva ta’ politika.

Fid-9 ta’ Frar 2018 saret sessjoni ta’ ħidma mal-partijiet ikkonċernati biex tinġabar informazzjoni/data speċifika u l-fehmiet u s-suġġerimenti tal-esperti u tal-partijiet ikkonċernati. Kien hemm parteċipazzjoni tajba għas-sessjoni ta’ ħidma, b’aktar minn 140 parteċipant.

Fis-6 ta’ Settembru 2018 u fid-29 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni ppreżentat l-objettiv u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament lill-membri tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu.

L-abbozz tar-Regolament kien soġġett għal konsultazzjoni pubblika permezz tal-Portal għal Regolamentazzjoni Aħjar bejn il-11 ta’ Jannar 2019 u t-8 ta’ Frar 2019, li rċieviet 100 kontribut.

4.3.Teknoloġiji tal-komunikazzjoni tas-C-ITS

Kwistjoni importanti partikolari għas-C-ITS hi t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni li jistgħu jintużaw biex jiġu skambjati l-messaġġi bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS. Din hi marbuta direttament mal-ħtieġa li jkun żgurat li kulħadd ikun jista’ jikkomunika ma’ kulħadd (l-interoperabbiltà), u li kulħadd ikun jista’ jibqa’ jikkomunika ma’ kulħadd (il-kompatibbiltà).

Il-kisba sħiħa tal-benefiċċji tinvolvi ingranaġġ tal-vantaġġi distinti ta’ teknoloġiji differenti u kumplimentari. L-approċċ ta’ “komunikazzjoni ibrida” iżewweġ żewġ tipi ta’ teknoloġiji:

·teknoloġiji tal-komunikazzjoni fuq medda qasira, li joperaw f’banda tal-frekwenzi apposta ta’ 5,9 GHz u li huma l-aktar rilevanti għal servizzi urġenti. L-ITS-G5 ġie żviluppat speċifikament għal dan il-għan u issa hu matur, ittestjat u diġà ġie skjerat; u

·teknoloġiji tal-komunikazzjoni fuq medda itwal, li jingranaw il-kopertura tan-networks eżistenti u jikkollegaw żoni kbar, għajr għal servizzi V2I li mhumiex daqshekk urġenti. It-3G/4G ċellulari huma teknoloġiji maturi li diġà jipprovdu kopertura tajba fi nħawi kbar tal-UE.

L-implimentazzjoni prattika tal-approċċ ta’ komunikazzjoni ibrida, imżewġa mal-ħtieġa li jkunu żgurati l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi, timponi ċerti għażliet teknoloġiċi. Dawn huma riflessi f’sett minimu ta’ rekwiżiti funzjonali u tekniċi għall-iskambju interoperabbli ta’ messaġġi bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS. Dan mhux mistenni jxekkel l-innovazzjoni ulterjuri, u għalhekk dan ir-Regolament jiżgura li teknoloġiji futuri jistgħu jiġu integrati fit-taħlita tal-“komunikazzjoni ibrida”.

Bi klawżola ta’ rieżami se teħfief l-integrazzjoni ta’ bosta kandidati eżistenti, bħal-LTE-V2X (teknoloġija ta’ komunikazzjoni ċellulari fuq medda qasira) u l-5G, is-sett ta’ teknoloġiji għal networks ċellulari tal-ġenerazzjoni li jmiss. Il-Kummissjoni se tiddiskuti emendi possibbli f’dan ir-Regolament Delegat ma’ grupp ta’ esperti b’mod miftuħ u trasparenti, u tinfurmah b’mod regolari dwar il-progress u l-passi possibbli li jmiss. Il-partijiet ikkonċernati li jkunu diġà qiegħdu xi stazzjonijiet tas-C-ITS fis-servizz jenħtieġ jikkoperaw tul dan il-proċess b’bona fide, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn teknoloġiji differenti u mingħajr ma jfixklu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda. Sabiex fil-futur ikunu jistgħu jsiru żviluppi f’dan il-qasam, dawn il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ ukoll jippreparaw il-prodotti tagħhom biex jintegraw ruħhom fit-teknoloġiji futuri.

5.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Dan ir-Regolament iħalli xi implikazzjonijiet fuq l-baġit tal-UE.

Biex ikun żgurat li n-network tas-C-ITS jiffunzjona mingħajr xkiel, iridu jitwettqu ċerti kompiti mill-entitajiet ċentrali qabel ma jkun jista’ jiġi stabbilit il-qafas ta’ governanza kollu. Sakemm jiġu stabbiliti entitajiet bħal dawn, il-Kummissjoni se twettaq uħud mill-kompiti – l-aktar dawk relatati mas-sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà tas-C-ITS, il-qafas tal-UE għas-C-ITS għall-forniment ta’ komunikazzjoni affidabbli u sigura abbażi tal-PKI.

Hu importanti li jkun żgurat li l-istazzjonijiet tas-C-ITS jistgħu jiġu rreġistrati fis-sistema ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà qabel ma jitqiegħdu fis-servizz u jibdew jitħaddmu. Għal dan il-għan, il-kompiti tal-punt ċentrali ta’ kuntatt, il-maniġer tal-lista ta’ fiduċja u l-awtorità tal-politika taċ-ċertifikat tas-C-ITS se jitwettqu mill-Kummissjoni, bħala kompitu kondiviż tal-JRC u d-DĠ MOVE.

Dan mhu se jħalli l-ebda impatt mil-lat ta’ riżorsi umani, għax il-JRC u d-DĠ MOVE iħaddmu jew iċaqilqu l-membri tal-persunal skont kif ikun meħtieġ. Barra minn hekk, il-JRC jibbenefika mill-azzjoni ta’ appoġġ “Arkitettura ta’ sigurtà għal infrastruttura u vetturi konnessi fl-Ewropa” fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1966 8 , li talloka EUR 4 miljun għall-implimentazzjoni tal-Fażi I tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà (2018-2021). Jekk ikunu meħtieġa azzjonijiet ta’ sostenn ulterjuri, dawn jistgħu jiġu ffinanzjati permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) .../...

ta’ 13.3.2019

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskjerament u l-użu operattiv ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti kooperattivi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport 9 , u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) flimkien mal-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2010/40/UE jidentifika l-konnessjoni tal-vettura mal-infrastruttura tat-trasport bħala l-qasam ta’ prijorità IV għall-iżvilupp u l-użu tal-ispeċifikazzjonijiet u tal-istandards. Dan jinvolvi, fost l-oħrajn, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistemi kooperattivi (minn vettura għal vettura, minn vettura għall-infrastruttura, fejn il-messaġġi jistgħu joriġinaw kemm mill-vettura kif ukoll mill-infrastruttura, u mill-infrastruttura għall-infrastruttura) ibbażati fuq: il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ data jew informazzjoni bejn il-vetturi, bejn l-infrastrutturi u bejn u il-vetturi u l-infrastruttura; l-użu ta’ format standardizzat tal-messaġġi għall-iskambju ta’ data jew informazzjoni bejn il-vetturi u l-infrastruttura; u d-definizzjoni ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni għall-iskambju ta’ data jew informazzjoni bejn il-vetturi, bejn l-infrastrutturi u bejn il-vetturi u l-infrastruttura.

(2)Is-sistemi ta’ trasport intelliġenti kooperattivi (C-ITS) jużaw teknoloġiji li jippermettu li l-vetturi fit-toroq jikkomunikaw ma’ xulxin u mal-infrastruttura ta’ maġenb it-triq, inklużi sinjali tat-traffiku. Is-servizzi tas-C-ITS huma kategorija tas-servizzi ITS, ibbażati fuq network miftuħ li jippermetti relazzjoni ta’ ħafna u ħafna, jew bejn il-pari, fost l-istazzjonijiet tas-C-ITS. Dan ifisser li l-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha, kif iddefiniti minn dan ir-Regolament, jistgħu jiskambjaw messaġġi bejniethom b’mod sigur, u mhumiex limitati għall-iskambju ta’ messaġġi ma’ stazzjon(ijiet) (wieħed) predefinit(i). L-istazzjonijiet tas-C-ITS ma jeħtiġux rekwiżiti addizzjonali, bħal: li jużaw l-istess softwer jew li jkollhom kont jew relazzjoni kuntrattwali mal-istess entità (eż. l-istess manifattur tal-vettura, awtorità tat-toroq jew fornitur ta’ servizz).

(3)L-istrateġija Ewropea għas-C-ITS 10 identifikat riskju ta’ frammentazzjoni tas-suq intern fil-qasam tas-C-ITS, u ħtieġa biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għas-servizzi tas-C-ITS biex ikun żgurat l-iskjerament ikkoordinat u koerenti tagħhom. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ħabbret li, meta xieraq, beħsiebha tuża l-mandat tagħha skont id-Direttiva 2010/40/UE biex tadotta att(i) delegat(i) sal-2018 biex tiżgura l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi tas-C-ITS fl-skjerament u l-użu operattiv tas-servizzi tas-CITS madwar l-Unjoni, abbażi ta’ komunikazzjoni affidabbli u sigura.

(4)Biex jitrawmu u jiġu mmassimizzati l-benefiċċji kollha tas-sikurezza fit-toroq u tal-effiċjenza tat-traffiku tas-servizzi tas-C-ITS, l-ispeċifikazzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għan-network sħiħ tat-trasport bit-triq. Dan jinkludi l-interfaċċi tiegħu ma’ modi oħra tat-trasport li huma rilevanti għas-sikurezza fit-toroq jew għall-effiċjenza tat-traffiku, bħal trasversi ferrovjarji, żoni portwarji, eċċ.

(5)L-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għas-servizzi tas-C-ITS kollha, mingħajr preġudizzju għal speċifikazzjonijiet partikolari adottati f’atti oħra skont id-Direttiva 2010/40/UE, b’mod partikolari r-Regolamenti ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 11 u (UE) Nru 962/2015 12 .

(6)Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni 13 (id-“Direttiva NIS”) tistabbilixxi rekwiżiti li jikkonċernaw il-kapaċitajiet nazzjonali fil-qasam taċ-ċibersigurtà, tistabbilixxi mekkaniżmi biex tissaħħaħ il-koperazzjoni strateġika u operazzjonali bejn l-Istati Membri, u tintroduċi obbligi dwar miżuri tas-sigurtà u notifiki tal-inċidenti fost is-setturi kollha. Billi d-Direttiva NIS telenka l-operaturi tas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti, kif definit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/40/UE, li jkunu operaturi potenzjali ta’ servizzi essenzjali, l-applikazzjoni tad-Direttiva NIS u tar-rekwiżiti imposti skont dan ir-Regolament, xi drabi, tista’ tkun kumplimentari.

(7)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE 14 tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-banda tal-frekwenzi 5 875-5 905 MHz għal applikazzjonijiet tal-ITS relatati mas-sikurezza fl-Unjoni.

(8)B’rispons għall-mandat ta’ standardizzazzjoni M/453 15 , l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs) – l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) – żviluppaw standards komuni għall-iskjerament ta’ servizzi tas-C-ITS, li dan ir-Regolament jirreferi għalihom. Dawn l-istandards jipprovdu bażi għall-forniment effettiv tas-servizzi tas-C-ITS prijoritarji, u b’hekk jippermettu lill-maniġers tat-traffiku fit-toroq jieħdu miżuri xierqa u jippreparaw għal awtomatizzazzjoni iktar sikura fit-toroq tal-UE. Ix-xogħol ta’ standardizzazzjoni se jkompli, fost l-oħrajn biex jiġu integrati teknoloġiji oħra u biex ikompli jissaħħaħ is-C-ITS. Għalhekk, il-korpi tal-istandardizzazzjoni rilevanti u l-partijiet ikkonċernati kollha jenħtieġ li jkomplu x-xogħol żviluppat skont il-mandat tal-istandardizzazzjoni M/453, u b’mod konġunt jiżviluppaw soluzzjonijiet li jappoġġaw l-interoperabbiltà u jippermettu li t-teknoloġiji kollha jaqdu r-rwol tagħhom.

(9)Biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà, kull stazzjon tas-C-ITS jeħtieġ konfigurazzjoni speċifika ta’ standards (“profil tas-sistema”) li tiddetermina l-implimentazzjoni ta’ diversi standards fakultattivi. Il-profil tas-sistema jiddeskrivi l-interfaċċi esterni meħtieġa għall-komunikazzjoni bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS. Kull stazzjon tas-C-ITS irid jikkonforma mad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 . Il-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri wasslet għall-iżvilupp ta’ profili tas-sistemi armonizzati għall-istazzjonijiet tas-C-ITS ġewwa l-vetturi u l-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq li jikkomunikaw fil-banda tal-frekwenzi 5 855-5 925 MHz. Jekk is-servizzi tas-C-ITS kollha se jiġu riċevuti mingħajr xkiel madwar l-Unjoni kollha, huwa meħtieġ approċċ ta’ “komunikazzjoni ibrida”, jiġifieri approċċ li jikkombina t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni komplementari. Fid-dawl tal-pass tal-progress teknoloġiku, l-industrija u l-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw – u jarmonizzaw madwar l-Unjoni – profili tas-sistemi komplementari u kompatibbli addizzjonali għal tipi oħra ta’ stazzjonijiet u teknoloġiji tas-C-ITS. Qabel jużaw profili jew teknoloġiji bħal dawn, jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni biex ikun jista’ jitqies aġġornament ta’ dan ir-Regolament minnufih. Dawn l-aġġornamenti jenħtieġ li jitħejjew f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.

(10)In-natura kooperattiva tas-C-ITS teħtieġ li kull stazzjon tas-C-ITS jikkontribwixxi informazzjoni għan-network tas-C-ITS. L-istazzjonijiet tas-C-ITS jenħtieġ li ma jkunux jinterferixxu mal-forniment tas-servizzi tas-C-ITS prijoritarji, mas-servizzi Ewropej ta’ pedaġġ elettroniku jew mat-takografu intelliġenti, jew mal-funzjonament ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS oħra.

(11)Hu importanti li l-industrija u l-Istati Membri jimplimentaw soluzzjonijiet tekniċi komuni għall-forniment tas-servizzi tas-C-ITS. B’mod partikolari, jenħtieġ li dawn jiġu żviluppati permezz tal-ESOs, biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni tas-servizzi tas-C-ITS, tiġi żgurata l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi madwar l-Unjoni, u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni. Biex jiġu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi tas-C-ITS madwar l-Unjoni, l-istandards u l-profili tas-sistemi msemmija f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jintużaw, fejn rilevanti, bħala referenza għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji u servizzi tas-C-ITS fil-futur.

(12)Rigward l-iskjerament, jenħtieġ tingħata prijorità lis-servizzi tas-C-ITS li jikkontribwixxu għas-sikurezza fit-toroq u għall-effiċjenza tat-traffiku. Dawk li jikkostitwixxu servizzi minimi tal-informazzjoni dwar it-traffiku universali minimi relatati mas-sikurezza fit-toroq, kif iddefinit fir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 886/2013, jenħtieġ li jiġu pprovduti, fejn possibbli, bħala servizz universali mingħajr ħlas lill-utenti finali fil-punt ta’ użu, b’konformità ma’ dak ir-Regolament.

(13)Biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà, kull servizz tas-C-ITS jeħtieġ konfigurazzjoni speċifika ta’ standards, li tissejjaħ profil tas-servizz, u li tiddetermina l-implimentazzjoni ta’ diversi għażliet ta’ standards. Is-servizzi tas-C-ITS jenħtieġ li ma jkunux jinterferixxu mal-forniment ta’ servizzi tas-C-ITS prijoritarji oħra. Il-profili tas-servizz attwali minn vettura għal vettura ġew żviluppati primarjament għall-karozzi tal-passiġġieri. Biex ikunu jistgħu jiġu skjerati dawn is-servizzi jew servizzi simili għall-kategoriji ta’ vetturi oħra, jaf ikun hemm bżonn jiġu żviluppati profili ta’ servizz addizzjonali, jew inkella jsir aġġornament tal-profili ta’ servizz f’dan ir-Regolament.

(14)Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 tistabbilixxi l-prinċipji komuni u d-dispożizzjonijiet ta’ referenza biex jiġu applikati fil-leġiżlazzjoni settorjali. Għalhekk, din tikkostitwixxi qafas orizzontali ġenerali għal kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida li tarmonizza l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. Id-dispożizzjonijiet ta’ referenza tagħha jipprovdu definizzjonijiet u obbligi ġenerali għall-operaturi ekonomiċi, u firxa ta’ proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità li minnhom il-leġiżlatur ikun jista’ jagħżel dawk xierqa. Biex tiġi żgurata s-sikurezza tas-suq, tistabbilixxi wkoll ir-regoli għall-immarkar CE u d-dispożizzjonijiet ta’ referenza dwar il-proċeduri għat-trattament ta’ prodotti li jippreżentaw riskju. Billi dan ir-Regolament ikopri t-tqegħid fis-suq ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS, huwa xieraq li jintużaw id-dispożizzjonijiet ta’ referenza fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni, li permezz tagħhom il-manifattur isir responsabbli, fost l-oħrajn, għall-iżgurar tal-konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli kollha; li titfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE; li titwaħħal il-marka ta’ konformità u li titħejja d-dokumentazzjoni teknika xierqa. Jenħtieġ li jiġu rregolati wkoll ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ entitajiet oħra, bħar-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur.

(15)F’dan ir-Regolament, l-istazzjonijiet tas-C-ITS installati fuq il-vetturi, miżmuma fl-idejn jew li jinsabu maġenb l-infrastruttura tat-triq jitqiesu bħala prodotti li jistgħu jitqiegħdu fis-suq bħala assemblaġġi indipendenti, jew inkella bħala partijiet minn assemblaġġi ikbar. Il-punt sa fejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS li jridu jiġu installati fuq il-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli jista’ jiġi ttestjat qabel jew wara l-installazzjoni. Fil-każ ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq, dan jista’ jiġi ttestjat qabel l-installazzjoni, biex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq bħala prodotti indipendenti. Fil-każ tal-istazzjonijiet tas-C-ITS ċentrali, is-sitwazzjoni tista’ tkun differenti, minħabba li spiss dawn jiġu integrati f’ċentri ta’ kontroll tat-traffiku li ma jkunux standardizzati. Billi ċentri ta’ kontroll tat-traffiku bħal dawn jinbnew gradwalment b’konformità mal-iżvilupp taż-żoni tat-traffiku li jimmaniġġjaw, jista’ jkun li dawn ma jkunux jistgħu jiġu ttestjati kompletament qabel jitqiegħdu fis-suq. Fi kwalunkwe każ, il-livell ta’ sigurtà u ta’ fiduċja jenħtieġ li jkun l-istess għall-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha, inklużi dawk ċentrali.

(16)Qabel ma kwalunkwe stazzjon tas-C-ITS jitqiegħed fis-servizz u jsir operattiv, huwa neċessarju li tiġi identifikata l-entità li tkun se tiċċekkja li dan ikun akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u, fejn applikabbli, li tkun twaħħlet il-marka ta’ konformità. Din l-entità jenħtieġ li tirreġistra l-istazzjon fis-sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà tas-C-ITS u tiżgura li dan ikompli jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi matul il-perjodu li jintuża fih. L-entità se tkun l-operatur tal-istazzjon tas-C-ITS u se tkun responsabbli mir-relazzjonijiet mal-utent.

(17)Għal ħafna servizzi tas-C-ITS, huwa essenzjali li jiġu żgurati l-awtentiċità u l-integrità tal-messaġġi tas-C-ITS li jinkludu informazzjoni, bħall-pożizzjonament, il-veloċità u d-direzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell wieħed ta’ fiduċja Ewropew komuni tas-C-ITS għall-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha (l-istazzjonijiet tas-C-ITS mobbli kollha, l-istess rekwiżiti għal dawk ġewwa l-vetturi u personali, u l-istazzjonijiet tas-C-ITS fissi kollha, l-istess rekwiżiti għal dawk ċentrali u ta’ maġenb it-triq), irrispettivament mit-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni użati. Ir-regoli u r-rekwiżiti ta’ dan il-mudell ta’ fiduċja huma stabbiliti fil-politika taċ-ċertifikat u tas-sigurtà. L-ogħla livell tal-Infrastruttura tal-Kjavi Pubblika (il-PKI) hu l-lista ta’ fiduċja taċ-ċertifikat Ewropew, li jinkludi entrati tal-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni root fdati kollha fl-Ewropa.

(18)Fil-passat saru xi sforzi biex iwasslu għal rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-prodotti fl-Ewropa. L-aktar eżempju importanti f’dan ir-rigward hu l-Ftehim ta’ Rikonoxximent Reċiproku (l-MRA) tal-Grupp ta’ Uffiċjali Għoljin – Sigurtà tas-Sistemi tal-Informazzjoni (is-SOG-IS), Filwaqt li dan jirrappreżenta l-aktar mudell importanti għall-koperazzjoni u għar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà, is-SOG-IS jinkludi biss uħud mill-Istati Membri tal-Unjoni. Peress li ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà tal-istazzjonijiet tas-C-ITS hi element importanti taċ-ċertifikat tas-C-ITS u ta’ din il-politika tas-sigurtà, l-MRA tas-SOG-IS jiġi applikat fin-nuqqas ta’ skemi Ewropej ekwivalenti taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-qafas Ewropew taċ-ċibersigurtà rilevanti.

(19)Ċerti stazzjonijiet tas-C-ITS li tqiegħdu fis-suq qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jistgħu ma jikkonformawx għalkollox mar-rekwiżiti tas-C-ITS relatati mas-sigurtà ta’ dan ir-Regolament, għax jaf ikunu diġà ttieħdu xi deċiżjonijiet dwar l-iskjerament tekniku waqt xi stadju aktar kmieni. Biex dawn it-tipi ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS ikunu jistgħu jiffurmaw parti min-network tas-C-ITS wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi pprovduta proċedura biex titqies ir-reġistrazzjoni ta’ dawn l-istazzjonijiet tas-C-ITS fil-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS.

(20)L-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 2010/40/UE jeħtieġ li l-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet li jikkonformaw ma’ sett ta’ prinċipji, inkluż l-użu ta’ infrastrutturi bbażati fuq is-satellita, jew fuq kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livelli ta’ preċiżjoni ekwivalenti għall-finijiet tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-ITS li jeħtieġu servizzi ta’ kronometraġġ u pożizzjonament globali, kontinwi, preċiżi u garantiti. Għalhekk, jixraq tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-istazzjonijiet tas-C-ITS mas-servizzi ta’ valur miżjud ipprovduti mill-programmi Galileo u s-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (“EGNOS”), kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex titjieb l-affidabbiltà tal-istazzjonijiet tas-C-ITS.

(21)Il-pjattaforma għall-iskjerament tas-C-ITS fl-Unjoni (il-pjattaforma tas-C-ITS), li ġiet stabbilita f’Novembru 2014 u li kienet preseduta mid-dipartimenti tal-Kummissjoni, żviluppat politika komuni tas-sigurtà u taċ-ċertifikati. Billi l-politika komuni tas-sigurtà u taċ-ċertifikat jenħtieġ li tiġi aġġornata b’konformità mal-progress tekniku u mal-iżvilupp tal-qafas ta’ governanza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun qed tirrevedi dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa biex tinżamm il-koerenza u l-konsistenza.

(22)Biex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tan-network tas-C-ITS, iridu jitwettqu ċerti kompiti mill-entitajiet ċentrali qabel ikun jista’ jiġi stabbilit il-qafas ta’ governanza sħiħ. Sakemm jiġu stabbiliti l-entitajiet ċentrali, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għal dawk il-kompiti, inklużi dawk relatati mal-awtorità taċ-ċertifikat tas-C-ITS, il-maniġer tal-lista ta’ fiduċja, u l-punt ta’ kuntatt tas-C-ITS.

(23)Meta l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali, jenħtieġ li dawn jitwettqu b’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 18 u, fejn applikabbli, id-Direttiva 2002/58/KE 19 . Dan l-ipproċessar jenħtieġ li jkollu bażi ġuridika xierqa, kif elenkat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2016/679, li mhijiex prevista minn dan ir-Regolament Delegat.

(24)Mingħajr bażi ġuridika xierqa, id-data personali miġbura jenħtieġ li ma terġax tintuża għal xi skopijiet oħra, bħal skopijiet kummerċjali jew bħala riżorsa ġdida għall-infurzar tal-liġi, sakemm dan ma jkunx ibbażat fuq xi liġi.

(25)L-informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli jenħtieġ li tiġi pproċessata b’konformità stretta mal-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data u dan biss għall-finijiet speċifikati f’dan ir-Regolament, u jenħtieġ li ma tinħażinx għal aktar żmien milli jkun meħtieġ. Ir-rekwiżiti ta’ sigurtà dwar il-psewdonimizzazzjoni li huma previsti f’dan ir-Regolament jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskju tal-użu ħażin tad-data.

(26)L-utenti finali jenħtieġ li jiġu infurmati b’mod ċar u komprensiv dwar l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom, b’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

(27)Kif inhu ddikjarat fil-politika komuni tas-sigurtà u taċ-ċertifikat, żviluppata fil-kuntest tal-pjattaforma tas-C-ITS, il-governanza teħtieġ korpi bl-għamla ta’ kumitati ta’ tmexxija komuni magħmula minn partijiet ikkonċernati, inkluż il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-operaturi tal-infrastruttura tat-triq, u l-manifatturi u l-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS. Sakemm jiġu stabbiliti dawn il-korpi, il-Kummissjoni, bl-assistenza ta’ grupp ta’ esperti li fih ikunu rrappreżentati l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, jenħtieġ li tkun responsabbli għall-kompiti rilevanti, inklużi dawk relatati mal-governanza, is-superviżjoni u l-awtorità tal-politika taċ-ċertifikat tas-C-ITS. Dan il-grupp ta’ esperti jenħtieġ jinkludi b’mod partikolari rappreżentanti tal-manifatturi u l-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS fin-network tas-C-ITS, kif ukoll partijiet ikkonċernati oħra kkonċernati u awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri.

(28)Il-proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ u inklużiv li wassal għall-iżvilupp tal-politika tas-sigurtà u l-qafas ta’ governanza, kif ukoll tal-politika taċ-ċertifikat (bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati rilevanti kollha) jenħtieġ li japplika wkoll għall-aġġornament ta’ dan ir-Regolament b’konformità mal-progress tekniku u, fejn ikun il-każ, mal-iżvilupp tal-qafas ta’ governanza.

(29)L-Istati Membri u l-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni root jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni regolari lill-Kummissjoni biex din tkun tista’ timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(30)Biex jitqies l-iżvilupp rapidu tas-swieq, tat-teknoloġiji u tas-servizzi ġodda, kif diġà tħabbar fil-programm ta’ ħidma aġġornat tad-Direttiva tal-ITS, hu mistenni li dan ir-Regolament jiġi emendat qabel ma jsir ir-rieżami tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jenħtieġ isir tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Il-kandidat primarju għal emenda bħal din hija l-inklużjoni ta’ networks 3G/4G eżistenti biex jitwasslu s-servizzi tas-C-ITS prijoritarji. Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjonijiet għat-teknoloġiji LTE-V2X ġew iffinalizzati fit-3GPP, u attwalment qed jiġu vvalidati l-implimentazzjonijiet tal-prototipi. Attwalment, dawn it-teknoloġiji qed jiġu integrati fin-normi u fl-ispeċifikazzonijiet tekniċi Ewropej, kemm għas-servizzi tas-C-ITS prijoritarji kif ukoll għal servizzi emerġenti ġodda. Fl-aħħar nett, teknoloġiji ġodda li qed jevolvu rapidament, bħall-5G, jistgħu iservu wkoll bħala bażi għas-servizzi tas-C-ITS.

Xi wħud minn dawn l-iżviluppi jistgħu jwasslu għal emenda waħda jew iktar ta’ dan ir-Regolament, ladarba jintbagħat fajl bi speċifikazzjonijiet li jkunu teknikament maturi lill-Kummissjoni. Dawn l-emendi jenħtieġ li jiżguraw approċċ miftuħ u li jibqa’ validu fil-futur, fir-rigward tal-istandards u tal-leġiżlazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ tikkonsulta lil grupp ta’ esperti dwar emendi possibbli f’dan ir-Regolament Delegat, b’mod miftuħ u trasparenti, u tinfurmah b’mod regolari dwar il-progress u l-passi possibbli li jmiss. Biex tinżamm il-kontinwità tas-servizzi tas-C-ITS prijoritarji, jenħtieġ li dawn jiżguraw ukoll il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà mal-istazzjonijiet tas-C-ITS eżistenti, li diġà tqiegħdu fis-servizz b’konformità ma’ dan ir-Regolament, jew inkella jispeċifikaw perkors ta’ migrazzjoni xieraq li jqis ukoll l-iżviluppi fis-suq u fit-teknoloġija.

Fid-dawl tal-emendar possibbli ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza l-fajl u tiddiskutih fil-grupp ta’ esperti mingħajr dewmien mhux iġġustifikat, u jenħtieġ li teżamina jekk hijiex meħtieġa bidla fir-rekwiżiti eżistenti. Il-partijiet ikkonċernati li jkunu diġà qiegħdu xi stazzjonijiet tas-C-ITS fis-servizz jenħtieġ jikkoperaw tul dan il-proċess b’bona fide, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni, biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn teknoloġiji differenti u mingħajr ma jfixklu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda. Sabiex fil-futur ikunu jistgħu jsiru żviluppi f’dan il-qasam, dawn il-partijiet ikkonċernati jenħtieġ ukoll jippreparaw il-prodotti tagħhom biex jintegraw ruħhom fit-teknoloġiji futuri.

(31)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat b’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 , u ħareġ opinjoni fi...,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa biex jiġu żgurati l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità fl-iskjerament u l-użu operattiv ta’ servizzi tas-C-ITS madwar l-Unjoni, abbażi ta’ komunikazzjoni affidabbli u sigura.

Dan jistabbilixxi kif il-komunikazzjoni minn vettura għal vettura, minn vettura għall-infrastruttura u mill-infrastruttura għall-infrastruttura għandha titwettaq permezz ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS, u kif l-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jitqiegħdu fis-suq u fis-servizz, biex ikunu jistgħu jiġu fornuti s-servizzi tas-C-ITS lill-utenti tal-ITS.

2.Dan ir-Regolament japplika għall-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interfaċċi tagħhom ma’ modi ta’ trasport oħra.

3.L-iskjerament tal-istazzjonijiet tas-C-ITS sar b’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/40/UE. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw il-parti mill-infrastruttura tan-network tat-trasport tagħhom li hija mgħammra bi stazzjonijiet tas-C-ITS.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“sistemi ta’ trasport intelliġenti kooperattivi” jew “C-ITS” tfisser sistemi ta’ trasport intelliġenti li jippermettu li l-utenti tal-ITS jikkooperaw billi jiskambjaw messaġġi siguri u affidabbli permezz tas-sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà tas-C-ITS;

(2)“servizz tas-C-ITS” tfisser servizz tal-ITS ipprovdut permezz tas-C-ITS;

(3)“stazzjon tas-C-ITS” tfisser is-sett ta’ komponenti tal-ħardwer u tas-softwer meħtieġa biex jinġabru, jinħażnu, jiġu pproċessati, riċevuti u trażmessi messaġġi siguri u affidabbli biex ikun jista’ jiġi pprovdut servizz tas-C-ITS. Dan jinkludi stazzjonijiet tal-ITS personali, ċentrali, ġewwa vetturi u maġenb it-triq, kif iddefinit f’EN 302 665 v 1.1.1;

(4)“stazzjon tas-C-ITS mobbli” tfisser stazzjon tas-C-ITS installat ġewwa vettura jew fl-għamla ta’ apparat personali li jinżamm fl-idejn;

(5)“stazzjon tas-C-ITS fiss” tfisser stazzjonijiet tas-C-ITS installat f’sistema ċentrali jew fl-infrastruttura ta’ maġenb it-triq;

(6)“stazzjon tas-C-ITS ċentrali” tfisser server ċentrali b’kapaċitajiet integrati ta’ stazzjon tas-C-ITS, bħal f’ċentru ta’ ġestjoni tat-traffiku;

(7)“jagħmel disponibbli fis-suq” tfisser il-forniment ta’ stazzjon tas-C-ITS għad-distribuzzjoni jew l-użu fis-suq tal-Unjoni fil-kuntest ta’ attività kummerċjali, jew suġġett għal ħlas jew inkella mingħajr ħlas;

(8)“tqegħid fis-suq” tfisser li stazzjon tas-C-ITS isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(9)it-“tqegħid fis-servizz” ta’ stazzjon tas-C-ITS tfisser l-ewwel użu tiegħu fl-Unjoni għall-finijiet li huwa kien intenzjonat għalihom;

(10)“komunikazzjoni fuq medda qasira” tfisser komunikazzjoni fil-banda tal-frekwenzi 5 855-5 925 MHz;

(11)“servizz tas-C-ITS prijoritarju” tfisser servizz tas-C-ITS li jikkontribwixxi għas-sikurezza fit-toroq u għall-effiċjenza tat-traffiku u li huwa inkluż fl-Anness I;

(12)“profil tas-sistema” tfisser sett minimu ta’ rekwiżiti funzjonali u tekniċi għall-iskambju interoperabbli ta’ messaġġi bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS;

(13)“profil tas-servizz” tfisser sett ta’ speċifikazzjonijiet funzjonali għal messaġġi interoperabbli biex ikun jista’ jiġi pprovdut servizz tas-C-ITS;

(14)“Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita” (“GNSS”) tfisser infrastruttura komposta minn konstellazzjoni ta’ satelliti u network ta’ stazzjonijiet tal-art li tipprovdi informazzjoni ta’ kronometraġġ u ta’ ġeolokalizzazzjoni preċiża lill-utenti li jkollhom riċevitur xieraq.

(15)“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tfassal u timmanifattura stazzjon tas-C-ITS jew li tqabbad lil min ifasslilha jew jimmanifatturalha stazzjon tas-C-ITS, u li tikkummerċjalizza dak l-istazzjon tas-C-ITS f’isimha jew taħt it-trademark tagħha;

(16)“operatur ta’ stazzjon tas-C-ITS” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tkun responsabbli għat-tqegħid fis-servizz u għat-tħaddim ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS, b’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(17)“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, stabbilita fl-Unjoni, li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur biex taġixxi f’ismu fir-rigward tal-kompiti speċifikati;

(18)“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed stazzjon tas-C-ITS minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(19)“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina ta’ provvista, għajr il-manifattur jew l-importatur, li tagħmel stazzjon tas-C-ITS disponibbli fis-suq;

(20)“operatur ekonomiku” tfisser manifattur, rappreżentant awtorizzat, importatur jew distributur;

(21)“sejħa lura” tfisser kwalunkwe miżura li jkollha l-għan li tieħu lura stazzjon tas-C-ITS li jkun diġà tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent finali;

(22)“irtirar” tfisser kwalunkwe miżura li jkollha l-għan li tipprevjeni li stazzjon tas-C-ITS fil-katina ta’ provvista jsir disponibbli fis-suq;

(23)“marka CE” tfisser marka li permezz tagħha l-manifattur jindika li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprevedi t-twaħħil tagħha;

(24)“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, fl-aħħar mill-aħħar, tuża jew tkun biħsiebha tuża stazzjon tas-C-ITS;

(25)“awtorità tas-sorveljanza tas-suq” tfisser awtorità ta’ Stat Membru responsabbli għat-twettiq ta’ sorveljanza tas-suq fit-territorju tiegħu;

(26)“awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità li hija intitolata tiċċekkja l-konformità ta’ stazzjon tas-C-ITS mal-leġiżlazzjoni applikabbli;

(27)“sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà tas-C-ITS” tfisser il-qafas tas-C-ITS tal-Unjoni Ewropea għall-forniment ta’ komunikazzjoni affidabbli u sigura bl-użu ta’ infrastruttura tal-kjavi pubblika (PKI);

(28)“awtorità ta’ reġistrazzjoni” tfisser l-entità legali u/jew operattiva li tawtentika stazzjon tas-C-ITS u ttih aċċess għas-C-ITS.

(29)“network tas-C-ITS” tfisser l-istazzjonijiet tas-C-ITS operattivi kollha fl-Unjoni;

Artikolu 3

Disponibbiltà fis-suq u/jew tqegħid fis-servizz

Stazzjon tas-C-ITS għandhu jitqiegħed fis-suq u/jew jitqiegħed fis-servizz biss jekk, fejn ikun miżmum b’mod xieraq u użat għall-iskop intenzjonat tiegħu, huwa jkun konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Moviment liberu

Għar-raġunijiet koperti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu, jillimitaw jew ifixklu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS li jkunu jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom.

Kapitolu II

Rekwiżiti tekniċi

Artikolu 5

Rekwiżiti għall-istazzjonijiet tas-C-ITS

1.L-itazzjonijiet tas-C-ITS ġewwa vetturi mfassla għal komunikazzjoni fuq medda qasira għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-profil tas-sistema fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

2.L-itazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq imfassla għal komunikazzjoni fuq medda qasira għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-profil tas-sistema fit-Taqsima 3 tal-Anness II.

3.L-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jibgħatu messaġġi li jippermettu l-forniment ta’ mill-inqas wieħed mis-servizzi tas-C-ITS prijoritarji elenkati fl-Anness I.

4.L-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom ikunu kompatibbli mal-istazzjonijiet tas-C-ITS li jibagħtu messaġġi għas-servizzi tas-C-ITS prijoritarji elenkati fl-Anness I.

5.L-istazzjonijiet tas-C-ITS ma għandhomx jinterferixxu mat-tħaddim tas-servizz Ewropew ta’ pedaġġ elettroniku msemmi fid-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE 22 u mat-tħaddim tat-takografu intelliġenti msemmi fir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 .

6.L-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom ikunu kompatibbli mal-istazzjonijiet tas-C-ITS li jikkonformaw mal-profili tas-sistema stabbiliti fl-Anness II.

7.Meta l-istazzjonijiet tas-C-ITS ikunu jistgħu jaħdmu bil-GNSS, dawn għandhom ikunu kompatibbli mas-servizzi ta’ pożizzjonament u ta’ kronometraġġ li jipprovdu s-sistemi Galileo u EGNOS. Barra minn hekk, l-istazzjonijiet tas-C-ITS jistgħu jkunu kompatibbli ma’ sistemi oħra ta’ navigazzjoni bis-satellita.

Artikolu 6

Rekwiżiti għas-servizzi tas-C-ITS

1.Is-servizzi tas-C-ITS prijoritarji elenkati fl-Anness I għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-profil tas-servizz tas-C-ITS korrispondenti.

2.Kull servizz tas-C-ITS għandu jaħdem mingħajr modifiki mal-profili ta’ servizz kollha, kif stipulat fl-Anness I.

Kapitolu III

Tqegħid ta’ stazzjonijiiet tas-C-ITS fis-suq

Artikolu 7

Obbligi tal-manifatturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS

1.Meta jqiegħdu l-istazzjonijiet tas-C-ITS tagħhom fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew imfassla u manifatturati b’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5.

2.Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-Parti A tal-Anness V, u jwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-Parti A tal-Anness V, jew inkella jqabbdu lil min iwettaqha f’isimhom.

3.Fejn il-konformità ta’ stazzjon tas-C-ITS mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-Parti A tal-Anness V, il-manifatturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u jwaħħlu l-marka CE.

4.Il-manifatturi għandhom iżommu kemm id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-Parti A tal-Anness V kif ukoll id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10-il sena wara li l-istazzjon tas-C-ITS ikun tqiegħed fis-suq.

5.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom proċeduri stabbiliti biex il-produzzjoni tas-serje tibqa’ tikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

6.Biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, fejn jitqies xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati mill-istazzjonijiet tas-C-ITS, il-manifatturi għandhom:

(a)iwettqu ttestjar ta’ kampjun tal-istazzjonijiet tas-C-ITS ikkummerċjalizzati;

(b)jinvestigaw, u jekk meħtieġ, iżommu reġistru tal-ilmenti, tal-istazzjonijiet tas-C-ITS mhux konformi u tas-sejħiet lura ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS;

(c)iżommu lid-distributuri infurmati dwar kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.

7.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-istazzjonijiet tas-C-ITS li huma jkunu qiegħdu fis-suq ikollhom it-tip, il-lott jew in-numru tas-serje, jew inkella xi element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom.

8.Fuq l-istazzjon tas-C-ITS jew, fejn ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-istazzjon tas-C-ITS, il-manifatturi għandhom jindikaw:

(a)isimhom;

(b)l-isem kummerċjali jew it-trademark irreġistrata tagħhom;

(c)l-indirizz postali tagħhom, li jindika punt uniku fejn huma jistgħu jiġu kkuntattjati.

Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem faċilment kemm mill-utenti finali kif ukoll mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

9.Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-istazzjon tas-C-ITS ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza f’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza, kif ukoll kull tip ta’ tikkettar, għandhom ikunu ċari, jistgħu jinftiehmu u jinqraw.

10.Il-manifatturi li jqisu li stazzjon tas-C-ITS li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx jikkonforma ma’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa immedjatament biex iġibuh b’konformità, jew inkella biex jirtirawh jew isejħulu lura, kif xieraq. F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS ikun jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom huma jkunu għamluh disponibbli, fejn jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

11.Fuq talba mmotivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, il-manifatturi għandhom jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, stampata jew elettronika, li tkun meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-istazzjon tas-C-ITS, u dan f’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Fuq it-talba tagħha, dawn għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-istazzjonijiet tas-C-ITS li huma jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 8

Rappreżentanti awtorizzati

1.Manifattur jista’ jaħtar rappreżentant awtorizzat permezz ta’ mandat bil-miktub.

2.Ir-rappreżentanti awtorizzati għandhom iwettqu l-kompiti speċifikati fil-mandat riċevut mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti li r-rappreżentant awtorizzat jagħmel mill-inqas dan li ġej:

(a)iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal 10-il sena wara li l-istazzjon tas-C-ITS ikun tqiegħed fis-suq;

(b)fuq talba mmotivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdilha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ stazzjon tas-C-ITS;

(c)fuq it-talba tagħhom, jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex jiġu eliminati riskji ppreżentati mill-istazzjonijiet tas-C-ITS koperti mill-mandat tagħhom.

L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u t-tfassil tad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7(2) ma għandhomx jagħmlu parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

Artikolu 9

Obbligi tal-importaturi

1.L-importaturi għandhom iqiegħdu fis-suq tal-Unjoni dawk l-istazzjonijiet tas-C-ITS li jkunu konformi biss.

2.Qabel iqiegħdu stazzjon tas-C-ITS fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li:

(a)il-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 7(2);

(b)il-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika;

(c)l-istazzjon tas-C-ITS ikollu l-marka CE meħtieġa;

(d)il-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(7) u (8).

3.F’każ li importatur iqis li stazzjon tas-C-ITS ma jkunx jikkonforma mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5, ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm ikun inġieb b’konformità. Fejn l-istazzjon tas-C-ITS ikun jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

4.Fuq l-istazzjon tas-C-ITS jew, fejn ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-istazzjon tas-C-ITS, l-importaturi għandhom jindikaw:

(a)isimhom;

(b)l-isem kummerċjali jew it-trademark irreġistrata tagħhom;

(c)l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati.

Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

5.L-importaturi għandhom jiżguraw li l-istazzjon tas-C-ITS ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza f’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali, skont kif jiġi ddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat.

6.L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li stazzjon tas-C-ITS ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jikkompromettux il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5.

7.Biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, fejn jitqies xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati mill-istazzjonijiet tas-C-ITS, l-importaturi għandhom:

(a)iwettqu ttestjar ta’ kampjun tal-istazzjon tas-C-ITS ikkummerċjalizzat;

(b)jinvestigaw, u jekk meħtieġ, iżommu reġistru tal-ilmenti, tal-istazzjonijiet tas-C-ITS mhux konformi u tas-sejħiet lura ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS;

(c)iżommu lid-distributuri infurmati dwar monitoraġġ bħal dan.

8.L-importaturi li jqisu li stazzjon tas-C-ITS li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx jikkonforma ma’ dan ir-Regolament għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa mingħajr dewmien biex lil dak l-istazzjon tas-C-ITS jagħmluh konformi, jew inkella biex jirtirawh jew isejħulu lura, kif xieraq. F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS ikun jippreżenta riskju, l-importaturi għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom huma jkunu għamluh disponibbli, fejn jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

9.Għal 10-il sena wara li l-istazzjon tas-C-ITS ikun tqiegħed fis-suq, l-importaturi għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet fuq it-talba tagħhom.

10.Fuq talba mmotivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, l-importaturi għandhom jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, stampata jew elettronika, li tkun meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ stazzjon tas-C-ITS, u dan f’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Fuq it-talba tagħha, huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-istazzjonijiet tas-C-ITS li jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 10

Obbligi tad-distributuri

1.Meta jagħmlu stazzjon tas-C-ITS disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu b’attenzjoni xierqa fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.Qabel ma jagħmlu stazzjon tas-C-ITS disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:

(a)dan ikollu l-marka CE:

(b)ikun akkumpanjat mill-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza msemmija fl-Artikolu 7(9), f’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti finali fl-Istat Membru li fih huwa jkun se jsir disponibbli fis-suq;

(c)il-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7(7) u (8) u fl-Artikolu 9(4).

3.F’każ li distributur iqis li stazzjon tas-C-ITS ma jkunx jikkonforma mal-Artikolu 5, ma għandux jagħmlu disponibbli fis-suq sakemm dan ikun inġieb b’konformità. F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS ikun jippreżenta riskju, id-distributur għandu jinforma lill-manifattur jew lill-importatur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan.

4.L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li stazzjon tas-C-ITS ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jikkompromettux il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti fl-Artikolu 5.

5.Id-distributuri li jqisu li stazzjon tas-C-ITS li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx jikkonforma ma’ dan ir-Regolament jew ma’ kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli oħra għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri korrettivi biex jagħmlu konformi, jew inkella biex jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, kif xieraq. F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS ikun jippreżenta riskju, id-distributuri għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom huma jkunu għamluh disponibbli, fejn jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

6.Fuq talba mmotivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, id-distributuri għandhom jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ stazzjon tas-C-ITS. Fuq it-talba tagħha, huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-istazzjonijiet tas-C-ITS li jkunu qiegħdu fis-suq.

Artikolu 11

Każijiet fejn l-obbligi tal-manifatturi japplikaw għall-importaturi u għad-distributuri

Fejn importatur jew distributur iqiegħed stazzjon tas-C-ITS fis-suq f’ismu jew taħt it-trademark tiegħu, jew inkella jimmodifika stazzjon tas-C-ITS li jkun diġà tqiegħed fis-suq b’mod li jista’ jaffettwa l-konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jitqies bħala manifattur għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jkun suġġett għall-obbligi tal-manifattur skont l-Artikolu 7.

Artikolu 12

Identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi

Meta jintalbu jagħmlu dan, l-operaturi ekonomiċi għandhom jidentifikaw dan li ġej għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(a)kwalunkwe operatur ekonomiku li jkun fornihom bi stazzjon tas-C-ITS;

(b)kwalunkwe operatur ekonomiku li huma jkunu fornewlu stazzjon tas-C-ITS.

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal 15-il sena wara li jkunu ġew fornuti bl-istazzjon tas-C-ITS, u għal 15-il sena wara li jkunu fornew l-istazzjon tas-C-ITS.

Artikolu 13

Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE

1.Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tiddikjara li ntwera li ġew issodisfati r-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 5.

2.Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandha tkun strutturata skont il-mudell fil-Parti B tal-Anness V, tinkludi l-elementi speċifikati fil-Parti A tal-Anness V, u għandha tinżamm aġġornata. Għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew fil-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn l-istazzjon tas-C-ITS jitqiegħed fis-suq.

3.Billi jfassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-istazzjon tas-C-ITS mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

4.Meta stazzjon tas-C-ITS ikun suġġett għal iktar minn att wieħed tal-Unjoni li jkun jeħtieġ dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, għandha titfassal dikjarazzjoni waħda fir-rigward ta’ dawn l-atti kollha. Id-dikjarazzjoni għandha tidentifika l-atti kkonċernati, inklużi r-referenzi għall-pubblikazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 14

Prinċipji ġenerali tal-marka CE

Il-marka CE għandha tkun suġġetta għall-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 .

Artikolu 15

Regoli u kundizzjonijiet għat-twaħħil tal-marka CE

1.Il-marka CE għandha titwaħħal fuq l-istazzjon tas-C-ITS b’mod viżibbli, li tkun tista’ tinqara u li ma titħassarx.

2.Il-marka CE għandha titwaħħal qabel ma l-istazzjon tas-C-ITS jitqiegħed fis-suq. Din tista’ tiġi segwita minn pittogramma jew minn kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

Artikolu 16

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-istazzjonijiet tas-C-ITS li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

L-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandhom japplikaw għall-istazzjonijiet tas-C-ITS.

Artikolu 17

Proċedura għat-trattament tal-istazzjonijiet tas-C-ITS li jippreżentaw riskju fil-livell nazzjonali

1.F’każ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru partikolari jkunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, jew f’każ li jkollhom raġuni biex jaħsbu li stazzjon tas-C-ITS jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta’ persuni jew għas-sikurezza fit-toroq u l-effiċjenza tat-traffiku, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS ikkonċernat fejn ikopru r-rekwiżiti applikabbli kollha ta’ dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw magħhom kif meħtieġ.

F’każ li, matul l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-istazzjon tas-C-ITS ma jkunx jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jeħtieġu, mingħajr dewmien, li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa kollha biex l-istazzjon tas-C-ITS jinġieb konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti, jiġi rtirat mis-suq jew jissejjaħ lura fi ħdan perjodu raġonevoli, b’mod proporzjonali man-natura tar-riskju.

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

2.F’każ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta’ konformità mhuwiex ristrett biss għat-territorju nazzjonali tagħhom, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra minnufih dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u dwar il-miżuri li huma jkunu ħtieġu mill-operatur ekonomiku.

3.L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri korrettivi xierqa kollha madwar l-Unjoni fir-rigward tal-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha kkonċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

4.Fejn l-operatur ekonomiku ma jiħux miżuri korrettivi adegwati fi ħdan il-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jillimitaw id-disponibbiltà tal-istazzjon tas-C-ITS fis-suq nazzjonali tagħhom, jew inkella biex jiritirawh minn dak is-suq jew isejħulu lura.

5.L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien dwar il-miżuri proviżorji msemmija fil-paragrafu 4. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, inklużi:

(a)id-data meħtieġa biex jiġi identifikat stazzjon tas-C-ITS mhux konformi;

(b)l-oriġini tal-istazzjon tas-C-ITS;

(c)ir-riskju involut u n-natura tan-nuqqas ta’ konformità allegat tas-C-ITS mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament;

(d)in-natura u d-durata tal-miżuri proviżorji li ttieħdu;

(e)l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku.

6.L-Istati Membri għajr l-Istat Membru li jagħti bidu għall-proċedura għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien dwar:

(a)kull miżura li jkunu adottaw;

(b)kull informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta’ konformità tal-istazzjon tas-C-ITS ikkonċernat;

(c)kwalunkwe oġġezzjoni li jistgħu jkollhom għall-miżuri proviżorji meħuda mill-Istat Membru li jibda l-proċedura.

7.F’każ li, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, l-Istati Membri l-oħra jew il-Kummissjoni ma jkunux oġġezzjonaw għal miżura proviżorja li tkun ittieħdet minn xi Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala ġġustifikata. F’każ li l-miżura proviżorja titqies bħala ġġustifikata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-istazzjon tas-C-ITS ikkonċernat, bħall-irtirar tiegħu mis-suq mingħajr dewmien. 

Artikolu 18

Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni

1.F’każ li, wara li tkun tlestiet il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17(3) u (4), ikunu tqajmu oġġezzjonijiet kontra xi miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, jew f’każ li l-Kummissjoni tqis li miżura proviżorja tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta minnufih mal-Istati Membri u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura proviżorja. Abbażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk il-miżura nazzjonali hijiex iġġustifikata jew le. 

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.

2.Jekk il-miżura proviżorja titqies bħala ġġustifikata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-istazzjon tas-C-ITS mhux konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif xieraq. Jekk il-miżura proviżorja titqies bħala mhux iġġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtiraha.

Artikolu 19

Stazzjonijiet tas-C-ITS konformi li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza fil-livell nazzjonali

1.F’każ li, wara evalwazzjoni skont l-Artikolu 17(1), l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru jsibu li, filwaqt li jkun jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, stazzjon tas-C-ITS ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni jew għal aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku, dawk l-awtoritajiet għandhom jordnaw li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu waħda jew iktar mill-miżuri korrettivi li ġejjin, proporzjonalment man-natura tar-riskju:

(a)li jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jiżgura li l-istazzjon tas-C-ITS, meta jitqiegħed fis-suq, ma jkomplix jippreżenta dak ir-riskju;

(b)li jirtira l-istazzjon tas-C-ITS mis-suq;

(c)li jsejjaħ lura l-istazzjon tas-C-ITS.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jippreskrivu perjodu raġonevoli, proporzjonali man-natura tar-riskju, li fih l-operatur ekonomiku għandu jieħu l-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li l-miżura korrettiva tittieħed madwar l-Unjoni fir-rigward tal-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha kkonċernati li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

3.L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra immedjatament dwar il-miżuri korrettivi li huma jkunu ordnaw skont il-paragrafu 1, kif ukoll dwar id-dettalji disponibbli kollha, inklużi:

(a)id-data neċessarja biex jiġi identifikat l-istazzjon tas-C-ITS ikkonċernat;

(b)l-oriġini u l-katina ta’ provvista tal-istazzjon tas-C-ITS;

(c)in-natura tar-riskju;

(d)in-natura u d-durata tal-miżuri korrettivi.

4.Mingħajr dewmien, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, u tevalwa l-miżuri korrettivi ordnati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni, għandha tiddeċiedi jekk il-miżura hijiex iġġustifikata jew le u, fejn ikun xieraq, tipproponi miżuri xierqa.

5.Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha immedjatament lill-operatur jew operaturi ekonomiċi.

Artikolu 20

Nuqqas ta’ konformità formali

1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, Stat Membru għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta’ konformità, fejn isib xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)il-marka CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 14 jew 15;

(b)il-marka CE ma tkunx twaħħlet;

(c)ma tkunx tfasslet id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE;

(d)id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx tfasslet b’mod korrett;

(e)id-dokumentazzjoni teknika ma tkunx disponibbli jew ma tkunx kompleta;

(f)l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(6) jew fl-Artikolu 7(3) tkun nieqsa, falza jew mhux kompleta;

(g)ma jkunx issodisfat xi rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 5 jew fl-Artikolu 7.

2.Fejn jippersisti n-nuqqas ta’ konformità msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha biex jillimita jew jipprojbixxi li l-istazzjon tas-C-ITS ikun disponibbli fis-suq jew jiżgura li dan jissejjaħ lura jew jiġi rtirat mis-suq.

Kapitolu IV

Tqegħid fis-servizz u tħaddim tal-istazzjonijiet tas-C-ITS

Artikolu 21

Tqegħid fis-servizz tal-istazzjonijiet tas-C-ITS ċentrali

1.Qabel ma jqiegħdu l-istazzjonijiet tas-C-ITS ċentrali fis-suq, l-operatur tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandu jiżgura li dawn ikunu tfasslu u ġew immanifatturati b’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5. Għal dan il-għan, għandu jieħu waħda minn dawn l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)jixtri stazzjon tas-C-ITS ċentrali li jkun tqiegħed fis-suq b’konformità mal-Kapitolu III. F’dak il-każ, il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw;

(b)jintegra l-kapaċitajiet tal-istazzjon tas-C-ITS f’ċentru ta’ kontroll tat-traffiku jew f’server ċentrali. F’dak il-każ, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, u l-Artikoli 7 sa 20 ma għandhomx japplikaw għall-istazzjon tas-C-ITS ċentrali.

2.L-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa msemmija fil-Parti C tal-Anness V, u għandhom iwettqu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-Parti C tal-Anness V. F’każ li l-konformità ta’ stazzjon tas-C-ITS ċentrali mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tkun intweriet minn dik il-proċedura, l-operaturi tal-istazzjon tas-C-ITS għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE b’konformtià mal-Parti D tal-Anness V.

3.L-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE sakemm ikun għadu qed jitħaddem l-istazzjon tas-C-ITS ċentrali.

Artikolu 22

Obbligi tal-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS

1.L-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jiżguraw li l-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha tagħhom jitqiegħdu fis-servizz u jitħaddmu b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.Qabel ma jqiegħed stazzjon tas-C-ITS fis-servizz, operatur ta’ stazzjon tas-C-ITS għandu jiċċekkja li:

(a)dan ikollu l-marka CE

(b)id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7 tkun disponibbli;

(c)l-istazzjon tas-C-ITS huwa ċċertifikat b’konformità mar-rekwiżiti fit-Taqsima 1.6.2 tal-Anness IV.

L-obbligi previsti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għal stazzjonijiet tas-C-ITS ċentrali mqiegħda fis-servizz b’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 21(1).

Barra minn hekk, qabel ma stazzjon tas-C-ITS jitqiegħed fis-servizz, l-operatur tal-istazzjon tas-C-ITS għandu jirreġistrah fis-sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà tas-CITS, b’konformità mal-Artikolu 23(3).

3.Qabel iqiegħed stazzjon tas-C-ITS fis-servizz, l-operatur ta’ stazzjon tas-C-ITS għandu jiftiehem ma’ sid l-istazzjon tas-C-ITS dwar id-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tat-tħaddim, il-manutenzjoni u l-aġġornament tal-istazzjon tas-C-ITS, inkluż dwar kif għandu jiġi infurmat l-utent finali.

4.Fejn stazzjon tas-C-ITS jiġi rreġistrat fis-sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà, huwa għandu jiġi rreġistrat f’reġistru tal-istazzjonijiet tas-C-ITS tal-awtorità ta’ reġistrazzjoni tiegħu, flimkien mal-identifikazzjoni tal-operatur tiegħu. Il-punt ta’ kuntatt tas-C-ITS għandu jżomm lista ta’ reġistri tal-istazzjonijiet tas-C-ITS.

5.L-operatur ta’ stazzjon tas-C-ITS għandu jiżgura li, filwaqt li l-istazzjon tas-C-ITS ikun qed jintuża, huwa jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5, kif applikabbli fiż-żmien meta jitqiegħed fis-servizz.

6.Fejn stazzjon tas-C-ITS ikun se jiġi aġġornat, jew fuq inizjattiva tal-opertatur tiegħu jew inkella kif meħtieġ minn xi emenda għal dan ir-Regolament, l-operatur għandu jiżgura li l-istazzjon tas-C-ITS jikkonforma mal-verżjoni l-iktar riċenti tal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 5.

7.Fejn stazzjon tas-C-ITS ikun se jiġi aġġornat fuq inizjattiva tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat u l-operaturi tal-istazzjon tas-C-ITS għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jiżguraw li l-istazzjon tas-C-ITS ikun jikkonforma mal-verżjoni l-iktar riċenti tal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 5.

Kapitolu V

Sigurtà

Artikolu 23

Reġistrazzjoni ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS fis-sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà tas-C-ITS

1.Is-sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà tas-C-ITS hija stabbilita għall-forniment ta’ komunikazzjoni affidabbli u sigura bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS.

2.Il-funzjonament tas-sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà tas-C-ITS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti:

(a)fl-Anness III (politika taċ-ċertifikat), li jistipula r-rekwiżiti għall-ġestjoni taċ-ċertifikati tal-kjavi pubblika għas-servizzi tas-C-ITS mill-entitajiet li joħorġuhom, kif ukoll l-użu tagħhom mill-entitajiet aħħarija;

(b)fl-Anness IV (politika ta’ sigurtà), li jistipula r-rekwiżiti għall-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni fis-C-ITS.

3.L-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha għandhom jiġu rreġistrati u għandhom jikkonformaw mar-regoli tas-sistema tal-UE ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà tas-C-ITS, b’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Annessi III u IV.

Artikolu 24

Awtorità tal-politika taċ-ċertifikat tas-C-ITS

1.L-awtorità tal-politika taċ-ċertifikat tas-C-ITS għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-politika taċ-ċertifikat u għall-awtorizzazzjoni tal-PKI, b’konformità mal-politika taċ-ċertifikat stipulata fl-Anness III.

2.Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala l-awtorità tal-politika taċ-ċertifikat tas-C-ITS sakemm tiġi stabbilita entità ddedikata. 

Artikolu 25

Maniġer tal-lista ta’ fiduċja

1.Il-maniġer tal-lista ta’ fiduċja għandu jkun responsabbli għall-ġenerazzjoni u l-aġġornament tal-Lista ta’ Fiduċja taċ-Ċertifikat Ewropew (“ECTL”), b’konformità mal-politika taċ-ċertifikat stipulata fl-Anness III, kif ukoll għar-rappurtar regolari dwar l-attività lill-awtorità tal-politika taċ-ċertifikat tas-C-ITS fir-rigward tat-tħaddim ġenerali sigur tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS.

2.Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala l-maniġer tal-lista ta’ fiduċja sakemm tiġi stabbilita entità ddedikata.

Artikolu 26

Punt ta’ kuntatt tas-C-ITS

1.Il-punt ta’ kuntatt tas-C-ITS għandu jkun responsabbli għat-trattament tal-komunikazzjoni kollha mal-maniġers tal-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni root, u għall-pubblikazzjoni taċ-ċertifikat tal-kjavi pubblika tal-maniġer tal-lista ta’ fiduċja u tal-ECTL, b’konformità mal-politika taċ-ċertifikat stipulata fl-Anness III.

2.Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt tas-C-ITS sakemm tiġi stabbilita entità ddedikata.

Artikolu 27

Sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni

Kull operatur ta’ stazzjon tas-C-ITS għandu jopera sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni b’konformità ma’ ISO/IEC 27001 u mar-rekwiżiti addizzjonali fit-Taqsima 1.3.1 tal-Anness IV. 

Artikolu 28

Konformità mal-politika ta’ sigurtà

Perjodikament, l-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jitolbu u jiksbu ċertifikazzjoni b’konformità mar-rekwiżiti fit-Taqsima 1.7 tal-Anness IV. 

Kapitolu VI

Implimentazzjoni

Artikolu 29

Implimentazzjoni tan-network tas-C-ITS

1.Il-Kummissjoni għandu jkollha l-kompiti li ġejjin fl-implimentazzjoni tan-network tas-C-ITS:

(a)kompiti ta’ governanza:

(1)tħejjija ta’ aġġornamenti għall-qafas ta’ governanza tas-C-ITS;

(2)appoġġ għall-iżvilupp ta’ prinċipji komuni għall-ipproċessar legali tad-data personali mill-kontrolluri tad-data u l-proċessuri fin-network tas-C-ITS;

(3)taġixxi bħala punt ta’ kuntatt dwar l-implimentazzjoni tan-network tas-C-ITS għall-operaturi u l-manifatturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS, il-gruppi ta’ utenti tal-ITS, u partijiet ikkonċernati minn pajjiżi terzi;

(4)tanalizza dan li ġej:

(a)il-kriterji ta’ valutazzjoni tas-C-ITS li jridu jintużaw mil-laboratorji tal-ittestjar u minn organizzazzjonijiet ta’ valutazzjoni oħra matul il-proċess ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(b)l-ispeċifikazzjonijiet ta’ referenza tas-C-ITS, inklużi l-istandards bażiċi u tal-ittestjar li jridu jintużaw matul id-diversi passi tal-proċess ta’ valutazzjoni.

(b)kompiti ta’ superviżjoni: li tiġi ssorveljata l-ġestjoni ta’ inċidenti relatati mas-sigurtà fuq skala kbira u ta’ severità għolja li jkollhom impatt fuq in-network tas-C-ITS kollu kemm hu (inklużi sitwazzjonijiet ta’ rkupru minn diżastri fejn l-algoritmu kriptografiku jkun kompromess).

(c)kompiti tal-awtorità tal-politika taċ-ċertifikat tas-C-ITS:

(1)ġestjoni tal-politika taċ-ċertifikat;

(2)ġestjoni tal-awtorizzazzjoni tal-PKI.

2.Meta tkun qed twettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza ta’ grupp ta’ esperti b’rappreżentanti minn fost il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati, b’mod partikolari l-manifatturi u l-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS fin-network tas-C-ITS.

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 30

Miżuri temporanji

Fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li tikkomprometti l-funzjonament xieraq tan-network tas-C-ITS u li jkollha impatt dirett sever fuq is-sikurezza fit-toroq, iċ-ċibersigurtà jew id-disponibbiltà u l-integrità tas-servizzi tas-C-ITS, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni li tintroduċi miżuri temporanji biex tiġi rrimedjata dik is-sitwazzjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tkun limitata strettament għall-indirizzar tal-kawżi u l-konsegwenzi ta’ dik is-sitwazzjoni. Għandha tapplika sakemm dan ir-Regolament jiġi emendat biex tiġi rrimedjata dik is-sitwazzjoni.

Artikolu 31

Rappurtar

1.L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom, u jirrappurtaw dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tiegħu fir-rappurtar regolari msemmi fl-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 2010/40/UE. B’mod partikolari, ir-rappurtar għandu jkopri:

(a)deskrizzjoni tal-inizjattivi pubbliċi u pubbliċi-privati rilevanti għall-iskjerament tas-C-ITS, inkluż l-objettiv, il-kronoloġija, l-istadji importanti, ir-riżorsi, il-parti(jiet) ikonċernata prinċipali u l-istatus tagħhom;

(b)il-kopertura tan-network tat-toroq, skont it-tip ta’ triq, għal kull servizz tas-C-ITS prijoritarju bejn il-vetturi u l-infrastruttura elenkat fl-Anness I;

(c)l-għadd ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq u dawk ċentrali skjerati fit-territorju tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw għall-ewwel darba sas-27 ta’ Awwissu 2020.

2.L-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni root elenkati fil-lista ta’ fiduċja Ewropea taċ-ċertifikati u li huma speċifikati fl-Anness III għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2020 u sal-31 ta’ Diċembru kull sena sussegwenti, dwar l-għadd ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS mobbli u fissi rreġistrati u operattivi fl-awtorità tagħhom.

Artikolu 32

L-istazzjonijiiet tas-C-ITS imqiegħda fis-suq qabel il-31 ta’ Diċembru 2019

1.L-istazzjonijiet tas-C-ITS imqiegħda fis-suq sal-31 ta’ Diċembru 2019, li ma jikkonformawx bis-sħiħ mar-rekwiżiti relatati mas-sigurtà tas-C-ITS ta’ dan ir-Regolament, u l-istazzjonijiet tas-C-ITS tal-istess tip/mudell imqiegħda fis-suq sat-30 ta’ Ġunju 2021, jistgħu jingħataw reġistrazzjoni fil-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS mill-awtorità tal-politika taċ-ċertifikat tas-C-ITS, abbażi ta’ każ b’każ, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2. Anki l-istazzjonijiet tas-C-ITS tal-istess tip/mudell użat għas-sostituzzjoni ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS difettużi jew miksura msemmija fl-ewwel sentenza, jistgħu jingħataw reġistrazzjoni bl-istess kundizzjonijiet.

2.L-awtorità tal-politika taċ-ċertifikat tas-C-ITS tista’ tirreġistra l-istazzjonijiet tas-C-ITS imsemmija fil-paragrafu 1 fil-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ikun stabbilit l-istess livell ta’ sigurtà u fiduċja kif jeżiġi dan ir-Regolament;

(b)jintwera li l-istazzjonijiet tas-C-ITS rispettivi, u l-proċedura ta’ reġistrazzjoni prevista, ma jkunux joħolqu xi riskju addizzjonali għan-network tas-C-ITS.

3.L-awtorità tal-politika taċ-ċertifikat tas-C-ITS għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha abbażi tar-rapport ta’ awditur tal-PKI akkreditat u abbażi ta’ valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tas-sigurtà mwettqa minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Artikolu 33

Rieżami

1.Minn [OP: Insert the date: 3 years after the entry into force of this Regulation], il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, jekk xieraq, jadotta speċifikazzjonijiet komuni ġodda fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.Jekk il-partijiet ikkonċernati jkun beħsiebhom jiskjeraw metodu jew servizz ta’ komunikazzjoni ġdid jew aġġornat, jew inkella xi soluzzjonijiet innovattivi oħra, inkluż teknoloġiji li bħalissa qed isir ittestjar tal-prototipi tagħhom, fin-network tas-C-ITS, qabelxejn għandhom jippreżentaw fajl lill-Kummissjoni li jkun fih l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u informazzjoni dwar il-grad ta’ maturità u l-kompatibbiltà tas-soluzzjoni innovattiva ma’ dan ir-Regolament. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu żviluppati b’konformità mal-prinċipji tal-aċċess miftuħ, il-kunsens u t-trasparenza, kif iddefinit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

Imbagħad, fi żmien xahrejn (2), il-Kummissjoni għandha tanalizza l-fajl mingħajr dewmien żejjed u tibda tiddiskuti l-fajl fil-grupp ta’ esperti msemmi fl-Artikolu 29(2), fid-dawl ta’ emenda possibbli f’dan ir-Regolament. Il-grupp ta’ esperti għandu jivvaluta l-ħtieġa għal speċifikazzjonijiet komuni li jintegraw is-soluzzjonijiet ġodda fin-network tas-C-ITS u jipprovdu opinjoni, sa mhux aktar tard minn 6 xhur minn meta jirċievi l-fajl. Meta xieraq, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni għandu jappoġġa d-diskussjonijiet rilevanti b’valutazzjoni teknika indipendenti.

Il-preżentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi lill-Kummissjoni u, fejn ikun il-każ, l-emendar sussegwenti ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintervjenu f’kull ħin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.Biex tinżamm il-kontinwità tas-servizzi tas-C-ITS prijoritarji elenkati fl-Anness I, kull emenda fil-futur għandha tiżgura l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà mal-istazzjonijiet tas-C-ITS eżistenti, li diġà tqiegħdu fis-servizz b’konformità ma’ dan ir-Regolament, jew inkella tispeċifika perkors ta’ migrazzjoni xieraq.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-31 ta’ Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13.3.2019

   Għall-Kummissjoni

   Il-President
   Jean-Claude JUNCKER

(1)    https://ec.europa.eu/transport/themes/its/c-its_mt
(2)     https://www.c-roads.eu
(3)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (COM/2016/766 final).
(4)    Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).
(5)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(6)    Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(7)    Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(8)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 1921 li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma Pluriennali 2014-2020 għal assistenza finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – is-settur tat-trasport għall-perjodu 2014-2020.
(9)    ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.
(10)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (COM(2016) 766 final).
(11)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 6).
(12)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21).
(13)    ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.
(14)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/671/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875-5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) (ĠU L 220, 15.8.2008, p. 24).
(15)    M/453: Il-mandat tal-istandardizzazzjoni indirizzat lil CEN, CENELEC u ETSI fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex tiġi appoġġata l-interoperabbiltà ta’ sistemi kooperattivi għal trasport intelliġenti fil-Komunità Ewropea
(16)    Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).
(17)    Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(18)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(19)    Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(20)    Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(21)    Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124)
(22)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta’ Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tan-Nollijiet u l-elementi tekniċi tiegħu (ĠU L 268, 13.10.2009, p. 11)
(23)    Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(24)    Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
Top

ANNESS I

1.Introduzzjoni

Dan l-Anness jinkludi l-profili tas-servizzi għas-servizzi prijoritarji tas-C-ITS. Profil tas-servizz huwa konfigurazzjoni speċifika ta’ standards, li jiddefinixxi l-implimentazzjoni ta’ diversi alternattivi ta’ standards.

1.1.Referenzi

F’dan l-Anness jintużaw ir-referenzi li ġejjin:

TS 102 894-2    ETSI TS 102 894-2, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Utenti u rekwiżiti tal-applikazzjonijiet; Parti 2: Dizzjunarju tad-data komuni tas-saff tal-applikazzjonijiet u l-faċilitajiet, V1.3.1 (2018-08)

EN 302 637-2    ETSI EN 302 637-2, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Komunikazzjoni Veikolari; Sett ta’ Applikazzjonijiet Bażiku; Parti 2: Speċifikazzjoni ta’ Servizz Bażiku ta’ Sensibilizzazzjoni Kooperattiva, V1.4.0 (2018-08); din ir-referenza għandha tinqara bħala r-referenza għall-verżjoni 1.4.1 mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dik il-verżjoni.

EN 302 637-3    ETSI EN 302 637-3, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Komunikazzjoni Veikolari; Sett ta’ Applikazzjonijiet Bażiku; Parti 3: Speċifikazzjonijiet ta’ Servizz Bażiku ta’ Notifika Ambjentali Deċentralizzata, v1.3.0 (201808); din ir-referenza għandha tinqara bħala r-referenza għall-verżjoni 1.3.1 mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dik il-verżjoni.

ECE 13    Ir-Regolament Nru 13 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji M, N u O fir-rigward tal-ibbrejkjar [2016/194]

ECE 13H    Ir-Regolament Nru 13H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri fir-rigward tal-ibbrejkjar [2015/2364]

ECE 48    Ir-Regolament Nru 48 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi fir-rigward tal-installazzjoni ta' apparati għat-tidwil u għas-sinjalar bid-dawl [2016/1723]

ECE 121    Ir-Regolament Nru 121 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-pożizzjoni u l-identifikazzjoni tal-kontrolli manwali, is-sinjali u l-indikaturi [2016/18]

ISO/TS 19321    ISO/TS 19321, Sistemi ta’ trasport intelliġenti — ITS Kooperattivi — Strutturi tad-data tad-dizzjunarju ta’ informazzjoni ġewwa l-vettura (IVI) (il-15 ta’ April 2015)

ISO 639-1    Kodiċijiet għar-rappreżentazzjoni tal-ismijiet tal-lingwi — Parti 1: Kodiċi alfa-2

ISO/TS 14823    ISO/TS 14823:2017. Sistemi ta’ trasport intelliġenti – Dizzjunarju ta’ data grafika

1.2.Notazzjonijiet u abbrevjazzjonijiet

F’dan l-Anness jintużaw in-notazzjonijiet u t-taqsiriet li ġejjin:

ABS                Sistema Antilokk tal-Ibbrejkjar

ASR                Regolament Anti-Slip

AT                Biljett ta’ Awtorizzazzjoni

CAM                Messaġġ ta’ Sensibilizzazzjoni Kooperattiva

C-ITS            Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti Kooperattivi

DCC                Kontroll tal-Konġestjoni Deċentralizzat

DEN                Notifika Ambjentali Deċentralizzata

DENM            Messaġġ ta’ Notifika Ambjentali Deċentralizzata

GNSS            Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita

I2V                mill-infrastruttura għall-vettura

IRC                Kontenitur tat-Tnaqqis tal-Impatt

IVI                Informazzjoni mill-Infrastruttura għall-Vettura

MAP                Informazzjoni dwar it-topoloġija għall-intersezzjoni

SPAT                Fażi u Kronometraġġ tas-Sinjal

SREM            Messaġġ Estiż dwar Talba għas-Sinjal

SSEM            Messaġġ Estiż dwar l-Istatus tat-Talba għas-Sinjal

TC                Klassi ta’ Traffiku

TMS                Sistema ta’ Ġestjoni tat-Traffiku

TOC                ċentru ta’ operazzjonijiet tat-traffiku

TRCO            Kundizzjoni skattatriċi

TTC                Ħin sal-Kolliżjoni

V2V                minn vettura għal vettura

1.3.Definizzjonijiet

F’dan l-Anness jintużaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“vettura wieqfa” tfisser vettura b’veloċità assoluta <= 8 ċentimetri kull sekonda. Dan l-istat għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ sensuri interni tal-vettura;

(b)“vettura ta’ emerġenza” tfisser vettura imfassla u awtorizzata biex tirrispondi għal emerġenza. Spiss, il-vetturi ta’ emerġenza jkollhom permess bil-liġi li jiksru r-regoli konvenzjonali tat-triq sabiex jaslu fid-destinazzjonijiet tagħhom fl-iqsar ħin possibbli, bħal (iżda mhux limitat għal) sewqan minn ġo intersezzjoni meta s-sinjali tat-traffiku jkunu ħomor jew sewqan li jaqbeż il-limitu tal-veloċità.

2.Lista ta’ servizzi prijoritarji

Kategorija tas-servizz

Servizz

Profil tas-servizz

Servizzi minn vettura għal vettura

Konġestjoni tat-traffiku

Tmiem il-kju perikoluż

Taqsima 3

Konġestjoni tat-traffiku

Konġestjoni tat-traffiku ’l quddiem

Taqsima 4

Twissija dwar vettura wieqfa

Vettura wieqfa

Taqsima 5

Twissija dwar vettura wieqfa

Vettura bil-ħsara

Taqsima 6

Twissija dwar vettura wieqfa

Wara ħabta

Taqsima 7

Twissija dwar vettura speċjali

Vettura ta’ emerġenza operattiva

Taqsima 8

Twissija dwar vettura speċjali

Vettura ta’ emerġenza wieqfa ta’ salvagwardja

Taqsima 9

Twissija dwar vettura speċjali

Twissija dwar servizz ta’ rkupru wieqaf

Taqsima 10

Skambju ta’ IRCs

Talba għal IRC

Taqsima 11

Skambju ta’ IRCs

IRC ta’ rispons

Taqsima 12

Sitwazzjoni perikoluża

Dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza

Taqsima 13

Sitwazzjoni perikoluża

Intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku

Taqsima 14

Sitwazzjoni perikoluża

Intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant

Taqsima 15

Kundizzjonijiet tat-temp avversi

Ċpar

Taqsima 16

Kundizzjonijiet tat-temp avversi

Xita

Taqsima 17

Kundizzjonijiet tat-temp avversi

Telf ta’ trazzjoni

Taqsima 18

Servizzi mill-infrastruttura għall-vettura

Sinjali ġewwa l-vetturi

Informazzjoni dinamika dwar il-limitu tal-veloċità

Taqsima 19

Sinjali ġewwa l-vetturi

“Test ħieles” VMS inkorporat

Taqsima 20

Sinjali ġewwa l-vetturi

Informazzjoni oħra dwar sinjali

Taqsima 21

Notifika dwar postijiet perikolużi

Żona ta’ aċċident

Taqsima 22

Notifika dwar postijiet perikolużi

Konġestjoni tat-traffiku ’l quddiem

Taqsima 23

Notifika dwar postijiet perikolużi

Vettura wieqfa

Taqsima 24

Notifika dwar postijiet perikolużi

Twissija dwar il-kundizzjoni tat-temp

Taqsima 25

Notifika dwar postijiet perikolużi

Triq temporanjament tiżloq

Taqsima 26

Notifika dwar postijiet perikolużi

Annimal jew persuna fit-triq

Taqsima 27

Notifika dwar postijiet perikolużi

Ostaklu fit-triq

Taqsima 28

Twissija dwar xogħlijiet fit-toroq

Għeluq ta’ korsija (u restrizzjonijiet oħra)

Taqsima 29

Twissija dwar xogħlijiet fit-toroq

Għeluq ta’ triq

Taqsima 30

Twissija dwar xogħlijiet fit-toroq

Xogħlijiet fit-toroq — mobbli

Taqsima 31

Intersezzjonijiet sinjalizzati

Parir dwar il-veloċità ottimali f’każ ta’ dawl aħdar

Taqsima 32

Intersezzjonijiet sinjalizzati

Prijoritizzazzjoni tat-trasport pubbliku

Taqsima 33

3.Konġestjoni tat-traffiku — tmiem il-kju perikoluż

3.1.Deskrizzjoni tas-servizz ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti kooperattivi (C-ITS)

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni minn vettura għal vettura (V2V) dwar sitwazzjoni fejn vettura ego taqbad it-tmiem ta’ konġestjoni tat-traffiku (“tmiem il-kju perikoluż”). Sitwazzjoni bħal din teżisti meta l-korsija tat-traffiku tal-vettura ego tkun imblukkata u l-vettura ma tkunx tista’ timxi ’l quddiem fil-korsija tagħha. L-ambjent urban ma jitqiesx f’dan is-servizz.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“sitwazzjonijiet perikolużi — dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza”.

3.2.Kundizzjonijiet skattaturi

3.2.1.Prekundizzjonijiet

(1)Il-prekundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati kull darba qabel jiġi skattat dan is-servizz tas-C-ITS:

(a)il-vettura ego tkun tinsab f’ambjent mhux urban, kif iddeterminat f’mill-anqas wieħed mill-modi li ġejjin:

·il-veloċità hija akbar minn 80 km/h għal blokk ta’ ħin ta’ mill-anqas 30 s fis-60 s qabel kull detezzjoni, u l-valur assolut tal-angolu tar-rota tal-istering hija anqas minn 90 ° għal blokk ta’ ħin ta’ mill-anqas 30 s fis-60 s qabel kull detezzjoni (“tmiem il-kju perikoluż” jenħtieġ li ma jinqabadx f’ambjent mhux awtostradali);

·sensur b’kamera abbord jindika ambjent mhux urban;

·mappa diġitali abbord tindika ambjent mhux urban.

(2)Il-veloċità u d-deċellerazzjoni tal-vettura għandhom jiġu ddeterminati mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS). Għandha tintuża l-veloċità ffiltrata tal-vettura (fir-rigward tal-ħoss tas-sensur). Dan ir-rekwiżit għandu jiġi applikat għall-okkorrenzi sussegwenti kollha ta’ analiżi tal-veloċità u tad-deċellerazzjoni tal-vettura.

(3)Il-valuri tal-veloċità u tal-angolu għandhom jitkejlu b’mod kontinwu. Il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfati tul id-durata tal-kejl. Il-proċess għandu jerġa’ jinbeda mill-bidu jekk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati fid-durata tal-kejl.

3.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(4)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet fil-punt (1) u mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ Messaġġ ta’ Notifika Ambjentali Deċentralizzata (DENM):

·TRCO_0 U (TRCO _2 JEW TRCO _3 JEW TRCO _4 JEW TRCO _5 JEW TRCO _6)

·TRCO_1 U TRCO_2.

Tabella 1: Kundizzjonijiet speċifiċi għas-servizz “Konġestjoni tat-traffiku — tmiem ilkju perikoluż”

Għadd

Kundizzjoni skattatriċi (TRCO)

Status

TRCO_0

Il-vettura ego tkun qed tinstaq b’veloċità inizjali akbar minn 80 km/h u d-deċellerazzjoni inizjali tkun ugwali għal jew anqas minn 0.1 m/s². Is-sewwieq jirreaġixxi għal tmiem il-kju perikoluż billi jnaqqas il-veloċità minn dik inizjali għall-veloċità fil-mira ta’ 30 km/h jew anqas. Id-durata bejn il-veloċità inizjali u dik fil-mira għandha tkun 10 s jew anqas. Tinqabad deċellerazzjoni istantanja ta’ aktar minn 3.5 m/s² bejn il-veloċità inizjali u dik fil-mira.

reazzjoni tas-sewwieq

TRCO_1

Il-passiġġieri tal-vettura ego jirreaġixxu għall-konġestjoni tat-traffiku billi jixegħlu d-dwal ta’ twissija ta’ periklu għal mill-anqas 3 s

reazzjoni tas-sewwieq

TRCO_2

Mill-anqas tliet vetturi oħra b’veloċità ta’ mill-anqas 7 km/h jkollhom id-dwal ta’ twissija ta’ periklu mixgħulin għal mill-anqas 3 s, kif indikat minn:

·sensur b’kamera abbord; jew

·CAMs.

sensuri ambjentali jew abbord

TRCO_3

Ikun ġie riċevut mill-anqas DENM wieħed li jikkorrispondi għas-servizz tas-C-ITS “Konġestjoni tat-traffiku - Tmiem il-kju perikoluż”.

ambjent

TRCO_4

Ikunu ġew riċevuti mill-anqas ħames DENMs differenti (jiġifieri b’actionIDs differenti) li jikkorrispondu għas-servizz tas-CITS “konġestjoni tat-traffiku - konġestjoni tat-traffiku ’l quddiem” mit-traffiku downstream.

ambjent

TRCO_5

Ikun ġie riċevut mill-anqas DENM wieħed li jikkorrispondi għas-servizz tas-C-ITS “Twissija dwar vettura speċjali - vettura ta’ emerġenza wieqfa ta’ salvagwardja”, b’linkedCause ugwali għal Kundizzjoni tat-Traffiku jew Tmiem il-Kju Perikoluż.

ambjent

TRCO_6

Is-sensuri abbord tal-vettura ego jirrikonoxxu li l-vettura tkun qed tiffaċċja tmiem il-kju perikoluż.

sensuri abbord

(5)Ma għandux jintalab DENM ġdid fil-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni. Il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni jitnieda wara li jinqabad l-avveniment u li jkun intalab DENM għal dak il-għan. B’dan il-mod, avveniment uniku ma jkunx jista’ jimblokka l-kanal ta’ trażmissjoni. Il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni għandu jkun 60 s irrispettivament minn kif jinqabad l-avveniment. Il-perjodu ta’ detezzjoni bejn żewġ avvenimenti maqbuda għandu jkun mill-anqas ugwali għall-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni. L-algoritmu ta’ detezzjoni jista’ jopera matul il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni.

Nota: Ma huwa ppreżentat l-ebda perjodu għall-manuvri tal-ibbrejkjar, għax il-veloċità inizjali tal-vettura ego ma għandhiex restrizzjoni massima.

(6)Kundizzjoni għandha tkun valida sakemm tkun attiva u għal perjodu addizzjonali ta’ 5 s (il-perjodu jżid id-determiniżmu tal-algoritmu ta’ detezzjoni). Il-validità għandha tonqos mill-mument li fih il-kundizzjoni ma tibqax sodisfatta, u b’hekk jiġi ffaċilitat il-kombinament ta’ kundizzjonijiet skattaturi.

(7)Is-CAMs u d-DENMs minn vetturi mbiegħda li jintużaw għallevalwazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għas-servizzi, kif deskritt hawn fuq, għandhom ikunu rilevanti għall-vettura ego. Ir-rilevanza għandha tiġi ddeterminata f’wieħed minn dawn il-modi:

(a)mappa diġitali tindika li l-avveniment u l-vettura ego huma separati b’distanza ta’ anqas minn 500 m u jikkondividu l-istess direzzjoni tas-sewqan;

(b)konkordanza bejn l-istorja tal-perkorsi tindika li l-avveniment u l-vettura ego huma separati b’distanza ta’ anqas minn 500 m u jikkondividu l-istess direzzjoni tas-sewqan;

(c)id-distanza Ewklidjana bejn l-avveniment u l-vettura ego tkun anqas minn 500 m u l-valur assolut tad-differenza fid-direzzjoni jkun anqas minn 10 °. Il-pożizzjonijiet ta’ referenza tal-konġestjoni tat-traffiku, skont id-DENMs, ikunu jinsabu f’żona ta’ bejn -45 ° u +45 ° li tibda fl-assi lonġitudinali tal-vettura ego.

Nota: Meta jingħaddu l-vetturi jew l-avvenimenti, bidla fil-Biljett ta’ Awtorizzazzjoni (AT) jenħtieġ li titqies b’tali mod li ebda vettura jew avveniment ma jingħadd aktar minn darba.

3.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(8)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif tinqabad is-sitwazzjoni. TRCOs (ara l-punt (4)) huma kondiviżi fi gruppi: reazzjoni tas-sewwieq, dinamika tal-vettura, ambjent u sensuri abbord. Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat skont it-tabella li ġejja. Għandu jintuża l-akbar valur possibbli.

Tabella 2: Kwalità tal-informazzjoni dwar “konġestjoni tat-traffiku — tmiem il-kju perikoluż”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Hija sodisfatta mill-anqas TRCO waħda mill-grupp tar-reazzjoni tas-sewwieq U minn dak ambjentali.

1

Hija sodisfatta mill-anqas TRCO waħda mill-grupp tar-reazzjoni tas-sewwieq U minn dak tas-sensuri abbord.

2

Hija sodisfatta mill-anqas TRCO waħda mill-grupp tar-reazzjoni tas-sewwieq U minn dak ambjentali U dak tas-sensuri abbord.

3

3.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(9)Ma għandhiex titqies terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS.

3.3.1.Kanċellazzjoni

(10)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

3.3.2.Negazzjoni

(11)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

3.4.Aġġornament

(12)Ma għandux jintuża DENM ta’ aġġornament għal dan is-servizz tas-C-ITS.

3.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(13)Id-DENMs il-ġodda għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 20 s b’repetitionInterval ta’ 0.5 s. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku ta’ Notitika Ambjentali Deċentralizzata (DEN) għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-CITS riċevitur.

3.6.Klassi ta’ traffiku

(14)Id-DENMs il-ġodda għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

3.7.Parametri tal-messaġġ

3.7.1.DENM

(15)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 3: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “konġestjoni tat-traffiku — tmiem il-kju perikoluż”

Qasam tad-Data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat skont [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-Kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

referenceTime

TimestampIts-Kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tas-C-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

relevanceDistance

lessThan1000 m(4)

relevanceTrafficDirection

upstreamTraffic(1)

validityDuration

20 s (huwa mistenni li l-vetturi jkunu qed jiffaċċjaw sitwazzjoni tat-traffiku differenti 20 s wara d-detezzjoni)

stationType

It-tip tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (8)

causeCode

dangerousEndOfQueue(27)

subCauseCode

unavailable(0)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban / mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

3.7.2.Messaġġ ta’ Sensibilizzazzjoni Kooperattiva (CAM)

(16)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

3.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(17)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

3.9.Saff ta’ sigurtà

(18)Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (4), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENM ġdid, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

4.Konġestjoni tat-traffiku — konġestjoni tat-traffiku ’l quddiem

4.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar sitwazzjoni fejn vettura ego taqbad konġestjoni tat-traffiku. Sitwazzjoni bħal din teżisti jekk il-vettura ego tkun imdawra bi traffiku wieqaf jew b’volum qawwi ta’ traffiku. Dan is-servizz ma japplikax għal ambjenti urbani.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

   “twissija dwar vettura wieqfa — vettura wieqfa”;

   “twissija dwar vettura wieqfa — vettura bil-ħsara”;

   “twissija dwar vettura wieqfa — wara ħabta”;

   “twissija dwar vettura speċjali — twissija dwar servizz ta’ rkupru wieqaf”.

4.2.Kundizzjonijiet skattaturi

4.2.1.Prekundizzjonijiet

(19)Għandhom jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet li ġejjin qabel jinbeda dan is-servizz tas-C-ITS:

(a)ma jinqabad l-ebda servizz ta’ “twissija dwar vettura wieqfa” (ara t-Taqsimiet 4 sa 6);

(b)ma jinqabad l-ebda servizz ta’ “twissija dwar vettura speċjali” (ara t-Taqsimiet 7 sa 9);

(c)il-vettura ego tkun tinsab f’ambjent mhux urban. Il-post għandu jiġi ddeterminata f’mill-anqas wieħed minn dawn il-modi:

(a)il-veloċità hija akbar minn 80 km/h għal blokk ta’ ħin ta’ mill-anqas 30 s fil-180 s qabel kull detezzjoni, u l-valur assolut tal-angolu tar-rota tal-istering hija anqas minn 90 ° għal blokk ta’ ħin ta’ mill-anqas 30 s fis-60 s qabel kull detezzjoni (konġestjonijiet tat-traffiku jenħtieġ li ma jinqabdux f’awtostradi);

(b)sensur b’kamera abbord jindika ambjent mhux urban;

(c)mappa diġitali abbord tindika ambjent mhux urban.

(20)Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-veloċità ffiltrata tal-vettura (fir-rigward tal-ħoss tas-sensur). Dan ir-rekwiżit għandu jiġi applikat għall-okkorrenzi sussegwenti kollha ta’ analiżi tal-veloċità tal-vettura.

(21)Il-valuri tal-veloċità u tal-angolu għandhom jitkejlu b’mod kontinwu. Il-kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfati tul id-durata tal-kejl. Il-proċess għandu jerġa’ jinbeda mill-bidu jekk il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati fid-durata tal-kejl.

4.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(22)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjoni fil-punt (19) u mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

·TRCO_0;

·TRCO _1 U (TRCO _2 JEW TRCO _3 JEW TRCO _4 JEW TRCO _5)

Tabella 4: Kundizzjonijiet speċifiċi għas-servizz “Konġestjoni tat-traffiku — konġestjoni tattraffiku ’l quddiem”

Għadd

Kundizzjoni skattatriċi

Status

TRCO_0

Il-vettura ego tkun miexja b’veloċità medja ta’ 30 km/h jew anqas u aktar minn 0 km/h (dan il-limitu jiġi introdott biex jiġi evitat it-trikkib u biex issir distinzjon bejn TRCO_0 u TRCO_1). Il-veloċità medja għandha tiġi kkalkulata matul perjodu ta’ 120 s (il-kundizzjoni tad-durata teskludi l-iskattar ta’ stati tat-traffiku li jinbidlu frekwentement).

Nota: Din it-TRCO tkopri xxenarju fejn ilvettura ego tkun imdawra bi traffiku wieqaf u miexi.

dinamika tal-vettura

TRCO_1

Il-veloċità tal-vettura ego tkun ugwali għal 0 km/h għal mill-anqas 30 s.

Nota: Din it-TRCO tkopri xenarju fejn il-vettura ego tkun wieqfa u mdawra b’utenti oħra tat-triq.

dinamika tal-vettura

TRCO_2

Ġie riċevut mill-anqas DENM wieħed li jikkorrispondi għas-servizz tas-C-ITS “konġestjoni tat-traffiku - konġestjoni tat-traffiku ’l quddiem” bl-istess direzzjoni tas-sewqan.

ambjent

TRCO_3

Ġiet riċevuta mill-anqas notifika waħda permezz ta’ radju mobbli dwar konġestjoni tat-traffiku bl-istess direzzjoni tas-sewqan.

ambjent

TRCO_4

Il-CAMs jindikaw veloċità ta’ 30 km/h jew anqas għal mill-anqas ħames vetturi oħra f’100 m u bl-istess direzzjoni tas-sewqan.

ambjent

TRCO_5

Is-sensuri abbord jindikaw veloċità ta’ 30 km/h jew anqas għal mill-anqas ħames vetturi oħra f’100 m u bl-istess direzzjoni tas-sewqan.

sensur abbord

(23)Ma għandux jintalab DENM ġdid fil-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni. Il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni jitnieda wara li jinqabad l-avveniment u wara li jkun intalab DENM għal dak il-għan. B’dan il-mod, avveniment uniku ma jkunx jista’ jimblokka l-kanal ta’ trażmissjoni. Il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni għandu jkun 180 s irrispettivament minn kif jinqabad l-avveniment. Il-perjodu ta’ detezzjoni bejn żewġ avvenimenti maqbuda għandu jkun mill-anqas ugwali għall-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni. L-algoritmu ta’ detezzjoni jista’ jopera matul il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni.

(24)Kundizzjoni għandha tkun valida sakemm tkun attiva u għal perjodu addizzjonali ta’ 5 s (il-perjodu jżid id-determiniżmu tal-algoritmu ta’ detezzjoni). Il-validità tonqos mill-mument li fih il-kundizzjoni ma tibqax sodisfatta, u b’hekk jiġi ffaċilitat il-kombinament ta’ kundizzjonijiet skattaturi.

(25)IlCAMs u d-DENMs minn vetturi mbiegħda li jintużaw għall-evalwazzjoni ta’ kundizzjonijiet speċifiċi għas-servizzi, kif deskritt hawn fuq, għandhom ikunu rilevanti għall-vettura ego. Ir-rilevanza għandha tiġi ddeterminata f’wieħed minn dawn il-modi:

(a)mappa diġitali tindika li l-avveniment u l-vettura ego huma separati b’distanza ta’ anqas minn 500 m u jikkondividu l-istess direzzjoni tas-sewqan;

(b)konkordanza bejn l-istorja tal-perkorsi tindika li l-avveniment u l-vettura ego huma separati b’distanza ta’ anqas minn 500 m u jikkondividu l-istess direzzjoni tas-sewqan;

(c)id-distanza Ewklidjana bejn l-avveniment u l-vettura ego tkun anqas minn 500 m u l-valur assolut tad-differenza fid-direzzjoni jkun anqas minn 10 °. Il-pożizzjonijiet ta’ referenza tal-konġestjoni tat-traffiku, skont id-DENMs, ikunu jinsabu f’żona ta’ bejn -45 ° u +45 ° li tibda fl-assi lonġitudinali tal-vettura ego.

Nota: Meta jingħaddu l-vetturi jew l-avvenimenti, bidla fl-AT jenħtieġ li titqies b’tali mod li ebda vettura jew avveniment ma jingħadd aktar minn darba.

4.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(26)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif tinqabad is-sitwazzjoni. TRCOs (ara l-punt (22)) huma kondiviżi fi gruppi: reazzjoni tas-sewwieq, dinamika tal-vettura, ambjent u sensuri abbord. Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja. Għandu jintuża l-akbar valur possibbli.

Tabella 5: Kwalità tal-informazzjoni dwar “konġestjoni tat-traffiku — konġestjoni tat-traffiku ’l quddiem”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Tiġi ssodisfata mill-anqas kundizzjoni waħda mill-grupp tad-dinamika tal-vettura, jiġifieri tiġi ssodisfata l-kundizzjoni TRCO_0.

1

Tiġi ssodisfata mill-anqas kundizzjoni waħda mill-grupp tad-dinamika tal-vettura U dak ambjentali.

2

Tiġi ssodisfata mill-anqas kundizzjoni waħda mill-grupp tad-dinamika tal-vettura U dak tas-sensur abbord.

3

Tiġi ssodisfata mill-anqas kundizzjoni waħda mill-grupp tad-dinamika tal-vettura U minn dak ambjentali U dak tas-sensur abbord.

4

4.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(27)Ma għandhiex titqies terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS.

4.3.1.Kanċellazzjoni

(28)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

4.3.2.Negazzjoni

(29)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

4.4.Aġġornament

(30)Ma għandux jintuża DENM ta’ aġġornament għal dan is-servizz tas-C-ITS.

4.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(31)Id-DENMs il-ġodda għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 60 s b’repetitionInterval ta’ 1 s. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

4.6.Klassi ta’ traffiku

(32)Id-DENMs il-ġodda għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

4.7.Parametri tal-messaġġ

4.7.1.DENM

(33)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 6: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “konġestjoni tat-traffiku — konġestjoni tat-traffiku ’l quddiem”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tas-C-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

relevanceDistance

lessThan1000m(4)

relevanceTrafficDirection

upstreamTraffic(1)

validityDuration

60 s (sitwazzjoni ta’ konġestjoni tat-traffiku hija mistennija ddum mill-anqas 60 s)

stationType

It-tip tal-istazzjon C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (26).

causeCode

trafficCondition(1)

subCauseCode

unavailable(0)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

4.7.2.CAM

(34)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

4.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(35)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

4.9.Saff ta’ sigurtà

(36)Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (22), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENM ġdid, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

5.Twissija dwar vettura wieqfa - vettura wieqfa

5.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar sitwazzjoni fejn vettura tkun waqfet, mingħajr informazzjoni partikolari dwar ir-raġuni.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“twissija dwar vettura speċjali — twissija dwar servizz ta’ rkupru wieqaf”;

·“twissija dwar vettura wieqfa — vettura bil-ħsara”;

·“twissija dwar vettura wieqfa — wara ħabta”.

(37)Sinjal tad-DENM għandu jintbagħat lill-istack biss jekk il-kundizzjonijiet skattaturi deskritti f’din it-taqsima jiġu evalwati bħala li ġew issodisfati. Sinjal bħal dan jikkawża li l-istack tiġġenera DENM ġdid, ta’ aġġornament jew ta’ kanċellazzjoni. Jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi, ma għandux jiġi ġġenerat sinjal ta’ DENM.

5.2.Kundizzjonijiet skattaturi

5.2.1.Prekundizzjonijiet

(38)Għandhom jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet li ġejjin qabel jiġi skattat dan is-servizz tas-C-ITS:

(a)fuq ir-raggruppament tal-istrumenti ma jintwera l-ebda messaġġ ta’ twissija dwar ħsara li jipprevjeni lis-sewwieq milli jkompli jsuq (eż. simboli ta’ twissija ħomor, b’konformità ma’ [ECE 121]).

Nota: Dan is-servizz mhuwiex meħtieġ jiċċekkja l-istatus tat-terminal tal-ignition 15 qabel jiskatta (jista’ jkun mixgħul jew mitfi). It-tħaddim tas-servizz huwa fakultattiv meta t-terminal tal-ignition 15 ikun mitfi.

(39)Għandha tiġi evitata l-attivazzjoni parallela mas-servizzi tas-C-ITS relatati l-oħra. F’każ li s-servizzi tas-C-ITS “vettura bil-ħsara” u/jew “wara ħabta” jiġu skattati simultanjament, is-servizzi tas-C-ITS għandhom jiġu pprijoritizzati kif ġej:

(a)“wara ħabta” (l-akbar prijorità);

(b)“vettura bil-ħsara”;

(c)“vettura wieqfa” (l-inqas prijorità).

5.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(40)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet fil-punt (38) kif ukoll il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(a)il-vettura ego tkun xegħlet id-dwal ta’ twissija ta’ periklu;

(b)il-vettura tkun wieqfa;

(c)ikun skada t-Timer Skattatur.

(41)Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-veloċità ffiltrata tal-vettura (fir-rigward tal-ħoss tas-sensur). Dan ir-rekwiżit għandu jiġi applikat għall-okkorrenzi sussegwenti kollha ta’ analiżi tal-veloċità tal-vettura.

(42)Jekk il-vettura tkun xegħlet id-dwal ta’ twissija ta’ periklu u tkun wieqfa, it-Timer Skattatur għandu jiġi ssettjat għal 30 s u jinbeda. It-Timer Skattatur għandu jitnaqqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)it-timer għandu jitnaqqas b’10 s jekk it-trażmissjoni awtomatika (AUT) tkun issettjata għal “ipparkja” għal mill-anqas 3 s;

(b)it-timer għandu jitnaqqas b’10 s jekk il-gerboks ma tkunx ingranata għal mill-anqas 3 s;

(c)it-timer għandu jitnaqqas b’10 s jekk il-brejk tal-parking ikun attivat għal mill-anqas 3 s;

(d)it-timer għandu jitnaqqas b’10 s jekk għadd arbitrarju ta’ bokkli taċ-ċinturini ta’ sikurezza jinbidlu minn “konnessi” għal “mhux konnessi” għal mill-anqas 3 s;

(e)it-timer għandu jiġi ssettjat għal 0 jekk għadd arbitrarju ta’ bibien ikunu miftuħa għal mill-anqas 3 s;

(f)it-timer għandu jiġi ssettjat għal 0 jekk it-terminal tal-ignition jintefa’ għal mill-anqas 3 s;

(g)it-timer għandu jiġi ssettjat għal 0 jekk il-bagoll ikun miftuħ għal mill-anqas 3 s;

(h)it-timer għandu jiġi ssettjat għal 0 jekk il-bonit ikun miftuħ għal mill-anqas 3 s.

(43)Ilproċeduri kollha elenkati hawn fuq għat-tnaqqis tat-timer għandhom jiġu applikati darba biss matul id-detezzjoni inizjali. Jekk l-għadd tat-Timer Skattatur ikun laħaq 0, ma huwa meħtieġ l-ebda tnaqqis ulterjuri fiċ-ċiklu ta’ detezzjoni attwali.

(44)Waqt li jkun qed jopera t-Timer Skattatur, id-dwal ta’ twissija ta’ periklu għandhom ikunu mixgħulin u l-vettura għandha tkun wieqfa. Inkella, id-detezzjoni għandha tiġi kkanċellata.

5.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(45)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punt (42)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 7: Kwalità tal-informazzjoni dwar “vettura wieqfa — vettura wieqfa”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Ma tiġi ssodisfata l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet a) — h).

1

Tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet a) — d).

2

Tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet e) — h).

3

(46)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality. Fil-fażi ta’ aġġornament, għandhom jiġu evalwati biss il-kundizzjonijiet li kieku jwasslu għal tnaqqis fit-timer, iżda mhux it-timer innifsu.

5.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(47)Dan is-servizz tas-C-ITS jiġi tterminat b’kanċellazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Mat-terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS, it-talba għal DENM ta’ aġġornament għandha tiġi tterminata.

5.3.1.Kanċellazzjoni

(48)Jekk tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin qabel ikun skada l-perjodu ssettjat fl-element ta’ data validityDuration, għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM ta’ kanċellazzjoni:

(a)il-vettura ma tibqax wieqfa għal durata ta’ 5 s;

(b)id-dwal ta’ twissija ta’ periklu jkunu mitfijin;

(c)il-pożizzjoni tal-vettura nbidlet b’aktar minn 500 m (eż. għax il-vettura ġiet irmonkata).

Nota: Il-kundizzjoni ta’ kanċellazzjoni ma timplikax li jeħtieġ li l-istazzjon tas-C-ITS ikun operattiv b’mod permanenti, jew li għandu jestendi t-tħaddim tiegħu matul dik il-kundizzjoni ta’ kanċellazzjoni.

5.3.2.Negazzjoni

(49)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

5.4.Aġġornament

(50)Jekk id-DENM skattat preċedentement għal Vettura Wieqfa maqbuda ma ġiex ikkanċellat, kull 15-il s għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM ta’ aġġornament.

(51)Fil-fażi ta’ aġġornament, għandhom jiġu ċċekkjati biss il-kundizzjonijiet skattaturi (ma għandhiex titwettaq evalwazzjoni ulterjuri tat-timers).

(52)Għandhom jiġu assenjati valuri ġodda għall-oqsma jew għall-elementi tad-data fid-DENM, skont l-avveniment mibdul (eż. detectionTime jew informationQuality).

Nota: Il-kundizzjoni ta’ aġġornament ma timplikax li jeħtieġ li l-istazzjon tas-C-ITS ikun operattiv b’mod permanenti, jew li għandu jestendi t-tħaddim tiegħu matul dik il-kundizzjoni ta’ aġġornament.

5.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(53)DENMs li jkunu ġodda, li jkunu ġew aġġornati jew li jkunu ġew ikkanċellati għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 15-il s b’repetitionInterval ta’ 1 s. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

Nota: Il-validityDuration jiġi ssettjat għal 30 s. Għalhekk, wieħed jista’ jipprevjeni diskrepanza ta’ DENMs jekk ir-repetitionDuration tad-DENM oriġinali jkun skada u ma jkunx għadu ġie riċevut l-aġġornament.

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

5.6.Klassi ta’ traffiku

(54)Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

5.7.Parametri tal-messaġġ

5.7.1.DENM

(55)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 8: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “vettura wieqfa — vettura wieqfa”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid, ta’ aġġornament jew ta’ kanċellazzjoni. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat fil-każ ta’ DENM ġdid jew ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat għal isCancellation(0) fil-każ ta’ DENM ta’ kanċellazzjoni.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

relevanceDistance

lessThan1000m(4)

relevanceTrafficDirection

Jekk roadType ikun magħruf, il-valur għandu jiġi ssettjat kif ġej:

RoadType

Direzzjoni

 

0

allTrafficDirections(0)

 

1

upstreamTraffic(1)

 

2

allTrafficDirections(0)

 

3

upstreamTraffic(1)

 

Inkella, il-valur għandu jiġi ssettjat għal allTrafficDirections(0)

validityDuration

30 s

stationType

It-tip tal-istazzjon C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (45). Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament.

causeCode

stationaryVehicle(94)

subCauseCode

unavailable(0)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Kontenitur alacarte: StationaryVehicleContainer

stationarySince

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ kemm l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni jdum wieqaf f’minuti. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

5.7.2.CAM

(56)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

5.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(57)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

5.9.Saff ta’ sigurtà

(58)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (40), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENMs ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

6.Twissija dwar vettura wieqfa — vettura bil-ħsara

6.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar vettura bil-ħsara. Għalkemm diversi raġunijiet jistgħu jikkawżaw ħsara fil-vettura, bħal tajers jinfaqgħu, nuqqas ta’ fjuwil jew falliment tal-magna, din it-taqsima tiffoka fuq ir-raġunijiet indikati mill-messaġġi ta’ twissija dwar ħsara fir-raggruppament tal-istrumenti.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“twissija dwar vettura speċjali — twissija dwar servizz ta’ rkupru wieqaf”;

·“twissija dwar vettura wieqfa — vettura wieqfa”;

·“twissija dwar vettura wieqfa — wara ħabta”.

(59)Sinjal ta’ DENM għandu jintbagħat lill-istack biss jekk il-kundizzjonijiet skattaturi deskritti f’din it-taqsima jiġu evalwati bħala validi. Sinjal bħal dan jikkawża li l-istack tiġġenera DENM ġdid, ta’ aġġornament jew ta’ kanċellazzjoni. Jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi, ma għandux jiġi ġġenerat sinjal ta’ DENM.

6.2.Kundizzjonijiet skattaturi

6.2.1.Prekundizzjonijiet

(60)Il-prekundizzjoni li ġejja għandha tiġi ssodisfata qabel jiġi skattat dan is-servizz tas-C-ITS:

(a)fuq ir-raggruppament tal-istrumenti jintwera messaġġ ta’ twissija dwar ħsara li jipprevjeni lis-sewwieq milli jkompli jsuq (eż. simboli ta’ twissija ħomor, b’konformità ma’ [ECE 121]).

Nota: Dan is-servizz mhuwiex meħtieġ jiċċekkja l-istatus tat-terminal tal-ignition 15 qabel jiskatta (jista’ jkun mixgħul jew mitfi). It-tħaddim tas-servizz huwa fakultattiv meta t-terminal tal-ignition 15 ikun mitfi.

(61)Għandha tiġi evitata l-attivazzjoni parallela mas-servizzi tas-C-ITS relatati l-oħra. F’każ li s-servizzi tas-C-ITS “vettura wieqfa” u/jew “wara ħabta” jiġu skattati simultanjament, is-servizzi tas-C-ITS għandhom jiġu pprijoritizzati kif ġej:

(a)“wara ħabta” (l-akbar prijorità);

(b)“vettura bil-ħsara”;

(c)“vettura wieqfa” (l-inqas prijorità).

6.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(62)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjoni fil-punt (60) kif ukoll il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(a)il-vettura ego tkun xegħlet id-dwal ta’ twissija ta’ periklu;

(b)il-vettura tkun wieqfa;

(c)ikun skada t-Timer Skattatur.

(63)Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-veloċità ffiltrata tal-vettura (fir-rigward tal-ħoss tas-sensur). Dan ir-rekwiżit għandu jiġi applikat għall-okkorrenzi sussegwenti kollha ta’ analiżi tal-veloċità tal-vettura.

(64)Jekk il-vettura tkun xegħlet id-dwal ta’ twissija ta’ periklu u tkun wieqfa, it-Timer Skattatur għandu jiġi ssettjat għal 30 s u jinbeda. It-Timer Skattatur għandu jitnaqqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)it-timer għandu jitnaqqas b’10 s jekk it-trażmissjoni awtomatika (AUT) tkun issettjata għal “ipparkja” għal mill-anqas 3 s;

(b)it-timer għandu jitnaqqas b’10 s jekk il-gerboks ma tkunx ingranata għal mill-anqas 3 s;

(c)it-timer għandu jitnaqqas b’10 s jekk il-brejk tal-parking ikun attivat għal mill-anqas 3 s;

(d)it-timer għandu jitnaqqas b’10 s jekk għadd arbitrarju ta’ bokkli taċ-ċinturini ta’ sikurezza jinbidlu minn “konnessi” għal “mhux konnessi” għal mill-anqas 3 s;

(e)it-timer għandu jiġi ssettjat għal 0 jekk għadd arbitrarju ta’ bibien ikunu miftuħa għal mill-anqas 3 s;

(f)it-timer għandu jiġi ssettjat għal 0 jekk it-terminal tal-ignition jintefa’ għal mill-anqas 3 s;

(g)it-timer għandu jiġi ssettjat għal 0 jekk il-bagoll ikun miftuħ għal mill-anqas 3 s;

(h)it-timer għandu jiġi ssettjat għal 0 jekk il-bonit ikun miftuħ għal mill-anqas 3 s.

(65)Ilproċeduri kollha elenkati hawn fuq għat-tnaqqis tat-timer għandhom jiġu applikati darba biss matul id-detezzjoni inizjali. Jekk l-għadd tat-Timer Skattatur ikun laħaq 0, ma huwa meħtieġ l-ebda tnaqqis ulterjuri fiċ-ċiklu ta’ detezzjoni attwali.

(66)Waqt li jkun qed jopera t-Timer Skattatur, id-dwal ta’ twissija ta’ periklu għandhom ikunu mixgħulin u l-vettura għandha tkun wieqfa l-ħin kollu. Inkella, id-detezzjoni għandha tiġi kkanċellata.

6.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(67)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punt (64)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 9: Kwalità tal-informazzjoni dwar “vettura wieqfa — vettura bil-ħsara”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Ma tiġi ssodisfata l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet a) — h).

1

Tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet a) — d).

2

Tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet e) — h).

3

(68)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality. Fil-fażi ta’ aġġornament, għandhom jiġu evalwati biss il-kundizzjonijiet li kieku jwasslu għal tnaqqis fit-timer, iżda mhux it-timer innifsu.

6.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(69)Dan is-servizz tas-C-ITS jiġi tterminat b’kanċellazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Mat-terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS, it-talba għal DENM ta’ aġġornament għandha tiġi tterminata.

6.3.1.Kanċellazzjoni

(70)Jekk tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin qabel ikun skada l-perjodu ssettjat fl-element ta’ data validityDuration, għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM ta’ kanċellazzjoni:

(a)il-vettura ma tibqax wieqfa għal durata ta’ 5 s;

(b)id-dwal ta’ twissija ta’ periklu jkunu diżattivati;

(c)il-pożizzjoni tal-vettura nbidlet b’aktar minn 500 m (eż. għax il-vettura ġiet irmonkata).

Nota: Il-kundizzjoni ta’ kanċellazzjoni ma timplikax li jeħtieġ li l-istazzjon tas-C-ITS ikun operattiv b’mod permanenti, jew li għandu jestendi t-tħaddim tiegħu matul dik il-kundizzjoni ta’ kanċellazzjoni.

6.3.2.Negazzjoni

(71)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

6.4.Aġġornament

(72)Jekk id-DENM skattat preċedentement għal Vettura bil-ħsara maqbuda ma ġiex ikkanċellat, kull 15-il s għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM ta’ aġġornament.

(73)Fil-fażi ta’ aġġornament, għandhom jiġu ċċekkjati biss il-kundizzjonijiet skattaturi (ma għandhomx ikomplu jiġu evalwati t-timers).

(74)Jekk it-terminal tal-ignition 15 jintefa, għandu jiġi skattat DENM ta’ aġġornament minnufih.

(75)Għandhom jiġu assenjati valuri ġodda għall-oqsma jew għall-elementi tad-data fid-DENM, skont l-avveniment mibdul (eż. detectionTime jew informationQuality).

Nota: Il-kundizzjoni ta’ aġġornament ma timplikax li jeħtieġ li l-istazzjon tas-C-ITS ikun operattiv b’mod permanenti, jew li għandu jestendi t-tħaddim tiegħu matul dik il-kundizzjoni ta’ aġġornament.

6.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(76)DENMs li jkunu ġodda, li jkunu ġew aġġornati jew li jkunu ġew ikkanċellati għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 15-il s b’repetitionInterval ta’ 1 s. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

(77)Fil-każ ta’ terminal tal-ignition 15 attivat, il-validityDuration għandu jiġi ssettjat għal 30 s. Għalhekk, wieħed jista’ jipprevjeni diskrepanza ta’ DENMs jekk ir-repetitionDuration tad-DENM oriġinali jkun skada u ma jkunx għadu ġie riċevut l-aġġornament.

Nota: Il-validityDuration f’każ ta’ terminal tal-ignition 15 diżattivat għandu jiġi ssettjat għal valur akbar milli f’każ ta’ terminal tal-ignition 15 attivat. Dan huwa dovut għall-fatt li DENM ta’ aġġornament ma jistax jiġi skattat u ma jkunx jista’ jintbagħat. Għalhekk, l-aħħar DENM għandu jinżamm ħaj għal aktar ħin.

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

6.6.Klassi ta’ traffiku

(78)Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

6.7.Parametri tal-messaġġ

6.7.1.DENM

(79)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 10: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “twissija dwar vettura wieqfa — vettura bil-ħsara”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid, ta’ aġġornament jew ta’ kanċellazzjoni. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat fil-każ ta’ DENM ġdid jew ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat għal isCancellation(0) fil-każ ta’ DENM ta’ kanċellazzjoni.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

relevanceDistance

lessThan1000m(4)

relevanceTrafficDirection

Jekk roadType ikun magħruf, il-valur għandu jiġi ssettjat kif ġej:

RoadType

Direzzjoni

 

0

allTrafficDirections(0)

 

1

upstreamTraffic(1)

 

2

allTrafficDirections(0)

 

3

upstreamTraffic(1)

 

Inkella, il-valur għandu jiġi ssettjat għal allTrafficDirections(0)

validityDuration

·It-terminal tal-ignition 15 huwa attivat: 30 s

·It-terminal tal-ignition 15 huwa diżattivat: 900 s

stationType

It-tip ta’ stazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (67). Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament.

causeCode

stationaryVehicle(94)

subCauseCode

vehicleBreakdown(2)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Kontenitur alacarte: StationaryVehicleContainer

stationarySince

Għandu jiġi ssettjat skont kemm l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni jdum wieqaf f’minuti. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

6.7.2.CAM

(80)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

6.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(81)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

6.9.Saff ta’ sigurtà

(82)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (62), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENMs ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

7.Twissija dwar vettura wieqfa — wara ħabta

7.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar vettura li tkun wieqfa minħabba aċċident tat-traffiku.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

   “twissija dwar vettura wieqfa — vettura wieqfa”;

   “twissija dwar vettura wieqfa — vettura bil-ħsara”.

(83)Sinjal ta’ DENM għandu jintbagħat lill-istack biss jekk il-kundizzjonijiet skattaturi deskritti f’din it-taqsima jiġu evalwati bħala validi. Sinjal bħal dan jikkawża li l-istack tiġġenera DENM ġdid, ta’ aġġornament jew ta’ kanċellazzjoni. Jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi, ma għandux jiġi ġġenerat sinjal ta’ DENM.

7.2.Kundizzjonijiet skattaturi

7.2.1.Prekundizzjonijiet

(84)Ma japplikawx prekundizzjonijiet speċifiċi għal dan is-servizz tas-C-ITS.

(85)Għandha tiġi evitata l-attivazzjoni parallela mas-servizzi tas-C-ITS relatati l-oħra. F’każ li s-servizzi tas-C-ITS “vettura wieqfa” u/jew “vettura bil-ħsara” jiġu skattati simultanjament, is-servizzi tas-C-ITS għandhom jiġu pprijoritizzati kif ġej:

(a)“wara ħabta” (l-akbar prijorità);

(b)“vettura bil-ħsara”;

(c)“vettura wieqfa” (l-inqas prijorità).

7.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(86)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet fil-punt (84) u mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(a)tkun ġiet skattata eCall b’mod manwali minn okkupant tal-vettura permezz tal-buttuna eCall, u l-vettura tieqaf f’anqas minn 15-il s. Jekk il-vettura tkun diġà wieqfa, il-kundizzjoni tiġi ssodisfata immedjatament;

(b)tinqabad ħabta ta’ severità baxxa mingħajr lattivazzjoni ta’ sistema irriversibbli ta’ trażżin tal-okkupant (eż. qtugħ ta’ batterija ta’ vultaġġ għoli, ftuħ ta’ bieba), u l-vettura tieqaf f’anqas minn 15-il s. Jekk il-vettura tkun diġà wieqfa, il-kundizzjoni tiġi ssodisfata immedjatament;

(c)tinqabad kolliżjoni ma’ persuna miexja bl-attivazzjoni ta’ mill-anqas sistema irriversibbli waħda ta’ protezzjoni ta’ persuni mixjin (eż. bonit popup, airbag fuq barra), u l-vettura tieqaf f’anqas minn 15-il s. Jekk ilvettura tkun diġà wieqfa, il-kundizzjoni tiġi ssodisfata immedjatament;

(d)tinqabad ħabta ta’ severità għolja blattivazzjoni ta’ millanqas sistema irriversibbli waħda ta’ trażżin tal-okkupant (eż. apparat pirotekniku li jissikka ċ-ċinturin, airbag).

(87)Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-veloċità ffiltrata tal-vettura (fir-rigward tal-ħoss tas-sensur). Dan ir-rekwiżit għandu jiġi applikat għall-okkorrenzi sussegwenti kollha ta’ analiżi tal-veloċità tal-vettura.

Nota: Il-kundizzjonijiet iridu jiġu ċċekkjati biss jekk il-provvista tal-enerġija neċessarja tkun preżenti. Dan ifisser li mhix meħtieġa implimentazzjoni tassistema li tkun tilqa’ kontra ħabta.

7.2.3.Kwalità tal-Informazzjoni

(88)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punt (86)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 11: Kwalità tal-informazzjoni dwar “vettura wieqfa — wara ħabta”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata.

1

Il-kundizzjoni (b) jew (c) tiġi ssodisfata.

2

Il-kundizzjoni (d) tiġi ssodisfata.

3

(89)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality.

7.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(90)Dan is-servizz tas-C-ITS jiġi tterminat b’kanċellazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Mat-terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS, it-talba għal DENM ta’ aġġornament għandha tiġi tterminata.

7.3.1.Kanċellazzjoni

(91)Ladarba tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin qabel ikun skada l-perjodu ssettjat fl-element ta’ data validityDuration, għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM ta’ kanċellazzjoni:

(a)il-vettura ego ma tkunx wieqfa għal durata ta’ 15-il s;

(b)il-pożizzjoni tal-vettura nbidlet b’aktar minn 500 m (eż. għax il-vettura ġiet irmonkata).

Nota: Il-kundizzjoni ta’ kanċellazzjoni ma timplikax li jeħtieġ li l-istazzjon tas-C-ITS ikun operattiv b’mod permanenti, jew li għandu jestendi t-tħaddim tiegħu matul dik il-kundizzjoni ta’ kanċellazzjoni.

7.3.2.Negazzjoni

(92)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

7.4.Aġġornament

(93)Jekk is-servizz tas-C-ITS ma jkunx ġie kkanċellat, għandu jiġi skattat DENM ta’ aġġornament kull 60 s.

(94)Jekk it-terminal tal-ignition 15 jintefa, għandu jiġi skattat DENM ta’ aġġornament minnufih.

(95)Għandhom jiġu assenjati valuri ġodda għall-oqsma jew għall-elementi tad-data fid-DENM, skont l-avveniment mibdul (eż. detectionTime jew informationQuality).

Nota: Il-kundizzjoni ta’ aġġornament ma timplikax li jeħtieġ li l-istazzjon tas-C-ITS ikun operattiv b’mod permanenti, jew li għandu jestendi t-tħaddim tiegħu matul dik il-kundizzjoni ta’ aġġornament.

7.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(96)DENMs li jkunu ġodda, li jkunu ġew aġġornati jew li jkunu ġew ikkanċellati għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 60 s b’repetitionInterval ta’ 1 s. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

(97)Fil-każ ta’ terminal tal-ignition 15 attivat, il-validityDuration għandu jiġi ssettjat għal 180 s. Għalhekk, wieħed jista’ jipprevjeni diskrepanza ta’ DENMs jekk ir-repetitionDuration tad-DENM oriġinali jkun skada u ma jkunx għadu ġie riċevut l-aġġornament.

Nota: Il-validityDuration f’każ ta’ terminal tal-ignition 15 diżattivat għandu jiġi ssettjat għal valur akbar milli f’każ ta’ terminal tal-ignition 15 attivat. Dan huwa dovut għall-fatt li DENM ta’ aġġornament ma jistax jiġi skattat u ma jkunx jista’ jintbagħat. Għalhekk, l-aħħar DENM għandu jinżamm ħaj għal aktar ħin.

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

7.6.Klassi ta’ traffiku

(98)Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

7.7.Parametri tal-messaġġ

7.7.1.DENM

(99)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 12: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “Twissija dwar Vettura Wieqfa — Wara Ħabta”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid, ta’ aġġornament jew ta’ kanċellazzjoni. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat fil-każ ta’ DENM ġdid jew ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat għal isCancellation(0) fil-każ ta’ DENM ta’ kanċellazzjoni.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

relevanceDistance

lessThan5km(5)

relevanceTrafficDirection

Jekk roadType ikun magħruf, il-valur għandu jiġi ssettjat kif ġej:

RoadType

Direzzjoni

 

0

allTrafficDirections(0)

 

1

upstreamTraffic(1)

 

2

allTrafficDirections(0)

 

3

upstreamTraffic(1)

 

Inkella, il-valur għandu jiġi ssettjat għal allTrafficDirections(0)

validityDuration

·It-terminal tal-ignition 15 huwa attivat: 180 s

·It-terminal tal-ignition 15 huwa diżattivat: 1 800 s

stationType

It-tip tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (88). Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament.

causeCode

stationaryVehicle(94)

subCauseCode

postCrash(3)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Kontenitur alacarte: StationaryVehicleContainer

stationarySince

Għandu jiġi ssettjat skont kemm l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni jdum wieqaf f’minuti. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

 

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

7.7.2.CAM

(100)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

7.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(101)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

7.9.Saff ta’ sigurtà

(102)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (86), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENMs ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

8.Twissija dwar vettura speċjali — vettura ta’ emerġenza operattiva

8.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar vettura ta’ emerġenza li tkun qed tivvjaġġa lejn xena ta’ operazzjoni, u dan ikun issinjalat permezz tal-iżbarra tad-dawl.

(103)Malli jiġi skattat is-servizz tas-C-ITS, għandu jiġi trażmess DENM mill-istazzjon tas-C-ITS ġewwa vettura ta’ emerġenza, u xi partijiet mill-oqsma tad-data tal-CAMs għandhom jiġi ssettjati b’konformità mat-taqsima 8.7.2.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“twissija dwar vettura speċjali — vettura ta’ emerġenza wieqfa ta’ salvagwardja”;

·“twissija dwar vettura speċjali — twissija dwar servizz ta’ rkupru wieqaf”.

(104)Is-servizz tas-C-ITS prestabbilit għal stazzjon tas-C-ITS ġewwa vettura ta’ emerġenza huwa “vettura ta’ emerġenza operattiva”. Bidla għas-servizz tas-C-ITS “vettura ta’ emerġenza wieqfa ta’ salvagwardja” għandha tiġi skattata biss fil-kundizzjonijiet stipulati fit-taqsima 9.

8.2.Kundizzjonijiet skattaturi

8.2.1.Prekundizzjonijiet

(105)Għandhom jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet li ġejjin qabel jiġi skattat dan is-servizz tas-C-ITS:

(a)ikun hemm konferma li stationType ikun vettura speċjali (stationType ta’ CAM jiġi ssettjat għal specialVehicles(10)). Is-servizz tas-C-ITS huwa ristrett għal vetturi ta’ emerġenza;

(b)ma għandhomx jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi fir-rigward ta’ “vettura ta’ emerġenza wieqfa ta’ salvagwardja” (ara t-taqsima 9.2).

8.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(106)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet fil-punt (105). kif ukoll il-kundizzjoni li ġejja, għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(a)tkun qed tintuża l-iżbarra tad-dawl.

(107)Il-livell tal-kwalità tal-informazzjoni jista’ jittejjeb permezz tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(b)tkun qed tintuża s-sirena;

(c)il-vettura ma tkunx wieqfa.

(108)Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-veloċità ffiltrata tal-vettura (fir-rigward tal-ħoss tas-sensur).

8.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(109)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punti (106) u (107)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 13: Kwalità tal-informazzjoni dwar “vettura ta’ emerġenza operattiva”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Il-kundizzjoni a) tiġi ssodisfata

1

Il-kundizzjonijiet a) u b) jiġu ssodisfati

2

Il-kundizzjonijiet a) u c) jiġu ssodisfati

3

Il-kundizzjonijiet a), b), u c) jiġu ssodisfati

4

(110)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality.

8.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(111)Is-servizz tas-C-ITS għandu jiġi tterminat meta l-iżbarra tad-dawl ma tibqax tintuża. Mat-terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS, għandu jintemm l-aġġornament tad-DENMs. Il-vehicleRole għandu jiġi ssettjat għal default(0) jekk l-iżbarra tad-dawl ma tibqax tintuża.

8.3.1.Kanċellazzjoni

(112)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

8.3.2.Negazzjoni

(113)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

8.4.Aġġornament

(114)Id-DENM iġġenerat għandu jiġu aġġornat kull 250 ms jekk ikunu għadhom sodisfatti l-kundizzjonijiet skattaturi. L-oqsma tad-data li jiġu assenjati valuri ġodda huma ddefiniti fit-Tabella 14 hawn taħt.

8.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(115)Ma għandhiex tintuża ripetizzjoni tad-DENM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

8.6.Klassi ta’ traffiku

(116)Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

8.7.Parametri tal-messaġġ

8.7.1.DENM

(117)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 14: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “vettura ta’ emerġenza operattiva”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid jew DENM ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tasC-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

relevanceDistance

lessThan1000m(4)

relevanceTrafficDirection

Jekk roadType ikun magħruf, il-valur għandu jiġi ssettjat kif ġej:

RoadType

Direzzjoni

 

0

allTrafficDirections(0)

 

1

upstreamTraffic(1)

 

2

allTrafficDirections(0)

 

3

upstreamTraffic(1)

 

Inkella, il-valur għandu jiġi ssettjat għal allTrafficDirections(0)

validityDuration

2 s

stationType

specialVehicles(10)

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (109). Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament.

causeCode

emergencyVehicleApproaching(95)

subCauseCode

emergencyVehicleApproaching(1)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Kontenitur alacarte: StationaryVehicleContainer

stationarySince

Għandu jiġi ssettjat skont kemm l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni jdum wieqaf f’minuti. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

 

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

8.7.2.CAM

(118)Il-vehicleRole għandu jinbeda f’konfigurazzjoni “prestabbilita” (vehicleRole ta’ CAM issettjat għal default(0)). Jekk tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet skattaturi fil-punt (106), il-vehicleRole għandu jiġi ssettjat għal emergency(6).

(119)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tal-CAM li għandhom jiġu ssettjati jekk jiġi skattat is-servizz tas-C-ITS.

Tabella 15: Elementi ta’ data tal-CAM ta’ “vettura ta’ emerġenza operattiva”

Qasam tad-data

Valur

CoopAwareness

generationDeltaTime

Ħin li jikkorrispondi għall-ħin tal-pożizzjoni ta’ referenza fil-CAM, meqjus bħala l-ħin ta’ ġenerazzjoni tal-CAM.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [EN 302 637-2].

BasicContainer

stationType

specialVehicles(10)

referencePosition

Il-pożizzjoni u l-preċiżjoni tal-pożizzjoni mkejla fil-punt ta’ referenza tal-istazzjon tas-CITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

HighFrequencyContainer għandu jiġi ssettjat għal BasicVehicleContainerHighFrequency

heading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju b’relazzjoni mat-Tramuntana reali.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

speed

Veloċità tas-sewqan tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

driveDirection

Direzzjoni tas-sewqan tal-vettura (’il quddiem jew lura) tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

vehicleLength

It-tul tal-vettura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

vehicleWidth

Il-wisa’ tal-vettura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

longitudinalAcceleration

Aċċelerazzjoni lonġitudinali tal-vettura tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

curvature

Kurvatura tat-trajettorja tal-vettura u tal-preċiżjoni.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

curvatureCalcMode

Jiddeskrivi jekk ir-rata tal-imbardata tintużax biex tiġi kkalkulata l-kurvatura għal valur irrappurtat tal-kurvatura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

yawRate

Ir-rata tal-imbardata tal-vettura f’punt fiż-żmien.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

LowFrequencyContainer għandu jiġi ssettjat għal BasicVehicleContainerLowFrequency

vehicleRole

emergency(6)

exteriorLights

Jiddeskrivi l-istatus tal-iswiċċijiet tad-dawl esterjuri ta’ vettura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

pathHistory

Jirrappreżenta l-moviment ta’ vettura tul perjodu u/jew distanza riċenti.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

SpecialVehicleContainer għandu jiġi ssettjat għal EmergencyContainer

lightBarSirenInUse

il-bit ta’ lightBarActivated għandu jiġi ssettjat għal 1(onChange), jekk jinqabad l-użu tal-iżbarra tad-dawl; inkella, għandu jiġi ssettjat għal 0.

il-bit ta’ sirenActivated għandu jiġi ssettjat għal 1, jekk jinqabad l-użu tas-sirena; inkella, għandu jiġi ssettjat għal 0.

emergencyPriority

Mhux meħtieġ

causeCode

Kif speċifikat fil-punt (117)

subCauseCode

Kif speċifikat fil-punt (117)

8.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(120)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

8.9.Saff ta’ sigurtà

(121)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (106), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENMs ġodda u ta’ aġġornament, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

9.Twissija dwar vettura speċjali — vettura ta’ emerġenza wieqfa ta’ salvagwardja

9.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar vettura ta’ emerġenza wieqfa li tkun qed tissalvagwardja żona ta’ periklu.

(122)Malli jiġi skattat is-servizz tas-C-ITS, għandu jiġi trażmess DENM mill-istazzjon tas-C-ITS ġewwa vettura ta’ emerġenza, u xi partijiet mill-oqsma tad-data tal-CAMs għandhom jiġi ssettjati b’konformità mat-taqsima 9.7.2.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“twissija dwar vettura speċjali — vettura ta’ emerġenza operattiva”;

·“twissija dwar vettura speċjali — twissija dwar servizz ta’ rkupru wieqaf”.

9.2.Kundizzjonijiet skattaturi

9.2.1.Prekundizzjonijiet

(123)Għandhom jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet li ġejjin qabel jiġi skattat dan is-servizz tas-C-ITS:

·ikun hemm konferma li stationType ikun vettura ta’ emerġenza (stationType ta’ CAM jiġi ssettjat għal specialVehicles(10)). Is-servizz tas-C-ITS huwa ristrett għal vetturi ta’ emerġenza;

·it-Timer Standstill għandu jinbeda b’żero.

(124)Is-servizz tas-C-ITS prestabbilit għal stazzjon tas-C-ITS ġewwa vettura ta’ emerġenza huwa “vettura ta’ emerġenza operattiva”. Bidla għas-servizz tas-C-ITS “vettura ta’ emerġenza wieqfa ta’ salvagwardja” għandha tiġi skattata biss fil-kundizzjonijiet iddefiniti fit-taqsima 9.2.2.

9.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(125)Jekk il-vettura tkun wieqfa u l-iżbarra tad-dawl tkun qed tintuża, għandu jinbeda Timer Standstill b’valur ta’ żero. Jekk l-iżbarra tad-dawl ma tibqax tintuża jew il-vettura ma tibqax wieqfa, it-Timer Standstill għandu jitwaqqaf u jiġi risettjat għal żero.

(126)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet fil-punt (123) u mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(a)l-iżbarra tad-dawl tkun qed tintuża u r-rilej tal-magna jkun attivat;

(b)l-iżbarra tad-dawl tkun qed tintuża, jinxtegħlu d-dwal ta’ twissija ta’ periklu u jiġi attivat il-brejk tal-parking, jew (fil-każ ta’ trażmissjoni awtomatika) jintgħażel “ipparkja”;

(c)l-iżbarra tad-dawl tkun qed tintuża, jinxtegħlu d-dwal ta’ twissija ta’ periklu u t-Timer Standstill ikun 60 s jew aktar.

(127)Il-livell tal-kwalità tal-informazzjoni jista’ jittejjeb permezz tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(d)l-istatus ta’ mill-anqas bieba waħda, jew tal-bagoll, ikun “miftuħ”;

(e)permezz ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin, is-sit tas-sewwieq jiġi rilevat bħala “mhux okkupat”:

(1)kamera tal-kompartiment tal-passiġġier;

(2)fin-nota ta’ tfakkir taċ-ċinturin ta’ sikurezza, tintuża teknika tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-okkupazzjoni tas-sit.

(128)Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-veloċità ffiltrata tal-vettura (fir-rigward tal-ħoss tas-sensur). Dan ir-rekwiżit għandu jiġi applikat għall-okkorrenzi sussegwenti kollha ta’ analiżi tal-veloċità tal-vettura.

(129)Jekk is-servizz tas-C-ITS jiġi skattat minħabba l-issodisfar tal-kundizzjoni (a) jew (b) fil-punt (126), it-Timer Standstill għandu jitwaqqaf u jiġi ssettjat għal 60 s. Fil-fażi ta’ aġġornament għandhom jiġu ċċekkjati l-kundizzjonijiet biss, iżda ma għandux jinbeda timer.

9.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(130)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punti (126) u (127)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 16: Kwalità tal-informazzjoni dwar “vettura ta’ emerġenza wieqfa ta’ salvagwardja”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Il-kundizzjoni (c) tiġi ssodisfata

1

Il-kundizzjoni (b) tiġi ssodisfata

2

Mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet (b) jew (c) tiġi ssodisfata u l-kundizzjoni (d) tiġi ssodisfata

3

Mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet (b) jew (c) tiġi ssodisfata u l-kundizzjoni (e) tiġi ssodisfata

4

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata

5

(131)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality.

9.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(132)Dan is-servizz tas-C-ITS jiġi tterminat b’kanċellazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Mat-terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS, it-talba għal DENM ta’ aġġornament għandha tiġi tterminata.

9.3.1.Kanċellazzjoni

(133)Jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja qabel ikun skada l-perjodu ssettjat fl-element ta’ data validityDuration, għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM ta’ kanċellazzjoni:

(a)il-kundizzjonijiet (a) sa (c) kollha speċifiċi għas-servizz tasC-ITS fit-taqsima 9.2.2 ma jibqgħux issodisfati.

Il-vehicleRole għandu jiġi ssettjat għal default(0) jekk l-iżbarra tad-dawl ma tibqax tintuża.

9.3.2.Negazzjoni

(134)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.    

9.4.Aġġornament

(135)Id-DENM iġġenerat għandu jiġu aġġornat kull 60 s jekk ikunu għadhom sodisfatti l-kundizzjonijiet skattaturi. L-oqsma tad-data kollha li jiġu assenjati valuri ġodda huma ddefiniti fit-Tabella 17 hawn taħt.

9.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(136)DENMs li jkunu ġodda, li jkunu ġew aġġornati jew li jkunu ġew ikkanċellati għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 60 s b’repetitionInterval ta’ 1 s. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

Nota: Il-validityDuration jiġi ssettjat għal 180 s. Għalhekk, wieħed jista’ jipprevjeni diskrepanza ta’ DENMs jekk ir-repetitionDuration tad-DENM oriġinali jkun skada u ma jkunx għadu ġie riċevut l-aġġornament.

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

9.6.Klassi ta’ traffiku

(137)Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

9.7.Parametri tal-messaġġ

9.7.1.DENM

(138)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 17: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “vettura ta’ emerġenza wieqfa ta’ salvagwardja”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid, ta’ aġġornament jew ta’ kanċellazzjoni. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat fil-każ ta’ DENM ġdid jew ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat għal isCancellation(0) fil-każ tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ kanċellazzjoni; ara l-punt (133).

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

relevanceDistance

lessThan5km(5)

relevanceTrafficDirection

Jekk roadType ikun magħruf, il-valur għandu jiġi ssettjat kif ġej:

RoadType

Direzzjoni

 

0

allTrafficDirections(0)

 

1

upstreamTraffic(1)

 

2

allTrafficDirections(0)

 

3

upstreamTraffic(1)

 

Inkella, il-valur għandu jiġi ssettjat għal allTrafficDirections(0)

validityDuration

180 s

stationType

specialVehicles(10)

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (130). Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament.

causeCode

rescueAndRecoveryWorkInProgress(15)

subCauseCode

emergencyVehicles(1)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Kontenitur alacarte: StationaryVehicleContainer

stationarySince

Għandu jiġi ssettjat skont kemm l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni jdum wieqaf f’minuti. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

 

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

9.7.2.CAM

(139)Il-vehicleRole għandu jinbeda f’konfigurazzjoni “prestabbilita” (vehicleRole ta’ CAM issettjat għal default(0)). Jekk tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet skattaturi definiti fil-punt (126), il-vehicleRole għandu jiġi ssettjat għal emergency(6).

(140)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tal-CAM li għandhom jiġu ssettjati jekk jiġi skattat is-servizz tas-C-ITS.

Tabella 18: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “vettura ta’ emerġenza wieqfa ta’ salvagwardja”

Qasam tad-data

Valur

CoopAwareness

generationDeltaTime

Ħin li jikkorrispondi għall-ħin tal-pożizzjoni ta’ referenza fil-CAM, meqjus bħala l-ħin ta’ ġenerazzjoni tal-CAM.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [EN 302 637-2].

BasicContainer

stationType

specialVehicles(10)

referencePosition

Il-pożizzjoni u l-preċiżjoni tal-pożizzjoni mkejla fil-punt ta’ referenza tal-istazzjon CITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

HighFrequencyContainer għandu jiġi ssettjat għal BasicVehicleContainerHighFrequency

heading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju b’relazzjoni mat-Tramuntana reali.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

speed

Veloċità tas-sewqan tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

driveDirection

Direzzjoni tas-sewqan tal-vettura (’il quddiem jew lura) tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

vehicleLength

It-tul tal-vettura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

vehicleWidth

Il-wisa’ tal-vettura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

longitudinalAcceleration

Aċċelerazzjoni lonġitudinali tal-vettura tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

curvature

Kurvatura tat-trajettorja tal-vettura u tal-preċiżjoni.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

curvatureCalcMode

Jiddeskrivi jekk ir-rata tal-imbardata tintużax biex tiġi kkalkulata l-kurvatura għal valur irrappurtat tal-kurvatura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

yawRate

Ir-rata tal-imbardata tal-vettura f’punt fiż-żmien.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

LowFrequencyContainer għandu jiġi ssettjat għal BasicVehicleContainerLowFrequency

vehicleRole

emergency(6)

exteriorLights

Jiddeskrivi l-istatus tal-iswiċċijiet tad-dawl esterjuri ta’ vettura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

pathHistory

Jirrappreżenta l-moviment ta’ vettura tul perjodu u/jew distanza riċenti.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

SpecialVehicleContainer għandu jiġi ssettjat għal EmergencyContainer

lightBarSirenInUse

il-bit ta’ lightbarActivated għandu jiġi ssettjat għal 1(onChange), jekk jinqabad l-użu tal-iżbarra tad-dawl, inkella għandu jiġi ssettjat għal 0.

il-bit ta’ sirenActivated għandu jiġi ssettjat għal 1, jekk jinqabad l-użu tas-sirena, inkella għandu jiġi ssettjat għal 0.

emergencyPriority

Mhux meħtieġ

causeCode

Kif speċifikat fil-punt (138)

subCauseCode

Kif speċifikat fil-punt (138)

9.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(141)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

9.9.Saff ta’ sigurtà

(142)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (126), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENMs ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

10.Twissija dwar vettura speċjali — twissija dwar servizz ta’ rkupru wieqaf

10.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar vettura ta’ servizz ta’ rkupru li tkun qed tappoġġa vettura bil-ħsara. Is-servizz tas-C-ITS tas-servizz ta’ rkupru mobbli, eż. il-ġarr ta’ vettura bil-ħsara, huwa kopert mill-CAM komuni.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“twissija dwar vettura speċjali — vettura ta’ emerġenza operattiva”;

·“twissija dwar vettura speċjali — vettura ta’ emerġenza wieqfa ta' salvagwardja”.

10.2.Kundizzjonijiet skattaturi

10.2.1.Prekundizzjonijiet

(143)Għandhom jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet li ġejjin qabel jiġi skattat dan is-servizz tas-C-ITS:

·ikun hemm konferma li stationType ikun vettura ta’ emerġenza (stationType ta’ CAM jiġi ssettjat għal specialVehicles(10)). Is-servizz tas-C-ITS huwa ristrett għal vetturi ta’ servizz ta’ rkupru;

·it-Timer Standstill għandu jinbeda b’żero.

10.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(144)Jekk il-vettura tkun wieqfa u l-iżbarra tad-dawl tkun qed tintuża, għandu jinbeda Timer Standstill b’valur ta’ żero. Jekk l-iżbarra tad-dawl ma tibqax tintuża u l-vettura ma tibqax wieqfa, it-Timer Standstill għandu jitwaqqaf u jiġi risettjat għal żero.

(145)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjoni fil-punt (143) u mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(a)l-iżbarra tad-dawl tkun qed tintuża, jinxtegħlu d-dwal ta’ twissija ta’ periklu u jiġi attivat il-brejk tal-parking, jew (fil-każ ta’ trażmissjoni awtomatika) jintgħażel “ipparkja”;

(b)l-iżbarra tad-dawl tkun qed tintuża, jinxtegħlu d-dwal ta’ twissija ta’ periklu u t-Timer Standstill ikun 60 s jew aktar.

(146)Il-livell tal-kwalità tal-informazzjoni jista’ jittejjeb permezz tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(c)l-istatus tal-bieba tan-naħa tas-sewwieq ikun “miftuħa”;

(d)permezz ta’ waħda mit-tekniki li ġejjin, is-sit tas-sewwieq jiġi rilevat bħala “mhux okkupat”:

(1)kamera tal-kompartiment tal-passiġġier;

(2)finnota ta’ tfakkir taċċinturin ta’ sikurezza, tintuża teknika talogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-okkupazzjoni tas-sit.

(147)Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-veloċità ffiltrata tal-vettura (fir-rigward tal-ħoss tas-sensur). Dan ir-rekwiżit għandu jiġi applikat għall-okkorrenzi sussegwenti kollha ta’ analiżi tal-veloċità tal-vettura.

(148)Jekk is-servizz tas-C-ITS jiġi skattat minħabba l-issodisfar tal-kundizzjoni (a) fil-punt (145), it-Timer Standstill għandu jitwaqqaf u jiġi ssettjat għal 60 s. Fil-fażi ta’ aġġornament għandhom jiġu ċċekkjati l-kundizzjonijiet biss, iżda ma għandux jinbeda timer.

10.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(149)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punti (145) u (146)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 19: Kwalità tal-informazzjoni dwar “twissija dwar servizz ta’ rkupru wieqaf”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Il-kundizzjoni (b) tiġi ssodisfata

1

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata

2

Mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet (a) jew (b) tiġi ssodisfata u l-kundizzjoni (c) tiġi ssodisfata

3

Mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet (a) jew (b) tiġi ssodisfata u l-kundizzjoni (d) tiġi ssodisfata

4

(150)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality.

10.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(151)Dan is-servizz tas-C-ITS jiġi tterminat b’kanċellazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Mat-terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS, it-talba għal DENM ta’ aġġornament għandha tiġi tterminata.

10.3.1.Kanċellazzjoni

(152)Jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja qabel ikun skada l-perjodu ssettjat fl-element ta’ data validityDuration, għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM ta’ kanċellazzjoni u l-vehicleRole għandu jiġi ssettjat għal default(0):

(a)il-kundizzjonijiet (a) u (b) speċifiċi għasservizz tas-C-ITS fil-punt (145) ma jiġux issodisfati.

10.3.2.Negazzjoni

(153)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.    

10.4.Aġġornament

(154)Id-DENM iġġenerat għandu jiġu aġġornat kull 60 s jekk ikunu għadhom sodisfatti l-kundizzjonijiet skattaturi. L-oqsma tad-data kollha li jiġu assenjati valuri ġodda huma ddefiniti fit-Tabella 20 hawn taħt.

10.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(155)DENMs li jkunu ġodda, li jkunu ġew aġġornati jew li jkunu ġew ikkanċellati għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 60 s b’repetitionInterval ta’ 1 s. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

Nota: Il-validityDuration jiġi ssettjat għal 180 s. Għalhekk, wieħed jista’ jipprevjeni diskrepanza ta’ DENMs jekk ir-repetitionDuration tad-DENM oriġinali jkun skada u ma jkunx għadu ġie riċevut l-aġġornament.

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

10.6.Klassi ta’ traffiku

(156)Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

10.7.Parametri tal-messaġġ

10.7.1.DENM

(157)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 20: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “twissija dwar servizz ta’ rkupru wieqaf”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid, ta’ aġġornament jew ta’ kanċellazzjoni. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat fil-każ ta’ DENM ġdid jew ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat għal isCancellation(0) fil-każ tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ kanċellazzjoni, ara l-punt (152).

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

relevanceDistance

lessThan5km(5)

relevanceTrafficDirection

Jekk roadType ikun magħruf, il-valur għandu jiġi ssettjat kif ġej:

RoadType

Direzzjoni

 

0

allTrafficDirections(0)

 

1

upstreamTraffic(1)

 

2

allTrafficDirections(0)

 

3

upstreamTraffic(1)

 

Inkella, il-valur għandu jiġi ssettjat għal allTrafficDirections(0)

validityDuration

180 s

stationType

specialVehicles(10)

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (149). Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament.

causeCode

rescueAndRecoveryWorkInProgress(15)

subCauseCode

unavailable(0)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / Mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Kontenitur Alacarte: StationaryVehicleContainer

stationarySince

Għandu jiġi ssettjat skont kemm l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni jdum wieqaf f’minuti. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

 

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

10.7.2.CAM

(158)Il-vehicleRole għandu jinbeda f’konfigurazzjoni “prestabbilita” (vehicleRole ta’ CAM issettjat għal default(0)). Jekk tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet skattaturi definiti fil-punt (145), il-vehicleRole għandu jiġi ssettjat għal rescue(5).

(159)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tal-CAM li għandhom jiġu ssettjati jekk jiġi skattat is-servizz tas-C-ITS.

Tabella 21: Elementi ta’ data tal-CAM ta’ “twissija dwar servizz ta’ rkupru wieqaf”

Qasam tad-data

Valur

CoopAwareness

generationDeltaTime

Ħin li jikkorrispondi għall-ħin tal-pożizzjoni ta’ referenza fil-CAM, meqjus bħala l-ħin ta’ ġenerazzjoni tal-CAM.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [EN 302 637-2].

BasicContainer

stationType

specialVehicles(10)

referencePosition

Il-pożizzjoni u l-preċiżjoni tal-pożizzjoni mkejla fil-punt ta’ referenza tal-istazzjon CITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

HighFrequencyContainer għandu jiġi ssettjat għal BasicVehicleContainerHighFrequency

heading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju b’relazzjoni mat-Tramuntana reali.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

speed

Veloċità tas-sewqan tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

driveDirection

Direzzjoni tas-sewqan tal-vettura (’il quddiem jew lura) tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

vehicleLength

It-tul tal-vettura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

vehicleWidth

Il-wisa’ tal-vettura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

longitudinalAcceleration

Aċċelerazzjoni lonġitudinali tal-vettura tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

curvature

Kurvatura tat-trajettorja tal-vettura u l-preċiżjoni.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

curvatureCalcMode

Jiddeskrivi jekk ir-rata tal-imbardata tintużax biex tiġi kkalkulata l-kurvatura għal valur irrappurtat tal-kurvatura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

yawRate

Ir-rata tal-imbardata tal-vettura f’punt fiż-żmien.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

LowFrequencyContainer għandu jiġi ssettjat għal BasicVehicleContainerLowFrequency

vehicleRole

rescue(5)

exteriorLights

Jiddeskrivi l-istatus tal-iswiċċijiet tad-dawl esterjuri ta’ vettura.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

pathHistory

Jirrappreżenta l-moviment ta’ vettura tul perjodu u/jew distanza riċenti.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

SpecialVehicleContainer għandu jiġi ssettjat għal SafetyCarContainer

lightBarSirenInUse

il-bit ta’ lightBarActivated għandu jiġi ssettjat għal 1(onChange) jekk jinqabad l-użu tal-iżbarra tad-dawl; inkella, għandu jiġi ssettjat għal 0.

il-bit ta’ sirenActivated għandu jiġi ssettjat għal 1 jekk jinqabad l-użu tas-sirena; inkella, għandu jiġi ssettjat għal 0.

causeCode

Kif speċifikat fil-punt (157)

subCauseCode

Kif speċifikat fil-punt (157)

10.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(160)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

10.9.Saff ta’ sigurtà

(161)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (145), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENMs ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda, ta’ aġġornament u ta’ kanċellazzjoni korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

11.Skambju ta’ IRCs — talba għal IRC

11.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar sitwazzjoni ta’ sewqan kritika fejn tkun probabbli ħafna, jew ma tkunx tista’ tiġi evitata ħabta bejn żewġ vetturi. Il-vettura ego tirrikonoxxi kolliżjoni potenzjali u tibgħat l-IRC tagħha stess biex tirċievi l-IRC tal-avversarju fil-kolliżjoni bħala rispons.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“skambju ta’ IRCs — IRC ta’ rispons”;

(162)Sinjal ta’ DENM għandu jintbagħat lill-istack biss jekk il-kundizzjonijiet skattaturi deskritti f’din it-taqsima jiġu evalwati bħala validi. Sinjal bħal dan jikkawża li l-istack tiġġenera DENM ġdid. Jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi, ma għandux jiġi ġġenerat sinjal ta’ DENM.

11.2.Kundizzjonijiet skattaturi

11.2.1.Prekundizzjonijiet

(163)Ma japplikawx prekundizzjonijiet speċifiċi għal dan is-servizz tas-C-ITS.

11.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(164)Jekk jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-CITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(a)il-“ħin sal-kolliżjoni” (TTC) ikkalkulat minn algoritmu ta’ apparat tal-kejl abbord ikun < 1.5 s. It-tolleranza aċċettabbli għall-valur tat-TTC kkalkulat hija ta’ 10 %;

(b)il-veloċità relattiva bejn iż-żewġ avversarji f’kolliżjoni potenzjali taqbeż l-20 km/h.

Nota: Il-kalkolu tat-TTC abbażi talpożizzjoni tal-GNSS biss, kif titwassal minn riċevituri tal-GNSS talogħla livell ta’ żvilupp tekniku, mhux affidabbli biżżejjed għal dan isservizz.

11.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(165)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment. Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 22: Kwalità tal-informazzjoni dwar “skambju ta’ IRCs — talba għal IRC”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Inkella

1

11.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(166)Ma għandhiex titqies terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS.

11.3.1.Kanċellazzjoni

(167)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

11.3.2.Negazzjoni

(168)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

11.4.Aġġornament

(169)Ma għandux jintuża DENM ta’ aġġornament għal dan is-servizz tas-C-ITS.

11.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(170)Id-DENMs il-ġodda għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 300 ms (100 ms tliet darbiet wara xulxin) b’repetitionInterval ta’ 100 ms. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

Nota: Billi mhuwiex garantit li IRC mibgħut jilħaq ir-riċevitur (eż. minħabba t-tagħbija tal-kanal, jista’ jkun temporanjament barra mill-firxa, eċċ.), l-ispeditur jibgħat l-IRC tliet darbiet wara xulxin. Dan huwa ekwivalenti għal repetitionDuration ta’ 300 ms.

Nota: Id-durata stmata għat-trażmissjoni (minn applikazzjoni għal applikazzjoni) ta’ IRC (ripetizzjoni mhux inkluża) fuq WLAN awtomobilistiku hija ta’ 200300 ms. Jekk jiġi riċevut biss it-tielet tentattiv (l-agħar każ), fiż-żewġ każijiet (talba u rispons), l-informazzjoni tkun disponibbli għaż-żewġ vetturi wara sekonda (1) waħda (2 * (300 ms + 100 ms (@10 Hz) + 100 ms (@10 Hz))). Għalhekk, il-parametru skattatur TTC < 1.5 s huwa suffiċjenti. It-trażmissjoni tal-IRC tliet darbiet wara xulxin hija meqjusa bħala kompromess tajjeb bejn it-tagħbija tal-kanal u l-iżgurar tas-suċċess tat-trażmissjoni.

Nota: L-ewwel DENM biss jintbagħat mingħajr restrizzjonijiet għall-Kontroll tal-Konġestjoni Deċentralizzat (DCC). It-tieni u t-tielet DENMs jistgħu jiġu affettwati mid-DCC (abbażi tat-tagħbija attwali tal-kanal).

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

11.6.Klassi ta’ traffiku

(171)Id-DENMs il-ġodda għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 0.

11.7.Parametri tal-messaġġ

11.7.1.DENM

(172)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 23: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “skambju ta’ IRCs — talba għal IRC”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-CITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tas-C-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

relevanceDistance

lessThan100m(1)
Nota: Dan għandu jkopri wkoll lagħar xenarju possibbli ta’ sewqan b’veloċità ta’ kważi 250 km/h lejn tmiem il-kju perikoluż (s = v*t = 69.4 m/s * 1.5 s = 104.2 m).

relevanceTrafficDirection

allTrafficDirections(0)

validityDuration

2 s
Nota: Għandu jkun akbar mit-TTC.

stationType

It-tip tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (165)

causeCode

collisionRisk(97)

subCauseCode

unavailable(0)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

roadType

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte: ImpactReductionContainer

heightLonCarrLeft

Għoli tat-trasportatur lonġitudinali tax-xellug tal-vettura mill-bażi sa fuq nett. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

heightLonCarrRight

Għoli tat-trasportatur lonġitudinali tal-lemin tal-vettura mill-bażi sa fuq nett. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

posLonCarrLeft

Id-distanza lonġitudinali miċ-ċentru tal-bumper ta’ quddiem tal-vettura san-naħa ta’ quddiem tat-trasportatur lonġitudinali tax-xellug tal-vettura. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

posLonCarrRight

Id-distanza lonġitudinali miċ-ċentru tal-bumper ta’ quddiem tal-vettura san-naħa ta’ quddiem tat-trasportatur lonġitudinali tal-lemin tal-vettura. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

positionOfPillars

Pilastri ta’ vettura jirreferu għassapports vertikali jew kważi vertikali tal-vettura, indikati rispettivament bħala A, B, C jew D. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

posCentMass

Id-distanza perpendikulari miċ-ċentru tal-massa ta’ vettura tat-tagħbija vojta sal-linja ta’ quddiem tal-kaxxa li fiha tkun tinsab il-vettura. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

wheelBaseVehicle

Id-distanza perpendikulari bejn il-fus ta’ quddiem u ta’ wara tal-bażi tar-roti ta’ vettura. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

turningRadius

L-iżgħar liwja ċirkolari (jiġifieri U-turn) li l-vettura tkun kapaċi tagħmel. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

posFrontAx

Id-distanza perpendikulari bejn il-linja ta’ quddiem tal-kaxxa li fiha tkun tinsab il-vettura u l-fus tar-rota ta’ quddiem. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

positionOfOccupants

BitString li jindika jekk is-sit tal-passiġġier huwiex okkupat jew jekk l-istatus tal-okkupazzjoni jistax jiġi rilevat. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

vehicleMass

Massa ta’ vettura tat-tagħbija vojta. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

requestResponseIndication

request(0)

11.7.2.CAM

(173)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

11.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(174)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

11.9.Saff ta’ sigurtà

(175)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (164), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada.

12.Skambju ta’ IRCs — IRC ta’ rispons

12.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar sitwazzjoni ta’ sewqan kritika fejn tkun probabbli ħafna, jew ma tkunx tista’ tiġi evitata ħabta bejn żewġ vetturi. Il-vettura ego tkun irċeviet IRC minn vettura oħra u tibgħat l-IRC tagħha stess b’rispons għal dan.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“skambju ta’ IRCs — talba għal IRC”.

(176)Sinjal ta’ DENM għandu jintbagħat lill-istack biss jekk il-kundizzjonijiet skattaturi deskritti f’din it-taqsima jiġu evalwati bħala validi. Sinjal bħal dan jikkawża li l-istack tiġġenera DENM ġdid. Jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi, ma għandux jiġi ġġenerat sinjal ta’ DENM.

12.2.Kundizzjonijiet skattaturi

12.2.1.Prekundizzjonijiet

(177)Ġie riċevut IRC kif deskritt fit-Tabella 23.

12.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(178)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjoni fil-punt (177) kif ukoll iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(a)requestResponseIndication fl-IRC riċevut jiġi ssettjat għal request(0);

(b)id-distanza perpendikulari bejn il-vettura li tagħmel it-talba (pożizzjoni tal-avveniment fl-IRC) u l-vettura ego (pożizzjoni ta’ referenza kif iddefinit fil-CAM) tkun anqas minn 100 m.

Nota: Meta jiġi riċevut IRC, ir-riċevitur irid jiċċekkja li dan fil-fatt kien intalab, qabel jirrispondi bl-IRC tiegħu stess. Dan jista’ jsir abbażi tar-requestResponseIndication. Biex tiġi evitata tagħbija mhux meħtieġa fuq il-kanal ta’ trażmissjoni minn ħafna IRCs trażmessi, il-vetturi fil-viċinanza immedjata (sa 100 m) biss għandhom iwieġbu għat-talba.

12.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(179)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment. Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 24: Kwalità tal-informazzjoni dwar “skambju ta’ IRCs — IRC ta’ rispons”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Inkella

1

12.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(180)Ma għandhiex titqies terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS.

12.3.1.Kanċellazzjoni

(181)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

12.3.2.Negazzjoni

(182)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

12.4.Aġġornament

(183)Ma għandux jintuża DENM ta’ aġġornament għal dan is-servizz tas-C-ITS.

12.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(184)Id-DENMs il-ġodda għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 300 ms (100 ms tliet darbiet wara xulxin) b’repetitionInterval ta’ 100 ms. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

Nota: Billi mhuwiex garantit li IRC mibgħut jilħaq ir-riċevitur (eż. minħabba t-tagħbija tal-kanal, jista’ jkun temporanjament barra mill-firxa, eċċ.), l-ispeditur jibgħat l-IRC tliet darbiet wara xulxin. Dan huwa ekwivalenti għal repetitionDuration ta’ 300 ms.

Nota: Id-durata stmata għat-trażmissjoni (minn applikazzjoni għal applikazzjoni) ta’ IRC (ripetizzjoni mhux inkluża) fuq WLAN awtomobilistiku hija ta’ 200300 ms. Jekk jiġi riċevut biss it-tielet tentattiv (l-agħar każ), fiż-żewġ każijiet (talba u rispons), l-informazzjoni tkun disponibbli għaż-żewġ vetturi wara sekonda (1) waħda (2 * (300 ms + 100 ms (@10 Hz) + 100 ms (@10 Hz))). Għalhekk, il-parametru skattatur TTC < 1.5 s huwa suffiċjenti. It-trażmissjoni tal-IRC tliet darbiet wara xulxin hija meqjusa bħala kompromess tajjeb bejn it-tagħbija tal-kanal u l-iżgurar tas-suċċess tat-trażmissjoni.

Nota: L-ewwel DENM biss jintbagħat mingħajr restrizzjonijiet DCC. It-tieni u t-tielet DENMs jistgħu jiġu affettwati mid-DCC (abbażi tat-tagħbija attwali tal-kanal).

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

12.6.Klassi ta’ traffiku

(185)Id-DENMs il-ġodda għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 0.

12.7.Parametri tal-messaġġ

12.7.1.DENM

(186)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 25: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “skambju ta’ IRCs — IRC ta’ rispons”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-CITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tas-C-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

relevanceDistance

lessThan100m(1)

relevanceTrafficDirection

allTrafficDirections(0)

validityDuration

2 s

stationType

It-tip tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (179).

causeCode

collisionRisk(97)

subCauseCode

unavailable(0)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

roadType

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte: ImpactReductionContainer

heightLonCarrLeft

Għoli tat-trasportatur lonġitudinali tax-xellug tal-vettura mill-bażi sa fuq nett. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

heightLonCarrRight

Għoli tat-trasportatur lonġitudinali tal-lemin tal-vettura mill-bażi sa fuq nett. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

posLonCarrLeft

Id-distanza lonġitudinali miċ-ċentru tal-bumper ta’ quddiem tal-vettura san-naħa ta’ quddiem tat-trasportatur lonġitudinali tax-xellug tal-vettura. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

posLonCarrRight

Id-distanza lonġitudinali miċ-ċentru tal-bumper ta’ quddiem tal-vettura san-naħa ta’ quddiem tat-trasportatur lonġitudinali tal-lemin tal-vettura. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

positionOfPillars

Pilastri ta’ vettura jirreferu għas-sapports vertikali jew kważi vertikali tal-vettura, indikati rispettivament bħala A, B, C jew D. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

posCentMass

Id-distanza perpendikulari miċ-ċentru tal-massa ta’ vettura tat-tagħbija vojta sal-linja ta’ quddiem tal-kaxxa li fiha tkun tinsab il-vettura. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

wheelBaseVehicle

Id-distanza perpendikulari bejn il-fus ta’ quddiem u ta’ wara tal-bażi tar-roti ta’ vettura. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

turningRadius

L-iżgħar liwja ċirkolari (jiġifieri U-turn) li l-vettura tkun kapaċi tagħmel. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

posFrontAx

Id-distanza perpendikulari bejn il-linja ta’ quddiem tal-kaxxa li fiha tkun tinsab il-vettura u l-fus tar-rota ta’ quddiem. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

positionOfOccupants

BitString li jindika jekk is-sit tal-passiġġier huwiex okkupat jew jekk l-istatus tal-okkupazzjoni jistax jiġi rilevat. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 8942].

vehicleMass

Massa ta’ vettura tat-tagħbija vojta. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

requestResponseIndication

response(1)

12.7.2.CAM

(187)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

12.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(188)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

12.9.Saff ta’ sigurtà

(189)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (178), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

13.Sitwazzjoni perikoluża — dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza

13.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar brejk ta’ emerġenza mis-sewwieq, eż. bħala reazzjoni għal vettura wieqfa jew li tkun miexja aktar bil-mod quddiemu. Il-vettura ego innfisha ssir żona ta’ periklu lokali possibbli.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“sitwazzjonijiet perikolużi — intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku”;

·“sitwazzjonijiet perikolużi — intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant”.

13.2.Kundizzjonijiet skattaturi

13.2.1.Prekundizzjonijiet

(190)Ma japplikawx prekundizzjonijiet speċifiċi għal dan is-servizz tas-C-ITS.

(191)Għandha tiġi evitata l-attivazzjoni parallela mas-servizzi tas-C-ITS relatati l-oħra. F’każ li s-servizzi tas-C-ITS “intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku” u/jew “intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant” jiġu skattati simultanjament, is-servizzi tas-C-ITS għandhom jiġu pprijoritizzati kif ġej:

(a)“dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza” (l-akbar prijorità);

(b)“intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku”;

(c)“intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant” (l-inqas prijorità).

(192)Jekk jiġi skattat servizz tasC-ITS ta’ prijorità akbar, għandha titneħħa kull trażmissjoni ta’ servizz tas-C-ITS relatat ta’ prijorità aktar baxxa li tkun diġà ġiet skattata u tkun għadha attiva fir-rigward ta’ aġġornament. Barra minn hekk, għandha tintalab il-ġenerazzjoni ta’ DENM ġdid għas-servizz tasC-ITS ta’ prijorità akbar.

13.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(193)Jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-CITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM.

(a)jinqabad sinjal li jirrappreżenta t-talba għad-dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza. Il-kundizzjonijiet għal talba bħal din huma stipulati f’[ECE 48], [ECE 13] u [ECE 13H].

Il-vetturi jistgħu jużaw ukoll il-kundizzjoni skattatriċi alternattiva li ġejja:

(b)il-veloċità attwali tal-vettura tkun aktar minn 20 km/h u l-aċċelerazzjoni attwali tkun taħt -7 m/s² għal minimu ta’ 500 ms.

(194)L-aċċelerazzjoni tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-aċċelerazzjoni ffiltrata fir-rigward tal-ħoss tas-sensur.

13.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(195)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punt (193)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 26: Kwalità tal-informazzjoni dwar “dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

0

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata

1

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata u l-aċċelerazzjoni lonġitudinali ffiltrata attwali tal-vettura tkun < -4 m/s^2

2

Il-kundizzjoni (b) tiġi ssodisfata

3

(196)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality.

13.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(197)Is-servizz tas-C-ITS għandu jiġi tterminat meta l-kundizzjoni (a) jew (b) ma tibqax valida. Mat-terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS, it-talba għal DENM ta’ aġġornament għandha tiġi tterminata.

13.3.1.Kanċellazzjoni

(198)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

13.3.2.Negazzjoni

(199)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

13.4.Aġġornament

(200)Id-DENM iġġenerat għandu jiġu aġġornat kull 100 ms jekk ikunu għadhom sodisfatti l-kundizzjonijiet skattaturi. L-oqsma tad-data kollha li jiġu assenjati valuri ġodda huma ddefiniti fit-Tabella 27 hawn taħt.

13.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(201)Ma għandhiex tintuża ripetizzjoni tad-DENM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

13.6.Klassi ta’ traffiku

(202)Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 0.

13.7.Parametri tal-messaġġ

13.7.1.DENM

(203)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 27: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid jew DENM ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tas-C-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament.

relevanceDistance

lessThan500m(3)

relevanceTrafficDirection

Jekk roadType ikun magħruf, il-valur għandu jiġi ssettjat kif ġej:

RoadType

Direzzjoni 

0

allTrafficDirections(0) 

1

upstreamTraffic(1) 

2

allTrafficDirections(0) 

3

upstreamTraffic(1) 

Inkella, il-valur għandu jiġi ssettjat għal allTrafficDirections(0)

validityDuration

2 s

stationType

It-tip tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (195).

causeCode

dangerousSituation(99)

subCauseCode

emergencyElectronicBrakeEngaged(1)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / Mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

13.7.2.CAM

(204)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

13.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(205)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

13.9.Saff ta’ sigurtà

(206)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (193), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENMs ġodda u ta’ aġġornament, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

14.Sitwazzjoni perikoluża — intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku

14.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar intervent awtonomu ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza mill-vettura. Il-vettura ego innfisha ssir żona ta’ periklu lokali possibbli.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“sitwazzjonijiet perikolużi — dawl tal-ibbrejkjar elettroniku ta’ emerġenza”;

·“sitwazzjonijiet perikolużi — intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant”.

14.2.Kundizzjonijiet skattaturi

14.2.1.Prekundizzjonijiet

(207)Ma japplikawx prekundizzjonijiet speċifiċi għal dan is-servizz tas-C-ITS.

(208)Għandha tiġi evitata l-attivazzjoni parallela mas-servizzi tas-C-ITS relatati l-oħra. F’każ li ss-servizzi tas-C-ITS “dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza” u/jew “intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant” jiġu skattati simultanjament, is-servizzi tas-C-ITS għandhom jiġu pprijoritizzati kif ġej:

(a)“dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza” (l-akbar prijorità);

(b)“intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku”;

(c)“intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant” (l-inqas prijorità).

(209)Jekk jiġi skattat servizz tas-C-ITS ta’ prijorità akbar, għandha titneħħa kull trażmissjoni ta’ servizz tas-C-ITS relatat ta’ prijorità aktar baxxa li tkun diġà ġiet skattata u tkun għadha attiva fir-rigward ta’ aġġornament. Barra minn hekk, għandha tintalab il-ġenerazzjoni ta’ DENM ġdid għas-servizz tas-C-ITS ta’ prijorità akbar.

14.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għasservizz

(210)Jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-CITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(a)jinqabad sinjal li jirrappreżenta talba għall-intervent ta’ sistema awtonoma ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza.

(211)L-aċċelerazzjoni tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-aċċelerazzjoni ffiltrata fir-rigward tal-ħoss tas-sensur.

14.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(212)Il-valur tal-element tad-data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punt (210)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 28: Kwalità tal-informazzjoni dwar “intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

0

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata

1

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata u l-aċċelerazzjoni lonġitudinali ffiltrata attwali tal-vettura tkun < -4 m/s^2

2

(213)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality.

14.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(214)Is-servizz tas-C-ITS għandu jiġi tterminat meta l-kundizzjoni (a) ma tibqax valida. Mat-terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS, it-talba għal DENM ta’ aġġornament għandha tiġi tterminata.

14.3.1.Kanċellazzjoni

(215)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

14.3.2.Negazzjoni

(216)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

14.4.Aġġornament

(217)Id-DENM iġġenerat għandu jiġu aġġornat kull 100 ms jekk ikunu għadhom sodisfatti l-kundizzjonijiet skattaturi. L-oqsma tad-data kollha li jiġu assenjati valuri ġodda huma ddefiniti fit-Tabella 29.

14.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(218)Ma għandhiex tintuża ripetizzjoni tad-DENM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

14.6.Klassi ta’ traffiku

(219)Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 0.

14.7.Parametri tal-messaġġ

14.7.1.DENM

(220)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 29: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid jew DENM ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tas-C-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament.

relevanceDistance

lessThan500m(3)

relevanceTrafficDirection

Jekk roadType ikun magħruf, il-valur għandu jiġi ssettjat kif ġej:

RoadType

Direzzjoni 

0

allTrafficDirections(0) 

1

upstreamTraffic(1) 

2

allTrafficDirections(0) 

3

upstreamTraffic(1) 

Inkella, il-valur għandu jiġi ssettjat għal allTrafficDirections(0)

validityDuration

2 s

stationType

It-tip tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (212)

causeCode

dangerousSituation(99)

subCauseCode

aebEngaged(5)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / Mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazzjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

14.7.2.CAM

(221)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

14.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(222)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

14.9.Saff ta’ sigurtà

(223)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (210), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENMs ġodda u ta’ aġġornament, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

15.Sitwazzjoni perikoluża — intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant

15.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar intervent attiv ta’ sistema riversibbli ta’ trażżin tal-okkupant (eż. apparat riversibbli li jissikka ċ-ċinturin) fil-vettura ego, minħabba sitwazzjoni ta’ sewqan kritika.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“sitwazzjonijiet perikolużi — dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza”;

·“sitwazzjonijiet perikolużi — intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku”.

15.2.Kundizzjonijiet skattaturi

15.2.1.Prekundizzjonijiet

(224)Ma japplikawx prekundizzjonijiet speċifiċi għal dan is-servizz tas-C-ITS.

(225)Għandha tiġi evitata l-attivazzjoni parallela mas-servizzi tas-C-ITS relatati l-oħra. F’każ li s-servizzi tas-C-ITS “dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza” u/jew “intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku” jiġu skattati simultanjament, is-servizzi tas-C-ITS għandhom jiġu pprijoritizzati kif ġej:

(a)“dawl elettroniku tal-brejk ta’ emerġenza” (l-akbar prijorità);

(b)“intervent tal-ibbrejkjar awtomatiku”;

(c)“intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant” (l-inqas prijorità).

(226)Jekk jiġi skattat servizz tas-C-ITS ta’ prijorità akbar, għandha titneħħa kull trażmissjoni ta’ servizz tas-C-ITS relatat ta’ prijorità aktar baxxa li tkun diġà ġiet skattata u tkun għadha attiva fir-rigward ta’ aġġornament. Barra minn hekk, għandha tintalab il-ġenerazzjoni ta’ DENM ġdid għas-servizz tas-C-ITS ta’ prijorità akbar.

15.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għas-servizz

(227)Jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja, għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(a)jinqabad sinjal li jirrappreżenta talba għall-intervent attiv ta’ sistema riversibbli ta’ trażżin tal-okkupant (eż. apparat riversibbli li jissikka ċċinturin), minħabba sitwazzjoni ta’ sewqan kritika.

15.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(228)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punt (227)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 30: Kwalità tal-informazzjoni dwar “intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

L-ebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

0

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata

1

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata u l-aċċelerazzjoni lonġitudinali ffiltrata attwali tal-vettura tkun < -4 m/s^2

2

(229)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality.

15.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(230)Is-servizz tas-C-ITS għandu jiġi tterminat meta l-kundizzjoni (a) ma tibqax valida. Mat-terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS, it-talba għal DENM ta’ aġġornament għandha tiġi tterminata.

15.3.1.Kanċellazzjoni

(231)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

15.3.2.Negazzjoni

(232)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

15.4.Aġġornament

(233)Id-DENM iġġenerat għandu jiġu aġġornat kull 100 ms jekk ikunu għadhom sodisfatti l-kundizzjonijiet skattaturi. L-oqsma tad-data kollha li jiġu assenjati valuri ġodda huma ddefiniti fit-Tabella 31 hawn taħt.

15.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(234)Ma għandhiex tintuża ripetizzjoni tad-DENM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

15.6.Klassi ta’ traffiku

(235)Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 0.

15.7.Parametri tal-messaġġ

15.7.1.DENM

(236)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 31: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “intervent riversibbli tas-sistema ta’ trażżin tal-okkupant”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid jew DENM ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tas-C-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament.

relevanceDistance

lessThan500m(3)

relevanceTrafficDirection

Jekk roadType ikun magħruf, il-valur għandu jiġi ssettjat kif ġej:

RoadType

Direzzjoni

0

allTrafficDirections(0)

1

upstreamTraffic(1)

2

allTrafficDirections(0)

3

upstreamTraffic(1)

Inkella, il-valur għandu jiġi ssettjat għal allTrafficDirections(0)

validityDuration

2 s

stationType

It-tip tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (228).

causeCode

dangerousSituation(99)

subCauseCode

preCrashSystemEngaged(2)

Kontenitur tal-post

eventSpeed

Veloċità tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

eventPositionHeading

Direzzjoni tal-istazzjon C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / Mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Kontenitur alacarte

lanePosition

Jekk il-lanePosition jiġi pprovdut minn sensur abbord (eż. radar, kamera), il-valur għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2]. L-użu ta’ GNSS u mappa diġitali biex jiġi stmat in-numru tal-korsija mhuwiex leġittimu għal din il-verżjoni tal-kundizzjoni skattatriċi.

Jekk il-lanePosition ma jkunx magħruf, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

15.7.2.CAM

(237)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

15.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(238)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

15.9.Saff ta’ sigurtà

(239)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (227), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal DENMs ġodda u ta’ aġġornament, sakemm il-validityDuration ma jkunx skada. Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

16.Kundizzjonijiet tat-temp avversi — ċpar

16.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar ċpar li jista’ jimpedixxi l-viżjoni tas-sewwieq.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“kundizzjonijiet tat-temp avversi — xita”.

(240)Sinjal ta’ DENM għandu jintbagħat lill-istack biss jekk il-kundizzjonijiet skattaturi deskritti f’din it-taqsima jiġu evalwati bħala validi. Sinjal bħal dan jikkawża li l-istack tiġġenera DENM ġdid jew ta’ aġġornament. Jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi, ma għandux jiġi ġġenerat sinjal ta’ DENM.

16.2.Kundizzjonijiet skattaturi

16.2.1.Prekundizzjonijiet

(241)Għandhom jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet li ġejjin qabel jiġi skattat dan is-servizz tas-C-ITS:

(a)il-veloċità tal-vettura tkun aktar minn 7 km/h;

(b)il-veloċità tal-vettura tkun anqas minn 80 km/h.

(242)Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-veloċità ffiltrata tal-vettura (fir-rigward tal-ħoss tas-sensur).

16.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għas-servizz

(243)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet fil-punt (241) u mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(1)ir-reazzjoni tas-sewwieq u l-istatus tad-dawl:

(a)is-sewwieq jixgħel id-dawl taċ-ċpar ta’ wara u jinxtegħel id-dawl b’raġġ baxx. Dawn il-kundizzjonijiet iridu jkunu validi għal aktar minn 20 s (biex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ użu skorrett mis-sewwieq, il-kundizzjonijiet iridu jkunu validi għal perjodu itwal);

(b)is-sewwieq jixgħel id-dawl taċ-ċpar ta’ wara, jinxtegħel id-dawl b’raġġ baxx u l-veloċità tal-vettura tkun anqas minn 60 km/h. Dawn il-kundizzjonijiet iridu jkunu validi għal durata ta’ aktar minn 20 s;

(2)l-apparat tal-kejl tal-medda tal-viżibbiltà:

(a)il-viżibbiltà minħabba ċ-ċpar tkun anqas minn tolleranza ta’ 80 m +/- 40 m għal aktar minn 5 s (il-kamp viżiv oskurat irid jinqabad għal perjodu raġonevoli. Il-perjodu jkun iqsar minn dak għall-kundizzjonijiet (a) u (b) minħabba informazzjoni aktar affidabbli);

(b)il-viżibbiltà minħabba ċ-ċpar tkun anqas minn tolleranza ta’ 80 m +/- 40 m u l-veloċità tal-vettura tkun anqas minn 60 km/h (jekk ilvettura tkun f’żona mhux urbana, din il-veloċità tista’ tkun indikazzjoni ta’ viżibbiltà mnaqqsa) għal aktar minn 5 s.

(244)Ma għandux jiġi ġġenerat DENM ġdid jew ta’ aġġornament fil-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni. Il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni jitnieda wara li jinqabad l-avveniment u wara li jkun ġie skattat DENM għal dak il-għan. B’dan il-mod, avveniment uniku ma jkunx jista’ jiskatta sensiela ta’ DENMs. Għall-apparat tal-kejl tal-medda tal-viżibbiltà (il-kundizzjonijiet (c) u (d)), il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni għandu jkun ta’ 15-il s. Għall-kundizzjonijiet l-oħra, ma għandux ikun hemm Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni.

(245)Sabiex tiġi żgurata mġiba funzjonali konsistenti għall-kundizzjonijiet skattaturi differenti u għall-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni, l-Intervall Minimu ta’ Detezzjoni bejn żewġ avvenimenti maqbuda għandu jkun ta’ 20 s.

16.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(246)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punt (243)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 32: Kwalità tal-informazzjoni dwar “kundizzjoni tat-temp avversa — ċpar”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

Lebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata

1

Il-kundizzjoni (b) tiġi ssodisfata

2

Il-kundizzjoni (c) tiġi ssodisfata

3

Il-kundizzjoni (d) tiġi ssodisfata

4

(247)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality.

16.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(248)Ma għandhiex titqies terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS.

16.3.1.Kanċellazzjoni

(249)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

16.3.2.Negazzjoni

(250)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

16.4.Aġġornament

(251)Il-proċedura ta’ aġġornament xierqa tad-DENM għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet fil-punt (243) wara l-Intervall ta’ Detezzjoni Minimu speċifikat fit-taqsima 16.2.2;

(b)il-validityDuration tad-DENM preċedenti ma tkunx skadiet;

(c)la l-valur tal-element ta’ data DeltaLatitude u lanqas dak tal-element ta’ data DeltaLongitude, li jirrappreżentaw id-distanza bejn l-avveniment maqbud attwali u l-avveniment maqbud preċedenti, ma jaqbeż il-limitu li jista’ jiġi kopert mill-elementi ta’ data DeltaLatitude u DeltaLongitude.

(252)Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet (a), (b) u (c) kif speċifikat fil-punt (251), għandu jiġi ġġenerat DENM ta’ aġġornament. L-informazzjoni dwar l-elementi ta’ data tad-DENM preċedenti (eventPosition, eventDeltaTime, informationQuality) għandhom jinħażnu fl-eventHistory bħala eventPoint addizzjonali.

Il-punti tal-avveniment għandhom jitniżżlu f’ordni axxendenti fir-rigward tal-ħajja tagħhom, bl-eventPoint l-aktar riċenti fl-ewwel pożizzjoni. Punti tal-avveniment fl-eventHistory b’ħajjiet li jaqbżu l-validityDuration għandhom jitħassru mill-eventHistory għad-DENM ta’ aġġornament. Jekk id-distanza koperta mill-eventHistory taqbeż il-limitu permess mis-sigurtà, l-eqdem punti tal-avveniment għandhom jitħassru mill-eventHistory.

L-informazzjoni dwar l-avveniment attwali maqbud għandha tiġi assenjata għall-qasam tad-data tad-DENM tad-DENM aġġornat.

Nota: Hija r-responsabbiltà tar-riċevitur li jittratta l-punti ta’ avvenimenti b’ħajjiet li jaqbżu l-validityDuration wara li jkun ġie ġġenerat id-DENM ta’ aġġornament.

(253)Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet (a) u (b), iżda mhux il-kundizzjoni (c), ma għandu jiġi ġġenerat l-ebda DENM ta’ aġġornament. Minflok, għandu jiġi ġġenerat DENM ġdid addizzjonali. L-informazzjoni dwar l-avveniment attwali maqbud għandha tiġi assenjata għall-qasam tad-data tad-DENM tad-DENM il-ġdid addizzjonali. Id-DENM preċedenti għandu jkompli jiġi trażmess sakemm ma jiskadix ir-repetitionDuration tad-DENM preċedenti.

(254)Jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni (a) iżda ma tiġix issodisfata l-kundizzjoni (b), ma għandux jiġi ġġenerat DENM ta’ aġġornament, iżda għandu jiġi ġġenerat DENM ġdid skont l-avveniment attwali maqbud.

Nota: F’dan il-każ, it-trażmissjoni tad-DENM preċedenti tkun diġà ġiet itterminata, għax ir-repetitionDuration tad-DENM preċedenti jkun skada.

(255)Jekk ma tiġix issodisfata l-kundizzjoni (a), ma tkunx meħtieġa l-ġenerazzjoni ta’ DENM ta’ aġġornament.

16.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(256)DENMs li jkunu ġodda jew li jkunu ġew aġġornati għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 180 s b’repetitionInterval ta’ 4 s. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

Nota: Il-validityDuration jiġi ssettjat għal 300 s. Għalhekk, wieħed jista’ jipprevjeni diskrepanza ta’ DENMs jekk ir-repetitionDuration tad-DENM oriġinali jkun skada u ma jkunx għadu ġie riċevut l-aġġornament.

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

16.6.Klassi ta’ traffiku

(257)Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

16.7.Parametri tal-messaġġ

16.7.1.DENM

(258)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 33: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “kundizzjoni tat-temp avversa — ċpar”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Il-kronogramma tirrifletti l-bidu tad-detezzjoni tal-avveniment attwali. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament u jiġi ssettjat għall-ħin ta’ detezzjoni tal-avveniment attwali.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid jew DENM ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tas-C-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

relevanceDistance

·DENM ġdid: lessThan1000m(4)

·DENM ta’ aġġornament: lessThan5km(5) (Billi jintużaw l-aġġornamenti, id-distanza koperta mill-eventHistory titwal. Biex jiġu indirizzati l-istazzjonijiet tal-ITS rilevanti kollha, ir-relevanceDistance hija itwal f’dan il-każ.)

relevanceTrafficDirection

allTrafficDirections(0)

validityDuration

300 s

stationType

It-tip tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (246). Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament u jiġi ssettjat għall-informationQuality tal-punt tal-avveniment attwali.

causeCode

adverseWeatherCondition-Visibility(18)

subCauseCode

unavailable(0) jew fog(1)

eventHistory

Dan l-element għandu jintuża biss għal DENMs ta’ aġġornament (ara t-taqsima 16.4).

Kontenitur tal-post

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju b’referenza għall-punt tal-avveniment attwali.
Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].
Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / Mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazzjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

16.7.2.CAM

(259)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

16.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(260)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

16.9.Saff ta’ sigurtà

(261)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (243), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal 15-il minuta għal DENMs ġodda u ta’ aġġornament (mill-mument li fih ikun ġie ġġenerat id-DENM il-ġdid). Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

(262)Jekk jinbidel l-AT u jkun hemm trażmissjoni attiva ta’ DENM (DENM ġdid jew ta’ aġġornament), it-trażmissjoni għandha titwaqqaf. Barra minn hekk, l-EventHistory u l-PathHistory għandhom jitħassru. Imbagħad għandu jitkompla l-proċess ta’ ġenerazzjoni regolari tad-DENMs.

17.Kundizzjonijiet tat-temp avversi — xita

17.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar ix-xita li tista’ timpedixxi l-viżjoni tas-sewwieq.

Is-servizzi tas-C-ITS li ġejjin huma relatati ma’ dan is-servizz għax jikkondividu kundizzjonijiet skattaturi simili:

·“kundizzjonijiet tat-temp avversi — ċpar”.

(263)Sinjal ta’ DENM għandu jintbagħat lill-istack biss jekk il-kundizzjonijiet skattaturi deskritti f’din it-taqsima jiġu evalwati bħala validi. Sinjal bħal dan jikkawża li l-istack tiġġenera DENM ġdid jew ta’ aġġornament. Jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi, ma għandux jiġi ġġenerat sinjal ta’ DENM.

17.2.Kundizzjonijiet skattaturi

17.2.1.Prekundizzjonijiet

(264)Għandhom jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet li ġejjin qabel jiġi skattat dan is-servizz tas-C-ITS:

(a)il-veloċità tal-vettura tkun aktar minn 7 km/h;

(b)il-veloċità tal-vettura tkun anqas minn 80 km/h;

(c)il-funzjoni ta’ washer tal-windshield mhix attiva.

(265)Il-veloċità tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn GNSS. Għandha tintuża l-veloċità ffiltrata tal-vettura (fir-rigward tal-ħoss tas-sensur).

17.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għas-servizz

(266)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjoni fil-punt (264) u mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM.

(1)il-livell tal-wajper u l-istatus tad-dawl:

(a)il-wajper taħdem bil-veloċità massima tagħha. Id-dawl b’raġġ baxx ikun attivat. Dawn il-kundizzjonijiet kollha jridu jkunu validi għal aktar minn 20 s;

(b)il-wajper taħdem bil-veloċità massima tagħha u l-veloċità tal-vettura tkun anqas minn 60 km/h. Id-dawl b’raġġ baxx ikun attivat. Dawn il-kundizzjonijiet kollha jridu jkunu validi għal aktar minn 20 s;

(2)l-apparat ta’ kejl tax-xita, il-livell tal-wajper u l-istatus tad-dawl:

(a)il-kwantità ta’ xita tkun mill-anqas 90 % tal-output massimu tal-apparat tal-kejl u l-livell tal-wajper taħdem bil-veloċità massima tagħha. Id-dawl b’raġġ baxx ikun attivat. Dawn il-kundizzjonijiet kollha jridu jkunu validi għal aktar minn 20 s;

(b)il-kwantità ta’ xita tkun mill-anqas 90 % tal-output massimu tal-apparat tal-kejl u l-livell tal-wajper taħdem bil-veloċità massima tagħha. Id-dawl b’raġġ baxx ikun attivat u l-veloċità tal-vettura tkun anqas minn 60 km/h. Dawn il-kundizzjonijiet kollha jridu jkunu validi għal aktar minn 20 s.

(267)L-Intervall Minimu ta’ Detezzjoni bejn żewġ avvenimenti maqbuda għandu jkun ta’ 20 s.

17.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(268)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punt (266)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 34: Kwalità tal-informazzjoni dwar “kundizzjoni tat-temp avversa — xita”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

L-ebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Il-kundizzjoni (a) tiġi ssodisfata

1

Il-kundizzjoni (b) tiġi ssodisfata

2

Il-kundizzjoni (c) tiġi ssodisfata

3

Il-kundizzjoni (d) tiġi ssodisfata

4

(269)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality.

17.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(270)Ma għandhiex titqies terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS.

17.3.1.Kanċellazzjoni

(271)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

17.3.2.Negazzjoni

(272)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

17.4.Aġġornament

(273)Il-proċedura ta’ aġġornament xierqa tad-DENM għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet fil-punt (266) wara l-Intervall ta’ Detezzjoni Minimu speċifikat fit-taqsima 17.2.2;

(b)il-validityDuration tad-DENM preċedenti ma tkunx skadiet;

(c)la l-valur tal-element ta’ data DeltaLatitude u lanqas dak tal-element ta’ data DeltaLongitude, li jirrappreżentaw id-distanza bejn l-avveniment maqbud attwali u l-avveniment maqbud preċedenti, ma jaqbeż il-limitu li jista’ jiġi kopert mill-elementi ta’ data DeltaLatitude u DeltaLongitude.

(274)Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet (a), (b) u (c) kif speċifikat fil-punt (273), għandu jiġi ġġenerat DENM ta’ aġġornament. L-informazzjoni dwar l-elementi ta’ data tad-DENM preċedenti (eventPosition, eventDeltaTime, informationQuality) għandhom jinħażnu fl-eventHistory bħala eventPoint addizzjonali.

Il-punti tal-avveniment għandhom jitniżżlu f’ordni axxendenti fir-rigward tal-ħajja tagħhom, bl-eventPoint l-aktar riċenti fl-ewwel pożizzjoni. Il-punti tal-avveniment fl-eventHistory b’ħajjiet li jaqbżu l-validityDuration għandhom jitħassru mill-eventHistory għad-DENM ta’ aġġornament. Jekk id-distanza koperta mill-eventHistory taqbeż il-limitu permess mis-sigurtà, l-eqdem punti tal-avveniment għandhom jitħassru mill-eventHistory.

L-informazzjoni dwar l-avveniment maqbud attwali trid tiġi assenjata għall-oqsma tad-data tad-DENM tad-DENM aġġornat.

Nota: Hija r-responsabbiltà tar-riċevitur li jittratta l-punti ta’ avvenimenti b’ħajjiet li jaqbżu l-validityDuration wara li jkun ġie ġġenerat id-DENM ta’ aġġornament.

(275)Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet (a) u (b), iżda mhux il-kundizzjoni (c), ma għandu jiġi ġġenerat l-ebda DENM ta’ aġġornament. Minflok, għandu jiġi ġġenerat DENM ġdid addizzjonali. L-informazzjoni dwar l-avveniment maqbud attwali trid tiġi assenjata għall-oqsma tad-data tad-DENM tad-DENM il-ġdid addizzjonali. Id-DENM preċedenti għandu jkompli jiġi trażmess sakemm ma jiskadix ir-repetitionDuration tad-DENM preċedenti.

(276)Jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni (a) iżda ma tiġix issodisfata l-kundizzjoni (b), ma għandux jiġi ġġenerat DENM ta’ aġġornament, iżda għandu jiġi ġġenerat DENM ġdid skont l-avveniment attwali maqbud.

Nota: F’dan il-każ, it-trażmissjoni tad-DENM preċedenti tkun diġà ġiet itterminata, għax ir-repetitionDuration tad-DENM preċedenti jkun skada.

(277)Jekk ma tiġix issodisfata l-kundizzjoni (a), ma tkunx meħtieġa l-ġenerazzjoni ta’ DENM ta’ aġġornament.

17.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(278)DENMs li huma ġodda jew li jkunu ġew aġġornati għandhom jiġu ripetuti għal repetitionDuration ta’ 180 s b’repetitionInterval ta’ 4 s. Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

Nota: Il-validityDuration jiġi ssettjat għal 300 s. Għalhekk, wieħed jista’ jipprevjeni diskrepanza ta’ DENMs jekk ir-repetitionDuration tad-DENM oriġinali jkun skada u ma jkunx għadu ġie riċevut l-aġġornament.

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

17.6.Klassi ta’ traffiku

(279)Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

17.7.Parametri tal-messaġġ

17.7.1.DENM

(280)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 35: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “kundizzjoni tat-temp avversa — xita”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Il-kronogramma tirrifletti l-bidu tad-detezzjoni tal-punt tal-avveniment attwali. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament u jiġi ssettjat għall-ħin ta’ detezzjoni tal-punt tal-avveniment attwali.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid jew DENM ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tasC-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament u jiġi ssettjat għall-pożizzjoni tal-punt tal-avveniment attwali.

relevanceDistance

·DENM ġdid: lessThan1000m(4)

·DENM ta’ aġġornament: lessThan5km(5) (Billi jintużaw l-aġġornamenti, id-distanza koperta mill-eventHistory titwal. Biex jiġu indirizzati l-istazzjonijiet tal-ITS rilevanti kollha, ir-relevanceDistance hija itwal f’dan il-każ.)

relevanceTrafficDirection

allTrafficDirections(0)

validityDuration

300 s

stationType

It-tip tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (268). Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament u jiġi ssettjat għall-informationQuality tal-punt tal-avveniment attwali.

causeCode

adverseWeatherCondition-Precipitation(19)

subCauseCode

unavailable(0), heavyRain(1) jew heavySnowfall(2)

eventHistory

Dan l-element għandu jintuża biss għal DENMs ta’ aġġornament (ara t-taqsima 17.4).

Kontenitur tal-post

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju b’referenza għall-punt tal-avveniment attwali.
Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].
Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament u jiġi ssettjat għar-roadType tal-punt tal-avveniment attwali.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / Mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazzjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

17.7.2.CAM

(281)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

17.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(282)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

17.9.Saff ta’ sigurtà

(283)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (266), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal 15-il minuta għal DENMs ġodda u ta’ aġġornament (mill-mument li fih ikun ġie ġġenerat id-DENM il-ġdid). Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

(284)Jekk jinbidel l-AT u jkun hemm trażmissjoni attiva ta’ DENM ġdid jew ta’ aġġornament, it-trażmissjoni għandha titwaqqaf. Barra minn hekk, l-EventHistory u l-PathHistory għandhom jitħassru. Imbagħad għandu jitkompla l-proċess ta’ ġenerazzjoni regolari tad-DENMs.

18.Kundizzjonijiet tat-temp avversi — telf ta’ trazzjoni

18.1.Deskrizzjoni tas-servizz tas-C-ITS

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni V2V dwar kundizzjonijiet fejn iż-żliq jista’ jkollu impatt fuq l-imġiba tas-sewqan.

(285)Sinjal ta’ DENM għandu jintbagħat lill-istack biss jekk il-kundizzjonijiet skattaturi deskritti f’din it-taqsima jiġu evalwati bħala validi. Sinjal bħal dan jikkawża li l-istack tiġġenera DENM ġdid jew ta’ aġġornament. Jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet skattaturi, ma għandux jiġi ġġenerat sinjal ta’ DENM.

18.2.Kundizzjonijiet skattaturi

18.2.1.Prekundizzjonijiet

(286)Għandhom jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet li ġejjin qabel jiġi skattat dan is-servizz tas-C-ITS:

(a)il-ger tar-rivers ma jkunx attivat;

(b)ma jkun irrappurtat l-ebda żball fir-rigward tal-magna, tas-sistema tal-mototrażmissjoni u tas-sistema tal-ibbrejkjar.

18.2.2.Kundizzjonijiet speċifiċi għas-servizz

(287)Jekk jiġu ssodisfati l-prekundizzjoni fil-punt (286) u mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, il-kundizzjonijiet skattaturi għal dan is-servizz tas-C-ITS jiġu ssodisfati u għandha tiġi skattata l-ġenerazzjoni ta’ DENM:

(1)abbażi ta’ aċċelerazzjoni pożittiva:

(a)abbażi tar-Regolament Kontra ż-Żliq (ASR), il-pedala tal-aċċelerazzjoni, l-aċċelerazzjoni tal-vettura u l-veloċità tal-vettura. Talba għal ASR trid tkun attiva għal mill-anqas 200 ms (bħal funzjonijiet ta’ sikurezza oħra li jiddependu fuq l-ASR). Il-pedala tal-aċċelerazzjoni tingħafas għal medja ta’ aktar minn 30 % filwaqt li l-intervent tal-ASR ikun attiv. L-aċċelerazzjoni tal-vettura (aċċelerazzjoni skont is-sinjal bus iffiltrat tal-vettura) tkun anqas minn 40 % tal-aċċelerazzjoni tal-vettura fuq superfiċje b’koeffiċjent tal-frizzjoni għoli (bħall-asfalt niexef (tipikament µ = 0,85)) bl-istess veloċità tal-bidu u manuvra tas-sewqan. (Sabiex jiġu koperti konfigurazzjonijiet tassewqan differenti, eż. trazzjoni fuq żewġ roti vs trazzjoni fuq erba’ roti, ma ddaħħlux valuri ddettaljati hawnhekk);

(b)abbażi tal-ASR, il-pedala tal-aċċelerazzjoni, l-aċċelerazzjoni tal-vettura u l-veloċità tal-vettura. Talba għal ASR trid tkun attiva għal mill-anqas 200 ms. Il-pedala tal-aċċelerazzjoni tingħafas għal medja ta’ aktar minn 30 % filwaqt li l-intervent tal-ASR ikun attiv. L-aċċelerazzjoni tal-vettura (aċċelerazzjoni skont is-sinjal bus iffiltrat tal-vettura) tkun anqas minn 20 % tal-aċċelerazzjoni tal-vettura fuq superfiċje b’koeffiċjent tal-frizzjoni għoli (bħall-asfalt niexef (tipikament µ=0,85)) bl-istess veloċità tal-bidu u manuvra tas-sewqan;

(c)abbażi tal-ASR, il-pedala tal-aċċelerazzjoni, l-aċċelerazzjoni tal-vettura u l-veloċità tal-vettura. Talba għal ASR trid tkun attiva għal mill-anqas 200 ms. Il-pedala tal-aċċelerazzjoni tingħafas għal medja ta’ aktar minn 30 % filwaqt li l-intervent tal-ASR ikun attiv. L-aċċelerazzjoni tal-vettura (aċċelerazzjoni skont is-sinjal bus iffiltrat tal-vettura) tkun anqas minn 10 % tal-aċċelerazzjoni tal-vettura fuq superfiċje b’koeffiċjent tal-frizzjoni għoli (bħall-asfalt niexef (tipikament µ=0,85)) bl-istess veloċità tal-bidu u manuvra tas-sewqan;

(d)abbażi tal-ASR u l-pedala tal-aċċelerazzjoni. Talba għal ASR trid tkun attiva għal mill-anqas 200 ms. Il-pedala tal-aċċelerazzjoni tingħafas għal medja ta’ aktar minn 30 % (sabiex ma jiġix ikkawżat intervent tal-ASR fuq art b’valur ta’ frizzjoni għoli) filwaqt li l-intervent tal-ASR ikun attiv;

(2)abbażi ta’ aċċelerazzjoni negattiva (deċellerazzjoni):

(a)abbażi tas-Sistema Antilokk tal-Ibbrejkjar (ABS), il-pressjoni tal-ibbrejkjar u d-deċellerazzjoni. L-intervent tal-ABS ikun attiv għal aktar minn 200 ms (skont funzjonijiet ta’ sikurezza oħra li jiddependu fuq l-ABS). Il-pressjoni tal-ibbrejkjar ikun aktar minn 20 % tal-pressjoni tal-ibbrejkjar massima possibbli. Id-deċellerazzjoni tal-vettura (deċellerazzjoni skont is-sinjal bus iffiltrat tal-vettura) tkun anqas minn 50 % tad-deċellerazzjoni tal-vettura fuq superfiċje b’koeffiċjent tal-frizzjoni għoli (bħall-asfalt niexef (tipikament µ=0,85)) bl-istess veloċità tal-bidu u manuvra tas-sewqan;

(b)abbażi tal-ABS, il-pressjoni tal-ibbrejkjar u d-deċellerazzjoni. L-intervent tal-ABS ikun attiv għal aktar minn 200 ms. Il-pressjoni tal-ibbrejkjar tkun aktar minn 20 % tal-pressjoni tal-ibbrejkjar massima possibbli. Id-deċellerazzjoni tal-vettura (deċellerazzjoni skont is-sinjal bus iffiltrat tal-vettura) tkun anqas minn 25 % tad-deċellerazzjoni tal-vettura fuq superfiċje b’koeffiċjent tal-frizzjoni għoli (bħall-asfalt niexef (tipikament µ=0,85)) bl-istess veloċità tal-bidu u manuvra tas-sewqan;

(c)abbażi tal-ABS, il-pressjoni tal-ibbrejkjar u d-deċellerazzjoni. L-intervent tal-ABS ikun attiv għal aktar minn 200 ms. Il-pressjoni tal-ibbrejkjar tkun aktar minn 20 % (sabiex ma jiġix ikkawżat intervent tal-ABS fuq art b’valur ta’ frizzjoni għoli) tal-pressjoni tal-ibbrejkjar massima possibbli. Id-deċellerazzjoni tal-vettura (deċellerazzjoni skont is-sinjal bus iffiltrat tal-vettura) tkun anqas minn 10 % tad-deċellerazzjoni tal-vettura fuq superfiċje b’koeffiċjent tal-frizzjoni għoli (bħall-asfalt niexef (tipikament µ=0,85)) bl-istess veloċità tal-bidu u manuvra tas-sewqan;

(d)abbażi tal-ABS u l-pressjoni tal-ibbrejkjar. L-intervent tal-ABS ikun attiv għal aktar minn 200 ms. Il-pressjoni tal-ibbrejkjar tkun anqas minn 20 % tal-pressjoni tal-ibbrejkjar massima possibbli;

(3)abbażi tal-istima tal-koeffiċjent tal-frizzjoni:

(a)il-koeffiċjent tal-frizzjoni ikun anqas minn 0.3 għal mill-anqas 5 s (il-koeffiċjent tal-frizzjoni tas-silġ huwa < 0.2; għall-borra u għall-frak, dan huwa bejn wieħed u ieħor 0.4. Il-koeffiċjent tal-frizzjoni jrid jinqabad għal ċertu perjodu);

(b)il-koeffiċjent tal-frizzjoni jkun anqas minn 0.2 għal mill-anqas 5 s.

(288)Jekk il-kundizzjonijiet 1a-c jew 2a-c jiġu evalwati bħala validi, l-aċċelerazzjoni/id-deċellerazzjoni tal-vettura għandha tiġi ddeterminata mis-sinjal bus tal-vettura, mhux minn analiżi tal-GNSS.

(289)Ma għandux jiġi ġġenerat DENM ġdid jew ta’ aġġornament fil-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni. Il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni jitnieda wara li jinqabad l-avveniment u wara li jkun ġie skattat DENM għal dak il-għan. B’dan il-mod, avveniment uniku ma jkunx jista’ jiskatta sensiela ta’ DENMs. Għall-istima tal-koeffiċjent tal-frizzjoni (il-kundizzjonijie 3a u 3b), il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni għandu jkun ta’ 15-il s. Għall-kundizzjonijiet l-oħra, il-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni għandu jkun ta’ 20 s.

(290)Sabiex tiġi żgurata mġiba funzjonali konsistenti għall-kundizzjonijiet skattaturi (a)(d) u għall-Ħin tal-Imblukkar tad-Detezzjoni, l-Intervall Minimu ta’ Detezzjoni bejn żewġ avvenimenti maqbuda għandu jkun ta’ 20 s.

18.2.3.Kwalità tal-informazzjoni

(291)Il-valur tal-element ta’ data informationQuality fid-DENM jiddependi fuq kif jinqabad l-avveniment (ara l-punt (287)). Il-valur ta’ informationQuality għandu jiġi ssettjat b’konformità mat-tabella li ġejja (għandu jintuża l-akbar valur possibbli):

Tabella 36: Kwalità tal-informazzjoni dwar “kundizzjoni tat-temp avversa — telf ta’ trazzjoni”

Detezzjoni ta’ avveniment

Valur ta’ InformationQuality

L-ebda implimentazzjoni li tikkonforma ma’ TRCO

unknown(0)

Il-kundizzjoni 1a jew 2a hi ssodisfata

1

Il-kundizzjoni 1b hi ssodisfata

2

Il-kundizzjoni 1c jew 2b hi ssodisfata

3

Il-kundizzjoni 2c hi ssodisfata

4

Il-kundizzjoni 1d jew 2d hi ssodisfata

5

Il-kundizzjoni 3a hi ssodisfata

6

Il-kundizzjoni 3b hi ssodisfata

7

(292)Jekk il-kundizzjonijiet skattaturi jinbidlu bejn żewġ aġġornamenti, l-informationQuality ma għandux jinbidel qabel l-aġġornament ta’ wara. Jekk il-kundizzjonijiet mibdula jkunu għadhom sodisfatti waqt li d-DENM jiġi aġġornat, għandu jiġi aġġornat l-informationQuality.

18.3.Kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni

(293)Ma għandhiex titqies terminazzjoni tas-servizz tas-C-ITS.

18.3.1.Kanċellazzjoni

(294)Ma għandux jintuża DENM ta’ kanċellazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

18.3.2.Negazzjoni

(295)Ma għandux jintuża DENM ta’ negazzjoni għal dan is-servizz tas-C-ITS.

18.4.Aġġornament

(296)Il-proċedura ta’ aġġornament xierqa tad-DENM għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)tiġi ssodisfata mill-anqas waħda mill-kundizzjonijiet fil-punt (287) wara l-Intervall ta’ Detezzjoni Minimu speċifikat fit-taqsima 18.2.2;

(b)il-validityDuration tad-DENM preċedenti ma tkunx skadiet;

(c)la l-valur tal-element ta’ data DeltaLatitude u lanqas dak tal-element ta’ data DeltaLongitude, li jirrappreżentaw id-distanza bejn l-avveniment maqbud attwali u l-avveniment maqbud preċedenti, ma jaqbeż il-limitu li jista’ jiġi kopert mill-elementi ta’ data DeltaLatitude u DeltaLongitude.

(297)Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet (a), (b) u (c) kif speċifikat fil-punt (296), għandu jiġi ġġenerat DENM ta’ aġġornament. L-informazzjoni dwar l-elementi ta’ data tad-DENM preċedenti (eventPosition, eventDeltaTime, informationQuality) għandhom jinħażnu fl-eventHistory bħala eventPoint addizzjonali.

Il-punti tal-avveniment għandhom jitniżżlu f’ordni axxendenti fir-rigward tal-ħajja tagħhom, bl-eventPoint l-aktar riċenti fl-ewwel pożizzjoni. Il-punti tal-avveniment fl-eventHistory b’ħajjiet li jaqbżu l-validityDuration (ara l-punt (303)) għandhom jitħassru mill-eventHistory għad-DENM ta’ aġġornament. Jekk id-distanza koperta mill-eventHistory taqbeż il-limitu permess mis-sigurtà, l-eqdem punti tal-avveniment għandhom jitħassru mill-eventHistory.

L-informazzjoni dwar l-avveniment maqbud attwali trid tiġi assenjata għall-oqsma tad-data tad-DENM tad-DENM aġġornat.

Nota: Hija r-responsabbiltà tar-riċevitur li jittratta punti ta’ avvenimenti b’ħajjiet li jaqbżu l-validityDuration wara li jkun ġie ġġenerat id-DENM ta’ aġġornament.

(298)Jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet (a) u (b), iżda mhux il-kundizzjoni (c), ma għandu jiġi ġġenerat l-ebda DENM ta’ aġġornament. Minflok, għandu jiġi ġġenerat DENM ġdid addizzjonali. L-informazzjoni dwar l-avveniment attwali maqbud għandha tiġi assenjata għall-qasam tad-data tad-DENM tad-DENM il-ġdid addizzjonali. Id-DENM preċedenti għandu jkompli jiġi trażmess sakemm ma jiskadix ir-repetitionDuration tad-DENM preċedenti.

(299)Jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni (a) iżda ma tiġix issodisfata l-kundizzjoni (b), ma għandux jiġi ġġenerat DENM ta’ aġġornament, iżda għandu jiġi ġġenerat DENM ġdid skont l-avveniment attwali maqbud.

Nota: F’dan il-każ, it-trażmissjoni tad-DENM preċedenti tkun diġà ġiet itterminata, għax ir-repetitionDuration tad-DENM preċedenti jkun skada.

(300)Jekk ma tiġix issodisfata l-kundizzjoni (a), ma tkunx meħtieġa l-ġenerazzjoni ta’ DENM ta’ aġġornament.

18.5.Durata tar-ripetizzjoni u intervall tar-ripetizzjoni

(301)Awtomatikament, DENMs li jkunu ġodda jew li jkunu ġew aġġornati għandhom jiġu ripetuti awtomatikament għal repetitionDuration ta’ 300 s b’repetitionInterval ta’ 1 s.

Madankollu, jekk id-DENM jiġi skattat f’żona urbana, kif iddeterminat mill-mappa diġitali jew minn algoritmu ta’ sensur abbord, dan għandu jiġi ripetut għal repetitionDuration ta’ 180 s b’repetitionInterval ta’ 4 s.

Għalhekk, il-parametri tal-interfaċċa Repetition duration u Repetition interval bejn l-applikazzjoni u s-servizz bażiku tad-DEN għandhom jiġu ssettjati skont il-valuri ta’ hawn fuq.

Nota: Il-validityDuration tiġi ssettjata għal 600 s jew 300 s rispettivament. Għalhekk, wieħed jista’ jipprevjeni diskrepanza ta’ DENMs jekk ir-repetitionDuration tad-DENM oriġinali jkun skada u ma jkunx għadu ġie riċevut l-aġġornament.

Nota: F’każ li żewġ DENMs bl-istess causeCode joriġinaw mill-istess stazzjon tas-C-ITS, il-każ għandu jiġi mmaniġġjat mill-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

18.6.Klassi ta’ traffiku

(302)Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament għandhom jiġu ssettjati għal klassi ta’ traffiku 1.

18.7.Parametri tal-messaġġ

18.7.1.DENM

(303)It-tabella li ġejja tispeċifika l-elementi ta’ data tad-DENM li għandhom jiġu ssettjati.

Tabella 37: Elementi ta’ data tad-DENM ta’ “kundizzjoni tat-temp avversa — telf ta’ trazzjoni”

Qasam tad-data

Valur

Kontenitur ta’ ġestjoni

actionID

Identifikatur ta’ DENM. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

detectionTime

TimestampIts-kronogramma li fiha l-avveniment jinqabad mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Il-kronogramma tirrifletti l-bidu tad-detezzjoni tal-punt tal-avveniment attwali. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament u jiġi ssettjat għall-ħin ta’ detezzjoni tal-punt tal-avveniment attwali.

referenceTime

TimestampIts-kronogramma li fiha jiġi ġġenerat DENM ġdid jew DENM ta’ aġġornament. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

termination

Ma għandux jiġi ssettjat, għax la n-negazzjoni u lanqas il-kanċellazzjoni ma għandhom jintużaw f’dan is-servizz tasC-ITS.

eventPosition

ReferencePosition. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament u jiġi ssettjat għall-pożizzjoni tal-punt tal-avveniment attwali.

relevanceDistance

·DENM ġdid: lessThan1000m(4)

·DENM ta’ aġġornament: lessThan5km(5) (Billi jintużaw l-aġġornamenti, id-distanza koperta mill-eventHistory titwal. Biex jiġu indirizzati l-istazzjonijiet ITS rilevanti kollha, ir-relevanceDistance hija itwal f’dan il-każ.)

relevanceTrafficDirection

allTrafficDirections(0)

validityDuration

Valur prestabbilit: 600 s

F’żoni urbani, kif iddeterminat minn mappa diġitali jew minn algoritmu ta’ sensur abbord: 300 s (Jekk il-vettura ma jkollhiex informazzjoni dwar l-istatus urban/mhux urban, għandu jintuża l-valur prestabbilit.)

stationType

It-tip tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju. Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].

Kontenitur tas-sitwazzjoni

informationQuality

Ara l-punt (291). Għandu jiġġedded għal kull DENM ta’ aġġornament u jiġi ssettjat għall-informationQuality tal-punt tal-avveniment attwali.

causeCode

adverseWeatherCondition-Adhesion(6)

subCauseCode

unavailable(0)

eventHistory

Dan l-element għandu jintuża biss għal DENMs ta’ aġġornament (ara t-taqsima 18.4).

Kontenitur tal-post

traces

PathHistory tal-istazzjon tas-C-ITS oriġinarju b’referenza għall-punt tal-avveniment attwali.
Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2].
Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament.

roadType

RoadType tat-triq li fiha jkun jinsab l-istazzjon tas-C-ITS tad-detezzjoni.

Għandu jiġġedded għal DENM ta’ aġġornament u jiġi ssettjat għar-roadType tal-punt tal-avveniment attwali.

Għandu jiġi ssettjat b’konformità ma’ [TS 102 894-2] f’kombinament mar-regoli li ġejjin:

Urban / mhux urban

Separazzjoni strutturali

Element ta’ data

Urban

Le

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Urban

Iva

urban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(1)

Urban

Mhux magħruf

urban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(0)

Mhux urban

Le

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Mhux urban

Iva

nonUrban-WithStructuralSeparation ToOppositeLanes(3)

Mhux urban

Mhux magħruf

nonUrban-NoStructuralSeparation ToOppositeLanes(2)

Jekk l-informazjoni dwar l-istatus urban/mhux urban ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata, l-element ta’ data għandu jitħalla barra.

18.7.2.CAM

(304)Ma għandux jintuża adattament tal-CAM għal dan is-servizz tas-C-ITS.

18.8.Saff tan-netwerk u tat-trasport

(305)Il-parametru tal-interfaċċa żona ta’ destinazzjoni tad-DENM bejn is-servizz bażiku tad-DEN u s-saff tan-netwerking u tat-trasport għandu jkun ugwali għal forma ċirkolari b’raġġ ugwali għal relevanceDistance.

18.9.Saff ta’ sigurtà

(306)Jekk japplikaw il-kundizzjonijiet skattaturi kif deskritt fil-punt (287), bidla fl-AT għandha tiġi imblukkata għal 15-il minuta għal DENMs ġodda u ta’ aġġornament (mill-mument li fih ikun ġie ġġenerat id-DENM il-ġdid). Id-DENMs il-ġodda u ta’ aġġornament korrispondenti għandhom jintbagħtu bl-istess AT.

(307)Jekk jinbidel l-AT u jkun hemm trażmissjoni attiva ta’ DENM ġdid jew ta’ aġġornament, it-trażmissjoni għandha titwaqqaf. Barra minn hekk, l-EventHistory u l-PathHistory għandhom jitħassru. Imbagħad għandu jitkompla l-proċess ta’ ġenerazzjoni regolari tad-DENMs.

19.Sinjali ġewwa l-vetturi — informazzjoni dinamika dwar il-limitu tal-veloċità

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tal-IVI) dwar il-limitu tal-veloċità attwalment validu, skont is-segment, il-korsija jew il-kategorija ta’ vettura, u dan kontinwament, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

(308)L-informazzjoni għandha tkun konsistenti mas-sinjali tat-traffiku dinamiċi li huma attwalment validi.

(309)[ISO/TS 14823] Il-Qasam tad-Data għandu jiġi ssettjat bis-serviceCategoryCode = regolatorju, nature = 5, serialnumber = 57, attributes/spe/spm = il-valur tal-limitu tal-veloċità f’km/h u unità = 0 (jiġifieri kmperh) jew l-ekwivalenti għal pajjiżi oħra (eż. 1 għal milesperh).

(310)Fir-rigward ta’ tmiem il-limitu tal-veloċità, jista’ jintuża dan li ġej: [ISO/TS 14823] Il-Qasam tad-Data bis-serviceCategoryCode = regolatorju (12), nature = 6, serialnumber = 14 (avviż ta’ tmiem il-limitu tal-veloċità) jew serviceCategoryCode = informative (13), nature = 6, serial number = 63 (avviż ta’ tmiem ir-restrizzjonijiet kollha minn sinjali elettroniċi) jekk dan is-sinjal jintwera fit-triq. Messaġġi tat-tmiem jistgħu jkunu żejda, billi l-punt tat-tmiem taż-żona ta’ rilevanza tal-messaġġ IVI inizjali diġà jittermina l-limitu tal-veloċità.

20.Sinjali ġewwa l-vetturi — “test ħieles” VMS inkorporat

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni mill-infrastruttura għall-vettura (I2V) (bl-użu tal-Informazzjoni mill-Infrastruttura għall-Vettura (IVI)) f’għamla ta’ “test ħieles”, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq. Il-prijorità tal-messaġġi IVS mibgħuta tiġi ddefinita mill-operatur tat-triq.

(311)L-informazzjoni għandha tkun konsistenti mas-sinjali tat-traffiku dinamiċi li huma attwalment validi.

21.Sinjali ġewwa l-vetturi — informazzjoni oħra dwar sinjali

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V dwar is-sinjali (bl-użu tal-IVI), għajr informazzjoni dinamika dwar il-limitu tal-veloċità u ta’ test ħieles, eż. projbizzjonijiet li wieħed jaqbeż vetturi oħra jew twissija għal xi korsija partikolari, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

(312)L-informazzjoni għandha tkun konsistenti mas-sinjali tat-traffiku dinamiċi li huma attwalment validi.

(313)[ISO/TS 14 823] Il-Qasam tad-Data jiġi ssettjat bis-serviceCategoryCode = informative; nature = 6; serialnumber = 59 (għal korsija magħluqa), 60 (għal korsija ħielsa), 61 (għal korsija vojta fuq ix-xellug) jew 62 (għal korsija vojta fuq il-lemin).

(314)Fir-rigward ta’ “tmiem ir-restrizzjoni”: jistgħu jintużaw serviceCategoryCode = informative (13), nature = 6, serial number = 63 għal “tmiem ir-restrizzjonijiet kollha minn sinjali elettroniċi” jekk jintwera s-sinjal elettroniku. Messaġġi tat-tmiem jistgħu jkunu żejda, billi l-punt tat-tmiem taż-żona ta’ rilevanza tal-messaġġ IVI inizjali diġà jittermina l-informazzjoni dwar is-sinjali.

22.notifika dwar postijiet perikolużi — żona ta’ aċċident

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tad-DEN) dwar żona ta’ aċċident bl-użu ta’ ID uniku ta’ messaġġ ta’ twissija, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

(315)CauseCode għandu jiġi ssettjat għal 2 (aċċident) u subCauseCode għandu jiġi ssettjat għal bejn 0 u 7 (għajr 6).

23.notifika dwar postijiet perikolużi — konġestjoni tat-traffiku ’l quddiem

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tad-DEN) dwar konġestjoni tat-traffiku ’l quddiem, skont is-segment jew il-korsija, bl-użu ta’ ID uniku ta’ messaġġ ta’ twissija, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq (fejn jissemmew il-pożizzjonijiet, it-tul tal-konġestjoni tat-traffiku u s-sezzjoni/il-korsiji kkonċernati, jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli).

(316)CauseCode għandu jiġi ssettjat għal 27 (tmiem il-kju perikoluż) u subCauseCode għandu jiġi ssettjat għal 0 (mhux disponibbli) biex jiġi ssinjalat tmiem il-kju perikoluż. Biex titwassal informazzjoni dwar it-tul sħiħ tal-kju, causeCode għandu jiġi ssettjat għal 1 (konġestjoni tat-traffiku) u subCauseCode għandu jiġi ssettjat għal 0.

24.notifika dwar postijiet perikolużi — vettura wieqfa

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tad-DEN) dwar vettura wieqfa, bl-użu ta’ ID uniku ta’ messaġġ ta’ twissija, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

(317)CauseCode għandu jiġi ssettjat għal 94 (vettura wieqfa) u subCauseCode għandu jiġi ssettjat għal 0 (mhux disponibbli) jew 2 (vettura wieqfa).

25.notifika dwar postijiet perikolużi — twissija dwar il-kundizzjoni tat-temp

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tad-DEN) dwar xita jew kundizzjonijiet tat-temp estremi attwali u/jew mistennija (xenarju 1), jew dwar meded ta’ viżibbiltà baxxa (xenarju 3), bl-użu ta’ ID uniku ta’ messaġġ ta’ twissija, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

(318)CauseCode għandu jiġi ssettjat għal 17 (kundizzjoni tat-temp estrema) jew 19 (xita).

26.notifika dwar postijiet perikolużi — triq temporanjament tiżloq

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tad-DEN) dwar sezzjonijiet tat-triq li jiżolqu bl-użu ta’ ID uniku ta’ messaġġ ta’ twissija, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

(319)CauseCode għandu jiġi ssettjat għal 6 (adeżjoni) u subCauseCode għandu jiġi ssettjat bejn 0 u 9.

27.notifika dwar postijiet perikolużi — annimal jew persuna fit-triq

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tad-DEN) dwar annimali jew persuni fit-triq, bl-użu ta’ ID uniku ta’ messaġġ ta’ twissija, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

(320)CauseCode għandu jiġi ssettjat għal 11 (annimal fit-triq) jew 12 (preżenza ta’ bniedem fit-triq).

28.notifika dwar postijiet perikolużi — ostaklu fit-triq

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tad-DEN) dwar ostaklu wieħed jew aktar f’korsija waħda jew aktar. Madankollu, it-traffiku xorta waħda jista’ jgħaddi (mhux imblokk). Huwa juża ID uniku ta’ messaġġ ta’ twissija, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

(321)CauseCode għandu jiġi ssettjat għal 10 (ostaklu fit-triq) u subCauseCode għandu jiġi ssettjat bejn 0 u 5 (6 u 7 ma jintużawx).

29.Twissija dwar xogħlijiet fit-toroq — għeluq ta’ korsija (u restrizzjonijiet oħra)

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tad-DEN) dwar l-għeluq ta’ parti minn korsija, korsija sħiħa jew bosta korsiji (inkluża l-korsija ta’ emerġenza), iżda mingħajr għeluq sħiħ tat-triq. Huwa juża ID uniku ta’ messaġġ ta’ twissija, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

Dan jista’ jiġi pprovdut f’wieħed mill-modi li ġejjin:

·xogħlijiet fit-toroq ippjanati statiċi (Ċentru ta’ Operazzjoni tat-Traffiku (TOC) skattat) – l-operatur tat-triq jipprogramma xogħlijiet fit-toroq statiċi u ppjanati (jew skont il-każ) fis-Sistema ta’ Ġestjoni tat-Traffiku (TMS) tiegħu;

·modalità indipendenti – trejler jintuża għal xogħlijiet fit-toroq fuq terminu qasir jew twil, iżda mingħajr konnessjoni mat-TOC (l-ebda konnessjoni disponibbli);

·awmentat (indipendenti segwit minn TOC skattat) – il-messaġġ l-ewwel jintbagħat minn trejler u mbagħad jista’ jiġi aġġornat aktar tard, inkluż b’dettalji addizzonali mit-TOC.

(322)CauseCode għandu jiġi ssettjat għal 3 (xogħlijiet fit-toroq) u subCauseCode għandu jiġi ssettjat bejn 0 u 4.

30.Twissija dwar xogħlijiet fit-toroq — għeluq ta’ triq

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tad-DEN) dwar għeluq ta’ triq minħabba sett ta’ xogħlijiet statiċi fit-triq. L-għeluq ikun temporanju. Huwa juża ID uniku ta’ messaġġ ta’ twissija, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

(323)CauseCode għandu jiġi ssettjat għal 3 (xogħlijiet fit-toroq) u subCauseCode għandu jiġi ssettjat għal 1.

31.Twissija dwar xogħlijiet fit-toroq — xogħlijiet fit-toroq (mobbli)

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V (bl-użu tad-DEN) dwar żona fit-triq li, f’xi parti, ikollha korsija li tidjieq jew li tkun magħluqa (iżda mingħajr għeluq tat-triq), u dan minħabba sit mobbli ta’ xogħol ippjanat. Huwa juża ID uniku ta’ messaġġ ta’ twissija, kif issettjat u distribwit mill-operatur tat-triq.

Dan is-servizz tas-C-ITS jista’ jiġi pprovdut f’wieħed mill-modi li ġejjin:

·TOC skattat – l-operatur tat-triq jipprograma xogħlijiet fit-toroq mobbli u ppjanati (jew skont il-każ) fit-TMS tiegħu. L-informazzjoni tinkludi l-elementi kollha li jistgħu jintużaw biex tiġi identifikata ż-żona tax-xogħol (pożizzjoni tal-bidu/tat-tmiem, durata). L-aġenti operattivi ma jużawx iż-żona sħiħa, iżda jimmarkaw is-sit tax-xogħol proprju fi ħdanha. Tista’ tiżdied aktar informazzjoni, bħal-limitu tal-veloċità f’kull porzjon li jidjieq;

·modalità indipendenti – trejler jintuża għal xogħlijiet fit-toroq fuq terminu qasir jew twil, iżda mingħajr konnessjoni mat-TOC (l-ebda konnessjoni disponibbli).

(324)CauseCode għandu jiġi ssettjat għal 3 (xogħlijiet fit-toroq) u subCauseCode għandu jiġi ssettjat għal 3.

32.Intersezzjonijiet sinjalizzati — parir dwar il-veloċità ottimali f’każ ta’ dawl aħdar

Dan is-servizz tas-C-ITS jittrażmetti informazzjoni I2V, bl-użu ta’ Fażi u Kronometraġġ tas-Sinjal (SPAT) u Informazzjoni dwar it-Topoloġija għall-Intersezzjoni (MAP), li tikkonsisti minn parir dwar ilveloċità għallutenti tat-triq li jkunu qed javviċinaw u jgħaddu minn intersezzjonijiet ikkontrollati minn sinjali tat-traffiku, abbażi tal-istat attwali tal-fażi u l-kronometraġġ previst tas-sinjali tat-traffiku, kif ukoll minn informazzjoni dwar it-topoloġija tat-triq għall-intersezzjoni(jiet) ’il quddiem.

Dan jista’ jiġi pprovdut f’wieħed mill-modi li ġejjin:

·il-vettura tikkalkula l-parir dwar il-veloċità – l-intersezzjoni sinjalizzata tittrażmetti, perjodikament u f’ħin reali, l-istat attwali tal-fażi tas-sinjali tat-traffiku u l-kronometraġġ tal-bidliet fil-fażi li jkunu ġejjin. Il-vettura avviċinanti, li tkun konxja mill-pożizzjoni u l-veloċità tagħha, tirċievi l-messaġġi u tikkalkula l-veloċità ottimali biex tavviċina l-intersezzjoni;

·l-infrastruttura tikkalkula l-parir dwar il-veloċità – l-intersezzjoni sinjalizzata tikkalkula u tittrażmetti, perjodikament u f’ħin reali, informazzjoni konsultattiva dwar il-veloċità għal bosta segmenti tat-toroq tal-approċċ għall-intersezzjoni. Il-vettura avviċinanti, li tkun konxja mill-pożizzjoni u l-veloċità tagħha, tirċievi l-messaġġi u twettaq estrazzjoni tal-veloċità ottimali biex tavviċina l-intersezzjoni;

·parir dwar veloċità greenwave sekwenza ta’ intersezzjonijiet sinkronizzati u kkontrollati minn sinjali tattraffiku jittrażmettu parir predefinit/ippjanat dwar veloċità greenwave. Il-vettura avviċinanti, li tkun konxja mill-pożizzjoni u l-veloċità tagħha, tirċievi l-messaġġi u twettaq estrazzjoni tal-veloċità greenwave biex taqbeż l-intersezzjonijiet.

(325)L-informazzjoni dwar l-istat attwali tal-fażi u l-kronometraġġ tal-bidliet fil-fażi mill-intersezzjoni sinjalizzata għandha tkun preċiża u affidabbli biżżejjed biex jiġi żgurat parir ta’ kwalità għolja dwar ilveloċità.

(326)L-informazzjoni għandha tkun konsistenti mas-sinjali fiżiċi tal-intersezzjoni.

(327)Il-kundizzjonijiet tat-traffiku, bħall-kjuwijiet jew il-konġestjonijiet tat-traffiku, jaffettwaw il-validità tal-parir dwar il-veloċità, u għalhekk għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.

(328)Il-veloċitajiet irrakkomandati qatt ma għandhom jaqbżu l-limitu tal-veloċità legali.

33.Intersezzjonijiet sinjalizzati — prijoritizzazzjoni tat-trasport pubbliku

Dan is-servizz tas-C-ITS jagħti prijorità lil vetturi tat-trasport pubbliku fuq vetturi privati f’intersezzjonijiet sinjalizzati, bl-użu ta’ Messaġġ Estiż dwar Talba għal Sinjal (SREM) u ta’ Messaġġ Estiż dwar l-Istatus tat-Talba għal Sinjal (SSEM). Il-vettura tat-trasport pubbliku tittrażmetti talba ta’ prijoritizzazzjoni permezz ta’ V2I. Is-sistema ta’ prijoritizzazzjoni tat-trasport pubbliku tipproċessa t-talba, taċċettaha jew tirrifjutaha, u tibgħat il-feedback lill-vettura tat-trasport pubbliku permezz tal-I2V. Jekk it-talba tiġi aċċettata, eż. “fażijiet ħomor” jistgħu jitqassru u “fażijiet ħodor” jittawlu, il-vettura tat-trasport pubbliku tingħata “dawl aħdar” b’dewmien minimu fuq il-linja tal-waqfien. Wara li jkun għadda minn ġol-intersezzjoni, ilkontrollur tas-sinjal tat-traffiku jmur lura għal operazzjoni normali.

(329)L-istationID tal-vettura ma għandux jinbidel matul l-ipproċessar ta’ talba għall-prijoritizzazzjoni.

(330)Għandhom jiġu żgurati l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ vetturi tat-trasport pubbliku.

(331)It-talba għall-prijorità għandha tiġi pprovduta fil-ħin biex is-sistema ta’ prijoritizzazzjoni tat-trasport pubbliku tkun tista’ tirreaġixxi.

Top

ANNESS II

1.Introduzzjoni

1.1.Referenzi

F’dan l-Anness jintużaw ir-referenzi li ġejjin:

EN 302 636-4-1    ETSI EN 302 636-4-1, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Komunikazzjoni Veikolari; Geonetworking; Parti 4: Indirizzar u trażmissjoni ġeografiċi għal komunikazzjoni minn punt għal ieħor u minn punt għal diversi punti Subparti 1: Funzjonalità Indipendenti mill-Mezzi. V1.3.1 (2017-08)

TS 102 894-2    ETSI TS 102 894-2, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Utenti u rekwiżiti tal-applikazzjonijiet; Parti 2: Dizzjunarju tad-data komuni tas-saff tal-applikazzjonijiet u l-faċilitajiet, V1.3.1 (2018-08)

ISO/TS 19091    ISO/TS 19091, Sistemi ta’ trasport intelliġenti – ITS Kooperattivi – Użu ta’ komunikazzjoni V2I u I2V għal applikazzjonijiet relatati ma’ intersezzjonijiet sinjalizzati, (2017-03)

EN 302 663    ETSI EN 302 663, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Speċifikazzjoni tas-saff ta’ aċċess għal Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti li joperaw fil-medda ta’ frekwenza ta’ 5 GHz, V1.2.1 (2013-07)

TS 102 687    ETSI TS 102 687, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Mekkaniżmi Deċentralizzati ta’ Kontroll tal-Konġestjoni għal Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti li joperaw fil-medda ta’ 5 GHz; Parti tas-saff ta’ aċċess, V1.2.1 (2018-04)

TS 102 792    ETSI TS 102 792, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Tekniki ta’ mitigazzjoni biex tiġi evitata l-interferenza bejn tagħmir ta’ Komunikazzjoni Ddedikata CEN Ewropea Fuq Medda Qasira (CEN DSRC) u Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) li joperaw fuq il-medda ta’ frekwenza ta’ 5 GHz, V1.2.1 (2015-06)

EN 302 637-2    ETSI EN 302 637-2, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Komunikazzjoni Veikolari; Sett Bażiku ta’ Applikazzjonijiet; Parti 2: Speċifikazzjoni ta’ Servizz Bażiku ta’ Sensibilizzazzjoni Kooperattiva, V1.4.0 (2018-08); din ir-referenza għandha tinqara bħala r-referenza għall-verżjoni 1.4.1 mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dik il-verżjoni.

TS 102 724    ETSI TS 102 724, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Speċifikazzjonijiet Armonizzati tal-Kanal għal Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti li joperaw fil-medda ta’ frekwenza ta’ 5 GHz, V1.1.1 (2012-10)

EN 302 636-5-1    ETSI EN 302 636-5-1, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Komunikazzjoni Veikolari; GeoNetworking; Parti 5: Protokolli għat-Trasport; Subparti 1: Protokoll għat-Trasport Bażiku, V2.1.1 (2017-08)

TS 103 248    ETSI TS 103 248, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); GeoNetworking; Numri tal-Port għall-Protokoll għat-Trasport Bażiku (BTP), V1.2.1 (2018-08)

EN 302 931    ETSI EN 302 931, Komunikazzjoni Veikolari; Definizzjoni taż-Żona Ġeografika, V1.1.1 (2011-7)

EN 302 637-3    ETSI EN 302 637-3, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Komunikazzjoni Veikolari; Sett Bażiku ta’ Applikazzjonijiet; Parti 3: Speċifikazzjonijiet ta’ Servizz Bażiku ta’ Notifika Ambjentali Deċentralizzata, V1.3.0 (2018-08); din ir-referenza għandha tinqara bħala r-referenza għall-verżjoni 1.3.1 mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dik il-verżjoni.

TS 102 636-4-2    ETSI TS 102 636-4-2, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Komunikazzjoni Veikolari; GeoNetworking; Parti 4: Indirizzar u trażmissjoni ġeografiċi għal komunikazzjoni minn punt għal ieħor u minn punt għal diversi punti Subparti 2: Funzjonalitajiet dipendenti mill-mezzi għall-ITS-G5, V1.1.1 (2013-10)

SAE J2945/1    SAE J2945/1, Rekwiżiti tas-Sistema Abbord għal Komunikazzjoni ta’ Sikurezza V2V, (2016-03)

TS 103 097    ETSI TS 103 097, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Sigurtà; Intestatura tas-Sigurtà u Formats taċ-Ċertifikati, V1.3.1 (2017-10)

ISO 8855    ISO 8855, Vetturi tat-triq — Dinamika tal-vetturi u kapaċità għall-istabbiltà fit-triq — Vokobularju, (2011-12)

TS 103 301    ETSI TS 103 301, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Komunikazzjoni Veikolari; Sett Bażiku ta’ Applikazzjonijiet; Protokolli tas-saff tal-faċilitajiet u rekwiżiti tal-komunikazzjoni għas-servizzi ta’ infrastruttura, V1.2.1 (2018-08)

TS 103 175    ETSI TS 103 175, Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS); Entità ta’ Ġestjoni tad-DCC Trans-Saffi għat-tħaddim fil-mezz ITS G5A u ITS G5B, V1.1.1 (2015-06)

ISO/TS 19321    ISO/TS 19321, Sistemi ta’ trasport intelliġenti — ITS Kooperattivi — Dizzjunarju tal-istrutturi tad-data ta’ informazzjoni fil-vettura (IVI), (2015-04-15)

ISO 3166-1    ISO 3166-1:2013, Kodiċijiet għar-rappreżentazzjoni tal-ismijiet tal-pajjiżi u s-sottodiviżjonijiet tagħhom -- il-Parti 1: Kodiċijiet tal-pajjiż

ISO 14816    ISO 14816:2005, Telematika tat-trasport bit-triq u tat-traffiku; Identifikazzjoni awtomatika tal-vetturi u t-tagħmir; Struttura tan-numerazzjoni u tad-data

ISO/TS 14823    ISO/TS 14823:2017, Sistemi ta’ trasport intelliġenti – Dizzjunarju tad-data grafika

IEEE 802.11    IEEE 802.11-2016, Standard IEEE għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni — Telekomunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn sistemi, networks lokali u metropolitani — Rekwiżiti speċifiċi, il-Parti 11: Speċifikazzjonijiet ta’ Kontroll tal-Aċċess Medju (MAC) u ta’ Saff Fiżiku (PHY) ta’ LAN mingħajr wajers, (2016-12-14)

1.2.Notazzjonijiet u abbrevjazzjonijiet

F’dan l-Anness jintużaw in-notazzjonijiet u t-taqsiriet li ġejjin:

AT                Biljett ta’ Awtorizzazzjoni

BTP                Protokoll għat-Trasport Bażiku

CA                Sensibilizzazzjoni Kooperattiva

CAM                Messaġġ ta’ Sensibilizzazzjoni Kooperattiva

CBR                Proporzjon ta’ Kanal Okkupat

CCH                Kanal ta’ Kontroll

CDD                Dizzjunarju tad-Data Komuni

CEN-DSRC    Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) – Komunikazzjoni Ddedikata fuq Medda Qasira)

C-ITS            Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti Kooperattivi

DCC                Kontroll tal-Konġestjoni Deċentralizzat

DEN                Notifika Ambjentali Deċentralizzata

DENM            Messaġġ ta’ Notifika Ambjentali Deċentralizzata

DP                Profil ta’ Kontroll tal-Konġestjoni Deċentralizzat

ETSI                L-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni

GBC                GeoBroadcast

GN                GeoNetworking

GNSS            Sistema Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita

IEEE                Istitut ta’ Inġiniera tal-Elettriku u tal-Elettronika

IVI                Informazzjoni mill-Infrastruttura għall-Vettura

IVIM            Messaġġ ta’ Informazzjoni mill-Infrastruttura għall-Vettura

MAP                Informazzjoni dwar it-topoloġija għall-intersezzjoni

MAPEM            Messaġġ Estiż MAP

NH                Intestatura Li Jmiss

NTP                Protokoll tal-Ħin tan-Network

PAI                Indikatur tal-Preċiżjoni tal-Pożizzjoni

PoTi                Pożizzjoni u Ħin

QPSK            Rikjavar tal-Bidla fil-Fażi tal-Kwadratura

RLT                Topoloġija tal-Korsija tat-Triq

RSU                Unità ta’ Maġenb it-Triq

SCF                Store-Carry-Forward

SHB                Single Hop Broadcast

SPATEM            Messaġġ Estiż dwar il-Fażi u l-Kronometraġġ tas-Sinjal

SREM            Messaġġ Estiż dwar Talba għal Sinjal

SSEM            Messaġġ Estiż dwar l-Istatus tat-Talba għal Sinjal

TAI                Ħin Atomiku Internazzjonali

TAL                Livell ta’ Assigurazzjoni tal-Fiduċja

TLM                Manuvra tas-Sinjal tat-Traffiku

TC                Klassi ta’ Traffiku

UTC                Ħin Universali Koordinat

WGS84            Sistema Ġeodetika Dinjija 84

1.3.Definizzjonijiet

F’dan l-Anness jintużaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“ħin tas-C-ITS” jew “bażi tal-ħin” tfisser l-għadd ta’ millisekondi tal-Ħin Atomiku Internazzjonali (TAI) li jkunu għaddew minn 2004-01-01 00:00:00.000 tal-Ħin Universali Koordinat (UTC)+0, kif iddefinit f’[ETSI EN 302 636-4-1]. Il-kronogrammi kif iddefiniti f’[ETSI TS 102 894-2] isegwu dan il-format tal-ħin.

Nota: “Millisekondi tat-TAI” tiddenota l-għadd reali ta’ millisekondi magħduda u mhux mibdula minn sekondi leap wara l-1 ta’ Jannar 2004.

(b)“arloġġ tal-istazzjon” tfisser arloġġ li jirrappreżenta l-ħin tas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti Kooperattivi (C-ITS) fi stazzjon tas-C-ITS.

2.Rekwiżiti għall-istazzjonijiet tas-C-ITS tal-vetturi mfassla għal komunikazzjoni fuq medda qasira

Dan il-profil tas-sistema jispeċifika sett minimu ta’ standards u jimla d-diskrepanzi kif meħtieġ għar-realizzazzjoni ta’ stazzjon interoperabbli tas-C-ITS tal-vettura fuq in-naħa trażmittenti. Il-profil jinkludi rekwiżiti ta’ interoperabbiltà biss, u jħalli kwalunkwe rekwiżit addizzjonali miftuħ. Għalhekk, dan ma jiddeskrivix il-funzjonalità sħiħa tal-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura.

Il-profil tas-sistema jippermetti t-tnedija tas-servizzi prijoritarji (b’mod partikoli V2V). Dan jista’ jappoġġa servizzi oħra, iżda dawn jistgħu jkunu jeħtieġu speċifikazzjonijiet tas-sistema addizzjonali.

Il-profil jipprovdi deskrizzjonijiet, definizzjonijiet u regoli għas-saffi (Applikazzjonijiet, Faċilitajiet, Networking u Trasport u Aċċess) tal-arkitettura ta’ referenza/l-ospitant tal-ITS-S tal-istazzjon ETSI ITS.

2.1.Definizzjonijiet

F’din il-parti tal-Anness jintużaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“stati tal-vettura” jinkludi l-pożizzjonament, id-direzzjoni u l-veloċità assoluti f’ċerti punt fil-ħin;

(b)informazzjoni pprovduta b’“livell ta’ kunfidenza” ta’ 95 % tfisser li l-valur reali jkun jinsab fil-medda speċifikata mill-valur stmat biż-żieda/bit-tnaqqis tal-intervall ta’ kunfidenza f’95 % tal-punti tad-data f’bażi statistika partikolari;

(c)“ostruzzjoni għas-sema” tfisser il-frazzjoni ta’ valuri ta’ nofs emisfera li ma jkunux disponibbli għal Galileo jew għal Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) oħra minħabba muntanji, binjiet, siġar, eċċ.

(d)“CEN-DSRC” (Comité Européen de Normalisation – Komunikazzjoni Ddedikata fuq Medda Qasira) hi teknoloġija bbażata fuq il-mikromewġ li tintuża għal sistemi ta’ pedaġġ elettroniku biex jiġu ffinanzjati l-ispejjeż tal-infrastruttura tat-toroq jew biex jinġabru tariffi għall-użu tat-toroq. Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “CEN-DSRC” tkopri t-teknoloġiji kollha bbażati fuq il-mikromewġ ta’ 5.8 GHZ, kif imsemmi fid-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE.

2.2.Konfigurazzjonijiet tal-parametri

F’din il-parti tal-Anness jintużaw il-konfigurazzjonijiet tal-parametri fit-Tabella 1.

Tabella 1: Konfigurazzjonijiet tal-parametri

Parametru

Valur

Unità

Deskrizzjoni

pAlDataRateCch

6

Mbit/s

Rata prestabbilita tad-data għall-Kanal ta’ Kontroll (CCH)

pAlDataRateCchHigh

12

Mbit/s

Rata fakultattiva tad-data għas-CCH ogħla minn dik prestabbilita

pAlDataRateCchLow

3

Mbit/s

Rata fakultattiva tad-data għas-CCH aktar baxxa minn dik prestabbilita

pBtpCamPort

2001

m/a

Port ta’ destinazzjoni magħruf sew għall-CAMs

pBtpDenmPort

2002

m/a

Port ta’ destinazzjoni magħruf sew għad-DENMs

pBtpDestPortInfo

0

m/a

Valur għall-informazzjoni tal-port ta’ destinazzjoni

pCamGenNumber

3

m/a

Għadd ta’ CAMs iġġenerati b’mod konsekuttiv mingħajr restrizzjonijiet tal-ħin

pCamTraceMaxLength

500

m

Tul massimu ta’ traċċa fil-CAMs

pCamTraceMinLength

200

m

Tul minimu ta’ traċċa fil-CAMs

pCamTrafficClass

2

m/a

Valur tal-klassi ta’ traffiku (TC) li bih jintbagħtu l-CAMs

pDccCcaThresh

-85

dBm

Sensittività minima tal-kanal

pDccMeasuringInterval

100

ms

Valur għall-intervall li fih tiġi pprovduta t-tagħbija tal-kanal

pDccMinSensitivity

-88

dBm

Valur għas-sensittività minima tar-riċevitur

pDccProbingDuration

8

µs

Valur għad-durata tal-kampjun tas-sonda

pDccPToll

10

dBm

Valur għall-potenza tat-trażmissjoni f’żoni protetti

pDCCSensitivityMargin

3

dB

Valur għall-marġni tal-parametru pDccMinSensitivity

pDenmTraceMaxLength

1000

m

Tul massimu ta’ traċċa fid-DENMs

pDenmTraceMinLength

600

m

Tul massimu ta’ traċċa fid-DENMs

pGnAddrConfMode

ANONIMU (2)

m/a

Metodu ta’ konfigurazzjoni għall-indirizz tal-GeoNetworking (GN)

pGnBtpNh

2

m/a

Valur għall-entrata Next Header (NH) tal-intestatura komuni tal-GN

pGnChannelOffLoad

0

m/a

Valur għall-entrata offload tal-kanal

pGnEtherType

0x8947

--

Valur biex jintuża mill-EtherType

pGnGbcHtField

4

m/a

Valur għall-entrata HeaderType f’każijiet ta’ GeoBroadcast (GBC)

pGnGbcScf

1

m/a

Valur għall-entrata Store-Carry-Forward f’każijiet ta’ GBC

pGnInterfaceType

ITS-G5 (1)

m/a

Tip ta’ interfaċċa li trid tintuża mill-GN

pGnIsMobile

1

m/a

Jiddefinixxi jekk stazzjon tas-C-ITS ikunx mobbli jew le

pGnMaxAreaSize

80

km²

Żona appoġġata li trid tiġi koperta

pGnSecurity

ATTIVAT (1)

m/a

Jiddefinixxi l-użu ta’ intestaturi ta’ sigurtà tal-GN

pGnShbHstField

0

m/a

Valur għall-entrata HeaderSubType f’każijiet ta’ Single Hop Broadcast (SHB)

pGnShbHtField

5

m/a

Valur għall-entrata HeaderType f’każijiet ta’ SHB

pGnShbLifeTimeBase

1

m/a

Valur għall-entrata LifeTimeBase f’każijiet ta’ SHB.

pGnShbLifeTimeMultiplier

1

m/a

Valur għall-entrata LifeTimeMultiplier f’każijiet ta’ SHB

pPotiMaxTimeDiff

20

ms

Differenza massima fil-ħin bejn l-arloġġ tal-istazzjon u l-bażi tal-ħin

pPotiWindowTime

120

s

Daqs tat-tieqa skorrevoli tal-Pożizzjoni u tal-Ħin (PoTi) f’sekondi

pPotiUpdateRate

10

Hz

Rata ta’ aġġornament għall-informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-ħin

pSecCamToleranceTime

2

s

Devjazzjoni massima tal-ħin bejn il-ħin fl-intestatura tas-sigurtà tal-Messaġġ ta’ Sensibilizzazzjoni Kooperattiva (CAM) u l-ħin tal-arloġġ tal-istazzjon li fiha jiġi aċċettat il-CAM

pSecGnScc

0

m/a

Valur għall-entrata SCC tal-indirizz GN

pSecGnSourceAddressType

0

m/a

Valur għall-entrata M tal-indirizz GN (tip ta’ konfigurazzjoni tal-indirizz)

pSecMaxAcceptDistance

6

km

Distanza massima bejn l-ispeditur u r-riċevitur fejn jiġu riċevuti l-messaġġi

pSecMessageToleranceTime

10

min

Devjazzjoni massima tal-ħin bejn il-ħin fl-intestatura tas-sigurtà tal-messaġġ (għajr CAM) u l-ħin tal-arloġġ tal-istazzjon li fiha jiġi aċċettat il-messaġġ

pSecRestartDelay

1

min

Perjodu ta’ konċessjoni għall-bidla fl-AT wara li jinxtegħel it-terminal tal-ignixin

pTraceAllowableError

0.47

m

Parametru għall-kalkolu tal-istorja tal-perkors; ara l-Appendiċi A.5 ta’ [SAE J2945/1] għal aktar dettalji.

pTraceDeltaPhi

1

°

Parametru għall-kalkolu tal-istorja tal-perkors; ara l-Appendiċi A.5 ta’ [SAE J2945/1] għal aktar dettalji.

pTraceEarthMeridian

6,378.137

km

Raġġ medju tad-dinja (skont l-Unjoni Internazzjonali tal-Ġeodesija u l-Ġeofiżika (IUGG). Jintuża għall-kalkolu tat-traċċi; ara l-Appendiċi A.5 ta’ [SAE J2945/1] għal aktar dettalji.

pTraceMaxDeltaDistance

22.5

m

Parametru għall-kalkolu tat-traċċi; ara l-Appendiċi A.5 ta’ [SAE J2945/1] għal aktar dettalji.

2.3.Sigurtà

(1)Stazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jkun konness b’mod sigur ma’ vettura speċifika. F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura jkun mixgħul, dan għandu jivverifika li hu jkun qed jitħaddem fil-vettura li jkun ġie konness b’mod sigur magħha. Jekk din il-kundizzjoni ta’ funzjonament korrett ma tkunx tista’ tiġi vverifikata, l-istazzjon tas-C-ITS għandu jiġi ddiżattivat biex ma jkunx jista’ jibgħat messaġġi (jiġifieri ddiżattiva mill-anqas il-livell tat-trażmissjoni bir-radju tal-istazzjon tas-C-ITS).

(2)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jiċċekkja l-kronogramma fl-intestatura tas-sigurtà bi tqabbil mal-ħin ta’ riċevuta, u jaċċetta biss CAMs fl-aħħar ħin ta’ pSecCamToleranceTime u messaġġi oħra fl-aħħar ħin ta’ pSecMessageToleranceTime.

(3)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jiċċekkja d-distanza mill-pożizzjoni tal-ispeditur — fl-intestatura tas-sigurtà, jekk tkun disponibbli — u jittrażmetti biss messaġġi b’distanza ta’ pSecMaxAcceptDistance jew anqas mill-ispeditur.

(4)Il-verifika ta’ messaġġ għandha tinkludi mill-anqas verifika kriptografika tal-firma tal-messaġġ.

(5)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jittrażmetti messaġġi vverifikati biss.

(6)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża intestatura tas-sigurtà u firma waħda minn tarf sa tarf għal kull messaġġ, b’konformità ma’ [TS 103 097] u [EN 302 636-4-1].

(7)Il-firma għandha tiġi ġġenerata bl-użu ta’ kjavi privata li tikkorrispondi għal AT valida, b’konformità mal-klawżola 7.2.1 f’[TS 103 097].

(8)L-indirizzi u l-identifikaturi kollha trażmessi permezz ta’ komunikazzjoni fuq medda qasira għandhom jinbidlu meta tinbidel l-AT.

2.4.Pożizzjonament u kronometraġġ

(9)L-istati tal-vettura għandhom ikunu konsistenti. Għalhekk, id-direzzjoni u l-veloċità għandhom jirreferu għall-istess ħin bħal dak tal-pożizzjoni assoluta (eż. GenerationDeltaTime fil-CAMs).

Nota: Kwalunkwe impreċiżjoni li tista’ tirriżulta minn effetti relatati mal-ħin jenħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni fil-preċiżjoni tal-varjabbli tal-istati.

(10)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża s-Sistema Ġeodetika Dinjija 84 (WGS84) bħala s-sistema ta’ koordinati ta’ referenza tiegħu, kif speċifikat f’[TS 102 894-2].

Nota: Abbażi tal-moviment tas-Sistema Ewropea ta’ Referenza Terrestri (ETRS89), li hi ffissata b’relazzjoni mas-saff kontinentali tal-Ewropa, ta’ 2,5 cm fis-sena fid-WGS84, hu importanti li l-Istazzjonijiet tas-C-ITS tal-vetturi jkunu konxji dwar liema sistema ta’ referenzjar qed tintuża. Meta sistema ta’ referenzjar imsaħħa bħal sistema msaħħa ta’ Kinematika f’Ħin Reali tintuża għar-referenzjar tal-pożizzjonament bi preċiżjoni għolja, jista’ jkun hemm bżonn isir kumpens għal dan il-moviment.

(11)L-informazzjoni dwar l-altitudni għandha tiġi interpretata bħala l-għoli ’l fuq mill-Ellissojdi WGS84.

Nota: Ma għandhomx jintużaw interpretazzjonijiet alternattivi tal-altitudni bl-użu ta’ definizzjonijiet Geoid (eż. relattivi għal-livell medju tal-baħar).

(12)Għal pożizzjoni orizzontali, tintuża żona ta’ kunfidenza minflok intervall ta’ kunfidenza uniku. Iż-żona ta’ kunfidenza hi deskritta bħala ellissi speċifikat permezz ta’ assi maġġuri, assi minuri u orjentazzjoni tal-assi maġġuri b’relazzjoni mad-direzzjoni tat-Tramuntana, kif iddefinit fil-punt (10).

(13)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jinterpreta “direzzjoni” bħala d-direzzjoni tal-vettur tal-veloċità orizzontali. Il-punt tal-bidu tal-vettur ta’ veloċità għandu jkun il-punt ta’ referenza tal-vettura tal-ITS, kif iddefinit f’B.19 “referencePosition” f’[EN 302 637-2].

Nota: Ma għandhomx jintużaw interpretazzjonijiet alternattivi tad-direzzjoni li jirreferu għall-orjentazzjoni tal-vettura.

Nota: Din id-definizzjoni timplika li sewqan dritt b’lura jirriżulta f’differenza ta’ 180 ° bejn id-direzzjoni u l-orjentazzjoni tal-vettura.

(14)Il-ħin tas-C-ITS għandu jkun il-bażi għall-kronogrammi kollha fil-messaġġi kollha trażmessi mill-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura fl-Istati Membri kollha tal-UE.

(15)Meta jkunu attivi, l-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jaġġornaw l-istati tal-vetturi bi frekwenza ta’ mill-anqas pPotiUpdateRate.

(16)Il-kronogrammi fil-messaġġi għandhom ikunu bbażati fuq l-arloġġ tal-istazzjon.

(17)Id-differenza bejn l-arloġġ tal-istazzjon u l-ħin tas-C-ITS għandha tiġi stmata. Jekk id-differenza assoluta |Ħin tal-arloġġ tal-istazzjon - ħin tas-C-ITS | >= pPotiMaxTimeDiff, l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura ma għandux ikun attiv.

Nota: Kronogramma preċiża mhijiex meħtieġa biss għas-sinkronizzazzjoni tal-ħin, iżda timplika wkoll li l-istati tas-sistema jkunu validi f’dak il-ħin preċiż, jiġifieri li l-istati tal-vettura jibqgħu konsistenti.

(18)F’każ ta’ waqfien, is-sistema għandha tirrapporta l-aħħar valur tad-direzzjoni magħruf (direzzjoni tal-moviment tal-vettura). Il-valur għandu jerġa’ jiġi aġġornat meta jkun hemm moviment ġdid.

2.5.Mġiba tas-sistema

(19)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jħaddem is-Servizz Bażiku ta’ Sensibilizzazzjoni Kooperattiva meta jkun f’toroq pubbliċi u f’dinamika tas-sewqan regolari.

Nota: It-tħaddim tas-servizz bażiku ta’ sensibilizzazzjoni kooperattiva jinkludi t-trażmissjoni ta’ CAMs jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-ġenerazzjoni ta’ CAMs.

(20)It-traċċi u d-data dwar l-istorja tal-perkors għandhom jiġu ġġenerati biss meta tkun disponibbli l-informazzjoni dwar il-kunfidenza tal-pożizzzjoni u l-arloġġ tal-istazzjon jaderixxi mal-punt (90)(91).

(21)Okkupant ta’ vettura għandu jkun jista’ jiddiżattiva faċilment l-istazzjon tas-C-ITS gewwa vettura fi kwalunkwe ħin.

(22)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jimmaniġġja t-trażmissjonijiet ta’ CAMs biex ma jiġux trażmessi messaġġi skaduti anke jekk jiġi applikat il-kontroll tal-konġestjoni.

2.6.Saff ta’ aċċess

(23)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża l-kanal ta’ kontroll G5-CCH kif speċifikat fit-Tabella 3 f’[EN 302 663] biex jibgħat messaġġi li jappoġġaw lis-Servizz Bażiku ta’ Sensibilizzazzjoni Kooperattiva u lis-servizzi tas-C-ITS prijoritarji speċifikati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(24)Is-saff ta’ aċċess tal-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jkun konformi ma’ [EN 302 663], għajr il-limiti tal-emissjonijiet u bl-eċċezzjoni tal-klawżoli 4.2.1, 4.5 u 6.

(25)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża r-rata ta’ trasferiment prestabbilita ta’ pAlDataRateCch fuq il-kanal ta’ kontroll.

(26)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jappoġġa wkoll ir-rati ta’ trasferiment pAlDataRateCchLow u pAlDataRateCchHigh fuq il-kanal ta’ kontroll.

(27)Is-saff ta’ aċċess tal-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jkun konformi ma’ [TS 102 724].

(28)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jappoġġa l-profili li ġejjin tal-Kontroll tal-Konġestjoni Deċentralizzat (DPs) iddefiniti f’[TS 102 724]: DP0, DP1, DP2 u DP3.

Dawn il-profili tad-DCC għandhom jużaw il-valuri ta’ identifikazzjoni tal-profil tad-DCC li ġejjin:

·DP0, li jintuża biss għal DENMs b’TC = 0;    

·DP1, li jintuża biss għal DENMs b’TC = 1;

·DP2, li jintuża għal CAMs b’TC = pCamTrafficClass;

·DP3, li jintuża għal DENMs trażmessi u għal messaġġi oħra ta’ prijorità baxxa.

(29)Il-mekkaniżmu tad-DCC tal-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jikkonforma ma’ [TS 102 687].

(30)Il-konfigurazzjonijiet tat-Tabella A.2 f’[TS 102 687] għandhom jintużaw jekk jiġi implimentat l-algoritmu reattiv tad-DCC deskritt fil-klawżola 5.3 ta’ [TS 102 687].

Nota: It-Tabella A.2 f’[TS 102 687] hi bbażata fuq it-tixrid ta’ CAMs u ta’ Messaġġi ta’ Notifika Ambjentali Deċentralizzata (DENMs) għal servizzi tas-C-ITS prijoritarji b’Ton medja ta’ 500 μs.

(31)Il-funzjoni ta’ livellar li ġejja tal-valuri tal-Proporzjon ta’ Kanal Okkupat (CBR) għandha titwettaq jekk l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura juża l-algoritmu DCC reattiv deskritt fil-klawżola 5.3 ta’ [TS 102 687]: CBR_now = (CBR(n)+CBR(n-1))/2 (

Nota: F’każ li “n” u “n-1” huma l-perjodi ta’ kampjunar attwali u preċedenti tas-CBR, rispettivament).

(32)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu, mill-anqas, ikun jista’ jiġġenera u jittrażmetti l-għadd ta’ messaġġi ddeterminat mill-valur tal-ogħla rata ta’ ġenerazzjoni ta’ CAMs (eż. 10 Hz) u, jekk jintużaw algoritmi ta’ detezzjoni dan għandu jiżdied bir-rata minima ta’ ġenerazzjoni ta’ DENMs meħtieġa li tkun idderivata minn dawk il-kundizzjonijiet skattaturi.

(33)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jikkonforma mar-rati massimi ta’ messaġġi li ġejjin, jekk juża l-algoritmu reattiv tad-DCC deskritt fil-klawżola 5.3 ta’ [TS 102 687]:

·għall-istat rilassat: is-somma tal-messaġġi kollha mibgħuta fuq DP1, DP2 u DP3 ma għandhiex taqbeż Rmax_relaxed = 16.7 messaġġi kull sekonda. Tifqigħat ta’ messaġġi huma permessi għal DP0 b’RBurst = 20 messaġġ kull sekonda, b’durata massima ta’ TBurst = 1s (sekonda), u jistgħu jseħħu biss kull TBurstPeriod = 10 sekondi. Għalhekk, meta jiżdiedu l-messaġġi DP0, ir-rata massima tal-messaġġi tammonta għal Rmax_relaxed = 36.7 messaġġi kull sekonda;

·għal stati attivi: ir-rata massima tal-messaġġi għal kull stat tingħata fit-Tabella A.2 f’[TS 102 687];

·għall-istat restrittiv: ir-rata massima tal-messaġġi għal kull stazzjon tas-C-ITS tal-vettura hi ssettjata għal 2.2 messaġġi kull sekonda, jiġifieri l-invers ta’ TTX_MAX = 460 ms.

(34)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jappoġġa kontroll tal-qawwa tat-trażmissjoni għal kull pakkett.

Nota: PTx jista’ jiddependi fuq l-istat attwali tad-DCC (jiġifieri rilassat, attiv jew restrittiv) u fuq il-profil tad-DCC (jiġifieri DP0, DP1, eċċ.).

(35)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jnaqqas il-qawwa tat-trażmissjoni tiegħu għal PToll = pDccPToll malli jidħol fiż-żona protetta, u dan mingħajr ma jibdel parametri oħra tat-trażmissjoni tad-DCC, skont it-Tabella A.2 f’[TS 102 687]. Il-messaġġi DP0 huma esklużi minn din ir-restrizzjoni.

(36)F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura ma jkunx mgħammar b’detettur bir-radju kif deskritt fil-klawżola 5.2.5 ta’ [TS 102 792], dan għandu jżomm lista ta’ pożizzjonijiet ta’ żoni protetti kif deskritt fil-klawżola 5.5.1 ta’ [TS 102 792]. Il-lista għandha tkun magħmula minn:

·sett ta’ żoni ta’ protezzjoni, kif elenkat f’“l-aktar verżjoni riċenti” (disponibbli meta tiġi żviluppata l-vettura) tal-bażi tad-data ta’ żoni protetti. L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura jista’ jinkludi mekkaniżmi ta’ aġġornament tal-bażi tad-data;

·sett ta’ żoni protetti, kif identifikat mir-riċevuta ta’ CAMs ta’ mitigazzjoni CEN-DSRC kif deskritt fil-klawżoli 5.2.5 u 5.2.2.3 ta’ [TS 102 792];

·żona protetta temporanja, kif identifikat mir-riċevuta ta’ CAMs ta’ mitigazzjoni CEN-DSRC, kif deskritt fil-klawżola 5.2.2.2 ta’ [TS 102 792].

(37)F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura jkun mgħammar b’detettur bir-radju CEN-DSRC, għandha tiġi applikata l-mitigazzjoni kif deskritt fil-klawżola 5.2.5 ta’ [TS 102 792], u l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jiġġenera CAMs b’konformità mal-klawżola 5.5.1 ta’ [TS 102 792].

(38)Jekk l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura ma jkunx mgħammar b’detettur bir-radju CEN-DSRC, għandha tiġi applikata l-mitigazzjoni b’konformità ma’ [TS 102 792] abbażi tal-lista definita fil-punt (36) u tal-CAMs riċevuti minn utenti oħra tat-triq li jkunu implimentaw il-punt (37).

Nota: Kjarifika tal-klawżola 5.2.5 ta’ [TS 102 792]: Stazzjon tas-C-ITS mobbli jenħtieġ li jimmitiga kull ħin għall-pożizzjoni ċentrali tal-eqreb stazzjon ta’ pedaġġ. F’każ li jingħataw bosta pożizzjonijiet fl-istess żona, l-istazzjon tal-ITS mobbli jenħtieġ li jirrispondi għal kull pożizzjoni ċentrali, possibbilment f’sekwenza. Iż-żoni protetti bi protectedZone ID identika jistgħu jitqiesu bħala stazzjon wieħed. F’każ li l-bażi tad-data taż-żoni protetti u l-CAMs ta’ mitigazzjoni CEN-DSRC jinkludu żona protetta valida bil-protectedZone ID identiku, il-mitigazzjoni għandha tkun ibbażata biss fuq il-kontenut tal-CAM ta’ mitigazzjoni CEN-DSRC.

2.7.Saff tan-networking u tat-trasport

(39)Il-parti indipendenti mill-mezzi tal-GeoNetworking (GN) tal-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandha tikkonforma ma’ [EN 302 636-4-1].

(40)Il-kostanti u l-parametri prestabbiliti kollha tal-profil tal-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura li ma jkunux iddefiniti jew sostitwiti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu ssettjati kif speċifikat fl-Anness H ta’ [EN 302 636-4-1].

(41)Il-GN għandu jintuża bl-itsGnSecurity ssettjat għal pGnSecurity.

(42)Il-GN għandu jintuża bl-itsGnLocalAddrConfMethod issettjat għal pGnAddrConfMode.

(43)Il-parametru tal-GN itsGnMaxGeoAreaSize għandu jiġi ssettjat għal pGnMaxAreaSize.

(44)Ma għandhiex issir ripetizzjoni tal-pakkett mill-GN fi stazzjon tas-C-ITS tal-vettura, u ma għandhomx jiġu eżegwiti l-passi korrispondenti għar-ripetizzjoni fil-proċeduri ta’ trattament tal-pakkett deskritti fil-klawżola 10.3 ta’ [EN 302 636-4-1].

Il-parametru tal-“ħin massimu tar-ripetizzjoni” tas-servizz primitiveGN-DATA.request u l-kostanti tal-protokoll tal-GN itsGnMinPacketRepetitionInterval ma japplikawx għal stazzjon tas-C-ITS tal-vettura.

(45)Il-GN għandu jintuża bil-GnIfType tiegħu issettjat għal pGnInterfaceType.

(46)L-Istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża intestaturi ta’ Xandir b’Qabża Waħda (SHB), kif iddefinit f’[EN 302 636-4-1], fuq il-pakketti CAM kollha li jibgħat.

Minħabba f’hekk, l-intestatura komuni tal-GN għandha tuża valur ta’ pGnShbHtField għall-entrata HT, u valur ta’ pGnShbHstField għall-entrata HST meta tkun qed tittrażmetti pakketti SHB.

L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża intestaturi GBC, kif iddefinit f’[EN 302 63641], fuq il-pakketti DENM kollha li jibgħat.

Minħabba f’hekk, l-intestatura komuni tal-GN għandha tuża valur ta’ pGnGbcHtField għall-entrata HT meta tkun qed tittrażmetti pakketti DENM.

Għall-entrata HST għandu jintuża wieħed mill-valuri li ġejjin:

·0 għal żoni ċirkolari;

·1 għal żoni rettangolari;

·2 għal żoni ellissojdali.

Nota: Dan il-profil ikopri t-trattament ta’ pakketti SHB u GBC. Billi ma jkoprix it-trattament ta’ tipi oħra ta’ pakketti GN iddefiniti f’[EN 302 636-4-1], ma jipprevenix l-implimentazzjoni tagħhom.

(47)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jissettja l-entrata LifeTime tal-pakketti SHB kollha kif ġej:

·issettja l-multiplikatur tas-subentrata għal pGnShbLifeTimeMultiplier u l-bażi tas-subentrata għal pGnShbLifeTimeBase.

(48)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jissettja l-entrata LifeTime tal-pakketti GBC kollha għall-valur minimu ta’ ValidityDuration u RepetitionInterval, fejn ValidityDuration u RepetitionInterval huma ddefiniti fil-profil tas-servizz rilevanti. Il-valur tal-entrata LifeTime ma għandux ikun aktar minn itsGnMaxPacketLifetime, kif speċifikat fl-Anness H għal [EN 302 636-4-1].

(49)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jnaqqas l-impatt tal-pakketti GBC f’każ li ma jkunux disponibbli ġirien (aħżen-irriporta). Minħabba f’hekk, il-bit ta’ Store-Carry-Forward (SCF) tal-entrata TC tal-pakketti GBC għandha tiġi ssettjata għal pGnGbcScf.

(50)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura mhux meħtieġ iwettaq offload ta’ pakketti fuq kanal ieħor. Minħabba f’hekk, il-bit offload tal-kanal tal-entrata TC jenħtieġ li tiġi ssettjata għal pGnChannelOffLoad.

(51)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża l-profili tad-DCC speċifikati fil-punt (28). Minħabba f’hekk, il-bits tal-Profile ID tad-DCC tal-entrata TC għandhom jużaw il-valuri ta’ identifikazzjoni tal-profil tad-DCC iddefiniti fil-punt (28).

(52)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jissettja l-bit tal-itsGnIsMobile tal-entrata Flags għal pGnIsMobile.

(53)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jappoġġa modalità ta’ tħaddim multi-hop. Għandu jimplimenta l-algoritmu ta’ trażmissjoni speċifikat fl-Annessi D, E.3 u F.3 ta’ [EN 302 63641].

(54)Meta jiġu trażmessi l-pakketti, l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża l-profil tad-DCC DP3, kif iddefinit f’[TS 102 724] u kif imsemmi fil-punt (28).

(55)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża detezzjoni ta’ pakketti doppji fis-saff tan-networking u tat-trasport. Konsegwentement, l-algoritmu speċifikat fl-Anness A.2 ta’ [EN 302 636-4-1] għandu jintuża għad-detezzjoni ta’ pakketti doppji.

(56)L-oqfsa kollha tal-GN mibgħuta mill-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandhom jużaw il-valur EtherType pGnEtherType, kif elenkat mill-Awtorità ta’ Reġistrazzjoni tal-Istitut ta’ Inġiniera tal-Elettriku u tal-Elettronika (IEEE) fuq http://standards.ieee.org/develop/regauth/ethertype/eth.txt.

(57)Il-Protokoll għat-Trasport Bażiku (BTP) tal-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jikkonforma ma’ [EN 302 636-5-1].

(58)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża intestaturi BTP-B. Minħabba f’hekk, l-intestatura komuni tal-GN għandha tuża valur ta’ pGnBtpNh għall-entrata NH.

(59)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jissettja l-entrata Destination port info għall-valur pBtpDestPortInfo.

(60)Fl-intestatura BTP-B, l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jissettja l-port ta’ destinazzjoni għall-valur pBtpCamPort għall-CAMs.

(61)Fl-intestatura BTP-B, l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jissettja l-port ta’ destinazzjoni għall-valur pBtpDenmPort għad-DENMs.

(62)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jappoġġa żoni ġeografiċi ċirkolari, rettangolari u ellissojdali, kif iddefinit f’[EN 302 931]. Kull każ ta’ użu ddefinit fil-profil tas-servizz rilevanti jrid jispeċifika wieħed mit-tipi ta’ żona ġeografika ta’ hawn fuq indikat permezz tal-intestatura tal-GN, kif speċifikat f’[EN 302 636-4-1].

(63)F’każ li stazzjon tas-C-ITS tal-vettura jikkalkula d-distanza bejn żewġ pożizzjonijiet bl-użu ta’ koordinati ta’ Galileo jew oħrajn tal-GNSS (eż. għal PathDeltaPoints jew f’każijiet ta’ żona ta’ rilevanza ċirkolari), għandu jintuża ċ-ċirku l-kbir jew inkella metodu li jkollu prestazzjoni aktar preċiża.

2.8.Saff tal-faċilità

(64)Is-servizz bażiku ta’ Sensibilizzazzjoni Kooperattiva (CA) tal-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jkun konformi ma’ [EN 302 637-2].

(65)L-entrata tal-istorja tal-perkors fil-kontenitur ta’ frekwenzabaxxa tal-CAM għandha tiġi ġġenerata skont il-metodu speċifikat fil-punt (86), u għandha tinkludi element tad-data PathHistory li jkopri distanza minima ta’ pCamTraceMinLength (il-parametru K_PHDISTANCE_M, kif iddefinit fl-Appendiċi A.5 ta’ [SAE J2945/1]).

Għandha ssir eċċezzjoni għad-distanza minima koperta minn PathHistory biss jekk:

·il-vettura ma tkunx għadha fiżikament kopriet id-distanza bl-AT attwali tagħha (eż. wara li tiġi startjata l-vettura jew eżatt wara bidla fl-AT waqt is-sewqan); jew

·jintuża l-għadd massimu ta’ PathPoints, iżda t-tul globali kopert mill-PathHistory jkun għadu ma laħaqx pCamTraceMinLength.

Nota: Dan jista’ jseħħ jekk it-topoloġija tat-triq tinkludi liwjiet stretti u titnaqqas id-distanza bejn PathPoints konsekuttivi.

Hu biss fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq li l-vettura tista’ tibgħat informazzjoni dwar il-PathHistory li tkopri distanza ta’ anqas minn pCamTraceMinLength.

(66)Il-PathHistory fil-CAMs għandu jkopri massimu ta’ pCamTraceMaxLength.

(67)Il-PathHistory fil-CAMs għandu jinkludi PathDeltaTime f’kull PathPoint. Għandu jiddeskrivi lista ta’ postijiet ġeografiċi minn fejn verament tkun għaddiet il-vettura li twassal għall-pożizzjoni attwali tal-vettura, organizzati f’ordni skont il-ħin li fih il-vettura laħqet dawk il-pożizzjonijiet, bl-ewwel punt ikun l-eqreb wieħed fil-ħin għall-ħin attwali.

(68)F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura ma jiċċaqlaqx, jiġifieri l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-PathPoint ma tinbidilx, il-PathDeltaTime tal-ewwel PathPoint għandu jiġi aġġornat xorta waħda b’kull CAM.

(69)F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura ma jiċċaqlaqx, jiġifieri l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-PathPoint ma tinbidilx, u dan għal durata itwal mill-valur massimu ta’ PathDeltaTime (speċifikat f’[TS 102 894-2]), il-PathDeltaTime tal-ewwel PathPoint fil-CAM għandu jiġi ffissat għall-valur massimu.

(70)Is-servizz bażiku tas-CA għandu jkun attiv sakemm il-vettura tkun f’toroq pubbliċi u f’dinamika tas-sewqan regolari. Sakemm ikun attiv is-servizz bażiku tas-CA, il-CAMs għandhom jiġu ġġenerati b’konformità mar-regoli tal-ġenerazzjoni f’[EN 302 637-2].

(71)Stazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jittrażmetti l-messaġġi CAM fejn tkun disponibbli informazzjoni dwar il-kunfidenza tal-pożizzjoni u fejn l-arloġġ tal-istazzjon jaderixxi mal-punt (91).

(72)Il-valur TC għall-messaġġi CAM għandu jiġi ssettjat għal pCamTrafficClass.

(73)Il-parametru T_GenCam_Dcc (ara [EN 302 637-2]) għandu jiġi ssettjat għall-valur tal-ħin minimu bejn żewġ trażmissjonijiet, Toff, kif jingħata mit-Tabella A.2 (mekkaniżmi tad-DCC) f’[TS 102 687].

(74)Il-parametru aġġustabbli N_GenCam (ara [EN 302 637-2]) speċifikat fil-ġestjoni tal-frekwenza ta’ ġenerazzjoni tal-CAMs għandu jiġi ssettjat għal pCamGenNumber għall-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura.

(75)Is-servizz bażiku ta’ Notifika Ambjentali Deċentralizzata (DEN) tal-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jkun konformi ma’ [EN 302 637-3].

(76)Ir-ripetizzjoni tad-DENMs għandha ssir mis-servizz bażiku tad-DEN kif speċifikat f’[EN 302 637-3].

(77)L-entrata tal-istorja tal-perkors fil-messaġġi DEN għandha tiġi ġġenerata skont il-metodu speċifikat fil-punt (86), u għandha tinkludi elementi tad-data tat-traċċarli jkopru distanza minima ta’ pDenmTraceMinLength (il-parametru K_PHDISTANCE_M, kif iddefinit fl-Appendiċi A.5 ta’ [SAE J2945/1]).

Għandha ssir eċċezzjoni għad-distanza minima koperta mit-traċċi biss jekk:

·il-vettura ma tkunx għadha fiżikament kopriet id-distanza bl-AT attwali tagħha. (eż. wara li tiġi startjata l-vettura jew eżatt wara bidla fl-AT waqt is-sewqan); jew

·jintuża l-għadd massimu ta’ PathPoints, iżda t-tul globali kopert mill-PathHistory jkun għadu ma laħaqx pDenmTraceMinLength.

Nota: Dan jista’ jseħħ jekk it-topoloġija tat-triq tinkludi liwjiet stretti u titnaqqas id-distanza bejn PathPoints konsekuttivi.

Hu biss fiż-żewġ każijiet ta’ hawn fuq li l-vettura tista’ tibgħat informazzjoni dwar it-traċċa li tkopri distanza ta’ anqas minn pDenmTraceMinLength.

(78)It-traċċi fid-DENMs għandhom ikopru massimu ta’ pDenmTraceMaxLength.

(79)Stazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża t-traċċi tad-DENM kif ġej:

·l-ewwel element tat-traċċa għandu jiddeskrivi lista f’ordni skont il-ħin ta’ postijiet ġeografiċi minn fejn verament tkun għaddiet il-vettura li twassal għall-pożizzjoni tal-avveniment, kif speċifikat fil-punt (67).

(80)L-elementi tad-data ta’ PathDeltaTime tal-PathPoints fl-ewwel element tat-traċċi tad-DENM għandhom jiġu aġġornati biss jekk jiġi aġġornat id-DENM.

(81)Jekk il-vettura li taqbad l-avvenimentma tiċċaqlaqx, jiġifieri l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-PathPoint ma tinbidilx, il-PathDeltaTime tal-ewwel PathPoint tal-ewwel element tat-traċċi tad-DENM għandu jiġi aġġornat xorta waħda b’kull DEN_Update.

Nota: Dan hu biss il-każ għal avvenimenti weqfin fejn il-vettura li taqbadhom tkun identika għall-avveniment, eż. twissija dwar vettura wieqfa. Dan mhuwiex il-każ għal avvenimenti dinamiċi, eż. sitwazzjonijiet perikolużi jew avvenimenti li mhumiex identiċi għall-vettura (twissijiet dwar temp avvers, eċċ.).

(82)F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura ma jiċċaqlaqx, jiġifieri l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-PathPoint ma tinbidilx, u dan għal durata itwal mill-valur massimu ta’ PathDeltaTime (speċifikat f’[TS 102 894-2]), il-PathDeltaTime tal-ewwel PathPoint fl-ewwel element tat-traċċa tad-DENM għandu jiġi ffissat għall-valur massimu.

(83)Fit-traċċi tad-DENM jistgħu jkunu preżenti elementi addizzjonali tal-PathHistory. Madankollu, għall-kuntrarju tal-ewwel element, dawn għandhom jiddeskrivu rotot alternattivi għal-lok tal-avveniment. Dawn ir-rotot jistgħu jkunu jew ma jkunux disponibbli fil-ħin li fih jinqabad l-avveniment. Fir-rotot alternattivi, il-PathPoints għandhom jitqiegħdu f’ordni skont il-pożizzjoni(jiġifieri r-rotot bl-iqsar perkors) u ma għandhomx jinkludu l-PathDeltaTime.

(84)Għas-servizzi prijoritarji, l-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jiġġenera biss DENMs kif deskritt fil-profil tas-servizz rilevanti.

(85)L-elementi ta’ data li jikkostitwixxu l-kontenut tal-CAM u tad-DENM għandhom ikunu konformi ma’ [TS 102 894-2] u jużaw is-sistema ta’ koordinati speċifikata fil-punti (87), (10) u (11).

(86)It-traċċi u l-istejjer tal-perkorsi użati mill-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandhom jiġu ġġenerati bl-użu ta’ Design Method One, kif speċifikat fl-Appendiċi A.5 ta’ [SAE J2945/1]. L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża dan il-metodu ta’ ġenerazzjoni bil-konfigurazzjonijiet li ġejjin:

·K_PHALLOWABLEERROR_M = pTraceAllowableError, fejn PH_ActualError < K_PHALLOWABLEERROR_M;

·id-distanza massima bejn punti konċiżi fil-perkors, K_PH_CHORDLENGTHTHRESHOLD = pTraceMaxDeltaDistance;

·K_PH_MAXESTIMATEDRADIUS = REarthMeridian;

·K_PHSMALLDELTAPHI_R = pTraceDeltaPhi;

·REarthMeridian = pTraceEarthMeridian (skont l-IUGG), użat għall-kalkolu taċ-ċirku l-kbir jew tad-distanza ortodromika:

PH_ActualChordLength =    
REarthMeridian*cos-1[cos(lat1)cos(lat2)cos(long1-long2)+sin(lat1)sin(lat2)]

(87)L-istazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu juża sistema ta’ koordinati li tikkonforma mat-Taqsima 2.13 ta’ [ISO 8855].

Nota: Dan ifisser li l-assi X u Y huma paralleli mal-pjan tal-art, l-assi Z hu allinjat vertikalment ’il fuq, l-assi Y jipponta lejn in-naħa tax-xellug tad-direzzjoni ’l quddiem tal-vettura, u l-assi X jipponta lejn id-direzzjoni tas-sewqan ’il quddiem tal-vettura.

2.9.Rekwiżitirelatati mal-ħardwer

(88)Il-valur ta’ kunfidenza ta’ 95 % (ara l-punti 2.1 (b) u (12)) għandhom ikunu validi f’kull xenarju elenkat fil-punt (92). Dan jimplika li f’test ta’ valutazzjoni tal-valur ta’ kunfidenza (li jista’ jkun offline), mhuwiex xieraq it-teħid ta’ medja statistika tal-istati u x-xenarji kollha.

Minflok, bħala l-bażi statistika għandha tintuża tieqa skorrevoli li tinkludi l-istati tal-vettura (ara l-punt 2.1 (a)) tal-aħħar sekondi ta’ pPotiWindowTime.

Nota: Il-mekkaniżmu propost għall-validazzjoni tal-kunfidenza bl-użu tat-tieqa skorrevoli tipikament isir offline, bħala pproċessar wara li tinġabar id-data tat-test. Mhuwiex meħtieġ li stazzjon tas-C-ITS tal-vettura jwettaq validazzjoni tal-kunfidenza online, jiġifieri filwaqt li jkun f’toroq pubbliċi u f’dinamika tas-sewqan regolari.

Nota: L-approċċ ta’ tieqa skorrevoli għandu l-vantaġġi li ġejjin fuq statistika separata għal kull xenarju:

·huma inklużi t-tranżizzjonijiet bejn ix-xenarji;

·il-kunfidenza tkun valida “issa” minflok “tul il-ħajja”. “Tifqigħat ta’ żbalji” (ħafna valuri ta’ kunfidenza mhux validi f’ħin qasir) mhumiex permessi, b’hekk:

·it-tisħiħ tal-utilità tal-valur ta’ kunfidenza għall-applikazzjonijiet;

·il-ħtieġa ta’ detezzjoni veloċi tad-degradazzjoni tal-preċiżjoni ġol-POTI;

·id-definizzjoni preċiża tad-data tat-test ma għandhomx effett fuq il-parametri ta’ validazzjoni tal-kunfidenza. Madankollu, it-data tat-test għandha tinkludi x-xenarji kollha elenkati fil-punt (92);

·mhumiex meħtieġa kalkoli statistiċi ulterjuri; ix-xenarji jkopru l-istati rilevanti kollha;

·it-tul tal-intervall hu simili għat-tul tipiku (kundizzjoni ambjentali u tas-sewqan) ta’ xenarju (eż. mina f’belt, waqfien quddiem sinjal tat-traffiku, manuvri tas-sewqan);

·5 % tal-intervall hu simili għal-effetti tipiċi fuq terminuqasir (eż. sewqan taħt pont).

(89)Vettura titqies bħala li tinsab f’dinamika tas-sewqan regolari meta:

·tkun għaddiet mill-fażi tal-istartjar inizjali tagħha;

·tkun qed tintuża kif previst mill-manifattur;

·ikun possibbli l-kontroll normali tal-vettura (eż. ma tkunx involuta direttament f’aċċident, u s-superfiċje tat-triq tkun tippermetti li t-tajers jaqbdu sew mal-art);

·il-kundizzjonijiet (valuri) kollha li ġejjin ikunu japplikaw għall-karozzi tal-passiġġieri:

·l-aċċelerazzjoni laterali tal-vettura tkun < 1.9 m/s^2;

·l-aċċelerazzjoni lonġitudinali tal-vettura tkun > -2.4 m/s^2 (deċelerazzjoni);

·l-aċċelerazzjoni lonġitudinali tal-vettura tkun < 2.5 m/s^2;

·il-veloċità tal-vettura tkun ≤ il-minimu ta’ (130 km/h, Vmax).

(90)F’kundizzjonijiet ottimali tal-GNSS u f’dinamika tas-sewqan regolari, kif iddefinit fil-punt (89), il-valuri ta’ kunfidenza għandhom ikunu ugwali għal jew aktar baxxi mill-valuri li ġejjin, f’mill-anqas 95 % tal-punti tad-data ta’ pożizzjoni 3D f’sett tad-data:

·kunfidenza tal-pożizzjoni orizzontali ta’ 5 m;

·kunfidenza tal-pożizzjoni vertikali ta’ 20 m.

F’xenarji oħra, japplikaw id-degradazzjonijiet tar-rekwiżiti fil-punt (92). Dan ir-rekwiżit jiżgura l-utilità tal-informazzjoni mibgħuta fil-messaġġi tas-C-ITS kollha.

(91)L-arloġġ tal-istazzjon għandu jkun f’pPotiMaxTimeDiff tal-ħin tas-C-ITS, jiġifieri Delta t = ħin tal-arloġġ tal-istazzjon - ħin tas-C-ITS| < pPotiMaxTimeDiff.

(92)Stazzjon tas-C-ITS tal-vettura għandu jkun jista’ jipprovdi stimi utli tal-istat tal-vettura anke f’xenarji diffikultużi. Biex ipattu għad-degradazzjonijiet inevitabbli, il-valuri ta’ kunfidenza meħtieġa huma ddefiniti għal xenarji differenti fit-Tabella 2.

“C” hu l-massimu ta’ semiMajorConfidence u semiMinorConfidence. Il-kundizzjoni għal “C” għandha tiġi ssodisfata f’95 % tal-punti tad-data fis-sett tad-data tax-xenarju partikolari.

Nota: Il-kriterji għandhom jiġu ssodisfati fid-dinamika tal-inklinazzjoni li ġejja għall-frazzjoni tat-traċċa analizzata: inklinazzjoni medja <= 4 % u inklinazzjoni massima <= 15 %

Nota: Bħala prekundizzjoni, kull xenarju għandu jinbeda b’minuta ta’ sewqan taħt sema miftuħ u f’dinamika tas-sewqan regolari.

Nota: Ebda valur C ma jindika li x-xenarju se jiġi ttestjat biex tiġi żgurata l-validità tal-intervall ta’ kunfidenza rrappurtat, iżda ma jingħatax limitu.

Tabella 2: Xenarji

ID

Xenarju

Definizzjoni

Aċċettazzjoni

Ambjent f’dinamika tas-sewqan regolari

S1

Sema miftuħ

Ostruzzjoni ta’ anqas minn 20 % tas-sema, bil-vettura miexja f’dinamika tas-sewqan normali u b’kundizzjonijiet tat-triq normali

C <= 5 m

S2

Mina

L-ebda satellita tal-GNSS mhi viżibbli għal mill-anqas 30 s u 250 m (vmin=30 km/h); Riflessjoni tas-sinjal tal-GNSS fil-bidu u t-tmiem tal-mina

C < 15-il m

S3

Struttura ta’ Parkeġġ

L-ebda satellita tal-GNSS mhi viżibbli, iżda jkun hemm konnessjoni permezz ta’ riflessjonijiet, T > 60 s, vmax < 20 km/h, minimu ta’ żewġ liwjiet ta’ 90 ° u s > 100 m, żewġ rampi fiż-żona tad-dħul u tal-ħruġ

huma permessi l-valuri kollha

S4

Sema nofsu miftuħ

Ostruzzjoni ta’ 30-50 % tas-sema (ostruzzjoni kkonċentrata fuq naħa waħda tal-karozza) għal aktar minn 30 s; kundizzjonijiet tas-sewqan bħala S1

C < 7 m

S5

Foresta

Ostruzzjoni ta’ 30-50 % tas-sema minn xi oġġetti, inklużi siġar ogħla mill-antenna, għal aktar minn 30 s.

C < 10 m

S6

Muntanji (wied)

Ostruzzjoni ta’ 40-60 % tas-sema minn muntanja/i għolja/għoljin; kundizzjonijiet tas-sewqan bħala S1

C < 10 m

S7

Belt

F’sewqan tul 300 s, kien hemm ostruzzjoni ta’ 30-50 % tas-sema (huma permessi perjodi qosra ta’ ostruzzjoni ta’ anqas minn 30-50 %), riflessjoni frekwenti tas-sinjal tal-GNSS minn fuq binjiet, inkluż telf qasir tas-sinjal tal-GNSS (jiġifieri anqas minn erba’ satelliti); kundizzjonijiet tas-sewqan bħala S1

C < 14-il m

S8

Urban medju

Ostruzzjoni ta’ 2040 % tas-sema, t > 60 s, s > 400 m. Kundizzjonijiet tas-sewqan bħala S1, b’xi waqfiet, siġar u/jew bini, kif ukoll sqaqien

C < 10 m

Kundizzjonijiet tas-sewqan taħt sema miftuħ

S9

Sewqan dinamiku

Sewqan ta’ ttestjar b’aċċelerazzjonijiet lonġitudinali ta’ aktar minn -6 m/s² u aċċelerazzjonijiet laterali ta’ > (±) 5 m/s²

C < 7 m

S10

Statiku

Vettura wieqfa għal aktar minn 30 minuta

C < 5 m

S11

Triq imħarbta

Sewqan ta’ ttestjar fuq triq mingħajr asfalt bit-toqob, v= 20-50 km/h

C < 10 m

S12

Triq bis-silġ

Sewqan ta’ ttestjar b’aċċelerazzjonijiet lonġitudinali ta’ aktar minn -0.5 m/s² u aċċelerazzjonijiet laterali ta’ > (±) 0.5 m/s², µ < 0.15

C < 7 m

S13

Veloċità għolja

V = minimu ta’ (130 km/h, Vmax) fuq triq niexfa għal 30 s

C < 5 m

(93)F’kundizzjonijiet ottimali tal-GNSS u f’dinamika tas-sewqan regolari, kif iddefinit fil-punt (89), il-valuri ta’ kunfidenza tal-veloċità għandhom ikunu ugwali għal jew aktar baxxi mill-valuri li ġejjin, f’mill-anqas 95 % tal-punti tad-data f’sett tad-data:

·0.6 m/s għal veloċitajiet ta’ bejn 1.4 m/s u 12.5 m/s;

·0.3 m/s għal veloċitajiet ogħla minn 12.5 m/s.

(94)F’kundizzjonijiet ottimali tal-GNSS u f’dinamika tas-sewqan regolari, kif iddefinit fil-punt (89), il-valuri ta’ kunfidenza tal-intestatura għandhom ikunu ugwali għal jew aktar baxxi mill-valuri li ġejjin, f’mill-anqas 95 % tal-punti tad-data f’sett tad-data:

·3° għal veloċitajiet ta’ bejn 1.4 m/s u 12.5 m/s;

·2° għal veloċitajiet ogħla minn 12.5 m/s.

3.Rekwiżiti għall-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq imfassla għal komunikazzjoni fuq medda qasira

Dan il-profil tas-sistema jispeċifika sett minimu ta’ standards u jimla d-diskrepanzi kif meħtieġ għar-realizzazzjoni ta’ stazzjon tas-C-ITS interoperabbli ta’ maġenb it-triq fuq in-naħa trażmittenti. Il-profil jinkludi rekwiżiti ta’ interoperabbiltà biss, u jħalli kwalunkwe rekwiżit addizzjonali miftuħ. Għalhekk, dan ma jiddeskrivix il-funzjonalità sħiħa tal-istazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq.

Il-profil tas-sistema jippermetti t-tnedija tas-servizzi prijoritarji (b’mod partikoli I2V). Dan jista’ jappoġġa servizzi oħra, iżda dawn jistgħu jkunu jeħtieġu speċifikazzjonijiet tas-sistema addizzjonali.

Il-profil jipprovdi deskrizzjonijiet, definizzjonijiet u regoli għas-saffi (Applikazzjonijiet, Faċilitajiet, Networking u Trasport u Aċċess) u għall-ġestjoni tal-arkitettura ta’ referenza/l-ospitant tal-ITS-S tal-istazzjon ETSI ITS.

3.1.Pożizzjonament u kronometraġġ

(95)Il-ħin tas-C-ITS ta’ stazzjon tas-C-ITS statiku maġenb it-triq għandu jkun il-bażi għall-kronogrammi kollha fil-messaġġi trażmessi u s-sinjali GN kollha.

Nota: Dan ifisser li l-kronogrammi fl-intestatura tal-GN iridu jużaw l-istess arloġġ u bażi tal-ħin bħal dawk tal-kronogrammi f’tagħbijiet tal-CAM/DENM/IVIM. Għall-iSPATEM u l-MAPEM, il-kronogramma użata jenħtieġ li tkun kif speċifikat f’[ISO TS 19091].

(96)Il-pożizzjoni tal-istazzjonijiet tas-C-ITS statiċi ta’ maġenb it-triq għandha titkejjel b’mod preċiż u tiġi ssettjata b’mod permanenti.

Il-valuri ta’ kunfidenza għandhom ikunu ugwali għal jew aktar baxxi mill-valuri li ġejjin f’mill-anqas 95 % tas-settijiet tad-data:

·kunfidenza tal-pożizzjoni orizzontali (latitudni, lonġitudni) ta’ 5 m;

·kunfidenza tal-pożizzjoni tal-altitudni ta’ 20 m.

Nota: Dan jevita l-jitter tal-GNSS fil-preċiżjoni tal-pożizzjoni u jgħolli l-kunfidenza f’livell ta’ kważi 100 %.

(97)Id-differenza bejn l-arloġġ tal-istazzjon u l-bażi tal-ħin għandha tiġi stmata. Id-differenza assoluta |ħin tal-arloġġ tal-istazzjon — bażi tal-ħin| jenħtieġ li ma taqbiżx l-20 ms, iżda f’kull każ trid tkun anqas minn 200 ms. L-istazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq ma għandux jittrażemetti messaġġi jekk l-arloġġ tal-istazzjon ikollu differenza ta’ aktar minn 200 ms.

Nota: Kronogramma preċiża mhijiex meħtieġa biss għas-sinkronizzazzjoni tal-ħin, iżda tfisser ukoll li l-istati tas-sistema jkunu validi f’dak il-ħin preċiż, jiġifieri li l-istati tas-sistema jibqgħu konsistenti.

Nota: L-informazzjoni għas-sinkronizzazzjoni tal-ħin tista’ tinkiseb minn riċevitur ta’ Galileo jew xi riċevitur ieħor tal-GNSS, jew inkella minn servizz ta’ Protokoll tal-Ħin tan-Network (NTP).

3.2.Mġiba tas-sistema

(98)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq kollha għandhom ikunu jistgħu jittrażmettu l-messaġġi relatati mal-infrastruttura (eż. DENM, CAM, Messaġġ ta’ Informazzjoni mill-Infrastruttura għall-Vettura (IVIM), Messaġġ Estiż dwar il-Fażi u l-Kronometraġġ tas-Sinjal (SPATEM), Messaġġ Estiż MAP (MAPEM) u Messaġġ Estiż dwar l-Istatus tat-Talba għal Sinjal (SSEM).

(99)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom ikunu jistgħu jirċievu messaġġi DENM, CAM u Messaġġi Estiżi dwar Talba għal Sinjal (SREM), kif iddefinit fit-taqsima 3.6.

3.3.Saff ta’ aċċess

Is-saff ta’ aċċess jinkludi l-aktar żewġ saffi baxxi tal-istack tal-protokoll, jiġifieri s-saff fiżiku (PHY) u dak ta’ rabta mad-data, fejn dan tal-aħħar ikompli jinqasam f’kontroll b’aċċessmedju (MAC) u kontroll tar-rabta loġika (LLC).

(100)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jużaw ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni fakultattivi tar-riċevitur imsaħħaħ, kif iddefinit fit-Tabelli 17-19 f’IEEE 802.11.

(101)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jużaw il-kanal ta’ kontroll G5-CCH kif speċifikat fit-Tabella 3 f’[EN 302 663] biex jibagħtu messaġġi li jappoġġaw lis-servizzi tas-C-ITS prijoritarji speċifikati fl-Anness 3, bl-użu ta’ rata ta’ trasferiment prestabbilita ta’ 6 Mbit/s (Rikjavar tal-Bidla fil-Fażi tal-Kwadratura (QPSK) 1/2).

(102)Is-saff ta’ aċċess tal-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandu jkun konformi ma’ [EN 302 663], għajr il-limiti tal-emissjonijiet u bl-eċċezzjoni tal-klawżoli 4.2.1, 4.5 u 6.

(103)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom ikunu konformi ma’ [TS 102 687].

(104)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq jenħtieġ li jimmaniġġjaw ir-riżorsi limitati tal-ħardwer u tas-softwer għad-dispożizzjoni tagħhom, u jistgħu jwettqu formazzjoni tat-traffiku jew trażmissjoni selettiva b’konformità mal-prinċipju tal-“aqwa sforz”.

Nota: Il-formazzjoni tat-traffiku hi speċjalment rilevanti għal messaġġi DENM riċevuti u mibgħuta mill-ġdid, għax hu antiċipat li f’xi sitwazzjonijiet (bħal konġestjoni severa tat-traffiku jew xenarji oħra ta’ network veikolari estrem), it-tagħbija ta’ DENMs tista’ tiżdied f’daqqa. F’każijiet bħal dawn, l-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom permess espliċitu biex ma jibgħatux messaġġi DENM barranin.

(105)Stazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandu, mill-anqas, ikun jista’ jiġġenera u jittrażmetti l-għadd ta’ messaġġi ddeterminat mill-valur tal-ogħla rata ta’ ġenerazzjoni ta’ CAMs (eż. 10 Hz) u, jekk jintużaw algoritmi ta’ detezzjoni, dan għandu jiżdied bir-rata minima ta’ ġenerazzjoni ta’ DENMs meħtieġa li tkun idderivata minn dawk il-kundizzjonijiet skattaturi.

(106)Stazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandu jappoġġa l-modalità ta’ xandir iddefinita f’[EN 302 663].

(107)Żona protetta għandha tiġi ddefinita kif ġej:

·fejn post ta’ pedaġġ ikun jikkonsisti minn Unità ta’ Maġenb it-Triq (RSU) CEN-DSRC waħda, għandha tiġi ddefinita żona protetta b’raġġ prestabbilit ta’ 55 m, bil-post tal-RSU CEN-DSRC bħala l-pożizzjoni ċentrali;

·fejn ikun hemm ħafna RSUs CEN-DSRC fil-qrib, kemm jista’ jkun jenħtieġ li jiġi evitat it-trikkib taż-żoni protetti permezz ta’ żona protetta kkombinata. Żona Protetta kkombinata għandha tuża ċ-ċentru ġeografiku (ċirkumċentru) tad-DSRC RSUs kollha kkonċernati bħala pożizzjoni ċentrali; ir-raġġ għandu jingħata miċ-ċirkumraġġ + 55 m. F’kull każ, ma għandux jinqabeż ir-raġġ massimu ta’ 255 m.

Nota: Minħabba r-raġġ massimu ta’ 255 m, mhux dejjem jista’ jiġi evitat it-trikkib.

(108)Jekk l-istazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq ikun jinsab viċin tagħmir ta’ pedaġġ ibbażat fuq CEN-DSRC (mill-anqas fiż-żona protetta), għandu japplika tekniki ta’ mitigazzjoni kif iddefinit f’[TS 102 792].

(109)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq mobbli għandhom japplikaw metodi ta’ mitigazzjoni abbażi tal-messaġġi ta’ tħabbir taż-żoni ta’ pedaġġ.

(110)F’każ li l-istazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq jintuża biex jindika l-preżenza ta’ stazzjon ta’ pedaġġ, għandu jittrażmetti CAMs li jinkludu żoni protetti b’konformità mat-teknika ddefinita f’[TS 102 792] u mal-format tal-messaġġ CA kif speċifikat f’[EN 302 637-2]. Għandu jittrażmetti dawn il-CAMs fuq il-kanal ta’ kontroll, qabel ma stazzjon tas-C-ITS tal-vettura jidħol f’żona protetta.

(111)Is-saff ta’ aċċess tal-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandu jkun konformi ma’ [TS 102 724].

(112)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom japplikaw tekniki DCC b’konformità ma’ [TS 102 687].

3.4.Saff tan-network u tat-trasport

(113)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom japplikaw GN bħala protokoll tan-networking, b’konformità ma’ [EN 302 636-4-1].

(114)Il-kostanti u l-parametri prestabbiliti kollha tal-profil tal-infrastruttura ta’ maġenb it-triq li mhumiex speċifikati f’dan l-Anness għandhom jiġu ssettjati kif speċifikat fl-Anness H ta’ [EN 302 636-4-1].

(115)Ir-ripetizzjoni tal-pakkett ma għandux jitwettaq mill-GN u ma għandhomx jiġu eżegwiti l-passi korrispondenti fil-proċeduri tat-trattament tal-pakkett iddefiniti fil-klawżola 10.3 ta’ [EN 302 63641]. Il-parametru tal-“ħin massimu tar-ripetizzjoni” tas-servizz primitive GNDATA.request u l-kostanti tal-protokoll tal-GN itsGnMinPacketRepetitionInterval ma japplikawx.

(116)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq jistgħu jużaw “indirizz anonimu” għall-konfigurazzjoni tal-indirizz GN (itsGnLocalAddrConfMethod issettjat għal ANONYMOUS(2)).

(117)Stazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jużaw il-GN bl-itsGnIfType issettjat għal ITS-G5(1).

(118)F’każ li tiġi diżattivata r-ripetizzjoni tal-pakketti GN, itsGnMinPacketRepetitionInterval mhuwiex applikabbli.

(119)L-entrata LifeTime tal-pakketti SHB kollha għandha tiġi ssettjata għal sekonda waħda.

(120)L-entrata LifeTime tal-pakketti GBC kollha għandha tiġi ssettjata għall-minimu ta’ ValidityDuration u RepetitionInterval, iżda ma għandhiex taqbeż il-parametru itsGnMaxPacketLifetime, speċifikat fl-Anness H ta’ [EN 302 636-4-1].

(121)Jekk Store-Carry-Forward tkun attivata, il-bit tal-SCF fl-entrata TC għandha tiġi ssettjata għal wieħed.

Nota: B’riżultat ta’ dan, jista’ jitnaqqas l-impatt tal-pakketti jekk ma jkunux disponibbli ġirien.

(122)Stazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq mhux meħtieġ iwettaq offload ta’ pakketti fuq kanal ieħor. Minħabba f’hekk, il-bit offload tal-kanal tal-entrata TC jenħtieġ li tiġi ssettjata għal 0 għat-tipi kollha ta’ messaġġi.

(123)Stazzjon tas-C-ITS wieqaf maġenb it-triq għandu jissettja l-bit itsGnIsMobile tal-entrata Flags għal 0. Stazzjon tas-C-ITS mobbli maġenb it-triq għandu jissettja l-bit itsGnIsMobile tal-entrata Flags għal 1.

(124)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jappoġġaw il-modalità ta’ tħaddim multi-hop billi jużaw l-algoritmi speċifikati fl-Annessi E.3 u F.3, abbażi tal-prinċipji tal-għażla deskritti fl-Anness D ta’ [EN 302 636-4-1].

(125)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jużaw detezzjoni ta’ pakketti doppji fis-saff tan-networking u tat-trasport. Għad-detezzjoni ta’ pakketti doppji, għandu jintuża l-algoritmu speċifikat fl-Anness A.2 ta’ [EN 302 636-4-1].

(126)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq jistgħu jibgħatu biss sinjali tal-GN bl-Indikatur tal-Preċiżjoni tal-Pożizzjoni (PAI) issettjat għal 1.

(127)L-oqfsa tal-GN mibgħuta mill-istazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jużaw il-valur EtherType 0x8947, kif elenkat mill-Awtorità ta’ Reġistrazzjoni tal-IEEE fuq http://standards.ieee.org/develop/regauth/ethertype/eth.txt.

(128)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jimplimentaw il-BTP b’konformità ma’ [EN 302 636-5-1].

(129)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jużaw l-intestaturi BTP-B. Minħabba f’hekk, l-intestatura komuni tal-GN għandha tuża valur ta’ 2 għall-entrata NH.

(130)L-istazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandu jissettja l-entrata Destination port info għall-valur 0.

(131)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jissettjaw il-port ta’ destinazzjoni skont il-messaġġ issettjat, kif speċifikat f’[TS 103 248].

(132)Żoni ġeografiċi għandhom jiġu applikati b’konformità ma’[EN 302 931].

(133)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jappoġġaw mill-anqas żoni ġeografiċi ċirkolari, rettangolari u ellissojdali, kif iddefinit f’[EN 302 931]. Kull servizz tas-C-ITS għandu jispeċifika wieħed mit-tipi ta’ żona ġeografika ta’ hawn fuq, indikat permezz tal-intestatura tal-GN, kif speċifikat f’[EN 302 636-4-1].

(134)Jekk l-istazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq jikkalkula d-distanza bejn żewġ pożizzjonijiet bl-użu ta’ koordinati ta’ Galileo jew oħrajn tal-GNSS (eż. għal PathDeltaPoints jew f’każijiet ta’ żona ta’ rilevanza ċirkolari), hu rakkomandat li għandu jintuża ċ-ċirku l-kbir jew inkella metodu li jkollu prestazzjoni aktar preċiża. Għandha tingħata attenzjoni (eż. billi tintuża l-formula haversine) biex jiġu evitati żbalji kbar ta’ approssimazzjoni fuq sistemi b’punt varjabbli ta’ preċiżjoni baxxa.

Jekk iż-żona ta’ rilevanza tkun elissi jew rettangolu, iridu jiġu kkalkulati l-koordinati Karteżjani taċ-ċentru taż-żona u tal-pożizzjoni attwali kif speċifikat f’[EN 302 931], biex jiġi vvalutat jekk il-pakkett għandux jitqabbeż. Għal dan il-għan, hu rrakkomandat il-metodu tal-“pjan tanġenzjali lokali”, jew inkella xi metodu ieħor li jwassal l-istess livell ta’ preċiżjoni.

3.5.Saff tal-faċilità

(135)Is-servizz bażiku tad-DEN tal-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandu jkun konformi ma’ [EN 302 637-3].

(136)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jimplimentaw ir-ripetizzjoni tad-DENMs kif speċifikat f’[EN 302 637-3].

(137)Il-każijiet li fihom jiġu skattati l-aġġornamenti tad-DENM huma speċifikati fil-profil tas-servizz rilevanti fl-Anness I.

(138)F’każ li stazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq jibgħat DENM, it-traċċi għandhom jiġu deskritti bħala lista ta’ postijiet ġeografiċi li jwasslu mill-pożizzjoni tal-avveniment lura għall-ewwel punt tal-perkors.

(139)Jekk stazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq mobbli jieqaf, il-PathDeltaTime tal-ewwel PathPoint tal-ewwel element tat-traċċi tad-DENM għandu jiġi ffissat għall-valur massimu speċifikat f’[EN 302 637-3]. Għalhekk, il-PathPoints ma “jaqgħux” mill-ewwel element ta’ traċċi tad-DENM. Dan japplika biss għal servizzi tas-C-ITS ibbażatifuq trejler.

(140)Fit-traċċi tad-DENM jistgħu jkunu preżenti elementi addizzjonali tal-PathHistory. Madankollu, għall-kuntrarju tal-ewwel element, dawn għandhom jiddeskrivu rotot alternattivi għal-lok tal-avveniment. Dawn ir-rotot jistgħu jkunu jew ma jkunux disponibbli fil-ħin li fih jinqabad l-avveniment.

(141)Għall-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq, il-valur tat-TC ta’ messaġġ hu speċifiku għas-servizz ibbażat tal-format tal-messaġġ jew għas-servizz tas-C-ITS innifsu u għalhekk hu speċifikat fil-profil tas-servizz rilevanti fl-Anness I. Il-valur tat-TC magħżul għandu jkun konformi mal-klassifikazzjonijiet tal-messaġġi kif speċifikat fi [TS 102 636-4-2] u [TS 103 301], għajr li l-messaġġi tal-Informazzjoni dwar l-Infrastruttura (IVI) relatati mal-limiti tal-veloċità varjabbli huma ekwivalenti ta’ DENM ta’ prijoritàbaxxa u għalhekk jista’ jkollhom l-istess valur tat-TC.

(142)Is-sistema ta’ maġenb it-triq għandha tuża sistema ta’ koordinati li tikkonforma mat-Taqsima 2.13 ta’ [ISO 8855].

Nota: Dan ifisser li l-assi X u Y huma paralleli mal-pjan tal-art, l-assi Z hu allinjat vertikalment ’il fuq, l-assi Y jipponta lejn in-naħa tax-xellug tad-direzzjoni ’l quddiem tal-vettura, u l-assi X jipponta lejn id-direzzjoni tas-sewqan ’il quddiem tal-vettura.

(143)Għat-trażmissjoni ta’ messaġġi mis-sistemi ta’ maġenb it-triq, il-protokoll tas-saff tal-faċilitajiet u l-konfigurazzjoni tal-profil ta’ komunikazzjoni CPS_001 għandu jintuża kif speċifikat f’[TS 103 301].

(144)Id-data dwar żoni protetti pprovduta f’CAM mibgħut minn stazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq ma għandux ikollu kunflitti mal-informazzjoni dwar żoni protetti pprovduta fil-bażi tad-data dwar iż-żoni protetti jew f’bażi tad-data ekwivalenti. Jekk l-istess żona tkun iddefinita fil-bażi tad-data taż-żoni protetti, l-istess ID għandha tintuża bħala protectedZoneID. Inkella, għandha tintuża ID akbar minn 67108863 li ma tkunx użata fil-bażi tad-data.

(145)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq maħsuba biex ixerrdu data dwar iż-żoni protetti għandhom jittrażmettu CAMs, fuq bażi regolari, li jinkludu data dwar iż-żoni protetti bl-użu tal-format tal-messaġġi speċifikat minn [EN 302 637-2]. Ma tintużax it-terminazzjoni tal-CAM.

Nota: L-elementi tad-data speċifiċi għas-servizz tas-C-ITS ta’ koeżistenza jinsabu fil-qafas tad-data highFrequencyContainer u rsuContainerHighFrequency.

Nota: CAM jista’ jinkludi element tad-data ieħor li ma jkunx relatat mas-servizz tas-C-ITS ta’ koeżistenza.

(146)L-antenna ta’ stazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq maħsub biex ixerred data dwar iż-żoni protetti għandha titqiegħed b’mod li l-CAMs dwar iż-żoni protetti jkunu jistgħu jiġu riċevuti fil-ħin qabel id-dħul fiż-żona protetta.

Nota: L-arranġamenti għall-konformità ma’ dan ir-rekwiżit iridu jqisu l-ħin tal-ipproċessar li t-tagħmir tal-utent tat-triq ikollu bżonn biex jipproċessa l-informazzjoni riċevuta. Jenħtieġ li jintuża ħin ta’ 300 ms bħala referenza.

(147)Stazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq maħsub biex ixerred data dwar iż-żoni protetti għandu jittrażmetti CAMs li jinkudu data dwar iż-żoni protetti bi frekwenza tat-trażmissjoni li tiżgura li l-istazzjonijiet tas-C-ITS mobbli jkunu jistgħu jidentifikaw il-preżenza taż-żoni protetti fil-ħin.

(148)Stazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq maħsub biex ixerred data dwar iż-żoni protetti għandu jiġi installat barra miż-żoni protetti jew inkella jiġi kkonfigurat b’konformità ma’ [TS 102 792].

(149)CAM ma għandux jinkludi aktar minn żona protetta temporanja waħda (jiġifieri ProtectedCommunicationZone bi ProtectedZoneType=1).

Nota: Dan hu speċifiku għal vetturi temporanji ta’ pedaġġ u ta’ infurzar. L-istazzjonijiet tas-C-ITS mobbli huma meħtieġa jaħżnu biss żona protetta temporanja waħda, b’konformità mal-klawżola 5.2.2.2 ta’ [TS 102 792], biex jevitaw l-ambigwità.

(150)Jekk jintuża s-Servizz tas-Saff tal-Faċilità ta’ koeżistenza (ITS-G5 — CEN-DSRC), dan għandu jiġi applikat b’konformità ma’ [EN 302 637-2] u kif speċifikat fi [TS 102 792].

(151)[ISO/TS 19321] jirreferi għal verżjoni eqdem (1.2.1) tad-dizzjunarju tad-data komuni (CDD) [TS 102 894-2] għad-data dwar it-tagħbijiet. Għalhekk, is-servizzi tas-C-ITS kollha tal-IVI ibbażati fuq [ISO/TS 19 321] għandhom ikunu bbażati fuq il-verżjoni aġġornata (1.3.1), sakemm [ISO/TS 19321] jiġi aġġornat kif xieraq.

(152)Is-servizz bażiku tas-CA għandu jkun attiv sakemm l-istazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq mobbli jibqa’ jipparteċipa f’toroq pubbliċi f’ dinamika tas-sewqan regolari. Sakemm ikun attiv is-servizz bażiku tas-CA, il-CAMs għandhom jiġu ġġenerati b’konformità mar-regoli tal-ġenerazzjoni f’[EN 302 637-2].

(153)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq għandhom jittrażmettu messaġġi CAM fejn tkun disponibbli informazzjoni dwar il-kunfidenza tal-pożizzjoni u fejn l-arloġġ tal-istazzjon jaderixxi mal-punt (97).

(154)Il-parametru T_GenCam_Dcc għandu jiġi ssettjat għall-valur tal-ħin minimu bejn żewġ trażmissjonijiet, Toff, kif ipprovdut mill-mekkaniżmu tad-DCC speċifikat fil-punt (103).

(155)Il-parametru aġġustabbli N_GenCam speċifikat fil-ġestjoni tal-frekwenza tal-ġenerazzjoni ta’ CAMs għandu jiġi ssettjat għal 0 għall-istazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq, sakkem dan ma jkunx maħsub biex ixerred data dwar iż-żoni protetti kif iddefinit fil-punt (145).

3.6.Ġestjoni

Mhux bilfors jiġu implimentati s-servizzi ta’ sigurtà speċifikati kollha. Barra minn hekk, għal xi servizzi, l-implimentazzjoni hi ddefinita internament mill-operatur tal-istazzjon tas-C-ITS.

(156)L-istazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq li jimplimentaw il-funzjonalitajiet ITS-G5 għandhom jimplimentaw saff ta’ ġestjoni li jinkludi entità DCC_CROSS, kif speċifikat f’[TS 103 175].

3.7.Elementi ta’ Servizz

3.7.1.Servizz bażiku tad-DEN

Is-servizz bażiku tad-DEN juża s-servizzi pprovduti mill-entitajiet ta’ protokoll tas-saff tan-networking u tat-trasport tal-ITS biex ixerred id-DENMs.

DENM jinkludi informazzjoni relatata ma’ avveniment li jkollu impatt potenzjali fuq is-sikurezza fit-toroq jew il-kundizzjonijiet tat-traffiku. Avveniment jiġi kkaratterizzat minn tip ta’ avveniment, pożizzjoni ta’ avveniment, ħin tad-detezzjoni u durata tal-ħin. Dawn l-attributi jistgħu jinbidlu skont l-ispazju u tul il-ħin. F’xi sitwazzjonijiet, trażmissjoni ta’ DENM tista’ tkun indipendenti mill-istazzjon tas-C-ITS oriġinatur.

Is-servizz bażiku tad-DEN jiġġenera erba’ tipi ta’ DENMs:

   DENMs ġodda;

   DENMs ta’ aġġornament;

   DENMs ta’ kanċellazzjoni;

   DENMs ta’ negazzjoni.

(157)L-intestatura tad-DENM għandha tiġi speċifikata fid-dizzjunarju tad-data [TS 102 894-2].

(158)L-elementi tad-data, l-oqfsa tad-data u l-parametri tas-servizz tad-DENM għandhom jiġu ssettjati b’konformità mat-Tabella 3. Barra minn hekk, għal servizzi tas-C-ITS dwar twissijiet dwar xogħlijiet fit-toroq, l-oqfsa tad-data u l-parametri tas-servizz tad-DENM għandhom jiġu ssettjati b’konformità mat-Tabella 4.

Tabella 3: Elementi tad-DENM inġenerali

Isem

Użu

Użu

Kontenitur ta’ ġestjoni

Obbligatorju

actionID

Obbligatorju

Kontenut:

L-actionID hi l-identifikatur uniku ta’ DENM u tikkonsisti mill-elementi tad-data originatingStationID u sequenceNumber. originatingStationID hu l-identifikatur uniku tal-istazzjon tas-C-ITS li s-saff tal-faċilità tiegħu ikun ħoloq il-messaġġ, li jista’ jkun jew l-istazzjon tas-C-ITS ċentrali jew dak ta’ maġenb it-triq. Jekk ma jiġux issettjati mill-istazzjon tas-C-ITS ċentrali, messaġġi li l-kontenut tagħhom jiġi ġġenerat b’mod ċentrali iżda li jixxandru minn stazzjonijiet tas-C-ITS differenti maġenb it-triq ikollhom originatingStationIDs differenti, li jirriżulta f’actionIDs differenti.

Jekk l-originatingStationID u s-sequenceNumber jingħataw minn stazzjon tas-C-ITS ċentrali fejn il-kontenut iġġenerat b’mod ċentrali (potenzjalment) jintbagħat permezz ta’ ħafna stazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq, is-sistema tipprovdi l-istess actionID għall-messaġġi kollha relatati mal-istess avveniment, irrispettivament minn liema stazzjon tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq ikun qed jibgħat il-messaġġ. Ladarba jiġi ssettjat l-actionID, dan ma jinbidilx għal messaġġi relatati mal-istess avveniment, anke jekk jiġu aġġornati frekwentement.

Valur:

mhux predefinit, issettjat mis-sistema

detectionTime

Obbligatorju

Inizjalment, dan id-DE għandu jiġi ssettjat għall-ħin li fih ikun inqabad l-avveniment. F’xenarji ta’ każijiet ta’ użu indipendenti, il-ħin għandu jittieħed minn sors tal-ħin lokali flistazzjon tasC-ITS ta’ maġenb it-triq. F’xenarji ta’ każijiet ta’ użu b’konnessjoni mal-istazzjon tasC-ITS ċentrali, detectionTime inizjalment għandu jiġi ssettjat għall-ħin li fih l-applikazzjoni li toħloq id-DENM tirċievi l-informazzjoni rilevanti, jiġifieri l-mument li fih jinbeda / jinqabad xogħol fit-triq jew xi post perikoluż fil-livell funzjonali.

Valur:

detectionTime inizjalment jiġi ssettjat għall-ħin tal-bidu tal-avveniment (DENM ġdid), imbagħad jiġi risettjat għal kull aġġornament tad-DENM. Għat-terminazzjoni tad-DENM, dan id-DE għandu jkun il-ħin li fih tinqabad it-terminazzjoni tal-avveniment.

referenceTime

Obbligatorju

Kontenut:

Ir-referenceTime għandu jiġi ssettjat għall-ħin li fih jiġi ġġenerat jew aġġornat il-messaġġ DENM.

Valur:

Issettjat awtomatikament

termination

Fakultattiv

Speċifiku għas-servizz tas-C-ITS

eventPosition

Obbligatorju

Fix-xenarju talkaż ta’ użu tal-I2V, eventPosition tad-DF jintuża biex jinstabu imblokki tal-korsiji jew tal-karreġġati, jew inkella postijiet perikolużi. Dan jirrappreżenta l-pożizzjoni fejn jibda l-imblokk fiżiku fuq il-korsija (inkluża l-korsija ta’ emerġenza) jew il-karreġġata, jew il-post perikoluż. Jenħtieġ li l-preċiżjoni tkun fuq il-livell tal-korsiji, iżda trid tkun mill-anqas fuq il-livell tal-karreġġati.

DEs tal-altitudni u tal-kunfidenza jistgħu jintużaw jew jiġu ssettjati għall-valuri li jikkorrispondu ma’ “mhux disponibbli”.

relevanceDistance

Fakultattiv

Fakultattiv

relevanceTrafficDirection

Obbligatorju

Kontenut:

Valur fiss: Għal awtostradi, dan il-valur hu ssettjat għal 1 (traffiku upstream).

Dan id-DF jindika għal liema direzzjoni tat-traffiku dan il-messaġġ hu rilevanti (mill-perspettiva tal-eventPosition).

validityDuration

Obbligatorju

L-avvenimenti huma rrappreżentati minn messaġġi DEN. Id-durata ta’ DENM wieħed hi bbażata fuq il-valur (konfigurabbli) ta’ “validityDuration”. Sakemm avveniment ikun għadu validu għall-operatur tat-triq, dan ikompli jintbagħat (bl-użu ta’ ripetizzjoni tad-DENM) u jiġi aġġornat (bl-użu ta’ aġġornament tad-DENM, bit-tiġdid ta’ “validityDuration”, “detectionTime” u “referenceTime” fil-proċess). Jekk “validityDuration” jaqa’ taħt ċertu limitu (konfigurabbli wkoll), jiġi skattat aġġornament tal-messaġġ. Jekk l-avveniment ma jkunx għadu validu, dan jew jitħalla jiskadi jew inkella jiġi kkanċellat b’mod attiv (kanċellazzjoni tad-DENM).

Kontenut:

validityDuration tad-DE hi ssettjata għal valur fiss.

Valur:

Speċifiku għas-servizz tas-C-ITS.

TransmissionInterval

Ma jintużax

Ma jintużax

stationType

Obbligatorju

Kontenut:

Valur fiss, issettjat għal 15 (roadSideUnit). Dan hu minnu għal stazzjonijiet tas-C-ITS ta’ maġenb it-triq fissi u mobbli. Il-valur jista’ jkun 9 (trailer) jew 10 (specialVehicles) fil-każ ta’ vetturi ta’ operatur tat-triq.

Valur:

Issettjat għal 9, 10 jew 15.

Kontenitur tas-sitwazzjoni

Obbligatorju

informationQuality

Obbligatorju

Il-kwalità tal-informazzjoni hi l-probabbiltà tal-okkorrenza, f’medda ta’ bejn 0 u 7.

Valuri: riskju (2), probabbli (4), ċert (6)

Jekk jiġi riċevut (0), dan jenħtieġ li jiġi rrifjutat; Jekk jiġi riċevut (7), dan jenħtieġ li jitqies bħala ċert;

eventType

Obbligatorju

Kombinament ta’ causeCode tad-DE u subCauseCode tad-DE. Speċifiku għas-servizz tas-C-ITS.

linkedCause

Fakultattiv

Possibbiltà li l-messaġġ attwali jiġi konness ma’ sett ta’ causeCode / subCauseCode (simili għal eventType) biex tingħata aktar informazzjoni.

eventHistory

Fakultattiv

Kontenut:

B’mod fakultattiv, dan il-profil juża dan id-DE meta jkun jista’ jiġi ddeterminat il-punt ta’ tmiem tal-imblokk fiżiku. Jekk dan ikun il-każ, jiddeskrivi l-bidu ta’ imblokk sat-tmiem tal-imblokk, jew sal-bidu ta’ imblokk ieħor (DENM ieħor). F’dan il-kuntest, il-valuri tal-eventPoint jingħataw mingħajr eventDeltaTime korrispondenti, billi l-punti jiddeskrivu firxa ġeospazjali u mhux trajettorja.

InformationQuality tad-DE fl-eventHistory jiġi ssettjat għallistess valur bħal informationQuality tad-DENM sħiħ speċifikat hawn fuq.

Jekk jintużaw projezzjonijiet tal-mapep, dawn għandhom jirreferu għal punti f’nofs il-korsija jew il-karreġġata.

Id-devjazzjoni massima bejn ir-realtà u l-projezzjonijiet tal-mapep ma għandhiex taqbeż kwart tal-wisa’ tal-karreġġata.

Kontenitur tal-post

Fakultattiv

eventSpeed

Fakultattiv

Dan id-DF għandu jiġi pprovdut biss f’każ ta’ avveniment miexi, jekk ikun disponibbli. Ma għandux jiġi pprovdut f’każ ta’ avvenimenti statiċi.

eventPositionHeading

Fakultattiv

L-informazzjoni dwar id-direzzjoni se tiġi pprovduta biss għal avvenimenti mexjin permezz ta’ eventPositionHeading. Lavvenimenti weqfin ibbażati fuq id-DENM mhux se jużaw dan id-DF.

traces

Obbligatorju

L-ewwel punt tat-traċċa fil-messaġġ hu l-eqreb punt għall-pożizzjoni tal-avveniment. Dan il-punt hu f’nofs il-korsija jew il-karreġġata, upstream mill-pożizzjoni tal-avveniment, fejn titqies il-kurvatura tat-triq. Jiġi kkodifikat bħala pożizzjoni offset jew delta dwar il-pożizzjoni tal-avveniment. Il-punti tat-traċċa addizzjonali huma ddefiniti bħala offsets jew pożizzjonijiet delta fir-rigward tal-punti tat-traċċa preċedenti tagħhom. Il-punti tat-traċċa se jiġu elenkati f’ordni upstream, b’hekk jiddefinixxu wkoll id-direzzjoni tal-avveniment.

Jistgħu jkunu preżenti sa seba’ traċċi.

Meta jintużaw projezzjonijiet tal-mapep, dawn għandhom jirreferu għal punti f’nofs il-korsija jew il-karreġġata.

Id-devjazzjoni massima bejn ir-realtà u l-projezzjonijiet tal-mapep ma għandhiex taqbeż kwart tal-wisa’ tal-karreġġata.

roadType

Fakultattiv

Fakultattiv

Kontenitur alacarte

Fakultattiv

lanePosition

Fakultattiv

Speċifiku għas-servizz tas-C-ITS.

impactReduction

Ma jintużax

Ma jintużax

externalTemperature

Ma jintużax

Ma jintużax

lightBarSirenInUse

Ma jintużax

Ma jintużax



Tabella 4: Elementi tad-DENM speċifiċi għal twissijiet dwar xogħlijiet fit-toroq

Isem

Użu

Użu

Kontenitur alacarte

Fakultattiv

lanePosition

Fakultattiv

fakultattiv

closedLanes

Fakultattiv

Il-korsiji jingħaddu mit-tarf ta’ ġewwa tat-triq, bl-esklużjoni tal-korsija ta’ emerġenza.

Dan id-DF jikkonsisti minn drivingLaneStatus u hardShoulderStatus.

speedLimit

Fakultattiv

fakultattiv

recommendedPath

Fakultattiv

fakultattiv

startingPointSpeedLimit

Fakultattiv

fakultattiv

trafficFlowRule

Fakultattiv

fakultattiv

passToRight(2) jew passToLeft(3) huma ġeneralment appoġġati fix-xenarji kollha tas-servizzi tas-C-ITS.

referenceDenms

Fakultattiv

Id-DENMs li javżaw dwar xogħol fit-triq u li jappartjenu għall-istess sitwazzjoni ta’ xogħol fit-triq għandhom jiġu konnessi fl-istazzjon tas-C-ITS ċentrali billi fl-element tad-data referenceDenms ta’ kull messaġġ jiġu elenkati l-actionIDs kollha li jappartjenu flimkien.

3.7.2.Servizz IVI

Is-servizz IVI juża s-servizzi pprovduti mill-entitajiet ta’ protokoll tas-saff tan-networking u tat-trasport tal-ITS biex ixerred l-IVIM.

L-IVIM jappoġġa sinjali tat-toroq obbligatorji u ta’ twissija, bħal veloċitajiet kuntestwali u twissijiet dwar xogħlijiet fit-toroq. L-IVIM jipprovdi informazzjoni dwar sinjali tat-toroq fiżiċi, bħal sinjali tat-toroq statiċi jew varjabbli, sinjali virtwali jew xogħlijiet fit-toroq.

Is-servizz IVI istanzjat fi stazzjon tas-C-ITS għandu jipprovdi jew is-servizz ta’ trażmissjoni jew inkella dawk ta’ riċevuta.

Is-servizz IVI jiġġenera erba’ tipi ta’ IVIM:

·IVIMs ġodda;

·IVIMs ta’ aġġornament;

·IVIMs ta’ kanċellazzjoni;

·IVIMs ta’ negazzjoni.

(159)L-intestatura tal-IVIM għandha tiġi speċifikata f’[TS 102 894-2].

(160)L-elementi tad-data tat-tagħbija tal-messaġġ tal-IVIM huma ddefiniti f’[ISO/TS 19321].

(161)L-elementi tad-data, l-oqfsa tad-data u l-parametri tas-servizz tal-IVIM għandhom jiġu ssettjati b’konformità mat-Tabella 5.

Tabella 5

Isem

Użu

Użu

Kontenitur ta’ ġestjoni tal-IVI

Obbligatorju

serviceProviderId

Obbligatorju

serviceProviderID jikkonsisti mill-elementi tad-data “countryCode” u “providerIdentifier”.

countryCode hu bitstring b’konformità ma’ [ISO 3166-1]. Pereżempju għall-Awstrija, il-bitstring jirrappreżenta “AT” (kodiċi tal-bitstring: A (11000) u T (00001) 1100000001 b’konformità ma’ [ISO 14 816]).

Flimkien ma’ iviIdentificationNumber, dan hu l-identifikatur uniku għal messaġġi għall-istazzjon riċevitur tas-C-ITS tal-vettura.

iviIdentificationNumber

Obbligatorju

Dan id-DE hu l-identifikatur tal-istruttura IVI, kif assenjat mill-fornitur ta’ servizz. Dan il-komponent iservi bħala l-ID tal-messaġġ għal kull serviceProvider, u jista’ jintuża bħala referenza minn messaġġi oħra relatati.

timestamp

Obbligatorju

Din id-DE hi l-kronogramma li tirrappreżenta l-ħin li fih il-messaġġ IVI jiġi ġġenerat jew meta l-kontenut tal-messaġġi jkun inbidel l-aħħar.

validFrom

Obbligatorju

Dan il-komponent jista’ jinkludi l-ħin tal-bidu tal-perjodu ta’ validità tal-messaġġ. Jekk il-ħin tal-bidu ma jkunx rilevanti jew ma jkunx magħruf mis-sistema, validFrom ma jkunx preżenti jew ikun ugwali għall-kronogramma.

validTo

Obbligatorju

Dan id-DE għandu dejjem jintuża biex jiddetermina l-validità. Għandu jintbagħat aġġornament qabel jiskadi l-messaġġ.

Valur: issettjat mill-applikazzjoni

Il-perjodu ta’ validità prestabbilit hu ddefinit mill-operatur tat-triq.

connectedIviStructures (1..8)

Ma jintużax

Ma jintużax.

iviStatus

Obbligatorju

Dan il-komponent jinkludi l-istatus tal-istruttura IVI. Dan jista’ jiġi ssettjat għal new(0), update(1), cancellation(2) jew negation(3). Dan jintuża għat-trattament tal-messaġġi.

Kontenitur tal-pożizzjoni ġeografika (GLC)

Obbligatorju

referencePosition

Obbligatorju

Din id-DE tintuża bħala punt ta’ referenza għaż-żoni kollha fil-GLC.

Il-punt ta’ referenza għall-IVI hu n-nofs tal-korsija, f’gantry, u hu l-ewwel punt tad-definizzjonijiet taż-żoni għaż-żoni ta’ rilevanza u għaż-żoni ta’ detezzjoni.

Jekk ma tkunx magħrufa, l-altitudni tista’ tiġi ssettjata għal mhux disponibbli. Jekk l-altitudni tiġi pprovduta, din hi l-altitudni tat-triq.

Valur: issettjat mill-applikazzjoni

referencePositionTime

Ma jintużax

Ma jintużax.

referencePositionHeading

Ma jintużax

Ma jintużax

referencePositionSpeed

Ma jintużax

Ma jintużax.

GlcPart

Obbligatorju

partijiet (1..16). F’kull GLC, jistgħu jiġu ddefiniti sa 16-il parti. Il-GLC jinkludi mill-anqas żewġ żoni: waħda għar-rilevanza u waħda għad-detezzjoni.

Valur: issettjat mill-applikazzjoni

zoneId

Obbligatorju

Għal kull messaġġ għandhom jiġu pprovduti mill-anqas żona ta’ detezzjoni waħda u żona ta’ rilevanza waħda.

laneNumber

Fakultattiv

Obbligatorju jekk korsiji waħdanija jiġu deskritti f’dan il-kontenitur tal-post. Il-valur prestabbilit hu nieqes (ebda informazzjoni dwar il-korsija).

zoneExtension

Ma jintużax

Ma jintużax.

zoneHeading

Obbligatorju

Obbligatorju

zone

Obbligatorju

Definizzjoni ta’ żona bl-użu taż-żona DF li tikkonsisti minn DF segment, DF polygonalLine jew DF computedSegment magħżul.

L-opzjoni tas-segment għandha tintuża b’polygonalLine bħala linja (mibni b’deltaPosition bħal ma jsir għat-traċċi tad-DENM) u b’laneWidth bħala opzjoni (użat biss fejn tissemma korsija waħda fiż-żona).

Kontenitur tal-applikazzjoni tal-IVI

Obbligatorju

detectionZoneIds

Obbligatorju

Lista ta’ identifikatur(i) tad-definizzjoni(jiet) taż-żona/i ta’ detezzjoni, bl-użu tad-DE Zid (1..8)

its-Rrid

Ma jintużax

Ma jintużax.

relevanceZoneIds

Obbligatorju

Lista ta’ identifikatur(i) tad-definizzjoni(jiet) taż-żona/i ta’ rilevanza li għalihom japplika l-kontenitur tal-IVI, bl-użu tad-DE Zid (1..8)

direction

Obbligatorju

Direzzjoni tar-rilevanza fir-rigward tad-direzzjoni ddefinita (b’mod impliċitu) miż-żona bl-użu tad-direzzjoni DE. Issettja dejjem għal sameDirection(0).

driverAwarnessZoneIds

Ma jintużax

Ma jintużax.

minimumAwarenessTime

Ma jintużax

Ma jintużax.

applicableLanes (1..8)

Fakultattiv

Lista ta’ identifikaturi tal-korsija/i li għalihom japplika l-kontenitur tal-IVS, bl-użu tad-DE LanePosition (1..8).

iviType

Obbligatorju

Jipprovdi t-tip ta’ IVI (eż. messaġġ ta’ periklu immedjat, messaġġ regolatorju, messaġġ ta’ informazzjoni dwar it-traffiku) biex jippermetti klassifikazzjoni u prijoritizzazzjoni tal-IVI fl-istazzjon tas-C-ITS riċevitur.

iviPurpose

Ma jintużax

Ma jintużax.

laneStatus

Fakultattiv

Jindika l-istatus tal-korsija (eż. miftuħa, magħluqa, mergeL, mergeR) tal-applicableLanes.

completeVehicleCharacteristics

Fakultattiv

completeVehicleCharacteristics għandu jinkludi d-definizzjoni tal-karatteristiċi tal-vetturi li għalihom japplika kontenitur tal-applikazzjoni. Il-komponent “ferrovija” (jekk ikun preżenti) għandu jinkludi l-karatteristiċi applikabbli għall-ferrovija ta’ vetturi sħiħa.

driverVehicleCharacteristics

Ma jintużax

Ma jintużax.

layoutId

Ma jintużax

Ma jintużax.

preStoredLayoutId

Ma jintużax

Ma jintużax.

roadSignCodes

Obbligatorju

Dan għandu jinkludi d-definizzjoni tal-kodiċi tas-sinjali tat-triq. Dan jippermetti opzjonijiet differenti li jindikaw katalogi ta’ pittogrammi differenti.

Dan il-komponent jispeċifika liema sinjali tat-triq huma applikabbli għal żona ta’ rilevanza. Il-kodiċijiet tas-sinjali tat-triq jiddependu fuq l-iskema ta’ klassifikazzjoni msemmija.

Jistgħu jiżdiedu attributi addizzjonali mal-kodiċi tas-sinjali tat-triq, kif ipprovdut mill-opzjonijiet.

Lista ta’ 1..4 ta’ RSCode

RSCode

Obbligatorju

Dan jinkludi layoutComponentId u kodiċi.

layoutComponentId

Ma jintużax

Dan il-qafas tad-data jista’ jintuża biex l-RSCode jiġi assoċjat mal-komponent ta’ tqassim tat-tqassim imsemmi.

code

Obbligatorju

Għall-ikkowdjar tas-sinjali, għandu jintuża [ISO/TS 14 823].

ISO 14823Code

Obbligatorju

Għall-ikkowdjar tas-sinjali, għandu jintuża [ISO/TS 14 823].

Dan il-qafas tad-data jinkludi bosta DFs u DEs.

Dan jinkludi pictogramCode (countryCode, serviceCategorycode u pictogramCategoryCode).

L-attributi SET (sezzjoni) u NOL (numru tal-korsija) mhumiex appoġġati, minħabba li jidduplikaw informazzjoni li hi diġà appoġġata fil-kontenitur tal-applikazzjoni.

extraText ((1..4),...)

Fakultattiv

Lista ta’ linji ta’ test assoċjati mal-lista organizzata ta’ kodiċijiet tas-sinjali tat-triq. Kull biċċa tinkludi l-kodiċi tal-lingwa u test addizzjonali ta’ daqs limitat, fil-lingwa magħżula bl-użu tat-test DF.

Nota: Dan id-DF jista’ jitgħabba b’mod eċċessiv b’mod sikur biex jinkludi aktar linji ta’ test.

3.7.3.Servizz ta’ Topoloġija tal-Korsija tat-Triq (RLT)

Is-servizz RLT juża s-servizzi pprovduti mill-entitajiet ta’ protokoll tas-saff tan-networking u tat-trasport tal-ITS biex ixerred l-RLT.

Dan jinkludi t-topoloġija tal-korsiji għal vetturi, roti, parkeġġ, trasport pubbliku u l-perkorsi għal, pereżempju, qsim pedonali, kif ukoll il-manuvri possibbli f’żona ta’ intersezzjoni jew segment ta’ triq. F’titjib fil-futur, il-mappa diġitali se tinkludi deskrizzjonijiet tat-topoloġija addizzjonali, bħar-roundabouts tat-traffiku.

(162)L-intestaturi tal-MAPEM għandhom jiġu speċifikati f’[ETSI TS 102 894-2].

(163)L-elementi tad-data, l-oqfsa tad-data u l-parametri tas-servizz tal-MAPEM għandhom jiġu ssettjati b’konformità mat-Tabella 6.

Tabella 6: Elementi tad-data tal-MAPEM

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

mapData

DF

Obbligatorju

**

timeStamp

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

**

msgIssue Revision

DE

Obbligatorju

Obbligatorju u ssettjat għal 0. Kif iddefinit f’[ISO TS 19091].

**

layerType

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

**

layerID

DE

Fakultattiv

Fakultattiv. Kif iddefinit f’[ISO TS 19091].

**

intersections
(1..32)

DF

Obbligatorju

IntersectionGeometryList::= SEQUENCE (SIZE(1..32)) OF IntersectionGeometry (ara t-Tabella 6.1)

Obbligatorju għas-servizzi tas-C-ITS ta’ Manuvra tas-Sinjali tat-Traffiku (TLM)/RLT.

**

roadSegments
(1..32)

DF

Ma jintużax

Ma jintużax. Ma hemmx tfassil ta’ profili ulterjuri tal-elementi tad-data.

**

dataParameters

DF

Fakultattiv

Fakultattiv.

***

processMethod

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

***

processAgency

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

***

lastCheckedDate

DE

Fakultattiv

Fakultattiv, bħala ssss-xx-jj

***

geoidUsed

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

**

restriction List
(1..32)

DF

Fakultattiv

RestrictionClassList::= SEQUENCE (SIZE(1..254)) OF RestrictionClassAssignment (ara t-Tabella 6.3).

Fakultattiv.

**

regional

DE

Ma jintużax

REGION.Reg-MapData.

Ma jintużax.

Tabella 6.1: IntersectionGeometryList -> Intersection Geometry

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

intersectionGeometry

DF

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża “intersections”.

**

name

DE

Fakultattiv

Fakultattiv. Tipikament ikun jista’ jinqara mill-bnedminu jista’ jiġi rikonoxxut mill-awtorità tat-toroq.

**

id

DF

Obbligatorju

(IntersectionReferenceID)

Obbligatorju. Irid ikun l-istess bħal fl-iSPATEM. Il-kombinament ta’ region u id jrid ikun uniku f’pajjiż.

***

region

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

***

id

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

**

revision

DE

Obbligatorju

Obbligatorju. In-numru ta’ reviżjoni jrid jiżdied b’wieħed kull darba li jinbidel il-MapData ta’ din l-intersezzjoni. In-numri ta’ reviżjoni tal-iSPATEM u tal-MAPEM iridu jkunu l-istess, biex jiġi indikat li tintuża r-reviżjoni tal-MAPEM il-korretta. Kif iddefinit f’[ISO TS 19091].

**

refPoint

DF

Obbligatorju

Obbligatorju.

***

lat

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

***

long

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

***

elevation

DE

Ma jintużax

Ma jintużax. Sostitwit b’regional Reg-Position3D.

***

regional

DF

Fakultattiv

REGION.Reg-Position3D.

Fakultattiv. Meta jingħata, jipprovdi l-altitudni.

****

altitude

DF

Obbligatorju

Obbligatorju. Jikkonsisti minn altitudeValue u altitudeConfidence

*****

altitudeValue

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

*****

altitudeConfidence

DE

Fakultattiv

Obbligatorju; meta ma jkunx disponibbli, issettjah għal (15) = mhux disponibbli.

**

laneWidth

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

**

speedLimits
(1..9)

DF

Fakultattiv

SpeedLimitList::= SEQUENCE (SIZE(1..9)) OF RegulatorySpeedLimit (ara t-Tabella 6.2).

Fakultattiv.

**

laneSet
(1..255)

DF

Obbligatorju

LaneList::= SEQUENCE (SIZE(1..255)) OF GenericLane (ara t-Tabella 6.4).

Obbligatorju.

**

preemptPriorityData
(1..32)

DF

Ma jintużax

Ma jintużax. Ma hemmx tfassil ta’ profili ulterjuri tal-elementi tad-data.

**

Regional

DF

Ma jintużax

REGION.Reg- IntersectionGeometry). Ma jintużax.

Tabella 6.2: SpeedLimitList -> RegulatorySpeedLimit

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

regulatory SpeedLimit

DF

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża “speedLimits”.

**

type

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

**

speed

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

Tabella 6.3: RestrictionClassList -> RestrictionClassAssignment

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

restriction ClassAssignment

DF

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża restrictionList.

**

id

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

**

users

DF

Obbligatorju

RestrictionUserTypeList::= SEQUENCE (SIZE(1..16)) OF RestrictionUserType

Obbligatorju.

***

restrictionUserType

DF

Obbligatorju

****

basicType

DE

Fakultattiv

Użat.

****

regional
(1..4)

DF

Fakultattiv

REGION.Reg-RestrictionUserType-addGrpC. Il-forniment ta’ restrizzjonijiet fuq l-emissjonijiet hu fakultattiv.

*****

emission

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

Tabella 6.4: LaneList -> GenericLane

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

genericLane

DF

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża “laneSet”.

**

laneID

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

**

name

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

**

ingressApproach

DE

Fakultattiv

Fakultattiv. Jekk jintużaw, l-approċċi tad-dħul u tal-ħruġ tal-istess driegħ ikollhom l-istess ApproachID.

**

egressApproach

DE

Fakultattiv

Fakultattiv. Jekk jintużaw, l-approċċi tad-dħul u tal-ħruġ tal-istess driegħ ikollhom l-istess ApproachID.

**

laneAttributes

DF

Obbligatorju

Obbligatorju.

***

directional Use

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

***

sharedWith

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

Bil-bits kif iddefinit: overlappingLaneDescriptionProvided(0) multipleLanesTreatedAsOneLane(1)

-- mhux permess fil-profil, billi jridu jiġu deskritti l-korsiji kollha.

otherNonMotorizedTrafficTypes(2)

-- eż. miġbudmiż-żwiemel

individualMotorizedVehicleTraffic(3)

-- karozzi tal-passiġġieri

busVehicleTraffic(4)

taxiVehicleTraffic(5)

pedestriansTraffic(6)

cyclistVehicleTraffic(7)

trackedVehicleTraffic(8) pedestrianTraffic(9)
-- uża 6 minflok (żball)

***

laneType

DF

Obbligatorju

Obbligatorju. Jintuża f’dan il-profil:

vehicle

crosswalk

bikeLane

trackedVehicle

-- ara [ISO TS 19091] għal eżempji ta’ qsim pedonali.

****

Vehicle

DE

Fakultattiv

Fakultattiv (għażla).

****

crosswalk

DE

Fakultattiv

Fakultattiv (għażla).

****

bikeLane

DE

Fakultattiv

Fakultattiv (għażla).

****

sidewalk

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

****

median

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

****

striping

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

****

trackedVehicle

DE

Fakultattiv

Fakultattiv (għażla).

****

parking

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

***

regional

DF

Ma jintużax

Reg-laneAttributes. Ma jintużax.

**

maneuvers

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

**

nodeList

DF

Obbligatorju

Obbligatorju.

***

nodes

(2..63)

DF

Obbligatorju

NodeSetXY::= SEQUENCE (SIZE(2..63)) OF NodeXY (ara t-Tabella 6.5)

Obbligatorju jekk jintuża “nodeList”.

L-użu rrakkomandat għal korsiji b’liwjiet hu li jiżdied nodu addizzjonali meta l-linja taċ-ċentru tal-GenericLane tiddevja b’aktar minn 0.5 m mil-linja taċ-ċentru reali.

***

computed

DF

Ma jintużax

Ma jintużax.

**

connectsTo
(1..16)

DF

Fakultattiv

ConnectsToList::= SEQUENCE (SIZE(1..16)) OF Connection (ara t-Tabella 6.6).

Fakultattiv. Pereżempju għal korsija/i ta’ ħruġ li mhumiex immaniġġjati minn sinjal tat-traffiku.

**

overlays

DF

Ma jintużax

Ma jintużax.

**

regional

DF

Ma jintużax

REGION-Reg-GenericLane. Ma jintużax (sal-ħruġ li ġej ta’ [ISO TS 19091]). Biex jipprovdi ConnectionTrajectory-addGrpC. Rilevanti għax-xenarju tal-każ ta’ użu tal-manuvra ta’ intersezzjoni sikura.

Tabella 6.5: NodeSetXY -> NodeXY

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

nodeXY

DF

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża “nodes”.

**

delta

DF

Obbligatorju

Obbligatorju.

***

node-XY1

DF

Fakultattiv

Fakultattiv (għażla).

DF magħmul minn X u Y, it-tnejn li huma obbligatorji.

***

node-XY2

DF

Fakultattiv

Fakultattiv (għażla).

DF magħmul minn X u Y, it-tnejn li huma obbligatorji.

***

node-XY3

DF

Fakultattiv

Fakultattiv (għażla).

DF magħmul minn X u Y, it-tnejn li huma obbligatorji.

***

node-XY4

DF

Fakultattiv

Fakultattiv (għażla).

DF magħmul minn X u Y, it-tnejn li huma obbligatorji.

***

node-XY5

DF

Fakultattiv

Fakultattiv (għażla).

DF magħmul minn X u Y, it-tnejn li huma obbligatorji.

***

node-XY6

DF

Fakultattiv

Fakultattiv (għażla).

DF magħmul minn X u Y, it-tnejn li huma obbligatorji.

***

node-LatLon

DF

Ma jintużax

Ma jintużax għal intersezzjonijiet. Hu aċċettabbli l-użu għal, pereżempju, awtostradi.

***

regional

DF

Ma jintużax

REGION.Reg-NodeOffsetPointXY.

Ma jintużax.

**

attributes

DF

Fakultattiv

Dan id-DE jipprovdi kwalunkwe attribut fakultattiv meħtieġ. Dan jinkludi bidliet għall-wisa’ u għall-elevazzjoni attwali tal-korsija. L-attributi kollha huma pprovduti fl-ordni tan-nodi (għall-kuntrarju tad-direzzjoni tas-sewqan). Barra minn hekk, l-indikazzjonijiet għax-xellug/għal-lemin mill-attributi jridu jiġu interpretati abbażi tal-ordni tan-nodi.

***

localNode

(1..8)

DF

Fakultattiv

NodeAttributeXYList::=

SEQUENCE (SIZE(1..8)) OF

NodeAttributeXY

Fakultattiv. Skont il-każ. Stopline hu obbligatorju meta jkun preżenti fl-entrata.

****

nodeAttributeXY

DE

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża localNode.

***

disabled

(1..8)

DF

Fakultattiv

SegmentAttributeXYList::=

SEQUENCE (SIZE(1..8)) OF

SegmentAttributeXY

Fakultattiv. Skont il-każ.

****

segmentAttributeXY

DE

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża disabled.

***

enabled

(1..8)

DF

Fakultattiv

SegmentAttributeXYList::=

SEQUENCE (SIZE(1..8)) OF

SegmentAttributeXY

Fakultattiv. Skont il-każ.

****

segmentAttributeXY

DE

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża enabled.

***

data

DF

Fakultattiv

Fakultattiv.

****

pathEndPointAngle

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

****

pathEndPointAngle

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

****

laneCrownPointCenter

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

****

laneCrownPointLeft

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

****

laneCrownPointRight

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

****

laneAngle

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

****

speedLimits (1..9)

DE

Fakultattiv

SpeedLimitList::= SEQUENCE

(SIZE(1..9)) OF

RegulatorySpeedLimit

(ara t-Tabella 6.2).

Fakultattiv (għażla).

****

regional

DF

Ma jintużax

REGION.Reg-
LaneDataAttribute.

Ma jintużax.

***

dWidth

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

***

dElevation

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

***

regional

DF

Ma jintużax

REGION.Reg-NodeAttributeSetXY.
Ma jintużax.

Tabella 6.6: ConnectsToList -> Connection

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

connection

DF

Fakultattiv

Obbligatorju jekk jintuża “connectsTo”.

**

connectingLane

DF

Obbligatorju

Obbligatorju.

***

lane

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

***

maneuver

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

**

remoteIntersection

DF

Fakultattiv

Fakultattiv. Jintuża biss jekk l-intersezzjoni msemmija tkun parti mill-istess MAPEM.

***

Region

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

***

Id

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

**

signalGroup

DE

Fakultattiv

Fakultattiv, billi mhux il-konnessjonijiet kollha jista’ jkollhom signalgroups relatati. Madankollu, għal konnessjonijiet ikkontrollati minn sinjal tat-traffiku, is-signalgroup irid jiġi ssettjat.

**

userClass

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

**

connectionID

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

3.7.4.Servizz TLM

Is-servizz TLM juża s-servizzi pprovduti mill-entitajiet ta’ protokoll tas-saff tan-networking u tat-trasport tal-ITS biex ixerred it-TLM.

Dan jinkludi informazzjoni relatata mas-sikurezza biex jgħin lill-parteċipanti fit-traffiku (vetturi, persuni mixjin, eċċ.) biex jeżegwixxu manuvri sikuri f’żona ta’ intersezzjoni. L-għan hu li d-dħul u l-ħruġ minn “żona ta’ kunflitt” f’intersezzjoni jsiru b’mod ikkontrollat. Is-servizz TLM jipprovdi informazzjoni f’ħin reali dwar l-istati operattivi tal-kontrollur tas-sinjal tat-traffiku, l-istat attwali tas-sinjal, il-ħin residwu tal-istat qabel jibdel għall-istat li jmiss, u l-manuvri permissibbli, kif ukoll jgħin fil-qsim.

(164)L-intestaturi tal-iSPATEM għandhom jiġu speċifikati f’[TS 102 894-2].

(165)L-elementi tad-data, l-oqfsa tad-data u l-parametri tas-servizz tal-iSPATEM għandhom jiġu ssettjati b’konformità mat-Tabella 7.

Tabella 7: Elementi tad-data tal-iSPATEM

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

Spat

DF

Obbligatorju

**

timeStamp

DE

Fakultattiv

Ma jintużax, iżda jinżamm fakultattiv.

**

name

DE

Fakultattiv

Ma jintużax, iżda jinżamm fakultattiv.

**

Intersections

(1..32)

DF

Obbligatorju

IntersectionStateList::= SEQUENCE (SIZE(1..32)) OF IntersectionState (ara t-Tabella 7.1).

Obbligatorju

**

regional (1..4)

DF

Ma jintużax

REGION.Reg-SPAT.

Ma jintużax.

Tabella 7.1: IntersectionStateList -> IntersectionState

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

intersectionState

DF

Obbligatorju

**

name

DE

Fakultattiv

Jintuża, iżda jinżamm fakultattiv.

Ibbażat fuq skema ta’ numerazzjoni użata mill-awtorità tat-toroq.

**

id

DF

Obbligatorju

(IntersectionReferenceID)

Obbligatorju. Irid ikun l-istess bħal fil-MAPEM. Il-kombinament ta’ region u ID jrid ikun uniku f’pajjiż.

***

region

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

***

id

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

**

revision

DE

Obbligatorju

Obbligatorju. In-numru ta’ reviżjoni jrid jiżdied b’wieħed kull darba li jinbidel il-MapData ta’ din l-intersezzjoni. In-numri ta’ reviżjoni tal-iSPATEM u l-MAPEM iridu jkunu l-istess, biex jiġi indikat li tintuża r-reviżjoni tal-MAPEM il-korretta. Kif iddefinit f’[ISO TS 19091].

**

status

DE

Obbligatorju

Obbligatorju. Abbażi ta’ EN 12675, tipikament jintużaw:

manualControlIsEnabled(0);

fixedTimeOperation(5);

trafficDependentOperation(6);

standbyOperation(7);

failureMode(8).

**

moy

DE

Obbligatorju

Obbligatorju. Jintuża wkoll biex jivvalida l-ħin ta’ referenza tat-TimeMarks.

**

timeStamp

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

**

enabledLanes

DF

Fakultattiv

Obbligatorju jekk il-bit ta’ revocableLane tintuża fi kwalunkwe waħda mid-deskrizzjonijiet tal-korsija; inkella ma jintużax.

**

states

(1..16)

DF

Obbligatorju

MovementList::= SEQUENCE (SIZE(1..255)) OF MovementState (ara t-Tabella 7.2).

Obbligatorju.

**

maneuverAs sistList

(1..16)

DF

Ma jintużax

ManeuverAssistList::= SEQUENCE (SIZE(1..16)) OF ConnectionManeuverAssist (ara t-Tabella 7.5).

Ma jintużax, għalhekk ma jsirx tfassil ta’ profili ulterjuri fuq dan il-livell.

**

Regional (1..4)

DF

Fakultattiv

REGION.Reg-IntersectionState.

Fakultattiv, biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mas-sistemi ta’ prijoritizzazzjoni tat-trasport pubbliku eżistenti.

Tabella 7.2: MovementList -> MovementState

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

movementState

DF

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża “states”.

**

movementName

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

**

signalGroup

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

**

state-time- speed

DF

Obbligatorju

MovementEventList::= SEQUENCE (SIZE(1..16)) OF MovementEvent.

Obbligatorju (1-16).

(ara t-Tabella 7.3).

**

maneuverAssistList

(1..16)

DF

Fakultattiv

ManeuverAssistList::= SEQUENCE (SIZE(1..16)) OF ConnectionManeuverAssist (ara t-Tabella 7.5).

Fakultattiv.

**

regional

(1..4)

DF

Ma jintużax

REGION.Reg-MovementState.

Ma jintużax.

Tabella 7.3: MovementEventList -> MovementEvent

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

movementEvent

DF

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża “state-time-speed”.

**

eventState

DE

Obbligatorju

Obbligatorju u ddefinit kif ġej:

(0)mhux disponibbli (mhux magħruf jew żball);

(1)mudlam (ma jintużax fl-UE);

(2)ieqaf-imbagħad-Ipproċedi (eż. dawl aħmar ikkombinat ma’ sinjal tat-triq bi vleġġa ħadra għall-moviment ta’ dawran);

(3)ieqaf-u-stenna (eż. dawl aħmar);

(4)qabel-Moviment (eż. aħmar/oranġjo kif jintużaw f’xi pajjiżi tal-UE qabel is-sinjal l-aħdar);

(5)Moviment-permissiv-Permess (eż. dawl aħdar “sħiħ”, b’kunflitt potenzjali tat-traffiku, speċjalment waqt dawran);

(6)Moviment-protett-Permess (eż. dawl bi “vleġġa” ħadra, b’ebda traffiku jew persuni mixjin f’kunflitt waqt li jaqsmu ż-żona ta’ kunflitt);

(7)approvazzjoni permissiva (eż. dawl oranġjo “sħiħ”, lesti biex tieqaf. Tintuża wara stat ta’ sinjal “aħdar”);

(8)approvazzjoni protetta (eż. dawl bi “vleġġa” oranġjo, lesti biex tieqaf (direzzjonali). Tintuża wara stat ta’ sinjal ta’ “vleġġa ħadra”);

(9)attenzjoni-Traffiku-Konfliġġenti (eż. dawl oranġjo jteptep; ipproċedi b’attenzjoni, jista’ jkun preżenti traffiku konfliġġenti fiż-żona ta’ kunflitt tal-intersezzjoni).

**

timing

DF

Fakultattiv

Fakultattiv. Pereżempju, id-data dwar il-kronometraġġ tista’ ma tkunx disponibbli meta l-“istatus” ikun 0, 1 jew 9.

TimeMarks kollha huma ddefiniti bħala offset għas-siegħa sħiħa UTC (ara [ISO TS 19091]) u mhux għas-sikurezza funzjonali, iżda informattivi b’relazzjoni għall-kronometraġġ tas-sinjali. likelyTime b’kunfidenza jew minEndTime b’maxEndTime it-tnejn huma miżuri għall-probabbiltà, u jistgħu jintużaw b’mod interkambjabbli, skont id-disponibbiltà.

***

startTime

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

***

minEndTime

DE

Obbligatorju

Obbligatorju. Valur konfigurat jew ikkalkulat minn qabel bi probabbiltà għolja, iżda xi kultant ma jkunx disponibbli (36001). Pereżempju, f’każijiet ta’ kontroll tal-ħin fiss, ikun identiku għal maxEndTime, li jindika probabbiltà għolja.

***

maxEndTime

DE

Obbligatorju

Obbligatorju. Valur konfigurat minn qabel jew ikkalkulat bi probabbiltà għolja, iżda xi kultant ma jkunx disponibbli (36001). Pereżempju, f’każijiet ta’ kontroll tal-ħin fiss, ikun identiku għal minEndTime, li jindika probabbiltà għolja.

***

likelyTime

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

***

confidence

DE

Fakultattiv

Obbligatorju jekk jiġi pprovdut likelyTime.

Id-definizzjoni ta’ “kunfidenza” fl-istandard bażi mhux utilizzabbli. Minflok, il-kunfidenza hi ddefinita mid-devjazzjoni standard (sigma) tal-likelyTime f’sekondi. Il-valur ipprovdut minn dan l-element ta’ data, bejn 0 u 15, jirrappreżenta 1 sigma (approssimata). 15 = mhux magħruf. Għalhekk, ma tintużax it-tabella ta’ konverżjoni bil-probabbiltajiet, kif ipprovduta f’SAE J2735.

Bil-preżunzjoni ta’ distribuzzjoni normali u devjazzjoni standard ta’ 3.6 sekondi, il-likelyTime huwa:

bejn 26 u 34 sekonda (1 sigma), bi probabbiltà ta’ 68.27 %;

bejn 22 u 38 sekonda (2 sigma), bi probabbiltà ta’ 95.44 %;

bejn 18 u 42 sekonda (3 sigma), bi probabbiltà ta’ 99.73 %.

***

nextTime

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

**

speeds

(1..16)

DF

Fakultattiv

AdvisorySpeedList::= SEQUENCE (SIZE(1..16)) OF AdvisorySpeed (ara t-Tabella 7.4).

Fakultattiv.

**

regional

(1..4)

DF

Fakultattiv

REGION.Reg-MovementEvent, Fakultattiv.

Tabella 7.4: AdvisorySpeedList -> AdvisorySpeed

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

advisorySpeed

DF

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża “speeds”.

**

type

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

greenwave(1) = veloċità għal sekwenza ta’ intersezzjonijiet ikkoordinati (ripetuta f’kull intersezzjoni).

ecoDrive(2) = velocità għall-intersezzjoni attwali.

transit(3) = ristrett għal tip ta’ vettura speċifika.

**

speed

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

**

confidence

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

**

distance

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

Ma jintużax għal greenwave(1). F’każijiet oħra, id-distanza hi speċifikata upstream mill-iżbarra tal-waqfien tul il-korsija tal-ingress.

**

class

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

**

regional
(1..4)

DF

Ma jintużax

REGION.Reg-AdvisorySpeed.

Ma jintużax.

Tabella 7.5: ManeuverAssistList -> ConnectionManeuverAssist

Livell

Isem

Tip

Użu

Użu

*

connection ManeuverAssist

DF

Obbligatorju

Obbligatorju jekk jintuża “maneuverAssistList”.

**

connectionID

DE

Obbligatorju

Obbligatorju.

**

queueLength

DE

Fakultattiv

Fakultattiv.

**

availableStorageLength

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

**

waitOnStop

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

**

pedBicycleDetect

DE

Ma jintużax

Ma jintużax.

**

regional

(1..4)

DF

Ma jintużax

REGION.Reg-ConnectionManeuverAssist.

Ma jintużax.

Top

WERREJ

1.Introduzzjoni9

1.1.Ħarsa ġenerali u l-ambitu ta’ din il-politika9

1.2.Definizzjonijiet u akronimi11

1.3.Parteċipanti tal-PKI13

1.3.1.Introduzzjoni13

1.3.2.Awtorità tal-politika taċ-ċertifikati tas-C-ITS16

1.3.3.Maniġer tal-lista ta’ fiduċja17

1.3.4.Awditur akkreditat tal-PKI17

1.3.5.Punt ta’ kuntatt tas-C-ITS (CPOC)17

1.3.6.Rwoli operazzjonali18

1.4.Użu taċ-ċertifikat18

1.4.1.Dominji applikabbli tal-użu18

1.4.2.Limiti tar-responsabbiltà19

1.5.Amministrazzjoni tal-politika taċ-ċertifikati19

1.5.1.Aġġornament tas-CPSs tas-CAs elenkati fl-ECTL19

1.5.2.Proċeduri tal-approvazzjoni tas-CPS20

2.Responsabbiltajiet ta’ pubblikazzjoni u repożitorju20

2.1.Metodi għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni taċ-ċertifikati20

2.2.Żmien jew frekwenza tal-pubblikazzjoni21

2.3.Repożitorji21

2.4.Kontrolli tal-aċċess fuq ir-repożitorji21

2.5.Pubblikazzjoni tal-informazzjoni taċ-ċertifikat22

2.5.1.Pubblikazzjoni tal-informazzjoni taċ-ċertifikat mit-TLM22

2.5.2.Pubblikazzjoni tal-informazzjoni taċ-ċertifikat mis-CAs22

3.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni23

3.1.Għoti tal-isem23

3.1.1.Tipi ta’ isem23

3.1.1.1.Ismijiet għal TLM, root CAs, EAs, AAs23

3.1.1.2.Ismijiet għall-entitajiet aħħarija23

3.1.1.3.Identifikazzjoni taċ-ċertifikati23

3.1.2.Ħtieġa li l-ismijiet ikunu sinifikattivi23

3.1.3.Anonimità u psewdonimità tal-entitajiet aħħarija23

3.1.4.Regoli għall-interpretazzjoni ta’ diversi forom ta’ ismijiet23

3.1.5.Uniċità tal-ismijiet24

3.2.Validazzjoni tal-identità inizjali24

3.2.1.Metodu biex tingħata prova tal-pussess tal-kjavi privata24

3.2.2.Awtentikazzjoni tal-identità tal-organizzazzjoni24

3.2.2.1.Awtentikazzjoni tal-identità tal-organizzazzjoni tar-root CAs24

3.2.2.2.Awtentikazzjoni tal-identità tal-organizzazzjoni tat-TLM25

3.2.2.3.Awtentikazzjoni tal-identità tal-organizzazzjoni tas-sub-CAs25

3.2.2.4.Awtentikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-abbonat tal-entitajiet aħħarija26

3.2.3.Awtentikazzjoni tal-entità individwali26

3.2.3.1.Awtentikazzjoni tal-entità individwali tat-TLM/CA26

3.2.3.2.Awtentikazzjoni tal-identità tal-abbonat tal-istazzjonijiet tas-C-ITS27

3.2.3.3.Awtentikazzjoni tal-identità tal-istazzjonijiet tas-C-ITS27

3.2.4.Informazzjoni mhux verifikata dwar l-abbonat27

3.2.5.Validazzjoni tal-awtorità27

3.2.5.1.Validazzjoni ta’ TLM, root CA, EA, AA27

3.2.5.2.Validazzjoni tal-abbonati ta’ stazzjon tas-C-ITS28

3.2.5.3.Validazzjoni tal-istazzjonijiet tas-C-ITS28

3.2.6.Kriterji għall-interoperazzjoni28

3.3.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni għal talbiet tar-rikjavar28

3.3.1.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni għal talbiet ta’ rikjavar ta’ rutina28

3.3.1.1.Ċertifikati tat-TLM28

3.3.1.2.Ċertifikati tar-root CA28

3.3.1.3.Tiġdid jew rikjavar taċ-ċertifikat tal-EA/AA28

3.3.1.4.Kredenzjali għar-reġistrazzjoni tal-entitajiet aħħarija29

3.3.1.5.Biljetti għall-awtorizzazzjoni tal-entitajiet aħħarija29

3.3.2.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni għal talbiet ta’ rikjavar wara r-revoka29

3.3.2.1.Ċertifikati tas-CA29

3.3.2.2.Kredenzjali għar-reġistrazzjoni tal-entitajiet aħħarija29

3.3.2.3.Talbiet għall-awtorizzazzjoni tal-entitajiet aħħarija29

3.4.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni tat-talba ta’ revoka29

3.4.1.Ċertifikati tar-root CA/EA/AA29

3.4.2.Kredenzjali għar-reġistrazzjoni ta’ stazzjon tas-C-ITS30

3.4.3.Biljetti għall-awtorizzazzjoni ta’ stazzjon tas-C-ITS30

4.Rekwiżiti operazzjonali taċ-Ċiklu tal-Ħajja taċ-ċertifikat30

4.1.Applikazzjoni għal ċertifikat30

4.1.1.Min jista’ jippreżenta applikazzjoni għal ċertifikat30

4.1.1.1.Root CAs30

4.1.1.2.TLM31

4.1.1.3.EA u AA31

4.1.1.4.Stazzjon tas-C-ITS31

4.1.2.Proċess ta’ reġistrazzjoni u responsabbiltajiet31

4.1.2.1.Root CAs31

4.1.2.2.TLM32

4.1.2.3.EA u AA32

4.1.2.4.Stazzjon tas-C-ITS32

4.2.Ipproċessar ta’ applikazzjoni għal ċertifikat33

4.2.1.Twettiq ta’ funzjonijiet ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni33

4.2.1.1.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni tar-root CAs33

4.2.1.2.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni tat-TLM33

4.2.1.3.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni tal-EA u l-AA33

4.2.1.4.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni tal-abbonat tal-EE34

4.2.1.5.Biljetti ta’ awtorizzazzjoni34

4.2.2.Approvazzjoni jew rifjut ta’ applikazzjonijiet għal ċertifikat34

4.2.2.1.Approvazzjoni jew rifjut ta’ ċertifikati ta’ root CA34

4.2.2.2.Approvazzjoni jew rifjut ta’ ċertifikat tat-TLM34

4.2.2.3.Approvazzjoni jew rifjut ta’ ċertifikati ta’ EA u AA34

4.2.2.4.Approvazzjoni jew rifjut ta’ EC34

4.2.2.5.Approvazzjoni jew rifjut ta’ AT35

4.2.3.Ħin biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni għal ċertifikat35

4.2.3.1.Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ root CA35

4.2.3.2.Applikazzjoni għal ċertifikat tat-TLM35

4.2.3.3.Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ EA u AA35

4.2.3.4.Applikazzjoni tal-EC35

4.2.3.5.Applikazzjoni għal AT35

4.3.Ħruġ ta’ ċertifikat35

4.3.1.Azzjonijiet tas-CA matul il-ħruġ ta’ ċertifikat35

4.3.1.1.Ħruġ ta’ ċertifikat tar-root CA35

4.3.1.2.Ħruġ ta’ ċertifikat tat-TLM36

4.3.1.3.Ħruġ ta’ ċertifikat tal-EA u tal-AA36

4.3.1.4.Ħruġ ta’ EC36

4.3.1.5.Ħruġ ta’ AT36

4.3.2.Notifika tas-CA lill-abbonat dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati.36

4.4.Aċċettazzjoni taċ-ċertifikat37

4.4.1.Twettiq ta’ aċċettazzjoni taċ-ċertifikat37

4.4.1.1.Root CA37

4.4.1.2.TLM37

4.4.1.3.EA u AA37

4.4.1.4.Stazzjon tas-C-ITS37

4.4.2.Pubblikazzjoni taċ-ċertifikat37

4.4.3.Notifika tal-ħruġ taċ-ċertifikat37

4.5.Par kjavi u użu taċ-ċertifikat37

4.5.1.Kjavi privata u użu taċ-ċertifikat37

4.5.1.1.Kjavi privata u użu taċ-ċertifikat għat-TLM37

4.5.1.2.Kjavi privata u użu taċ-ċertifikati għar-root CAs37

4.5.1.3.Kjavi privata u użu taċ-ċertifikat għal EAs u AAs37

4.5.1.4.Kjavi privata u użu taċ-ċertifikat għall-entità aħħarija38

4.5.2.Kjavi pubblika tal-parti dipendenti u użu taċ-ċertifikat38

4.6.Tiġdid taċ-ċertifikat38

4.7.Rikjavar taċ-ċertifikat38

4.7.1.Ċirkostanzi għar-rikjavar taċ-ċertifikat38

4.7.2.Min jista’ jitlob rikjavar38

4.7.2.1.Root CA38

4.7.2.2.TLM38

4.7.2.3.EA u AA38

4.7.2.4.Stazzjon tas-C-ITS39

4.7.3.Proċess ta’ rikjavar39

4.7.3.1.Ċertifikat tat-TLM39

4.7.3.2.Ċertifikat ta’ root CA39

4.7.3.3.Ċertifikati tal-EA u l-AA39

4.7.3.4.Ċertifikati ta’ stazzjon tas-C-ITS40

4.8.Modifika taċ-ċertifikat40

4.9.Revoka u sospensjoni taċ-ċertifikat40

4.10.Servizzi tal-istatus taċ-ċertifikat40

4.10.1.Karatteristiċi operazzjonali40

4.10.2.Disponibbiltà tas-servizz40

4.10.3.Karatteristiċi mhux obbligatorji40

4.11.Tmiem l-abbonament40

4.12.Kjavi miżmuma minn terzi u rkupru tal-kjavi40

4.12.1.Abbonat40

4.12.1.1.Liema par kjavi jista’ jinżamm minn terzi40

4.12.1.2.Min jista’ jippreżenta applikazzjoni għall-irkupru40

4.12.1.3.Proċess ta’ rkupru u responsabbiltajiet40

4.12.1.4.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni40

4.12.1.5.Approvazzjoni jew rifjut ta’ applikazzjonijiet għall-irkupru40

4.12.1.6.Azzjonijiet KEA u KRA matul l-irkupru tal-par kjavi41

4.12.1.7.Disponibbiltà ta’ KEA u KRA41

4.12.2.Inkapsulament tal-kjavi tas-sessjoni u politika u prattiki tal-irkupru41

5.Kontrolli tal-faċilità, tal-immaniġġjar u operazzjonali41

5.1.Kontrolli fiżiċi41

5.1.1.Post tas-sit u kostruzzjoni41

5.1.1.1.Root CA, CPOC, TLM41

5.1.1.2.EA/AA42

5.1.2.Aċċess fiżiku42

5.1.2.1.Root CA, CPOC, TLM42

5.1.2.2.EA/AA43

5.1.3.Enerġija u arja kundizzjonata43

5.1.4.Esponimenti għall-ilma43

5.1.5.Prevenzjoni u protezzjoni min-nar44

5.1.6.L-immaniġġjar tal-midja44

5.1.7.Rimi tal-iskart44

5.1.8.Backup mhux fuq il-post44

5.1.8.1.Root CA, CPOC u TLM44

5.1.8.2.EA/AA45

5.2.Kontrolli proċedurali45

5.2.1.Rwoli fdati45

5.2.2.Numru ta’ persuni meħtieġa għal kull kompitu45

5.2.3.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ kull rwol46

5.2.4.Rwoli li jeħtieġu separazzjoni tad-dmirijiet46

5.3.Kontrolli tal-persunal47

5.3.1.Kwalifiki, esperjenza u rekwiżiti ta’ approvazzjoni tas-sigurtà47

5.3.2.Proċeduri ta’ verifika tal-kondotta47

5.3.3.Rekwiżiti ta’ taħriġ48

5.3.4.Frekwenza u rekwiżiti tat-taħriġ mill-ġdid48

5.3.5.Frekwenza u sekwenza tar-rotazzjoni tax-xogħol48

5.3.6.Sanzjonijiet għal azzjonijiet mhux awtorizzati48

5.3.7.Rekwiżiti tal-kuntrattur indipendenti49

5.3.8.Dokumentazzjoni fornuta lill-persunal49

5.4.Proċeduri ta’ reġistrazzjoni tal-awditjar49

5.4.1.Tipi ta’ avvenimenti li għandhom jiġu rreġistrati u rrapportati minn kull CA49

5.4.2.Frekwenza tal-ipproċessar tar-reġistru50

5.4.3.Perjodu ta’ żamma għar-reġistru tal-awditjar50

5.4.4.Protezzjoni tar-reġistru tal-awditjar51

5.4.5.Proċeduri ta’ backup għar-reġistru tal-awditjar51

5.4.6.Sistema ta’ ġbir tal-awditjar (interna jew esterna)51

5.4.7.Notifika lis-suġġett li jikkawża l-avveniment51

5.4.8.Valutazzjoni tal-vulnerabbiltà51

5.5.Arkivjar tar-rekords52

5.5.1.Tipi ta’ rekords arkivjati52

5.5.2.Perjodu ta’ żamma għall-arkivju53

5.5.3.Protezzjoni tal-arkivju53

5.5.4.Arkivju u ħażna tas-sistema53

5.5.5.Rekwiżiti għall-ittimbrar tal-ħin tar-rekords54

5.5.6.Sistema ta’ ġbir tal-arkivju (interna jew esterna)54

5.5.7.Proċeduri għall-ksib u l-verifika tal-informazzjoni tal-arkivju54

5.6.Bidla tal-kjavi għall-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS54

5.6.1.TLM54

5.6.2.Root CA54

5.6.3.Ċertifikat tal-EA/AA54

5.6.4.Awditur55

5.7.Kompromess u rkupru minn diżastru55

5.7.1.Immaniġġjar ta’ inċidenti u kompromessi55

5.7.2.Korruzzjoni ta’ riżorsi tal-kompjuter, softwer u/jew data56

5.7.3.Proċeduri ta’ kompromess tal-kjavi privata tal-entità56

5.7.4.Kapaċitajiet tal-kontinwità tan-negozju wara diżastru56

5.8.Tmiem u trasferiment57

5.8.1.TLM57

5.8.2.Root CA57

5.8.3.EA/AA58

6.Kontrolli tas-sigurtà teknika58

6.1.Ġenerazzjoni u installazzjoni tal-par kjavi58

6.1.1.TLM, root CA, EA, AA58

6.1.2.EE — stazzjon mobbli tas-C-ITS58

6.1.3.EE — stazzjon fiss tas-C-ITS59

6.1.4.Rekwiżiti kriptografiċi59

6.1.4.1.Algoritmu u tul tal-kjavi – algoritmi tal-firma59

6.1.4.2.Algoritmu u tul tal-kjavi – algoritmi ta’ kriptaġġ għar-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni60

6.1.4.3.Aġilità kriptografika61

6.1.5.Ħażna sigura ta’ kjavi privati61

6.1.5.1.Livell ta’ root CA, sub-CA u TLM61

6.1.5.2.Entità aħħarija62

6.1.6.Backup tal-kjavi privati63

6.1.7.Qerda tal-kjavi privati63

6.2.Data tal-attivazzjoni63

6.3.Kontrolli tas-sigurtà tal-kompjuter63

6.4.Kontrolli tekniċi taċ-ċiklu tal-ħajja63

6.5.Kontrolli tas-sigurtà tan-network63

7.Profili taċ-ċertifikat, CRL u CTL63

7.1.Profil taċ-ċertifikat63

7.2.Validità taċ-ċertifikat64

7.2.1.Ċertifikati psewdonimi65

7.2.2.Biljetti ta’ awtorizzazzjoni għal stazzjonijiet fissi tas-C-ITS65

7.3.Revoka taċ-ċertifikati65

7.3.1.Revoka taċ-ċertifikati tas-CA, l-EA u l-AA65

7.3.2.Revoka tal-kredenzjali għar-reġistrazzjoni66

7.3.3.Revoka tal-biljetti ta’ awtorizzazzjoni66

7.4.Lista tar-revoka taċ-ċertifikati66

7.5.Lista ta’ fiduċja Ewropea taċ-ċertifikati66

8.Awditjar tal-konformità u valutazzjonijiet oħra66

8.1.Suġġetti koperti mill-awditjar u l-bażi tal-awditjar66

8.2.Frekwenza tal-awditjar67

8.3.Identità/kwalifiki tal-awditur67

8.4.Relazzjoni tal-awditur mal-entità awditjata67

8.5.Azzjoni meħuda bħala riżultat ta’ defiċjenza68

8.6.Komunikazzjoni tar-riżultati68

9.Dispożizzjonijiet oħra68

9.1.Tariffi68

9.2.Responsabbiltà finanzjarja69

9.3.Kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali69

9.4.Pjan tal-privatezza69

10.Referenzi69

ANNESS III

1.Introduzzjoni

1.1.Ħarsa ġenerali u l-ambitu ta’ din il-politika

Din il-politika taċ-ċertifikati tiddefinixxi l-mudell ta’ fiduċja Ewropew tas-C-ITS ibbażat fuq l-infrastruttura tal-kjavi pubblika (PKI) fl-ambitu tas-sistema ġenerali tal-UE għall-immaniġġjar tal-kredenzjali tas-sigurtà (CCMS tal-UE). Din tiddefinixxi r-rekwiżiti għall-immaniġġjar taċ-ċertifikati tal-kjavi pubblika għal applikazzjonijiet tas-C-ITS minn entitajiet emittenti u l-użu tagħhom minn entitajiet aħħarija fl-Ewropa. Fl-ogħla livell tagħha, il-PKI hi magħmula minn sett ta’ root CAs “attivati” wara li l-maniġer tal-lista ta’ fiduċja (TLM) idaħħal iċ-ċertifikati tagħhom f’lista ta’ fiduċja Ewropea taċ-ċertifikati (ECTL), li hi maħruġa u ppubblikata mit-TLM tal-entità ċentrali (ara t-taqsimiet 1.2 u 1.3).

Din il-politika torbot lill-entitajiet kollha li jieħdu sehem fis-sistema fdata tas-C-ITS fl-Ewropa. Din tgħin fil-valutazzjoni tal-livell ta’ fiduċja li jista’ jkun stabbilit fl-informazzjoni riċevuta minn xi riċevitur ta’ messaġġ awtentikat minn ċertifikat ta’ entità aħħarija tal-PKI. Biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-fiduċja fiċ-ċertifikati pprovduti mis-CCMS tal-UE, din tistabbilixxi sett ta’ rekwiżiti vinkolanti għat-tħaddim tat-TLM tal-entità ċentrali u l-kumpilazzjoni u l-immaniġġjar tal-ECTL. Minħabba f’hekk, dan id-dokument jirregola l-aspetti li ġejjin relatati mal-ECTL:

·l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni ta’ prinċipali li jiksbu rwoli tal-PKI għat-TLM, inkluż dikjarazzjonijiet tal-privileġġi allokati għal kull rwol;

·rekwiżiti minimi għal prattiki tas-sigurtà lokali għat-TLM, inkluż kontrolli fiżiċi, tal-persunal u proċedurali;

·rekwiżiti minimi għal prattiki tas-sigurtà teknika għat-TLM, inkluż is-sigurtà tal-kompjuter, is-sigurtà tan-network u l-kontrolli kriptografiċi tal-inġinerija tal-moduli;

·rekwiżiti minimi għal prattiki operazzjonali għat-TLM, inkluż ir-reġistrazzjoni ta’ ċertifikati ġodda ta’ root CA, it-tneħħija mir-reġistrazzjoni temporanja jew permanenti tar-root CAs eżistenti inklużi, u l-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-aġġornamenti tal-ECTL;

·profil ECTL, inkluż l-entrati kollha obbligatorji u fakultattivi tad-data fl-ECTL, l-algoritmi kriptografiċi li għandhom jintużaw, il-format eżatt tal-ECTL u r-rakkomandazzjonijiet għall-ipproċessar tal-ECTL;

·l-immaniġġjar taċ-ċiklu tal-ħajja taċ-ċertifikat fl-ECTL, inkluż id-distribuzzjoni taċ-ċertifikati fl-ECTL, l-attivazzjoni, l-iskadenza u r-revoka; u

·l-immaniġġjar tar-revoka tal-fiduċja ta’ root CAs fejn meħtieġ.

L-affidabbiltà tal-ECTL ma tiddependix biss fuq l-ECTL stess, iżda fil-biċċa l-kbira tkun tiddependi wkoll fuq ir-root CAs li jiffurmaw il-PKI u s-subCAs tagħhom, u għalhekk din il-politika tistabbilixxi wkoll rekwiżiti minimi li huma obbligatorji għas-CAs parteċipanti kollha (ir-root CAs u s-subCAs). L-oqsma tar-rekwiżiti huma dawn li ġejjin:

·l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni ta’ prinċipali li jiksbu rwoli tal-PKI (eż. uffiċjal tas-sigurtà, uffiċjal tal-privatezza, amministratur tas-sigurtà, amministratur taddirettorju u utent finali), inkluż dikjarazzjoni tad-dmirijiet, tar-responsabbiltajiet, tal-obbligazzjonijiet u tal-privileġġi assoċjati ma’ kull rwol;

·l-immaniġġjar tal-kjavi, inkluż algoritmi aċċettabbli u obbligatorji għalliffirmar taċ-ċertifikati u għalliffirmar tad-data, u l-perjodi ta’ validità taċ-ċertifikati;

·rekwiżiti minimi għal prattiki tas-sigurtà lokali, inkluż kontrolli fiżiċi, tal-persunal u proċedurali;

·rekwiżiti minimi għal prattiki tas-sigurtà teknika bħas-sigurtà tal-kompjuter, is-sigurtà tan-network u l-kontrolli kriptografiċi tal-inġinerija tal-moduli;

·rekwiżiti minimi għal prattiki operazzjonali tasCA, EA, AA u entitajiet aħħarija, inkluż aspetti tarreġistrazzjoni, tat-tneħħija mir-reġistrazzjoni (jiġifieri t-tneħħija mill-elenkar), tar-revoka, tal-kompromess tal-kjavi, tat-tkeċċija għal xi kawża, tal-aġġornament taċ-ċertifikat, tal-prattiki tal-awditjar u tan-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni relatata mal-privatezza;

·profil taċ-ċertifikat u tas-CRL, inkluż il-formati, l-algoritmi aċċettabbli, l-oqsma tad-data obbligatorji u fakultattivi u l-entrati tal-valuri validi tagħhom, u kif il-verifikaturi huma mistennija jipproċessaw iċ-ċertifikati;

·id-dmirijiet ta’ monitoraġġ, rapportar, twissija u restawr regolari tal-entitajiet ta’ mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS biex tiġi stabbilita operazzjoni sigura, inkluż f’każijiet ta’ mġiba ħażina.

Flimkien ma’ dawn ir-rekwiżiti minimi, l-entitajiet li jmexxu r-root CAs u s-subCAs jistgħu jiddeċiedu rekwiżiti addizzjonali tagħhom stess u jistabbilixxuhom fid-dikjarazzjonijiet rilevanti dwar il-prattika taċ-ċertifikat (CPSs), diment li dawn ma jkunux jikkontradixxu r-rekwiżiti stabbiliti fil-politika taċ-ċertifikati. Ara t-taqsima 1.5 għal dettalji dwar kif is-CPSs jiġu awditjati u ppubblikati.

Is-CP tiddikjara wkoll l-għanijiet li għalihom jistgħu jintużaw ir-root CAs, is-subCAs u ċ-ċertifikati maħruġa tagħhom. Din tistabbilixxi r-responsabbiltajiet preżunti minn:

·it-TLM;

·kull root CA li ċ-ċertifikati tagħha huma elenkati fl-ECTL;

·is-subCAs tar-root CA (EA u AA); u

·kull membru jew organizzazzjoni responsabbli għal xi waħda mill-entitajiet tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS, jew li joperawha.

Is-CP tiddefinixxi wkoll obbligi obbligatorji li japplikaw għal:

·it-TLM;

·kull root CA li ċ-ċertifikati tagħha huma elenkati fl-ECTL;

·kull subCA ċċertifikata b’root CA;

·l-entitajiet aħħarija kollha; u

·kull organizzazzjoni membru responsabbli għal xi waħda mill-entitajiet tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS, jew li toperaha.

Finalment, is-CP tistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tad-dokumentazzjoni tal-limitazzjonijiet għar-responsabbiltajiet u l-obbligi fis-CPS ta’ kull root CA li ċ-ċertifikati tagħha huma elenkati fl-ECTL.

Din is-CP hi konformi mal-politika taċ-ċertifikati u mal-qafas tal-prattiki taċ-ċertifikazzjoni adottat mill-Internet Engineering Task Force (IETF) [3].

1.2.Definizzjonijiet u akronimi

Japplikaw id-definizzjonijiet fil-punti [2], [3] u [4].

AA

awtorità tal-awtorizzazzjoni

AT

biljett ta’ awtorizzazzjoni

CA

awtorità taċ-ċertifikazzjoni

CP

politika taċ-ċertifikati

CPA

awtorità tal-politika taċ-ċertifikati tas-C-ITS

CPOC

punt ta’ kuntatt tas-C-ITS

CPS

dikjarazzjoni dwar il-prattika taċ-ċertifikati

CRL

lista tar-revoka taċ-ċertifikati

EA

awtorità tar-reġistrazzjoni

EC

kredenzjali għar-reġistrazzjoni

ECIES

skema integrata ta’ kriptaġġ tal-kurva ellittika

EE

entità aħħarija (jiġifieri stazzjon tas-C-ITS)

ECTL

lista ta’ fiduċja Ewropea taċ-ċertifikati

CCMS tal-UE

sistema tal-immaniġġjar tal-kredenzjali tas-sigurtà tas-C-ITS tal-UE

GDPR

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

HSM

Modulu tas-sigurtà tal-ħardwer

PKI

infrastruttura tal-kjavi pubblika

RA

awtorità tar-reġistrazzjoni

subCA

EA u AA

TLM

maniġer tal-lista ta’ fiduċja



Glossarju

applikant

Il-persuna fiżika jew l-entità ġuridika li tapplika għal ċertifikat (jew li tipprova ġġeddu). Ladarba jinħoloq iċ-ċertifikat inizjali (l-inizjalizzazzjoni), l-applikant jibda jissejjaħ l-abbonat.

Għal ċertifikati maħruġa lill-entitajiet aħħarija, l-abbonat (l-applikant għaċ-ċertifikat) hu l-entità li tikkontrolla jew topera/tmantni l-entità aħħarija li lilha jinħareġ iċ-ċertifikat, anke jekk l-entità aħħarija tkun hi li qed tibgħat it-talba proprja għaċċertifikat.

awtorità tal-awtorizzazzjoni

F’dan id-dokument, it-terminu “awtorità tal-awtorizzazzjoni” (AA) jirreferi mhux biss għall-funzjoni speċifika tal-AA, iżda anki għall-entità ġuridika u/jew operazzjonali li timmaniġġjaha.

awtorità taċ-ċertifikazzjoni

L-awtorità taċ-ċertifikazzjoni root, l-awtorità tar-reġistrazzjoni u l-awtorità tal-awtorizzazzjoni huma kumulattivament imsejħa l-awtorità taċ-ċertifikazzjoni (CA).

mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS

Il-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS hu responsabbli biex jistabbilixxi relazzjoni ta’ fiduċja bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS. Dan jiġi implimentat bl-użu ta’ PKI magħmula minn root CAs, is-CPOC, it-TLM, l-EAs, l-AAs u network sigur.

aġilità kriptografika

Il-kapaċità tal-entitajiet tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS li jadattaw is-CP għal ambjenti li jinbidlu jew għal rekwiżiti futuri ġodda, eż. b’tibdil fl-algoritmi kriptografiċi u fit-tul tal-kjavi matul iż-żmien

modulu kriptografiku

Element sigur ibbażat fuq ilħardwer li fih jiġu ġġenerati u/jew maħżuna kjavi, jiġu ġġenerati numri każwali u tiġi ffirmata jew kriptata id-data.

awtorità tar-reġistrazzjoni

F’dan id-dokument, it-terminu “awtorità tar-reġistrazzjoni” (EA) jirreferi mhux biss għall-funzjoni speċifika tal-EA, iżda anki għall-entità ġuridika u/jew operazzjonali li timmaniġġjaha.

Parteċipanti tal-PKI

Entitajiet tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS, jiġifieri t-TLM, ir-root CAs, l-EAs, l-AAs u l-istazzjonijiet tas-C-ITS.

rikjavar

Dan is-sottokomponent jintuża biex jiddeskrivi ċerti elementi relatati ma’ abbonat jew parteċipant ieħor li jiġġenera par kjavi ġdid u japplika għall-ħruġ ta’ ċertifikat ġdid li jiċċertifika l-kjavi pubblika l-ġdida, kif deskritt fi [3].

repożitorju

Ir-repożitorju użat għall-ħażna taċ-ċertifikati u l-informazzjoni dwar iċ-ċertifikati pprovduti mill-entitajiet tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS, kif definit fit-taqsima 2.3.

awtorità taċ-ċertifikazzjoni root

F’dan id-dokument, it-terminu “awtorità taċ-ċertifikazzjoni root” (CA) jirreferi mhux biss għall-funzjoni speċifika tas-CA, iżda anki għall-entità ġuridika u/jew operazzjonali li timmaniġġjaha.

suġġett

Il-persuna fiżika, l-apparat, is-sistema, l-unità jew l-entità ġuridika identifikati f’ċertifikat bħala s-suġġett, jiġifieri l-abbonat jew apparat fil-kontroll u t-tħaddim tal-abbonat.

abbonat

Persuna fiżika jew entità ġuridika li lilha jinħareġ ċertifikat u li hi marbuta legalment minn abbonat jew minn ftehim dwar it-termini tal-użu.

ftehim tal-abbonat

Ftehim bejn is-CA u l-applikant/l-abbonat li jispeċifika d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-partijiet.

1.3.Parteċipanti tal-PKI

1.3.1.Introduzzjoni

Il-parteċipanti tal-PKI għandhom rwol fil-PKI kif definit minn din il-politika. Sakemm ma jkunx ipprojbit espliċitament, parteċipant jista’ jassumi diversi rwoli fl-istess ħin. Jista’ jkun ipprojbit milli jassumi rwoli speċifiċi fl-istess ħin biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess jew biex tkun żgurata s-segregazzjoni tad-dmirijiet.

Il-parteċipanti jistgħu wkoll jiddelegaw partijiet mir-rwol tagħhom lil entitajiet oħra bħala parti minn kuntratt ta’ servizz. Pereżempju, meta tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-istatus tar-revoka bl-użu ta’ CRLs, is-CA hi wkoll l-emittent tas-CRL iżda tista’ tiddelega r-responsabbiltà għall-ħruġ tas-CRLs lil entità differenti.

Ir-rwoli tal-PKI jikkonsistu minn:

·rwoli awtorevoli, jiġifieri kull rwol hu istanzjat b’mod uniku;

·rwoli operazzjonali, jiġifieri rwoli li jistgħu jiġu istanzjati f’entità waħda jew aktar.

Pereżempju, root CA jista’ jiġi implimentat minn entità kummerċjali, grupp ta’ interess komuni, organizzazzjoni nazzjonali u/jew organizzazzjoni Ewropea.

Il-Grafika 1 turi l-arkitettura tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS ibbażata fuq [2]. L-arkitettura hi deskritta fil-qosor hawnhekk, iżda l-elementi prinċipali huma deskritti f’aktar dettall fit-taqsimiet 1.3.2 sa 1.3.6.

Is-CPA taħtar lit-TLM, li għalhekk hu entità fdata għall-parteċipanti kollha tal-PKI. Is-CPA tapprova l-operazzjoni tar-root CA u tikkonferma li t-TLM jista’ jafda lir-root CA(s). It-TLM joħroġ l-ECTL li jipprovdi il-parteċipanti kollha tal-PKI b’fiduċja fir-root CAs approvati. Ir-root CA toħroġ ċertifikati lill-EA u lill-AA, u b’hekk tipprovdi fiduċja fl-operat tagħhom. L-EA toħroġ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni lill-istazzjonijiet tas-C-ITS mittenti u trażmittenti (bħall-entitajiet aħħarija), u b’hekk tipprovdi fiduċja fl-operazzjoni tagħhom. L-AA toħroġ ATs lill-istazzjonijiet tas-C-ITS abbażi tal-fiduċja fl-EA.

L-istazzjon tas-C-ITS li jirċievi u jittrażmetti (bħala l-parti tat-trażmissjoni) jista’ jafda stazzjonijiet tas-C-ITS oħra, għax l-ATs jinħarġu minn AA li hi fdata minn root CA, li hi fdata mit-TLM u s-CPA.

Ta’ min wieħed jinnota li l-Grafika 1 tiddeskrivi biss il-livell tar-root CA tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS. Id-dettalji tas-saffi ta’ taħt huma pprovduti fit-taqsimiet sussegwenti ta’ din is-CP jew fis-CPS tar-root CAs speċifiċi.

Il-Grafika 2 tipprovdi ħarsa ġenerali tal-flussi tal-informazzjoni bejn il-parteċipanti tal-PKI. It-tikek ħodor jindikaw flussi li jeħtieġu komunikazzjoni bejn magna u oħra. Il-flussi tal-informazzjoni bl-aħmar għandhom rekwiżiti tas-sigurtà definiti.

Il-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS hu bbażat fuq arkitettura b’root CAs multipli, fejn iċ-ċertifikati tar-root CA huma trażmessi perjodikament (kif stabbilit hawn taħt) lill-punt ċentrali ta’ kuntatt (is-CPOC) permezz ta’ protokoll sigur (eż. ċertifikati tal-konnessjoni) iddefinit mis-CPOC.

Ir-root CA tista’ titħaddem minn organizzazzjoni governattiva jew privata. L-arkitettura tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS fiha mill-anqas root CA waħda (ir-root CA tal-UE bl-istess livell bħar-root CAs l-oħra). Ir-root CA tal-UE hi ddelegata mill-entitajiet kollha li jipparteċipaw fil-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS li ma jridux jistabbilixxu r-root CA tagħhom stess. Is-CPOC jittrażmetti ċ-ċertifikati tar-root CA li jirċievi lit-TLM, li hu responsabbli mill-ġbir u mill-iffirmar tal-lista taċ-ċertifikati tar-root CA u biex jibgħathom lura lis-CPOC, li jagħmilhom pubblikament disponibbli għal kulħadd (ara hawn taħt).

Ir-relazzjonijiet ta’ fiduċja bejn l-entitajiet fil-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS huma deskritti fil-grafiki, fit-tabelli u fit-taqsimiet li ġejjin.

Grafika 1: arkitettura tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS

Grafika 2: flussi tal-informazzjoni tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS



ID tal-fluss

Minn

Sa

Kontenut

Referenza

(1).

CPA

TLM

approvazzjoni tal-applikazzjoni tar-root CA

8

(2).

CPA

TLM

informazzjoni dwar ir-revoka tar-root CA

8.5

(3).

CPA

root CA

aġġornamenti tas-CP

1.5

(4).

CPA

root CA

approvazzjoni/rifjut tal-formola tal-applikazzjoni tar-root CA jew it-tibdil fit-talba tas-CPS jew il-proċess tal-awditjar.

8.5, 8.6

(5).

TLM

CPA

notifika ta’ tibdil fl-ECTL

4, 5.8.1

(6).

TLM

CPOC

ċertifikat tat-TLM

4.4.2

(7).

TLM

CPOC

ECTL

4.4.2

(8).

CPOC

TLM

informazzjoni dwar iċ-ċertifikat tar-root CA

4.3.1.1

(9).

CPOC

TLM

revoka taċ-ċertifikat tar-root CA

7.3

(10).

CPOC

l-entitajiet aħħarija kollha

ċertifikat tat-TLM

4.4.2

(11).

root CA

CPOC

informazzjoni dwar iċ-ċertifikat tar-root CA

4.3.1.1

(12).

root CA

CPOC

revoka taċ-ċertifikat tar-root CA

7.3

(13).

root CA

awditur

ordni tal-awditjar

8

(14).

root CA

CPA

formola tal-applikazzjoni tar-root CA — talba inizjali

4.1.2.1

(15).

root CA

CPA

formola tal-applikazzjoni tar-root CA — tibdil tas-CPS

1.5.1

(16).

root CA

CPA

formola tal-applikazzjoni tar-root CA — rapport tal-awditjar

8.6

(17).

root CA

CPA

rapporti tal-inċidenti tar-root CA, inkluż ir-revoka ta’ subCA (EA, AA)

l-Anness III, 7.3.1

(18).

root CA

EA

rispons dwar iċ-ċertifikat tal-EA

4.2.2.3

(19).

root CA

AA

rispons dwar iċ-ċertifikat tal-AA

4.2.2.3

(20).

root CA

Kollha

ċertifikat tal-EA/AA, CRL

4.4.2

(21).

EA

root CA

talba għal ċertifikat tal-EA

4.2.2.3

(22).

EA

Stazzjon tas-C-ITS

rispons dwar il-kredenzjali għar-reġistrazzjoni

4.3.1.4

(23).

EA

AA

rispons dwar l-awtorizzazzjoni

4.2.2.5

(24).

AA

root CA

talba għal ċertifikat tal-AA

4.2.2.3

(25).

AA

EA

talba ta’ awtorizzazzjoni

4.2.2.5

(26).

AA

Stazzjon tas-C-ITS

rispons dwar il-biljett tal-awtorizzazzjoni

4.3.1.5

(27).

EA

root CA

preżentazzjoni tat-talba

4.1.2.3

(28).

AA

root CA

preżentazzjoni tat-talba

4.1.2.3

(29).

root CA

EA

rispons

4.12 u 4.2.1

(30).

root CA

AA

rispons

4.12 u 4.2.1

(31).

Stazzjon tas-C-ITS

EA

talba għall-kredenzjali għar-reġistrazzjoni

4.2.2.4

(32).

Stazzjon tas-C-ITS

AA

talba għall-biljett tal-awtorizzazzjoni

4.2.2.5

(33).

manifattur / operatur

EA

reġistrazzjoni

4.2.1.4

(34).

manifattur / operatur

EA

diżattivazzjoni

7.3

(35).

EA

manifattur / operatur

rispons

4.2.1.4

(36).

awditur

root CA

rapport

8.1

(37).

kollha

CPA

talbiet għal tibdil fis-CP

1.5

(38).

TLM

CPA

formola tal-applikazzjoni

4.1.2.2

(39).

CPA

TLM

approvazzjoni/rifjut

4.1.2.2

(40).

TLM

CPA

rapport tal-awditjar

4.1.2.2

Tabella 1:    Deskrizzjoni dettaljata tal-flussi tal-informazzjoni fil-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS

1.3.2.Awtorità tal-politika taċ-ċertifikati tas-C-ITS

(1)L-awtorità tal-politika taċ-ċertifikati tas-C-ITS (CPA) hi magħmula mir-rappreżentanti tal-partijiet konċernati pubbliċi u privati (eż. Stati Membri, manifatturi tal-vetturi, eċċ.) li jipparteċipaw fil-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS. Din responsabbli għal żewġ subirwoli:

(1)l-immaniġġjar tal-politika taċ-ċertifikati, inkluż:

·l-approvazzjoni ta’ din is-CP u tat-talbiet futuri għal tibdil fis-CP;

·id-deċiżjoni dwar ir-reviżjoni tat-talbiet għal tibdil fis-CP u tar-rakkomandazzjonijiet ippreżentati minn parteċipanti jew entitajiet oħra tal-PKI;

·id-deċiżjoni dwar ir-rilaxx ta’ verżjonijiet ġodda tas-CP;

(2)l-immaniġġjar tal-awtorizzazzjoni tal-PKI, inkluż:

·id-definizzjoni, id-deċiżjoni u l-pubblikazzjoni tal-approvazzjoni tas-CPS u l-proċeduri tal-awditjar tas-CA (kollettivament imsejħa “proċeduri tal-approvazzjoni tas-CA”);

·l-awtorizzazzjoni tas-CPOC biex jopera u jirrapporta regolarment;

·l-awtorizzazzjoni tat-TLM biex jopera u jirrapporta regolarment;

·l-approvazzjoni tas-CPS tar-root CA, jekk tkun konformi mas-CP komuni u valida;

·l-iskrutinju tar-rapporti tal-awditjar mill-awditur akkreditat tal-PKI għar-root CAs kollha;

·in-notifika litTLM dwar il-lista tar-root CAs approvati jew mhux approvati u ċ-ċertifikati tagħhom abbażi tar-rapporti riċevuti tal-approvazzjoni tar-root CAs u rapporti regolari tal-operazzjonijiet.

(2)Ir-rappreżentant awtorizzat tas-CPA hu responsabbli mill-awtentikazzjoni tar-rappreżentant awtorizzat tat-TLM u mill-approvazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni għall-proċess tar-reġistrazzjoni tat-TLM. Is-CPA hi responsabbli biex tawtorizza lit-TLM jopera kif imsemmi f’din it-taqsima.

1.3.3.Maniġer tal-lista ta’ fiduċja

(3)It-TLM hu entità waħda maħtura mis-CPA.

(4)It-TLM hu responsabbli:

·biex iħaddem lECTL skont is-CP komuni valida u jirrapporta b’mod regolari dwar l-attività lis-CPA għall-operazzjoni sigura ġenerali tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS;

·biex jirċievi ċ-ċertifikati tar-root CA mis-CPOC;

·biex jinkludi/jeskludi ċ-ċertifikati tar-root CA fl-ECTL man-notifika mis-CPA;

·biex jiffirma l-ECTL; u

·mit-trażmissjoni regolari u f’waqtha tal-ECTL lis-CPOC.

1.3.4.Awditur akkreditat tal-PKI

(5)L-awditur akkreditat tal-PKI hu responsabbli minn:

·it-twettiq jew l-organizzazzjoni tal-awditjar tar-root CAs, tat-TLM u tas-subCAs; u

·id-distribuzzjoni tar-rapport tal-awditjar (minn awditjar inizjali jew perjodiku) lis-CPA b’konformità mar-rekwiżiti fit-taqsima 8 hawn taħt. Ir-rapport tal-awditjar għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet mill-awditur akkreditat tal-PKI;

·biex jinnotifika lill-entità li timmaniġġja r-root CA dwar it-twettiq b’suċċess jew bla suċċess ta’ awditjar inizjali jew perjodiku tas-subCAs;

·jivvaluta l-konformità tas-CPSs ma’ din is-CP.

1.3.5.Punt ta’ kuntatt tas-C-ITS (CPOC)

(6)Is-CPOC hu entità waħda maħtura mis-CPA. Ir-rappreżentant awtorizzat tas-CPA hu responsabbli mill-awtentikazzjoni tar-rappreżentant awtorizzat tas-CPOC u mill-approvazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni għall-proċess tar-reġistrazzjoni tas-CPOC. Is-CPA hi responsabbli biex tawtorizza lis-CPOC jopera kif stabbilit f’din it-taqsima.

(7)Is-CPOC hu responsabbli biex:

·jistabbilixxi u jikkontribwixxi għall-iskambju sigur tal-komunikazzjoni bejn l-entitajiet kollha tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS b’mod effiċjenti u veloċi;

·jirrevedi talbiet għal tibdil proċedurali u rakkomandazzjonijiet ippreżentati minn parteċipanti oħra tal-mudell ta’ fiduċja (eż. ir-root CAs);

·jittrażmetti ċ-ċertifikati tar-root CAs lit-TLM;

·jippubblika l-ankra komuni ta’ fiduċja (il-kjavi pubblika attwali u ċ-ċertifikat tal-konnessjoni tat-TLM); u

·jippubblika l-ECTL.

Dettalji sħaħ tal-ECTL jinsabu fit-taqsima 7.

1.3.6.Rwoli operazzjonali

(8)L-entitajiet li ġejjin, iddefiniti fi [2], jaqdu rwol operazzjonali, kif definit fl-RFC 3647:

Element funzjonali

Rwol PKI ([3] u [4])

Rwol dettaljat ([2])

awtorità taċ-ċertifikazzjoni root

CA/RA (awtorità tar-reġistrazzjoni)

Tipprovdi prova lill-EA u lill-AA biex tkun tista’ toħroġ ECs jew ATs

awtorità tar-reġistrazzjoni

abbonat għar-root CA / suġġett taċ-ċertifikat tal-EA

CA/RA

tawtentika stazzjon tas-C-ITS u tagħtih aċċess għall-komunikazzjonijiet tal-ITS

awtorità tal-awtorizzazzjoni

abbonat għar-root CA / suġġett taċ-ċertifikat tal-AA

CA/RA

tipprovdi stazzjon tas-C-ITS bi prova awtorevoli li jista’ juża servizzi speċifiċi tal-ITS

stazzjon tas-C-ITS mittenti

suġġett taċ-ċertifikat (EC) tal-entità aħħarija (EE)

takkwista drittijiet mill-EA biex taċċessa l-komunikazzjonijiet tal-ITS

tinnegozja d-drittijiet mill-AA biex tinvoka s-servizzi tal-ITS

tibgħat messaġġi ta’ komunikazzjoni single-hop u trażmessi

stazzjon tas-C-ITS tat-trażmissjoni (li jgħaddi l-messaġġ)

parti tat-trażmissjoni / suġġett taċ-ċertifikat tal-EE

tirċievi messaġġ ta’ komunikazzjoni mill-istazzjon tas-C-ITS mittenti u tgħaddih lill-istazzjon tas-C-ITS riċeventi jekk ikun meħtieġ

stazzjon tas-C-ITS riċeventi

parti tat-trażmissjoni

tirċievi messaġġi ta’ komunikazzjoni mill-istazzjon tas-C-ITS mittenti jew trażmittenti

manifattur

abbonat għall-EA

jinstalla l-informazzjoni meħtieġa għall-immaniġġjar tas-sigurtà fl-istazzjon tas-C-ITS waqt il-produzzjoni

operatur

abbonat għall-EA / AA

jinstalla u jaġġorna l-informazzjoni meħtieġa għall-imaniġġjar tas-sigurtà fl-istazzjon tas-C-ITS waqt it-tħaddim

Tabella 2: Rwoli operazzjonali

Nota: skont [4], jintużaw termini differenti f’din is-CP għall-“abbonat” li jikkuntratta mas-CA għall-ħruġ ta’ ċertifikati u għas-“suġġett” li għalih japplika ċ-ċertifikat. L-abbonati huma l-entitajiet kollha li għandhom relazzjoni kuntrattwali ma’ CA. Is-suġġetti huma l-entitajiet li għalihom japplika ċ-ċertifikat. L-EA/AAs huma abbonati u suġġetti tar-root CA u jistgħu jitolbu ċertifikati tal-EA/AA. L-istazzjonijiet tasC-ITS huma suġġetti u jistgħu jitolbu ċertifikati tal-entità aħħarija.

(9)Awtoritajiet tar-reġistrazzjoni:

L-EA għandha twettaq ir-rwol tal-awtorità tar-reġistrazzjoni għall-entitajiet aħħarija. Abbonat awtentikat u awtorizzat biss jista’ jirreġistra entitajiet aħħarija ġodda (stazzjonijiet tas-C-ITS) fl-EA. Ir-root CAs rilevanti għandhom iwettqu r-rwol tal-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni għall-EAs u l-AAs.

1.4.Użu taċ-ċertifikat

1.4.1.Dominji applikabbli tal-użu

(10)Iċ-ċertifikati maħruġa b’din is-CP huma maħsuba biex jintużaw biex jivvalidaw il-firem diġitali fil-kuntest tal-komunikazzjoni kooperattiva tal-ITS skont l-arkitettura ta’ referenza ta’ [2].

(11)Il-profili taċ-ċertifikat f’[5] jiddeterminaw l-użi taċ-ċertifikat għat-TLM, ir-root CAs, l-EAs, l-AAs u l-entitajiet aħħarija.

1.4.2.Limiti tar-responsabbiltà

(12)Iċ-ċertifikati mhumiex maħsuba, u lanqas awtorizzati, għall-użu:

·f’ċirkostanzi li jmorru kontra jew jiksru kwalunkwe liġi, regolament (eż. il-GDPR), digriet jew ordni tal-gvern applikabbli;

·f’ċirkostanzi li jiksru jew ma josservawx d-drittijiet ta’ ħaddieħor;

·bi ksur ta’ din is-CP jew tal-ftehim tal-abbonat rilevanti;

·f’ċirkostanzi meta l-użu tagħhom jista’ jwassal direttament għal mewt, korriment personali jew ħsara ambjentali gravi (eż. permezz ta’ falliment fl-operazzjoni ta’ faċilitajiet nukleari, navigazzjoni jew komunikazzjoni tal-inġenji tal-ajru, jew sistemi ta’ kontroll tal-armi);

·f’ċirkostanzi li jmorru kontra l-għanijiet ġenerali ta’ sikurezza aħjar fit-toroq u trasport bit-triq aktar effiċjenti fl-Ewropa.

1.5.Amministrazzjoni tal-politika taċ-ċertifikati

1.5.1.Aġġornament tas-CPSs tas-CAs elenkati fl-ECTL

(13)Kull root CA elenkata fl-ECTL għandha tippubblika s-CPS tagħha stess, li għandha tkun konformi ma’ din il-politika. Ir-root CA tista’ żżid rekwiżiti addizzjonali, iżda għandha tiżgura li r-rekwiżiti kollha ta’ din is-CP jiġu ssodisfati f’kull ħin.

(14)Kull root CA elenkata fl-ECTL għandha timplimenta proċess ta’ bidla xieraq għad-dokument tas-CPS tagħha. Il-karatteristiċi ewlenin tal-proċess tal-bidla għandhom jiġu ddokumentati fil-parti pubblika tas-CPS.

(15)Il-proċess tal-bidla għandu jiżgura li l-bidliet kollha f’din is-CP jiġu analizzati bir-reqqa u, jekk meħtieġ għall-konformità mas-CP kif emendata, is-CPS tiġi aġġornata fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-istadju tal-implimentazzjoni tal-proċess tal-bidla għas-CP. B’mod partikolari, il-proċess tal-bidla għandu jinvolvi proċeduri ta’ tibdil ta’ emerġenza li jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ bidliet rilevanti għas-sigurtà fisCP.

(16)Il-proċess tal-bidla għandu jinkludi miżuri xierqa li jivverifikaw il-konformità tas-CP għall-bidliet kollha fis-CPS. Kull bidla fis-CPS għandha tiġi ddokumentata b’mod ċar. Qabel ma tiġi implimentata verżjoni ġdida tas-CPS, il-konformità tagħha mas-CP għandha tiġi kkonfermata minn awditur akkreditat tal-PKI.

(17)Ir-root CA għandha tinnotifika lis-CPA bi kwalunkwe bidla li ssir fis-CPS b’tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

·deskrizzjoni eżatta tal-bidla;

·ir-raġunament għall-bidla;

·rapport mingħand l-awditur akkreditat tal-PKI li jikkonferma l-konformità mas-CP;

·id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna responsabbli mis-CPS;

·l-iskeda taż-żmien ippjanata għall-implimentazzjoni.

1.5.2.Proċeduri tal-approvazzjoni tas-CPS

(18)Qabel ma tibda l-operazzjonijiet tagħha, ir-root CA prospettiva għandha tippreżenta s-CPS tagħha lil awditur akkreditat tal-PKI bħala parti minn ordni għall-awditjar tal-konformità (il-fluss 13) u lis-CPA għall-approvazzjoni (il-fluss 15).

(19)Ir-root CA għandha tippreżenta t-tibdil fis-CPS tagħha lil awditur akkreditat tal-PKI bħala parti minn ordni għall-awditjar tal-konformità (il-fluss 13) u lis-CPA għall-approvazzjoni (il-fluss 15) qabel ma jsir dan it-tibdil.

(20)L-EA/l-AA għandha tippreżenta s-CPS tagħha jew it-tibdil fis-CPS tagħha lir-root CA. Ir-root CA tista’ tordna ċertifikat ta’ konformità mingħand il-korp nazzjonali jew entità privata responsabbli għall-approvazzjoni tal-EA/AA, kif iddefinit fit-taqsimiet 4.1.2 u 8.

(21)L-awditur akkreditat tal-PKI għandu jivvaluta s-CPS skont it-taqsima 8.

(22)L-awditur akkreditat tal-PKI għandu jikkomunika r-riżultati tal-valutazzjoni tas-CPS bħala parti mir-rapport tal-awditjar, kif stabbilit fit-taqsima 8.1. Is-CPS għandha tiġi aċċettata jew rifjutata bħala parti mill-aċċettazzjoni tar-rapport tal-awditjar imsemmi fit-taqsimiet 8.5 u 8.6.

2.Responsabbiltajiet ta’ pubblikazzjoni u repożitorju

2.1.Metodi għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni taċ-ċertifikati

(23)L-informazzjoni taċ-ċertifikat tista’ tiġi ppubblikata skont it-taqsima 2.5:

·b’mod regolari jew perjodiku; jew

·bi tweġiba għal talba mingħand xi waħda mill-entitajiet parteċipanti.

F’kull każ, japplikaw gradi differenti ta’ urġenza għall-pubblikazzjoni, jiġifieri japplikaw skedi tal-ħin, iżda l-entitajiet iridu jkunu lesti għaż-żewġ tipi ta’ arranġamenti.

(24)Bil-pubblikazzjoni regolari tal-informazzjoni taċ-ċertifikat tkun tista’ tiġi stabbilita skadenza massima sa meta l-informazzjoni taċ-ċertifikat tiġi aġġornata għan-nodi kollha tan-network tas-C-ITS. Il-frekwenza tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni kollha taċ-ċertifikat hi stabbilita fit-taqsima 2.2.

(25)Fuq it-talba tal-entitajiet li jipparteċipaw fin-network tas-C-ITS, kwalunkwe wieħed mill-parteċipanti jista’ jibda jippubblika informazzjoni taċ-ċertifikat fi kwalunkwe ħin u, skont l-istatus tiegħu, jitlob sett attwali ta’ informazzjoni taċ-ċertifikat biex isir nodu fdat għalkollox tan-network tas-C-ITS. L-iskop ta’ din il-pubblikazzjoni hu prinċipalment li taġġorna lill-entitajiet dwar l-istatus attwali ġenerali tal-informazzjoni taċ-ċertifikat fin-network u tippermettilhom jikkomunikaw abbażi tal-fiduċja sal-pubblikazzjoni regolari tal-informazzjoni li jmiss.

(26)Root CA waħda tista’ wkoll tibda l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni taċ-ċertifikat fi kwalunkwe ħin billi tibgħat sett aġġornat taċ-ċertifikati lill-“membri kollha abbonati” tan-network tas-C-ITS li huma riċevituri regolari ta’ din l-informazzjoni. Dan jappoġġa l-operat tas-CAs u jippermettilhom jindirizzaw lill-membri bejn id-dati għall-pubblikazzjoni regolari u skedata taċ-ċertifikati.

(27)It-taqsima 2.5 tistabbilixxi l-mekkaniżmu u l-proċeduri kollha għall-pubblikazzjoni taċ-ċertifikati tar-root CA u tal-ECTL.

(28)Is-CPOC għandu jippubblika ċ-ċertifikati tar-root CA (kif inkluż fl-ECTL u maħsuba għall-konsum pubbliku), iċ-ċertifikat tat-TLM, u l-ECTL li dan joħroġ.

(29)Ir-root CAs għandhom jippubblikaw iċ-ċertifikati tal-EA/AA u s-CRLs tagħhom, u jkunu jistgħu jappoġġaw it-tliet mekkaniżmi msemmija hawn biex jippubblikawhom lill-membri abbonati u lill-partijiet dipendenti tagħhom, billi jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw trażmissjoni sigura, kif imsemmi fit-taqsima 4.

2.2.Żmien jew frekwenza tal-pubblikazzjoni

(30)Ir-rekwiżiti dwar l-iskeda tal-pubblikazzjoni għal ċertifikati u CRLs għandhom jiġu ddeterminati fid-dawl tal-fatturi varji li jillimitaw in-nodi uniċi tas-C-ITS, bil-għan ġenerali li joperaw “network fdat” u jippubblikaw aġġornamenti malajr kemm jista’ jkun għall-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha involuti.

·Għall-pubblikazzjoni regolari ta’ informazzjoni aġġornata taċ-ċertifikati (eż. bidliet fil-kompożizzjoni tal-ECTL jew tas-CRL), hu meħtieġ perjodu massimu ta’ tliet xhur għat-tħaddim sikur tan-network C-ITS.

·Ir-root CAs għandhom jippubblikaw iċ-ċertifikati tas-CA u s-CRLs tagħhom kemm jista’ jkun malajr wara l-ħruġ.

·Għall-pubblikazzjoni tas-CRL għandu jintuża r-repożitorju tar-root CA.

Barra minn hekk, is-CPS għal kull CA għandha tispeċifika l-perjodu ta’ żmien li matulu se jkun ippubblikat iċ-ċertifikat wara li s-CA toħroġ iċ-ċertifikat.

Din it-taqsima tispeċifika biss iż-żmien jew il-frekwenza tal-pubblikazzjoni regolari. Il-mezzi ta’ konnettività biex jiġu aġġornati l-istazzjonijiet tas-C-ITS mal-ECTL u s-CRLs fi żmien ġimgħa mill-pubblikazzjoni tagħhom (f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali, eż. b’kopertura ċellulari, vettura f’kundizzjonijiet operattivi reali, eċċ.) għandhom jiġu implimentati skont ir-rekwiżiti f’dan id-dokument.

2.3.Repożitorji

(31)Ir-rekwiżiti dwar l-istruttura tar-repożitorju għall-ħażna taċ-ċertifikati u liema informazzjoni hi pprovduta mill-entitajiet tan-network C-ITS huma kif ġej għall-entitajiet uniċi:

·b’mod ġenerali, kull root CA għandha tuża repożitorju tal-informazzjoni taċ-ċertifikat tal-EA/AA li hu attiv bħalissa u tagħha stess u CRL biex tippubblika ċertifikati għall-parteċipanti l-oħra talPKI (eż. servizz tad-direttorju bbażat fuq LDAP). Ir-repożitorju ta’ kull root CA għandu jappoġġa l-kontrolli tal-aċċess kollha meħtieġa (it-taqsima 2.4) u l-ħinijiet tat-trażmissjoni (it-taqsima 2.2) għal kull metodu tad-distribuzzjoni tal-informazzjoni relatata mas-CITS;

·ir-repożitorju tat-TLM (li jaħżen iċ-ċertifikati tal-ECTL u tat-TLM ippubblikati mis-CPOC, pereżempju) għandu jkun ibbażat fuq mekkaniżmu tal-pubblikazzjoni li jkun kapaċi jiżgura l-ħinijiet tat-trażmissjoni stabbiliti fit-taqsima 2.2 għal kull metodu tad-distribuzzjoni.

Ir-rekwiżiti tal-AAs mhumiex definiti, iżda għandhom jappoġġaw l-istess livelli ta’ sigurtà bħall-entitajiet l-oħra u dawn għandhom jiġu ddikjarati fis-CPS tagħhom.

2.4.Kontrolli tal-aċċess fuq ir-repożitorji

(32)Ir-rekwiżiti dwar il-kontroll tal-aċċess għar-repożitorji tal-informazzjoni taċ-ċertifikat għandhom minn tal-anqas jikkonformaw mal-istandards ġenerali tal-immaniġġjar sigur tal-informazzjoni deskritti f’ISO/IEC 27001 u mar-rekwiżiti fit-taqsima 4. Barra minn hekk, għandhom jirriflettu l-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-proċess li għandhom jiġu stabbiliti għall-istadji tal-proċess uniku fil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni taċ-ċertifikat.

·Dan jinkludi l-implimentazzjoni tar-repożitorju għaċ-ċertifikati tat-TLM u għall-ECTL fit-TLM/CPOC. Kull CA jew operatur tar-repożitorju għandhom jimplimentaw il-kontrolli tal-aċċess fir-rigward tal-entitajiet kollha tas-C-ITS u tal-partijiet esterni għal mill-anqas tliet livelli differenti (eż. pubbliku, ristrett għall-entitajiet tas-C-ITS, fil-livell tar-root CA) biex jiġi evitat li entitajiet mhux awtorizzati jżidu mal-entrati fir-repożitorju, jemendawhom jew iħassruhom.

·Il-mekkaniżmi eżatti tal-kontroll tal-aċċess tal-entità unika għandhom ikunu parti mis-CPS rispettiva.

·Għal kull root CA, ir-repożitorji tal-EA u tal-AA għandhom jikkonformaw mal-istess rekwiżiti għall-proċeduri ta’ kontroll tal-aċċess irrispettivament mill-post jew mill-konnessjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz li jopera r-repożitorju.

Bħala punt ta’ tluq għal-livelli ta’ kontroll tal-aċċess, kull root CA jew operatur tar-repożitorju għandhom jipprovdu mill-anqas tliet livelli differenti (eż. pubbliku, ristrett għall-entitajiet tas-C-ITS, fil-livell tar-root CA).

2.5.Pubblikazzjoni tal-informazzjoni taċ-ċertifikat

2.5.1.Pubblikazzjoni tal-informazzjoni taċ-ċertifikat mit-TLM

(33)It-TLM fid-dominju ta’ fiduċja komuni Ewropew tas-C-ITS għandu jippubblika l-informazzjoni li ġejja permezz tas-CPOC:

·iċ-ċertifikati kollha attwalment validi tat-TLM għall-perjodu ta’ operazzjoni li jmiss (ċertifikat attwali u tal-konnessjoni jekk disponibbli);

·informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess biex ir-repożitorju tas-CPOC jagħti l-lista ffirmata tar-root CAs (ECTL);

·il-punt ta’ informazzjoni ġenerali għall-użu tal-ECTL u tas-C-ITS.

2.5.2.Pubblikazzjoni tal-informazzjoni taċ-ċertifikat mis-CAs

(34)Ir-root CAs fid-dominju ta’ fiduċja komuni Ewropew tas-C-ITS għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja:

·iċ-ċertifikati tar-root CA (attwalment validi) maħruġa (ċertifikati attwali u dawk li għaddew mill-fażi ta’ rikjavar b’mod korrett, inkluż ċertifikat tal-konnessjoni) fir-repożitorju msemmi fittaqsima 2.3;

·l-entitajiet EA, AA kollha validi, bl-ID tal-operatur u l-perjodu ppjanat tal-operazzjoni tagħhom;

·iċ-ċertifikati tas-CA maħruġa fir-repożitorji msemmija fit-taqsima 2.3;

·is-CRLs għaċ-ċertifikati revokati kollha tas-CA li jkopru l-EAs u l-AAs subordinati tagħhom;

·informazzjoni dwar il-punt tal-aċċess tar-root CA għall-informazzjoni tas-CRL u tas-CA.

L-informazzjoni kollha taċ-ċertifikat għandha tiġi kkategorizzata skont tliet livelli ta’ kunfidenzjalità u d-dokumenti għall-pubbliku ġenerali għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mingħajr restrizzjonijiet.

3.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni

3.1.Għoti tal-isem

3.1.1.Tipi ta’ isem

3.1.1.1.Ismijiet għal TLM, root CAs, EAs, AAs

(35)L-isem fiċ-ċertifikat tat-TLM għandu jkun magħmul minn attribut subject_name wieħed bil-valur riżervat “EU_TLM”.

(36)L-isem għar-root CAs għandu jkun magħmul minn attribut subject_name wieħed b’valur allokat mis-CPA. L-uniċità tal-ismijiet hi r-responsabbiltà unika tas-CPA u t-TLM għandu jżomm ir-reġistru tal-ismijiet tar-root CAs wara notifika mis-CPA (approvazzjoni, revoka/tneħħija ta’ root CA). L-ismijiet tas-suġġetti fiċ-ċertifikati huma limitati għal 32 byte. Kull root CA tipproponi isimha lis-CPA fil-formola tal-applikazzjoni (il-fluss 14). Is-CPA hi responsabbli biex tivverifika l-uniċità tal-isem. Jekk l-isem ma jkunx uniku, il-formola tal-applikazzjoni tiġi rifjutata (il-fluss 4).

(37)L-isem f’kull ċertifikat tal-EA/AA jista’ jkun magħmul minn attribut subject_name wieħed b’valur iġġenerat mill-emittent taċ-ċertifikat. L-uniċità tal-ismijiet hi r-responsabbiltà unika tar-root CA emittenti.

(38)Iċ-ċertifikati tal-EA u tal-AA ma għandhomx jużaw isem akbar minn 32 byte, għax l-attribut subject_name fiċ-ċertifikati hu limitat għal 32 byte.

(39)L-ATs ma għandux ikollhom isem.

3.1.1.2.Ismijiet għallentitajiet aħħarija

(40)Kull stazzjon tas-C-ITS għandu jiġi assenjat żewġ tipi ta’ identifikatur uniku:

·l-ID kanonika li tkun maħżuna mar-reġistrazzjoni inizjali tal-istazzjon tas-C-ITS fir-responsabbiltà tal-manifattur. Din għandu jkun fiha substring li tidentifika l-manifattur jew l-operatur biex dan l-identifikatur ikun uniku;

·subject_name, li jista’ jkun parti mill-EC tal-istazzjon tas-C-ITS, fir-responsabbiltà tal-EA.

3.1.1.3.Identifikazzjoni taċ-ċertifikati

(41)Iċ-ċertifikati li jsegwu l-format ta’ [5] għandhom jiġu identifikati billi jiġi kkalkulat valur HashedId8 kif definit f’[5] .

3.1.2.Ħtieġa li l-ismijiet ikunu sinifikattivi

L-ebda stipulazzjoni.

3.1.3.Anonimità u psewdonimità tal-entitajiet aħħarija

(42)L-AA għandha tiżgura li l-psewdonimità ta’ stazzjon tas-C-ITS tkun stabbilita billi tipprovdi lill-istazzjon tas-C-ITS b’ATs li ma fihom l-ebda isem jew informazzjoni li jistgħu jagħmlu konnessjoni bejn is-suġġett u l-identità vera tiegħu.

3.1.4.Regoli għall-interpretazzjoni ta’ diversi forom ta’ ismijiet

L-ebda stipulazzjoni.

3.1.5.Uniċità tal-ismijiet

(43)L-ismijiet għat-TLM, ir-root CAs, l-EAs, l-AAs u l-IDs kanoniċi għall-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom ikunu uniċi.

(44)It-TLM għandu jiżgura fil-proċess tar-reġistrazzjoni ta’ root CA partikolari fl-ECTL li l-identifikatur taċ-ċertifikat tagħha (HashedId8) ikun uniku. Ir-root CA għandha tiżgura fil-proċess tal-ħruġ li l-identifikatur taċ-ċertifikat (HashedId8) ta’ kull CA subordinata jkun uniku.

(45)Il-HashedId8 ta’ EC għandu jkun uniku fi ħdan is-CA emittenti. Il-HashedId8 ta’ AT ma għandux għalfejn ikun uniku.

3.2.Validazzjoni tal-identità inizjali

3.2.1.Metodu biex tingħata prova tal-pussess tal-kjavi privata

(46)Ir-root CA għandha tagħti prova li għandha ġustament il-kjavi privata fil-pussess tagħha li tikkorrispondi għall-kjavi pubblika fiċ-ċertifikat iffirmat minnha stess. Is-CPOC għandu jivverifika din il-prova.

(47)L-EA/AA għandhom jagħtu prova li għandhom ġustament il-kjavi privata fil-pussess tagħhom li tikkorrispondi għall-kjavi pubblika li se tiġi elenkata fiċ-ċertifikat. Ir-root CA għandha tivverifika din il-prova.

(48)Għall-pussess ta’ kjavi privata ġdida (għal rikjavar) għandha tingħata prova bl-iffirmar tat-talba bil-kjavi privata l-ġdida (firma interna), segwita mill-ġenerazzjoni ta’ firma esterna fuq it-talba ffirmata bil-kjavi privata valida attwali (biex tiġi ggarantita l-awtentiċità tat-talba). L-applikant għandu jippreżenta t-talba ffirmata taċ-ċertifikat lis-CA emittenti permezz ta’ komunikazzjoni sigura. Is-CA emittenti għandha tivverifika li l-firma diġitali tal-applikant fuq il-messaġġ tat-talba nħolqot bl-użu tal-kjavi privata li tikkorrispondi għall-kjavi pubblika mehmuża mat-talba taċ-ċertifikat. Ir-root CA għandha tispeċifika liema talba taċ-ċertifikat u liema risposti tappoġġa fis-CPS tagħha.

3.2.2.Awtentikazzjoni tal-identità tal-organizzazzjoni

3.2.2.1.Awtentikazzjoni tal-identità tal-organizzazzjoni tar-root CAs

(49)F’formola tal-applikazzjoni lis-CPA (jiġifieri l-fluss 14), ir-root CA għandha tipprovdi l-identità tal-organizzazzjoni u l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni, magħmula minn:

·isem l-organizzazzjoni;

·l-indirizz postali;

·l-email;

·isem persuna fiżika ta’ kuntatt fl-organizzazzjoni;

·in-numru tat-telefown;

·il-marki tas-swaba’ diġitali (jiġifieri hashvalue SHA 256) taċ-ċertifikat tar-root CA b’format stampat;

·informazzjoni kriptografika (jiġifieri algoritmi kriptografiċi, tulijiet tal-kjavi) fiċ-ċertifikat tar-root CA;

·il-permessi kollha li r-root CA hi permessa li tuża u tgħaddi lis-subCAs.

(50)Is-CPA għandha tivverifika l-identità tal-organizzazzjoni u l-informazzjoni l-oħra tar-reġistrazzjoni pprovduta mill-applikant għaċ-ċertifikat għall-inklużjoni ta’ ċertifikat tar-root CA fl-ECTL.

(51)Is-CPA għandha tiġbor provi diretti, jew attestazzjoni mingħand sors xieraq u awtorizzat, tal-identità (eż. l-isem) u, jekk applikabbli, kwalunkwe attributi speċifiċi ta’ suġġetti li lilhom jinħareġ iċ-ċertifikat. Il-prova ppreżentata tista’ tkun fil-forma ta’ dokumentazzjoni stampata jew elettronika.

(52)L-identità tas-suġġett għandha tkun ivverifikata fil-ħin tar-reġistrazzjoni b’mezzi xierqa u skont il-politika ta’ dan iċ-ċertifikat.

(53)F’kull applikazzjoni għal ċertifikat, għandha tingħata prova ta’:

·l-isem sħiħ tal-entità organizzattiva (organizzazzjoni privata, entità tal-gvern jew entità mhux kummerċjali);

·reġistrazzjoni rikonoxxuta nazzjonalment jew attributi oħra li jistgħu jintużaw, kemm jista’ jkun, biex jiddistingwu l-entità organizzattiva minn oħrajn bl-istess isem.

Ir-regoli ta’ hawn fuq huma bbażati fuq it-TS 102 042 [4]: Is-CA għandha tiżgura li l-prova tal-identifikazzjoni tal-abbonat u tas-suġġett, u l-eżattezza tal-ismijiet tagħhom u tad-data assoċjata jkunu eżaminati kif xieraq bħala parti mis-servizz definit jew inkella, meta applikabbli, jiġu konklużi permezz ta’ eżami tal-attestazzjonijiet mingħand sorsi xierqa u awtorizzati, u li t-talbiet għaċ-ċertifikat huma preċiżi, awtorizzati u kompluti skont il-provi jew l-attestazzjoni miġbura.

3.2.2.2.Awtentikazzjoni tal-identità tal-organizzazzjoni tat-TLM

(54)L-organizzazzjoni li topera t-TLM għandha tagħti prova tal-identifikazzjoni u tal-eżattezza tal-isem u tad-data assoċjata biex tkun tista’ ssir verifika xierqa waqt il-ħolqien inizjali u waqt ir-rikjavar taċ-ċertifikat tat-TLM.

(55)L-identità tas-suġġett għandha tkun ivverifikata waqt il-ħolqien taċ-ċertifikat jew waqt ir-rikjavar b’mezzi xierqa u skont din isCP.

(56)Il-prova tal-organizzazzjoni għandha tiġi pprovduta kif speċifikat fit-taqsima 3.2.2.1.

3.2.2.3.Awtentikazzjoni tal-identità tal-organizzazzjoni tas-subCAs

(57)Ir-root CA għandha tivverifika l-identità tal-organizzazzjoni u informazzjoni oħra tar-reġistrazzjoni pprovduta minn applikanti għaċ-ċertifikat għal ċertifikati tas-subCA (EA/AA).

(58)Bħala minimu, ir-root CA għandha:

·tiddetermina li l-organizzazzjoni teżisti bl-użu ta’ mill-anqas servizz ta’ prova tal-identità jew bażi taddata ta’ parti terza waħda, jew inkella dokumentazzjoni organizzattiva maħruġa minn jew ippreżentata lill-aġenzija governattiva rilevanti jew lill-awtorità rikonoxxuta li tikkonferma l-eżistenza tal-organizzazzjoni;

·tuża l-posta jew proċedura komparabbli li titlob lill-applikant għaċ-ċertifikat jikkonferma ċerta informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, li hu awtorizza l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat u li l-persuna li tippreżenta l-applikazzjoni f’isem l-applikant hi awtorizzata li tagħmel hekk. Jekk iċ-ċertifikat ikun jinkludi l-isem ta’ individwu bħala rappreżentant awtorizzat tal-organizzazzjoni, l-applikant għandu jikkonferma wkoll li dan jimpjega lil dak l-individwu u li awtorizzah jaġixxi f’ismu.

(59)Il-proċeduri ta’ validazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikati tas-CA għandhom jiġu ddokumentati f’CPS tar-root CA.

3.2.2.4.Awtentikazzjoni tal-organizzazzjoni tal-abbonat tal-entitajiet aħħarija

(60)Qabel ma l-abbonat ta’ entitajiet aħħarija (manifattur/operatur) ikun jista’ jirreġistra ma’ EA fdata biex jippermetti lill-entitajiet aħħarija tiegħu jibagħtu talbiet għal ċertifikat tal-EC, l-EA għandha:

·tivverifika l-identità tal-organizzazzjoni tal-abbonat u informazzjoni oħra tar-reġistrazzjoni pprovduta mill-applikant għaċ-ċertifikat;

·tivverifika li t-tip ta’ stazzjon tas-C-ITS (jiġifieri l-prodott konkret ibbażat fuq id-ditta, il-mudell u l-verżjoni tal-istazzjon tas-C-ITS) jissodisfa l-kriterji kollha tal-valutazzjoni tal-konformità.

(61)Bħala minimu, l-EA għandha:

·tiddetermina li l-organizzazzjoni teżisti bl-użu ta’ mill-anqas servizz ta’ prova tal-identità jew bażi taddata ta’ parti terza waħda, jew inkella dokumentazzjoni organizzattiva maħruġa minn jew ippreżentata lill-aġenzija governattiva rilevanti jew lill-awtorità rikonoxxuta li tikkonferma l-eżistenza tal-organizzazzjoni;

·tuża l-posta jew proċedura komparabbli biex titlob lill-applikant għaċ-ċertifikat jikkonferma ċerta informazzjoni dwar l-organizzazzjoni, li hu awtorizza l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat u li l-persuna li tippreżenta l-applikazzjoni f’ismu hi awtorizzata li tagħmel hekk. Jekk iċ-ċertifikat ikun jinkludi l-isem ta’ individwu bħala rappreżentant awtorizzat tal-organizzazzjoni, l-applikant għandu jikkonferma wkoll li dan jimpjega lil dak l-individwu u li awtorizzah jaġixxi f’ismu.

(62)Il-proċeduri ta’ validazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ stazzjon tas-C-ITS mill-abbonat tiegħu għandhom jiġu ddokumentati f’CPS tal-EA.

3.2.3.Awtentikazzjoni tal-entità individwali

3.2.3.1.Awtentikazzjoni tal-entità individwali tat-TLM/CA

(63)Għall-awtentikazzjoni ta’ entità individwali (persuna fiżika) identifikata f’assoċjazzjoni ma’ persuna ġuridika jew entità organizzattiva (eż. l-abbonat), għandha tingħata prova ta’:

·l-isem sħiħ tas-suġġett (inkluż il-kunjom u l-ismijiet mogħtija, b’konformità mal-liġi applikabbli u l-prattiki ta’ identifikazzjoni nazzjonali);

·id-data u l-post tat-twelid, referenza għal dokument ta’ identità rikonoxxut nazzjonalment jew attributi oħra tal-abbonat li jistgħu jintużaw, kemm jista’ jkun, biex jiddistingwu l-persuna minn oħrajn bl-istess isem;

·l-isem sħiħ u l-istatus legali tal-persuna ġuridika assoċjata jew ta’ entità organizzattiva oħra (eż. l-abbonat);

·kwalunkwe informazzjoni tar-reġistrazzjoni rilevanti (eż. reġistrazzjoni tal-kumpanija) tal-persuna ġuridika assoċjata jew entità organizzattiva oħra;

·prova li s-suġġett hu assoċjat mal-persuna ġuridika jew ma’ entità organizzattiva oħra.

Il-prova ppreżentata tista’ tkun fil-forma ta’ dokumentazzjoni stampata jew elettronika.

(64)Biex jivverifika l-identità tiegħu, ir-rappreżentant awtorizzat ta’ root CA, EA, AA jew ta’ abbonat għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi li jaħdem għall-organizzazzjoni (ċertifikat ta’ awtorizzazzjoni). Dan għandu juri wkoll ID uffiċjali.

(65)Għall-proċess ta’ reġistrazzjoni inizjali (il-fluss 31/32), ir-rappreżentant tal-EA/AA għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa lir-root CA korrispondenti (ara t-taqsima 4.1.2).

(66)Il-persunal fir-root CA għandu jivverifika l-identità tar-rappreżentant tal-applikant għaċ-ċertifikat u d-dokumenti assoċjati kollha, billi japplika r-rekwiżiti ta’ “persunal fdat” kif stabbilit fit-taqsima 5.2.1. (Il-proċess tal-validazzjoni tal-informazzjoni tal-applikazzjoni u tal-ġenerazzjoni taċ-ċertifikat mir-root CA għandhom iwettquh “persuni fdati” fir-root CA, tal-anqas b’superviżjoni doppja, għax dawn huma operazzjonijiet sensittivi fis-sens tat-taqsima 5.2.2).

3.2.3.2.Awtentikazzjoni tal-identità tal-abbonat tal-istazzjonijiet tas-C-ITS

(67)L-abbonati huma rappreżentati minn utenti aħħarija awtorizzati fl-organizzazzjoni li huma rreġistrati fl-EA u l-AA emittenti. Dawn l-utenti aħħarija nominati minn organizzazzjonijiet (manifatturi jew operaturi) għandhom juru l-identità u l-awtentiċità tagħhom qabel ma:

·jirreġistraw l-EE fl-EA korrispondenti tagħha, inkluż il-kjavi pubblika kanonika tagħha, l-ID kanonika (identifikatur uniku) u l-permessi skont l-EE;

·jirreġistraw fl-AA u jiżguraw il-prova ta’ ftehim tal-abbonat li jista’ jintbagħat lill-EA.

3.2.3.3.Awtentikazzjoni tal-identità tal-istazzjonijiet tas-C-ITS

(68)Is-suġġetti tal-EE tal-ECs għandhom jawtentikaw ruħhom meta jitolbu ECs (il-fluss 31) billi jużaw il-kjavi privata kanonika tagħhom għall-awtentikazzjoni inizjali. L-EA għandha tivverifika l-awtentikazzjoni billi tuża l-kjavi pubblika kanonika li tikkorrispondi għall-EE. Il-kjavi pubbliċi kanoniċi tal-EEs jinġiebu lill-EA qabel ma ssir it-talba inizjali, permezz ta’ kanal sigur bejn il-manifattur jew l-operatur tal-istazzjon tas-C-ITS u l-EA (fluss 33).

(69)Is-suġġetti tal-EE tal-ATs għandhom jawtentikaw ruħhom meta jitolbu l-ATs (il-fluss 32) billi jużaw il-kjavi privata unika tar-reġistrazzjoni tagħhom. L-AA għandha tibgħat il-firma lill-EA (il-fluss 25) għall-validazzjoni; l-EA għandha tivvalidaha u tikkonferma r-riżultat lill-AA (il-fluss 23).

3.2.4.Informazzjoni mhux verifikata dwar l-abbonat

L-ebda stipulazzjoni.

3.2.5.Validazzjoni tal-awtorità

3.2.5.1.Validazzjoni ta’ TLM, root CA, EA, AA

(70)Kull organizzazzjoni għandha tidentifika fis-CPS mill-anqas rappreżentant wieħed (eż. uffiċjal tas-sigurtà) responsabbli biex jitlob ċertifikati ġodda u tiġdid. Għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-ismijiet fit-taqsima 3.2.3.

3.2.5.2.Validazzjoni tal-abbonati ta’ stazzjon tas-C-ITS

(71)Mill-anqas persuna fiżika waħda responsabbli biex tirreġistra l-istazzjonijiet tas-C-ITS f’EA (eż. uffiċjal tas-sigurtà) għandha tkun magħrufa u approvata mill-EA (ara t-taqsima 3.2.3).

3.2.5.3.Validazzjoni tal-istazzjonijiet tas-C-ITS

(72)Abbonat ta’ stazzjon tas-C-ITS jista’ jirreġistra stazzjonijiet tas-C-ITS f’EA speċifika (il-fluss 33) diment li dan ikun awtentikat f’dik l-EA.

Meta l-istazzjon tas-C-ITS ikun irreġistrat f’EA b’ID kanonika unika u bi kjavi pubblika kanonika, dan jista’ jitlob EC billi juża talba ffirmata bil-kjavi privata kanonika relatata mal-kjavi pubblika kanonika li tkun ġiet irreġistrata qabel.

3.2.6.Kriterji għall-interoperazzjoni

(73)Għall-komunikazzjoni bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS u l-EAs (jew l-AAs), l-istazzjon tas-C-ITS għandu jkun kapaċi jistabbilixxi komunikazzjoni sigura mal-EAs (jew mal-AAs), jiġifieri biex jimplimenta funzjonijiet ta’ awtentikazzjoni, kunfidenzjalità u integrità, kif speċifikat f’[1]. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat. L-EA u l-AA għandhom jappoġġaw din il-komunikazzjoni sigura.

(74)L-EA u l-AA għandhom jappoġġaw talbiet għal ċertifikati u risposti li jikkonformaw ma’ [1], li jipprevedi protokoll sigur ta’ talba/rispons għal AT li jappoġġa l-anonimità ta’ min jagħmel it-talba fil-konfront tal-AA u s-separazzjoni tad-dmirijiet bejn l-AA u l-EA. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat. Biex jiġi evitat l-iżvelar tal-identità fit-tul tal-istazzjonijiet tas-C-ITS, il-komunikazzjoni bejn stazzjon mobbli tas-C-ITS u l-EA għandha tkun kunfidenzjali (eż. id-data tal-komunikazzjoni għandha tkun kriptata minn tarf sa tarf).

(75)L-AA għandha tippreżenta talba għall-validazzjoni tal-awtorizzazzjoni (il-fluss 25) għal kull talba ta’ awtorizzazzjoni li tirċievi mingħand suġġett taċ-ċertifikat tal-EE. L-EA għandha tivvalida din it-talba fir-rigward ta’:

·l-istatus tal-EE fl-EA;

·il-validità tal-firma;

·l-IDs mitluba tal-Applikazzjoni tal-ITS (ITS-AID) u l-permessi;

·l-istatus tal-forniment tas-servizz tal-AA lill-abbonat.

3.3.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni għal talbiet tar-rikjavar

3.3.1.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni għal talbiet ta’ rikjavar ta’ rutina

3.3.1.1.Ċertifikati tat-TLM

(76)It-TLM jiġġenera par kjavi u żewġ ċertifikati: wieħed iffirmat minnu stess u l-ieħor ċertifikat tal-konnessjoni kif imsemmi fit-taqsima 7.

3.3.1.2.Ċertifikati tar-root CA

Mhux applikabbli.

3.3.1.3.Tiġdid jew rikjavar taċ-ċertifikati tal-EA/AA

(77)Qabel l-iskadenza ta’ ċertifikat tal-EA/AA, l-EA/AA għandha titlob ċertifikat ġdid (il-fluss 21/il-fluss 24) biex iżżomm il-kontinwità tal-użu taċ-ċertifikat. L-EA/AA għandha tiġġenera par kjavi ġdid biex tissostitwixxi l-par kjavi li jkun se jiskadi u tiffirma t-talba għar-rikjavar li jkun fiha l-kjavi pubblika l-ġdida bil-kjavi privata valida attwali (“irrikjavar”). L-EA jew l-AA jiġġeneraw par kjavi ġdid u jiffirmaw it-talba bil-kjavi privata l-ġdida (firma interna) biex jagħtu prova tal-pussess tal-kjavi privata l-ġdida. It-talba kollha hi ffirmata (sovraffirmata) bil-kjavi privata valida attwali (firma esterna) biex tiżgura l-integrità u l-awtentiċità tat-talba. Jekk jintuża par kjavi tal-kriptaġġ u tad-dekriptaġġ, għandha tingħata prova tal-pussess ta’ kjavi privati tad-dekriptaġġ (għal deskrizzjoni dettaljata tar-rikjavar, ara t-taqsima 4.7.3.3).

(78)Il-metodu tal-identifikazzjoni u tal-awtentikazzjoni għar-rikjavar ta’ rutina hu l-istess bħal dak għall-ħruġ inizjali ta’ validazzjoni taċ-ċertifikat inizjali tar-root CA, kif stabbilit fit-taqsima 3.2.2.

3.3.1.4.Kredenzjali għar-reġistrazzjoni tal-entitajiet aħħarija

(79)Qabel l-iskadenza ta’ EC eżistenti, l-EE għandha titlob ċertifikat ġdid (il-fluss 31) biex iżżomm il-kontinwità tal-użu taċ-ċertifikat. L-EE għandha tiġġenera par kjavi ġdid biex jissostitwixxi l-par kjavi li jkun se jiskadi u titlob ċertifikat ġdid li jkun fih il-kjavi pubblika l-ġdida; it-talba għandha tiġi ffirmata bil-kjavi privata valida attwali tal-EC.

(80)L-EE tista’ tiffirma t-talba bil-kjavi privata li tkun għadha kif ġiet maħluqa (firma interna) biex tagħti prova tal-pussess tal-kjavi privata l-ġdida. Imbagħad it-talba kollha tiġi ffirmata (sovraffirmata) bil-kjavi privata valida attwali (firma esterna) u kriptata lill-EA riċeventi kif speċifikat f’[1], biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-awtentiċità tat-talba. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat.

3.3.1.5.Biljetti għall-awtorizzazzjoni tal-entitajiet aħħarija

(81)Ir-rikjavar taċ-ċertifikat għall-ATs hu bbażat fuq l-istess proċess bħall-awtorizzazzjoni inizjali, kif definit f’[1]. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat.

3.3.2.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni għal talbiet ta’ rikjavar wara r-revoka

3.3.2.1.Ċertifikati tas-CA

(82)L-awtentikazzjoni ta’ organizzazzjoni tas-CA għal rikjavar taċ-ċertifikat tar-root CA, tal-EA u tal-AA wara r-revoka hi trattata bl-istess mod bħallħruġ inizjali ta’ ċertifikat tas-CA, kif stabbilit fit-taqsima 3.2.2.

3.3.2.2.Kredenzjali għar-reġistrazzjoni tal-entitajiet aħħarija

(83)L-awtentikazzjoni ta’ EE għal rikjavar taċ-ċertifikat tal-EC wara r-revoka hi trattata bl-istess mod bħall-ħruġ inizjali ta’ ċertifikat tal-EE, kif stabbilit fit-taqsima 3.2.2.

3.3.2.3.Talbiet għall-awtorizzazzjoni tal-entitajiet aħħarija

Mhux applikabbli għax l-ATs ma jiġux revokati.

3.4.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni tat-talba għal revoka

3.4.1.Ċertifikati tar-root CA/tal-EA/tal-AA

(84)It-talbiet biex jitħassar ċertifikat tar-root CA mill-ECTL għandhom ikunu awtentikati mir-root CA lit-TLM (il-flussi 12 u 9). It-talbiet għar-revoka ta’ ċertifikat tal-EA/tal-AA għandhom jiġu awtentikati mir-root CA rilevanti u mis-subCA nnifisha.

(85)Il-proċeduri aċċettabbli għall-awtentikazzjoni tat-talbiet għal revoka ta’ abbonat jinkludu:

·messaġġ bil-miktub u ffirmat fuq il-karta korporattiva mill-abbonat li jitlob ir-revoka, b’referenza għaċ-ċertifikat li għandu jiġi revokat;

·komunikazzjoni mal-abbonat li tipprovdi assigurazzjonijiet raġonevoli li l-persuna jew l-organizzazzjoni li titlob ir-revoka hi fil-fatt l-abbonat. Skont iċ-ċirkostanzi, din il-komunikazzjoni tista’ tinkludi waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: email, posta jew servizz ta’ kurrier.

3.4.2.Kredenzjali għar-reġistrazzjoni ta’ stazzjon tas-C-ITS

(86)L-abbonat tal-istazzjon tas-C-ITS jista’ jirrevoka l-EC ta’ stazzjon tas-CITS irreġistrat qabel fl-EA (il-fluss 34). L-abbonat rikjedenti għandu joħloq talba għar-revoka ta’ stazzjon tas-C-ITS partikolari jew ta’ lista ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS. L-EA għandha tawtentika t-talba għal revoka qabel ma tipproċessaha u tikkonferma r-revoka tal-istazzjonijiet tas-C-ITS u l-ECs tagħhom.

(87)L-EA tista’ tirrevoka l-EC ta’ stazzjon tas-C-ITS skont it-taqsima 7.3.

3.4.3.Biljetti tal-awtorizzazzjoni ta’ stazzjon tas-C-ITS

(88)L-ATs ma jiġux revokati u għalhekk l-validità tagħhom għandha tkun limitata għal perjodu speċifiku. Il-firxa ta’ perjodi ta’ validità aċċettabbli f’din il-politika taċ-ċertifikati hi speċifikata fit-taqsima 7.

4.Rekwiżiti operazzjonali taċ-Ċiklu tal-Ħajja taċ-Ċertifikati

4.1.Applikazzjoni għal ċertifikat

(89)Din it-taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti għal applikazzjoni inizjali għall-ħruġ ta’ ċertifikat.

(90)It-terminu “applikazzjoni għal ċertifikat” jirreferi għall-proċessi li ġejjin:

·ir-reġistrazzjoni u l-istabbiliment ta’ relazzjoni ta’ fiduċja bejn it-TLM u s-CPA;

·ir-reġistrazzjoni u l-istabbiliment ta’ relazzjoni ta’ fiduċja bejn ir-root CA u s-CPA u t-TLM, inkluż l-inklużjoni tal-ewwel ċertifikat tar-root CA fl-ECTL;

·ir-reġistrazzjoni u l-istabbiliment ta’ relazzjoni ta’ fiduċja bejn l-EA/AA u r-root CA, inkluż il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-EA/tal-AA ġdid;

·ir-reġistrazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS fl-EA mill-manifattur/operatur;

·it-talba tal-istazzjon tas-C-ITS għal EC/AT.

4.1.1.Min jista’ jippreżenta applikazzjoni għal ċertifikat

4.1.1.1.Root CAs

(91)Ir-root CAs jiġġeneraw il-pari tal-kjavi tagħhom stess u joħorġu ċ-ċertifikat root tagħhom huma stess. Ir-root CA tista’ tippreżenta applikazzjoni għal ċertifikat permezz tar-rappreżentant nominat tagħha (il-fluss 14).

4.1.1.2.TLM

(92)It-TLM jiġġenera l-pari tal-kjavi tiegħu stess u joħroġ iċ-ċertifikat tiegħu stess. Il-ħolqien inizjali taċ-ċertifikat tat-TLM għandu jkun ipproċessat minn rappreżentant tal-organizzazzjoni tat-TLM bil-kontroll tas-CPA.

4.1.1.3.EA u AA

(93)Ir-rappreżentant awtorizzat tal-EA jew tal-AA jista’ jippreżenta l-applikazzjoni għat-talba għal ċertifikat tas-subCA (EA u/jew AA) lir-rappreżentant awtorizzat tar-root CA rilevanti (il-fluss 27/28).

4.1.1.4.Stazzjon tas-C-ITS

(94)L-abbonati għandhom jirreġistraw kull stazzjon tas-C-ITS fl-EA skont it-taqsima 3.2.5.3.

(95)Kull stazzjon tas-C-ITS irreġistrat fl-EA jista’ jibgħat talbiet għal EC (il-fluss 31).

(96)Kull stazzjon tas-C-ITS jista’ jibgħat talbiet għal AT (il-fluss 32) mingħajr ma jitlob xi interazzjoni tal-abbonat. Qabel ma jitlob AT, stazzjon tas-C-ITS għandu jkollu EC.

4.1.2.Proċess ta’ reġistrazzjoni u responsabbiltajiet

(97)Il-permessi għar-root CAs u s-sub-CAs li joħorġu ċ-ċertifikati għal skopijiet (governattivi) speċjali (jiġifieri stazzjonijiet speċjali mobbli u fissi tas-C-ITS) jistgħu jingħataw biss mill-Istati Membri fejn jinsabu l-organizzazzjonijiet.

4.1.2.1.Root CAs

(98)Wara li jiġu awditjati (il-fluss 13 u 36, it-taqsima 8), ir-root CAs jistgħu japplikaw għall-inklużjoni taċ-ċertifikat(i) tagħhom fl-ECTL fis-CPA (il-fluss 14). Il-proċess ta’ reġistrazzjoni hu bbażat fuq formola tal-applikazzjoni manwali ffirmata li għandha titwassal fiżikament lis-CPA mir-rappreżentant awtorizzat tar-root CA u li jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni msemmija fit-taqsimiet 3.2.2.1, 3.2.3 u 3.2.5.1.

(99)Il-formola tal-applikazzjoni tar-root CA għandha tkun iffirmata mir-rappreżentant awtorizzat tagħha.

(100)Minbarra l-formola tal-applikazzjoni, ir-rappreżentant awtorizzat tar-root CA għandu jipprovdi kopja tas-CPS tar-root CA (il-fluss 15) u tar-rapport tal-awditjar tagħha lis-CPA għall-approvazzjoni (il-fluss 16). F’każijiet ta’ approvazzjoni pożittiva, is-CPA tiġġenera u tibgħat ċertifikat ta’ konformità lis-CPOC/lit-TLM u lir-root CA korrispondenti.

(101)Imbagħad ir-rappreżentant awtorizzat tar-root CA għandu jġib il-formola tal-applikazzjoni tiegħu (li jkun fiha l-marki tas-swaba’ taċ-ċertifikat iffirmat minnu stess), l-ID uffiċjali u prova tal-awtorizzazzjoni lis-CPOC/lit-TLM. Iċ-ċertifikat iffirmat minnu stess għandu jiġi kkonsenjat b’mod elettroniku lis-CPOC/lit-TLM. Is-CPOC/it-TLM għandu jivverifika d-dokumenti kollha u ċ-ċertifikat iffirmat minnu stess.

(102)F’każijiet ta’ verifiki pożittivi, it-TLM għandu jżid iċ-ċertifikat tar-root CA mal-ECTL abbażi tan-notifika mis-CPA (il-flussi 1 u 2). Il-proċess dettaljat hu deskritt fis-CPS tat-TLM.

(103)Għandha tkun tista’ ssir proċedura addizzjonali biex tinkiseb l-approvazzjoni tas-CPS u r-rapport tal-awditjar tar-root CA mingħand korp nazzjonali ta’ pajjiżi speċifiċi.

4.1.2.2.TLM

(104)Wara li jkun awditjat, it-TLM jista’ jirreġistra mas-CPA. Il-proċess ta’ reġistrazzjoni hu bbażat fuq formola tal-applikazzjoni manwali ffirmata li għandha titwassal fiżikament lis-CPA (il-fluss 38) mir-rappreżentant awtorizzat tat-TLM u li jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni msemmija fit-taqsimiet 3.2.2.2 u 3.2.3.

(105)Il-formola tal-applikazzjoni tat-TLM għandha tkun iffirmata mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(106)L-ewwel nett, it-TLM jiġġenera ċ-ċertifikat tiegħu ffirmat minnu stess u jittrażmettih b’mod sigur lis-CPA. Imbagħad it-TLM iġib il-formola tal-applikazzjoni tiegħu (li jkun fiha l-marki tas-swaba’ taċ-ċertifikat iffirmat minnu stess), kopja tas-CPS tiegħu, l-ID uffiċjali, prova tal-awtorizzazzjoni u r-rapport tal-awditjar tiegħu lis-CPA (il-fluss 40). Is-CPA għandha tivverifika d-dokumenti kollha u ċ-ċertifikat iffirmat minnu stess. F’każijiet ta’ verifika pożittiva tad-dokumenti kollha, taċ-ċertifikat iffirmat minnu stess u tal-marki tas-swaba’, is-CPA għandha tikkonferma l-proċess tar-reġistrazzjoni billi tibgħat l-approvazzjoni tagħha lit-TLM u lis-CPOC (il-fluss 39). Is-CPA għandha taħżen l-informazzjoni tal-applikazzjoni mibgħuta mit-TLM. Iċ-ċertifikat tat-TLM imbagħad jinħareġ permezz tas-CPOC.

4.1.2.3.EA u AA

(107)Matul il-proċess tar-reġistrazzjoni, l-EA/AA għandhom jgħaddu d-dokumenti rilevanti (eż. is-CPS u r-rapport tal-awditjar) lir-root CA korrispondenti għall-approvazzjoni (il-fluss 27/28). F’każijiet ta’ verifiki pożittivi tad-dokumenti, ir-root CA tibgħat approvazzjoni lir-root sub-CAs korrispondenti (il-fluss 29/30). Is-sub-CA (EA jew AA) għandha mbagħad tittrażmetti t-talba ffirmata tagħha b’mod elettroniku, u fiżikament twassal il-formola tal-applikazzjoni tagħha (skont it-taqsima 3.2.2.1), il-prova tal-awtorizzazzjoni u d-dokument tal-ID lir-root CA korrispondenti. Ir-root CA tivverifika t-talba u d-dokumenti li tirċievi (il-formola tal-applikazzjoni li jkun fiha l-marki tas-swaba’, li hi l-hashvalue SHA 256 tat-talba tas-sub-CA, il-prova tal-awtorizzazzjoni u d-Dokument tal-ID). Jekk il-verifiki kollha jwasslu għal riżultat pożittiv, ir-root CA toħroġ iċ-ċertifikat tas-sub-CA korrispondenti. L-informazzjoni dettaljata dwar kif issir it-talba inizjali hi deskritta fis-CPS speċifika tagħha.

(108)Minbarra l-formola tal-applikazzjoni tas-sub-CA, ir-rappreżentant awtorizzat tas-sub-CA għandu jehmeż kopja tas-CPS lir-root CA.

(109)L-informazzjoni għandha tingħata lil awditur akkreditat tal-PKI għal awditjar skont it-taqsima 8.

(110)Jekk is-sub-CA hi proprjetà ta’ entità differenti mill-entità li tippossjedi r-root CA, qabel ma toħroġ talba għal ċertifikat tas-sub-CA, l-entità tas-sub-CA għandha tiffirma kuntratt rigward is-servizz tar-root CA.

4.1.2.4.Stazzjon tas-C-ITS

(111)Ir-reġistrazzjoni inizjali tas-suġġetti tal-entitajiet aħħarija (stazzjonijiet tas-C-ITS) għandu jagħmilha l-abbonat responsabbli (manifattur/operatur) mal-EA (il-flussi 33 u 35) wara awtentikazzjoni b’suċċess tal-organizzazzjoni tal-abbonat u ta’ wieħed mir-rappreżentanti tagħha b’konformità mat-taqsimiet 3.2.2.4 u 3.2.5.2.

(112)L-istazzjon tas-C-ITS jista’ jiġġenera par kjavi tal-EC (ara t-taqsima 6.1) u joħloq talba ffirmata għal EC skont [1]. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat.

(113)Waqt ir-reġistrazzjoni ta’ stazzjon normali tas-C-ITS (għall-kuntrarju ta’ stazzjon speċjali mobbli jew fiss tas-C-ITS), l-EA għandha tivverifika li l-permessi fit-talba inizjali mhumiex għal użu governattiv. Il-permessi għal użu governattiv huma ddefiniti mill-Istati Membri korrispondenti. Il-proċedura dettaljata għar-reġistrazzjoni u r-rispons tal-EA lill-manifattur/operatur (il-flussi 33 u 35) għandha tkun stabbilita fis-CPS korrispondenti tal-EA.

(114)L-istazzjon tas-C-ITS għandu jkun irreġistrat f’EA (it-taqsima 3.2.5.3) billi jibgħat it-talba inizjali tal-EC tiegħu skont [1].

(115)Malli ssir ir-reġistrazzjoni inizjali minn rappreżentant awtentikat tal-abbonat, l-EA tapprova liema ATs jista’ jikseb is-suġġett tal-entità aħħarija (jiġifieri l-istazzjon tas-C-ITS). Barra minn hekk, kull entità aħħarija hi assenjata livell ta’ assigurazzjoni ta’ fiduċja, li jkun relatat maċ-ċertifikazzjoni tal-entità aħħarija skont wieħed mill-profili tal-protezzjoni elenkati fit-taqsima 6.1.5.2.

(116)Il-vetturi regolari għandu jkollhom stazzjon tas-C-ITS wieħed biss li jkun irreġistrat f’EA waħda. Vetturi bi skop speċjali (bħallkarozzi tal-pulizija u vetturi oħra bi skop speċjali bi drittijiet speċifiċi) jistgħu jiġu rreġistrati f’EA addizzjonali jew ikollhom stazzjon ieħor addizzjonali tasC-ITS għall-awtorizzazzjonijiet fi ħdan l-ambitu tal-iskop speċjali. Il-vetturi li għalihom tapplika dan l-eżenzjoni għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri responsabbli. Il-permessi għal stazzjonijiet speċjali mobbli u fissi tas-C-ITS għandhom jingħataw biss mill-Istati Membri responsabbli. IsCPS tar-root CAs jew sub-CAs li joħorġu ċertifikati għal dawk il-vetturi f’dawk l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif il-proċess taċ-ċertifikat japplika għal dawk il-vetturi.

(117)Jekk l-abbonat ikun fil-proċess li jemigra stazzjon tas-C-ITS minn EA waħda għal EA oħra, l-istazzjon tas-C-ITS jista’ jkun irreġistrat f’żewġ EAs (simili).

(118)L-istazzjon tas-C-ITS jiġġenera par kjavi tal-AT (ara t-taqsima 6.1) u joħloq talba għal AT skont [1]. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat.

(119)L-istazzjonijiet tas-C-ITS jibagħtu talba għall-awtorizzazzjoni lill-URL tal-AA (il-flussi 32 u 26) billi jibagħtu mill-anqas l-informazzjoni meħtieġa msemmija fit-taqsima 3.2.3.3). L-AA u l-EA jivvalidaw l-awtorizzazzjoni għal kull talba skont it-taqsimiet 3.2.6 u 4.2.2.5.

4.2.Ipproċessar ta’ applikazzjoni għal ċertifikat

4.2.1.Twettiq ta’ funzjonijiet ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni

4.2.1.1.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ root CAs

(120)Ir-rappreżentant awtorizzat tas-CPA hu responsabbli għall-awtentikazzjoni tar-rappreżentant awtorizzat tar-root CA u għall-approvazzjoni tal-proċess tar-reġistrazzjoni tagħha skont it-taqsima 3.

4.2.1.2.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni tat-TLM

(121)Ir-rappreżentant awtorizzat tas-CPA hu responsabbli mill-awtentikazzjoni tar-rappreżentant awtorizzat tat-TLM u milll-approvazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni għall-proċess tar-reġistrazzjoni tiegħu skont it-taqsima 3.

4.2.1.3.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni tal-EA u l-AA

(122)Ir-root CA korrispondenti hi responsabbli mill-awtentikazzjoni tar-rappreżentant awtorizzat tal-EA/AA u mill-approvazzjoni tal-formola tal-applikazzjoni għall-proċess tar-reġistrazzjoni tagħha skont it-taqsima 3.

(123)Ir-root CA għandha tikkonferma l-validazzjoni pożittiva tagħha tal-formola tal-applikazzjoni lill-EA/AA. Imbagħad l-EA/AA tista’ tibgħat talba għal ċertifikat lir-root CA (il-fluss 21/24), li għandha toħroġ ċertifikati lill-EA/AA korrispondenti (il-fluss 18/19).

4.2.1.4.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni tal-abbonat tal-EE

(124)Qabel ma stazzjon tas-C-ITS ikun jista’ jitlob ċertifikat tal-EC, l-abbonat tal-EE għandu jittrażmetti b’mod sigur l-informazzjoni tal-identifikatur tal-istazzjon tas-C-ITS lill-EA (il-fluss 33). L-EA għandha tivverifika t-talba u f’każijiet ta’ verifika pożittiva tirreġistra l-informazzjoni dwar l-istazzjon tas-C-ITS fil-bażi tad-data tagħha u tikkonferma dan lill-abbonat tal-EE (il-fluss 35). Din l-operazzjoni ssir darba biss mill-manifattur jew mill-operatur għal kull stazzjon tas-C-ITS. Ladarba l-istazzjon tas-C-ITS ikun irreġistrat minn EA, dan jista’ jitlob sa ċertifikat wieħed tal-EC li jeħtieġ (il-fluss 31) f’xi mument. L-EA tawtentika u tivverifika li l-informazzjoni fit-talba għaċ-ċertifikat tal-EC hi valida għall-istazzjon tas-C-ITS.

4.2.1.5.Biljetti tal-awtorizzazzjoni

(125)Matul talbiet għall-awtorizzazzjoni (il-fluss 32), skont [1], l-AA għandha tawtentika l-EA li mingħandha l-istazzjon tas-C-ITS ikun irċieva l-EC tiegħu. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat. Jekk l-AA ma tkunx tista’ tawtentika l-EA, it-talba tiġi rifjutata (il-fluss 26). Bħala rekwiżit, l-AA għandu jkollha ċ-ċertifikat tal-EA biex tawtentika l-EA u tivverifika r-rispons tagħha (il-flussi 25 u 23, it-taqsima 3.2.5.3).

(126)L-EA tawtentika l-istazzjon tas-C-ITS li jitlob l-AT billi tivverifika l-EC tiegħu (il-flussi 25 u 23).

4.2.2.Approvazzjoni jew rifjut ta’ applikazzjonijiet għal ċertifikat

4.2.2.1.Approvazzjoni jew rifjut ta’ ċertifikati ta’ root CA

(127)It-TLM idaħħal/iħassar iċ-ċertifikati tar-root CA fl-ECTL skont l-approvazzjoni tas-CPA (fluss 1/2).

(128)It-TLM għandu jivverifika l-firma, l-informazzjoni u l-kodifikazzjoni taċ-ċertifikati tar-root CA wara li jirċievi l-approvazzjoni tas-CPA (il-fluss 1). Wara validazzjoni pożittiva u l-approvazzjoni tas-CPA, it-TLM għandu jpoġġi ċ-ċertifikat root korrispondenti fl-ECTL u jinnotifika lis-CPA (il-fluss 5).

4.2.2.2.Approvazzjoni jew rifjut ta’ ċertifikat tat-TLM

(129)Is-CPA hi responsabbli mill-approvazzjoni jew ir-rifjut taċ-ċertifikati tat-TLM.

4.2.2.3.Approvazzjoni jew rifjut ta’ ċertifikati tal-EA u tal-AA

(130)Ir-root CA tivverifika t-talbiet għaċ-ċertifikati tas-sub-CA (il-fluss 21/24) u r-rapporti rilevanti (maħruġa mill-awditur akkreditat tal-PKI) meta tirċevihom (il-fluss 36, it-taqsima 8) mingħand is-sub-CA korrispondenti tar-root CA. Jekk il-verifika tat-talba twassal għal riżultat pożittiv, ir-root CA korrispondenti toħroġ ċertifikat lill-EA/AA rikjedenti (il-fluss 18/19); inkella, it-talba tiġi rifjutata u ma għandu jinħareġ l-ebda ċertifikat lill-EA/AA.

4.2.2.4.Approvazzjoni jew rifjut ta’ EC

(131)L-EA għandha tivverifika u tivvalida t-talbiet għall-EC skont it-taqsimiet 3.2.3.2 u 3.2.5.3.

(132)Jekk it-talba għal ċertifikat skont [1] hi korretta u valida, l-EA għandha tiġġenera ċ-ċertifikat mitlub.

(133)Jekk it-talba għal ċertifikat mhix valida, l-EA tirrifjutaha u tibgħat rispons li jistabbilixxi r-raġuni għar-rifjut skont [1]. Jekk l-istazzjon tas-C-ITS xorta jkun irid l-EC, dan għandu jagħmel talba ġdida għal ċertifikat. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat.

4.2.2.5.Approvazzjoni jew rifjut ta’ AT

(134)It-talba għal ċertifikat hi vverifikata mill-EA. L-AA għandha tistabbilixxi komunikazzjoni mal-EA biex tivvalida t-talba (il-fluss 25). L-EA għandha tawtentika l-istazzjon tas-C-ITS rikjedenti u tivvalida jekk hux intitolat li jirċievi l-AT mitlub b’konformità mas-CP (eż. billi tivverifika l-istatus tar-revoka u tivvalida l-validità tal-ħin/tar-reġjun taċ-ċertifikat, il-permessi, il-livell ta’ assigurazzjoni, eċċ.). L-EA għandha tirritorna rispons ta’ validazzjoni (il-fluss 23) u, jekk ir-rispons ikun pożittiv, l-AA għandha tiġġenera ċ-ċertifikat mitlub u tittrażmettih lill-istazzjon tas-C-ITS. Jekk it-talba għal AT ma tkunx korretta jew ir-rispons tal-validazzjoni tal-EA ikun negattiv, l-AA tirrifjuta t-talba. Jekk l-istazzjon tas-C-ITS xorta jkun jeħtieġ l-AT, dan għandu jagħmel talba ġdida għall-awtorizzazzjoni.

4.2.3.Żmien biex tiġi pproċessata l-applikazzjoni għal ċertifikat 

4.2.3.1.Applikazzjoni għal ċertifikat ta’ root CA

(135)Il-proċess tal-identifikazzjoni u tal-awtentikazzjoni ta’ applikazzjoni għal ċertifikat isir matul il-ġranet tax-xogħol u għandu jkun soġġett għal limitu ta’ żmien massimu stabbilit fis-CPS tar-root CA.

4.2.3.2.Applikazzjoni għal ċertifikat tat-TLM

(136)L-ipproċessar tal-applikazzjoni taċ-ċertifikat tat-TLM għandu jkun soġġett għal limitu ta’ żmien massimu stabbilit fis-CPS tat-TLM.

4.2.3.3.Applikazzjoni għal ċertifikat tal-EA u tal-AA

(137)Il-mument meta jsir l-ipproċessar tal-proċess tal-identifikazzjoni u tal-awtentikazzjoni ta’ applikazzjoni għal ċertifikat hu matul ġurnata tax-xogħol skont il-ftehim u l-kuntratt bejn l-Istat Membru/l-organizzazzjoni privata tar-root CA u s-subCA. Il-ħin għall-ipproċessar tal-applikazzjoni taċ-ċertifikat tas-sub-CA għandu jkun soġġett għal-limitu ta’ żmien massimu stabbilit fis-CPS tas-Sub-CA.

4.2.3.4.Applikazzjoni għal EC

(138)L-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal EC għandu jkun soġġett għal limitu ta’ żmien massimu stabbilit fis-CPS tal-EA.

4.2.3.5.Applikazzjoni għal AT

(139)L-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal AT għandu jkun soġġett għal limitu ta’ żmien massimu stabbilit fis-CPS tal-AA.

4.3.Ħruġ ta’ ċertifikat

4.3.1.Azzjonijiet tas-CA matul il-ħruġ ta’ ċertifikat

4.3.1.1.Ħruġ ta’ ċertifikat tar-root CA

(140)Ir-root CAs joħorġu ċ-ċertifikati tar-root CA tagħhom stess iffirmati minnhom stess, iċ-ċertifikati tal-konnessjoni, iċ-ċertifikati tas-sub-CA u s-CRLs.

(141)Wara l-approvazzjoni tas-CPA (il-fluss 4), ir-root CA tibgħat iċ-ċertifikat tagħha lit-TLM permezz tas-CPOC li għandu jiżdied mal-ECTL (il-flussi 11 u 8) (ara t-taqsima 4.1.2.1). It-TLM jivverifika jekk is-CPA approvatx iċ-ċertifikat (il-fluss 1).

4.3.1.2.Ħruġ ta’ ċertifikat tat-TLM

(142)It-TLM joħroġ iċ-ċertifikat tat-TLM u tal-konnessjoni tiegħu stess iffirmat minnu stess u jibagħtu lis-CPOC (il-fluss 6).

4.3.1.3.Ħruġ ta’ ċertifikat tal-EA u tal-AA

(143)Is-sub-CAs jiġġeneraw talba ffirmata għal ċertifikat u jittrażmettuha lir-root CA korrispondenti (il-flussi 21 u 24). Ir-root CA tivverifika t-talba u toħroġ ċertifikat lis-sub-CA rikjedenti skont [5] kemm jista’ jkun malajr, kif stabbilit fis-CPS għal prattiki operattivi tas-soltu, iżda sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun irċeviet it-talba.

(144)Ir-root CA għandha taġġorna r-repożitorju li fih iċ-ċertifikati tas-subCAs.

4.3.1.4.Ħruġ ta’ EC

(145)L-istazzjon tas-C-ITS għandu jibgħat talba għal EC lill-EA skont [1]. L-EA għandha tawtentika u tivverifika li l-informazzjoni fit-talba għaċ-ċertifikat hi valida għall-istazzjon tas-C-ITS. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat.

(146)F’każijiet ta’ validazzjoni pożittiva, l-EA għandha toħroġ ċertifikat skont ir-reġistrazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS (ara 4.2.1.4) u tibagħtu lill-istazzjon tas-C-ITS billi tuża messaġġ ta’ rispons tal-EC skont [1]. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat.

(147)Jekk ma jkun hemm l-ebda reġistrazzjoni, l-EA għandha tiġġenera kodiċi ta’ errur u tibagħtu lill-istazzjon tas-C-ITS billi tuża messaġġ ta’ rispons tal-EC skont [1]. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat.

(148)It-talbiet għal EC u r-rispons tal-EC għandhom ikunu kriptati biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità u jkunu ffirmati biex jiġu żgurati l-awtentikazzjoni u l-integrità.

4.3.1.5.Ħruġ ta’ AT

(149)L-istazzjon tas-C-ITS għandu jibgħat messaġġ ta’ talba għal AT lill-AA, skont [1]. L-AA għandha tibgħat talba għall-validazzjoni tal-AT skont [1] lill-EA. L-EA għandha tibgħat rispons għall-validazzjoni tal-AT lill-AA. F’każijiet ta’ rispons pożittiv, l-AA għandha tiġġenera AT u tibagħtu lill-istazzjon tas-C-ITS billi tuża messaġġ ta’ rispons tal-AT skont [1]. F’każijiet ta’ rispons negattiv, l-AA għandha tiġġenera kodiċi ta’ errur u tibagħtu lill-istazzjon tas-C-ITS billi tuża messaġġ ta’ rispons tal-AT skont [1]. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat.

(150)It-talbiet għal AT u r-rispons tal-AT għandhom jiġu kriptati (dan hu meħtieġ biss għall-istazzjonijiet mobbli tas-CITS) biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità u jiġu ffirmati biex ikunu żgurati l-awtentikazzjoni u l-integrità.

4.3.2.Notifika tas-CA lill-abbonat dwar il-ħruġ ta’ ċertifikati.

Mhux applikabbli.

4.4.Aċċettazzjoni taċ-ċertifikat

4.4.1.Twettiq ta’ aċċettazzjoni taċ-ċertifikat

4.4.1.1.Root CA

Mhux applikabbli.

4.4.1.2.TLM

Mhux applikabbli.

4.4.1.3.EA u AA

(151)L-EA/AA għandhom jivverifikaw it-tip taċ-ċertifikat, il-firma u l-informazzjoni fiċ-ċertifikat riċevut. L-EA/AA għandhom iwarrbu ċ-ċertifikati kollha tal-EA/AA li mhumiex ivverifikati sew u joħorġu talba ġdida.

4.4.1.4.Stazzjon tas-C-ITS

(152)L-istazzjon tas-C-ITS għandu jivverifika r-rispons tal-EC/AT riċevut mill-EA/AA kontra t-talba oriġinali tiegħu, inkluż il-firma u l-katina taċ-ċertifikat. Għandu jwarrab ir-rispons kollu tal-EC/AT li mhux ivverifikat sew. F'dawn il-każijiet, dan għandu jibgħat talba ġdida tal-EC/AT.

4.4.2.Pubblikazzjoni taċ-ċertifikat

(153)Iċ-ċertifikati tat-TLM u ċ-ċertifikati tal-konnessjoni tagħhom għandhom ikunu disponibbli għall-parteċipanti kollha permezz tas-CPOC.

(154)Iċ-ċertifikati tar-root CA jiġu ppubblikati mis-CPOC permezz tal-ECTL, li tiġi ffirmata mit-TLM.

(155)Iċ-ċertifikati tas-sub-CAs (tal-EAs u tal-AAs) jiġu ppubblikati mir-root CA.

(156)L-ECs u l-ATs ma jiġux ippubblikati.

4.4.3.Notifika tal-ħruġ taċ-ċertifikat

Mhemmx notifiki tal-ħruġ.

4.5.Par kjavi u użu taċ-ċertifikat

4.5.1.Kjavi privata u użu taċ-ċertifikat

4.5.1.1.Kjavi privata u użu taċ-ċertifikat għat-TLM

(157)It-TLM għandu juża l-kjavi privati tiegħu biex jiffirma ċ-ċertifikati tiegħu stess (tat-TLM u tal-konnessjoni) u l-ECTL.

(158)Iċ-ċertifikat tat-TLM għandu jintuża mill-parteċipanti tal-PKI biex jivverifikaw l-ECTL u jawtentikaw it-TLM.

4.5.1.2.Kjavi privata u użu taċ-ċertifikati għar-root CAs

(159)Ir-root CAs għandhom jużaw il-kjavi privati tagħhom biex jiffirmaw iċ-ċertifikati tagħhom stess, is-CRL, iċ-ċertifikati tal-konnessjoni u ċ-ċertifikati tal-EA/AA.

(160)Iċ-ċertifikati tar-root CA għandhom jintużaw mill-parteċipanti tal-PKI biex jivverifikaw iċ-ċertifikati assoċjati tal-AA u tal-EA, iċ-ċertifikati tal-konnessjoni u s-CRLs.

4.5.1.3.Kjavi privata u użu taċ-ċertifikat għal EAs u AAs

(161)L-EAs għandhom jużaw il-kjavi privati tagħhom biex jiffirmaw l-ECs u għad-dekriptaġġ tat-talba għar-reġistrazzjoni.

(162)Iċ-ċertifikati tal-EA għandhom jintużaw biex jivverifikaw il-firma tal-ECs assoċjati u għall-kriptaġġ tat-talba għal EC u AT mill-EEs kif definit f’[1].

(163)L-AAs għandhom jużaw il-kjavi privati tagħhom biex jiffirmaw l-ATs u għad-dekriptaġġ tat-talba għal AT.

(164)Iċ-ċertifikati tal-AA għandhom jintużaw mill-EEs biex jivverifikaw l-ATs assoċjati u għall-kriptaġġ tat-talba għal AT kif definit f’[1].

4.5.1.4.Kjavi privata u użu taċ-ċertifikat għall-entità aħħarija

(165)L-EEs għandhom jużaw il-kjavi privata li tikkorrispondi għal EC valida biex jiffirmaw talba ġdida għar-reġistrazzjoni kif definit f’[1]. Il-kjavi privata l-ġdida għandha tintuża biex tinbena l-firma interna fit-talba biex tingħata prova tal-pussess tal-kjavi privata li tikkorrispondi għall-kjavi pubblika l-ġdida tal-EC.

(166)L-EEs għandhom jużaw il-kjavi privata li tikkorrispondi għal EC valida biex jiffirmaw talba għall-awtorizzazzjoni kif definit f’[1]. Il-kjavi privata li tikkorrispondi għall-AT l-ġdid għandha tintuża biex tinbena l-firma interna fit-talba biex tingħata prova tal-pussess tal-kjavi privata li tikkorrispondi għall-kjavi pubblika l-ġdida tal-AT.

(167)L-EE għandha tuża l-kjavi privata li tikkorrispondi għal AT xieraq biex tiffirma messaġġi tas-C-ITS kif definit f’[5].

4.5.2.Kjavi pubblika tal-parti dipendenti u użu taċ-ċertifikat

(168)Il-partijiet dipendenti jużaw il-passaġġ taċ-ċertifikazzjoni fdat u l-kjavi pubbliċi assoċjati għall-għanijiet imsemmija fiċ-ċertifikati u biex jawtentikaw l-identità komuni fdata tal-ECs u tal-ATs.

(169)Iċ-ċertifikati, l-ECs u l-ATs tar-root CA, tal-EA u tal-AA ma għandhomx jintużaw mingħajr verifika preliminari minn parti dipendenti.

4.6.Tiġdid taċ-ċertifikat

Mhux permess.

4.7.Rikjavar taċ-ċertifikat

4.7.1.Ċirkostanzi għar-rikjavar taċ-ċertifikat

(170)Ir-rikjavar taċ-ċertifikat għandu jiġi pproċessat meta ċertifikat jasal fi tmiem il-ħajja tiegħu jew meta l-kjavi privata tasal fi tmiem l-użu operazzjonali, iżda r-relazzjoni ta’ fiduċja mas-CA tkun għadha teżisti. Par kjavi ġdid u ċ-ċertifikat korrispondenti għandhom jiġu ġġenerati u maħruġa fil-każijiet kollha.

4.7.2.Min jista’ jitlob rikjavar

4.7.2.1.Root CA

(171)Ir-root CA ma titlobx rikjavar. Il-proċess ta’ rikjavar hu proċess intern għar-root CA, għax iċ-ċertifikat tagħha hu ffirmat minnha stess. Ir-root CA għandha twettaq ir-rikjavar biċ-ċertifikati tal-konnessjoni jew bi ħruġ ġdid (ara t-taqsima 4.3.1.1).

4.7.2.2.TLM

(172)It-TLM ma jitlobx rikjavar. Il-proċess ta’ rikjavar hu intern għat-TLM, għax iċ-ċertifikat tat-TLM hu ffirmat minnu stess.

4.7.2.3.EA u AA

(173)It-talba għaċ-ċertifikat tas-sub-CA trid tiġi ppreżentata fi żmien xieraq biex ikun żgur li jkun hemm ċertifikat ġdid tas-sub-CA u par kjavi tas-sub-CA operazzjonali qabel ma tiskadi l-kjavi privata attwali tas-sub-CA. Id-data tal-preżentazzjoni għandha tqis ukoll iż-żmien meħtieġ għall-approvazzjoni.

4.7.2.4.Stazzjon tas-C-ITS

Mhux applikabbli.

4.7.3.Proċess ta’ rikjavar

4.7.3.1.Ċertifikat tat-TLM

(174)It-TLM jiddeċiedi li jagħmel rikjavar abbażi tar-rekwiżiti fit-taqsimiet 6.1 u 7.2. Il-proċess dettaljat hu stabbilit fis-CPS tiegħu.

(175)It-TLM għandu jwettaq il-proċess ta’ rikjavar fi żmien xieraq biex tkun tista’ ssir id-distribuzzjoni taċ-ċertifikat il-ġdid tat-TLM u ċ-ċertifikat tal-konnessjoni lill-parteċipanti kollha qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat attwali tat-TLM.

(176)It-TLM għandu juża ċ-ċertifikati tal-konnessjoni għar-rikjavar u biex jiggarantixxi r-relazzjoni ta’ fiduċja taċ-ċertifikat il-ġdid iffirmat minnu stess. It-TLM u ċ-ċertifikat tal-konnessjoni ġġenerati ġodda jiġu ttrasferiti lis-CPOC.

4.7.3.2.Ċertifikat ta’ root CA

(177)Ir-root CA tiddeċiedi li tagħmel ir-rikjavar abbażi tar-rekwiżiti tat-taqsimiet 6.1.5 u 7.2. Il-proċess dettaljat għandu jiġi ddefinit fis-CPS tagħha.

(178)Ir-root CA għandha twettaq il-proċess ta’ rikjavar fi żmien xieraq (qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat tar-root CA) biex tkun tista’ ssir inklużjoni taċ-ċertifikat il-ġdid fl-ECTL qabel ma ċ-ċertifikat tar-root CA isir validu (ara t-taqsima 5.6.2). Il-proċess ta’ rikjavar għandu jitwettaq permezz taċ-ċertifikati tal-konnessjoni jew bħala talba inizjali.

4.7.3.3.Ċertifikati tal-EA u l-AA

(179)L-EA jew l-AA għandhom jitolbu ċertifikat ġdid kif ġej:

Stadju

Indikazzjoni

Talba għal rikjavar

1

Ġenerazzjoni tal-par kjavi

Is-sub-CAs (EAs u AAs) għandhom jiġġeneraw pari kjavi ġodda skont it-taqsima 6.1.

2

Ġenerazzjoni tat-talba għal ċertifikat u tal-firma ta’ interna

Is-sub-CA tiġġenera talba għal ċertifikat mill-kjavi pubblika li tkun għada kif ġiet iġġenerata billi tikkunsidra l-iskema tal-ismijiet (subject_info) tat-taqsima 3, l-algoritmu tal-firma, il-Permessi Speċifiċi għas-Servizz (l-SSPs) u parametru addizzjonali fakultattiv, u tiġġenera l-firma interna bil-kjavi privata l-ġdida korrispondenti. Jekk tkun meħtieġa kjavi tal-kriptaġġ, is-sub-CA għandha wkoll tagħti prova tal-pussess tal-kjavi privata tad-dekriptaġġ korrispondenti.

3

Ġenerazzjoni tal-firma esterna

It-talba kollha għandha tiġi ffirmata bil-kjavi privata valida attwali biex tiġi ggarantita l-awtentiċità tat-talba ffirmata.

4

Talba mibgħuta lir-root CA

It-talba ffirmata għandha tiġi ppreżentata lir-root CA korrispondenti.

5

Verifika tat-talba

Ir-root CA korrispondenti għandha tivverifika l-integrità u l-awtentiċità tat-talba. L-ewwel nett, għandha tivverifika l-firma esterna. Jekk il-verifika hi pożittiva, għandha tivverifika l-firma interna. Meta jkun hemm prova tal-pussess tal-kjavi privata tad-dekriptaġġ, għandha tivverifika wkoll din il-prova.

6

Aċċettazzjoni jew rifjut tat-talba

Jekk il-verifiki kollha jwasslu għal riżultat pożittiv, ir-root CA taċċetta t-talba; inkella, tiċħad it-talba.

7

Ġenerazzjoni u ħruġ taċ-ċertifikat

Ir-root CA tiġġenera ċertifikat ġdid u tqassmu lis-sub-CA rikjedenti.

8

Rispons mibgħut

Is-sub-CA għandha tibgħat messaġġ dwar l-istatus (dwar jekk irċevietx iċ-ċertifikat jew le) lir-root CA.

Tabella 3: Proċess ta’ rikjavar għall-EAs u l-AAs

(180)Waqt rikjavar awtomatiku għas-sub-CAs, ir-root CA għandha tiżgura li min jagħmel it-talba jkun tabilħaqq fil-pussess tal-kjavi privata tagħha. Għandhom jiġu applikati protokolli xierqa għall-prova tal-pussess tal-kjavi privati tad-dekriptaġġ, pereżempju kif definit fl-RFC 4210 u 4211. Għal kjavi ta’ firma privata, għandha tintuża l-firma interna.

4.7.3.4.Ċertifikati ta’ stazzjon tas-C-ITS

Mhux applikabbli għall-AT.

4.8.Modifika taċ-ċertifikat

Mhux permess.

4.9.Revoka u sospensjoni taċ-ċertifikat

Ara t-taqsima 7

4.10.Servizzi tal-istatus taċ-ċertifikat

4.10.1.Karatteristiċi operazzjonali

Ma japplikax

4.10.2.Disponibbiltà tas-servizz

Ma japplikax

4.10.3.Karatteristiċi mhux obbligatorji

Ma japplikax

4.11.Tmiem l-abbonament

Ma japplikax

4.12.Kjavi miżmuma minn terzi u rkupru tal-kjavi

4.12.1.Abbonat

4.12.1.1.Liema par kjavi jista’ jinżamm minn terzi

Mhux applikabbli.

4.12.1.2.Min jista’ jippreżenta applikazzjoni għall-irkupru

Mhux applikabbli.

4.12.1.3.Proċess ta’ rkupru u responsabbiltajiet

Mhux applikabbli.

4.12.1.4.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni

Mhux applikabbli.

4.12.1.5.Approvazzjoni jew rifjut ta’ applikazzjonijiet għall-irkupru

Mhux applikabbli.

4.12.1.6.Azzjonijiet KEA u KRA matul l-irkupru tal-par kjavi

Mhux applikabbli.

4.12.1.7.Disponibbiltà ta’ KEA u KRA

Mhux applikabbli.

4.12.2.Inkapsulament tal-kjavi tas-sessjoni u politika u prattiki tal-irkupru

Mhux applikabbli.

5.Kontrolli tal-faċilità, tal-imaniġġjar u operazzjonali

(181)Il-PKI hi magħmula mir-root CA, l-EA/AA, is-CPOC u t-TLM, inkluż il-komponenti tal-ICT tagħhom (eż. networks u servers).

(182)F’din it-taqsima, l-entità responsabbli minn element tal-PKI hi identifikata mill-element innifsu. Fi kliem ieħor, is-sentenza “is-CA hi responsabbli mit-twettiq tal-awditjar” hi ekwivalenti għal “l-entità jew il-persunal li jimmaniġġjaw is-CA huma responsabbli mit-twettiq…”.

(183)It-terminu “elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS” jinkludi r-root CA, it-TLM, l-EA/AA, is-CPOC u n-network sigur.

5.1.Kontrolli fiżiċi

(184)L-operazzjonijiet kollha tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jitwettqu f’ambjent fiżikament protett li jiskoraġġixxi, jipprevjeni u jidentifika l-użu mhux awtorizzat ta’, l-aċċess għal jew l-iżvelar ta’ informazzjoni u sistemi sensittivi. L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jużaw kontrolli tas-sigurtà fiżika b’konformità ma’ ISO 27001 u ISO 27005.

(185)L-entitajiet li jimmaniġġjaw l-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jiddeskrivu l-kontrolli tas-sigurtà fiżiċi, proċedurali u tal-persunal fis-CPS tagħhom. B’mod partikolari, is-CPS għandha tkopri informazzjoni dwar il-post tas-sit u l-kostruzzjoni tal-bini u l-kontrolli tas-sigurtà fiżika tagħhom li jiggarantixxu aċċess ikkontrollat għall-kmamar kollha użati fil-faċilità tal-entitajiet tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS.

5.1.1.Post tas-sit u kostruzzjoni

5.1.1.1.Root CA, CPOC, TLM

(186)Ilpost u l-kostruzzjoni tal-faċilità li takkomoda t-tagħmir u d-data tar-root CA, tas-CPOC u tat-TLM (HSM, data tal-attivazzjoni, backup tal-par kjavi, kompjuter, reġistru, skript taċ-ċerimonja tal-kjavi, talba għaċ-ċertifikat, eċċ.) għandhom ikunu konsistenti mal-faċilitajiet użati biex jakkomodaw informazzjoni ta’ valur għoli u sensittiva. Ir-root CA għandha titħaddem f’żona fiżika ddedikata separata minn żoni fiżiċi oħra ta’ komponenti tal-PKI.



(187)Ir-root CA, is-CPOC u t-TLM għandhom jimplimentaw politiki u proċeduri biex jiżguraw li jinżamm livell għoli ta’ sigurtà fl-ambjent fiżiku li fih jiġi installat it-tagħmir tar-root CA, biex jiggarantixxu li:

·jkun iżolat minn networks barra l-mudell ta’ fiduċja;

·jkun separat f’serje ta’ (mill-anqas tnejn) perimetri fiżiċi progressivament aktar siguri;

·data sensittiva (HSM, backup tal-par kjavi, data tal-attivazzjoni, eċċ.) tkun maħżuna f’sejf apposta li jkun jinsab f’żona fiżika apposta b’kontroll ta’ aċċess multiplu.

(188)It-tekniki tas-sigurtà użati għandhom ikunu ddisinjati biex jirreżistu numru kbir u kombinazzjoni ta’ forom differenti ta’ attakki. Il-mekkaniżmi użati għandhom jinkludu mill-anqas:

·allarmi tal-perimetru, televiżjoni b’ċirkwit magħluq, ħitan rinfurzati u ditekters talmoviment;

·awtentikazzjoni b’żewġ fatturi (eż. smartcard u PIN) għal kull persuna u badge biex tidħol u toħroġ mill-faċilitajiet tar-root CA u miż-żona protetta fiżika sikura.

(189)Ir-root CA, is-CPOC u t-TLM jużaw persunal awtorizzat biex kontinwament jimmonitorjaw il-faċilità li takkomoda t-tagħmir abbażi ta’ 7x24x365. L-ambjent operattiv (eż. il-faċilità fiżika) qatt ma għandu jitħalla waħdu. Il-persunal tal-ambjent operattiv qatt ma għandu jkollu aċċess għaż-żoni siguri tar-root CAs jew tas-sub-CAs sakemm ma jkunx awtorizzat.

5.1.1.2.EA/AA

(190)Japplikaw l-istess dispożizzjonijiet tat-taqsima 5.1.1.1.

5.1.2.Aċċess fiżiku

5.1.2.1.Root CA, CPOC, TLM

(191)It-tagħmir u d-data (HSM, data tal-attivazzjoni, backup tal-par kjavi, kompjuter, reġistru, skript taċ-ċerimonja tal-kjavi, talba għal ċertifikat, eċċ.) għandhom dejjem ikunu protetti minn aċċess mhux awtorizzat. Il-mekkaniżmi tas-sigurtà fiżika għat-tagħmir għandhom mill-anqas:

·jimmonitorjaw, manwalment jew b’mod elettroniku, għal dħul mhux awtorizzat f’kull ħin;

·jiżguraw li ma jkun permess l-ebda aċċess mhux awtorizzat għall-ħardwer u għad-data tal-attivazzjoni;

·jiżguraw li l-midja trasferibbli u l-karti kollha li jkun fihom informazzjoni sensittiva b’test sempliċi jinħażnu f’kontenitur sigur;

·jiżguraw li kwalunkwe individwu li jidħol fiż-żoni siguri li mhux awtorizzat fuq bażi permanenti ma għandux jitħalla mingħajr superviżjoni minn impjegat awtorizzat tal-faċilitajiet tar-root CA, tas-CPOC u tat-TLM;

·jiżguraw li r-reġistru tal-aċċess jinżamm u jiġi spezzjonat perjodikament;

·jipprovdu mill-anqas żewġ saffi ta’ sigurtà li tiżdied progressivament, eż. fil-livell tal-perimetru, tal-bini u tal-kamra operattiva;

·jeħtieġu żewġ kontrolli ta’ aċċess fiżiku ta’ rwol ta’ fiduċja għallHSM kriptografiċi u d-data tal-attivazzjoni.

(192)Għandha titwettaq verifika tas-sigurtà tal-faċilità li takkomoda t-tagħmir jekk tkun se titħalla waħedha. Bħala minimu, il-verifika għandha tivverifika li:

·it-tagħmir hu fi stat li jixraq għall-mod ta’ tħaddim attwali;

·għall-komponenti offline, it-tagħmir kollu jkun mitfi;

·kwalunkwe kontenitur tas-sigurtà (envelopp li ma jippermettix tbagħbis, sejf, eċċ.) hu protett sew;

·is-sistemi ta’ sigurtà fiżika (eż. serraturi tal-bibien, għata tal-ventilazzjoni, elettriku) qed jaħdmu sew;

·iż-żona hi protetta kontra aċċess mhux awtorizzat.

(193)Il-moduli kriptografiċi li jistgħu jitneħħew għandhom jiġu diżattivati qabel il-ħażna. Meta ma jkunux qed jintużaw, dawn il-moduli u d-data tal-attivazzjoni użata biex jiġu aċċessati jew biex jiġu attivati għandhom jitqiegħdu f’sejf. Id-data tal-attivazzjoni għandha jew tkun memorizzata jew irreġistrata u maħżuna b’mod proporzjonat mas-sigurtà mogħtija lill-modulu kriptografiku. Ma għandhomx jinħażnu bil-modulu kriptografiku, biex jiġi evitat li persuna waħda biss ikollha aċċess għall-kjavi privata.

(194)Persuna jew grupp ta’ rwoli fdati għandhom ikunu responsabbli b’mod espliċitu biex jagħmlu dawn il-verifiki. Meta grupp ta’ nies ikunu responsabbli, għandu jinżamm reġistru li jidentifika l-persuna li twettaq kull verifika. Jekk ma jkunx hemm xi ħadd kontinwament fil-faċilità, l-aħħar persuna li titlaq għandha tniżżel l-inizjali tagħha fuq il-folja tal-ħruġ li tindika d-data u l-ħin, u tikkonferma li l-mekkaniżmi kollha meħtieġa ta’ protezzjoni fiżika huma stabbiliti u attivati.

5.1.2.2.EA/AA

(195)Japplikaw l-istess dispożizzjonijiet tat-taqsima 5.1.2.1.

5.1.3.Enerġija u arja kundizzjonata

(196)Il-faċilitajiet siguri tal-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (root CA, CPOC, TLM, EA u AA) għandhom ikunu mgħammra b’aċċess affidabbli għall-enerġija elettrika biex jiżguraw tħaddim mingħajr ħsarat jew bi ħsarat żgħar. L-installazzjonijiet primarji u tal-backup huma meħtieġa fil-każ ta’ qtugħ estern fl-enerġija u waqfien bla xkiel tat-tagħmir tal-mudell ta’ fiduċja tas-CITS fil-każ ta’ nuqqas ta’ enerġija. Il-faċilitajiet tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom ikunu mgħammra b’sistemi ta’ tisħin/ventilazzjoni/arja kundizzjonata biex iżommu t-temperatura u l-umdità relattiva tat-tagħmir tal-mudell ta’ fiduċja tas-CITS fil-firxa operattiva. Is-CPS tal-element tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS se tiddeskrivi fid-dettall il-pjan u l-proċessi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti.

5.1.4.Esponimenti għall-ilma

(197)Il-faċilitajiet siguri tal-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (root CA, CPOC, TLM, EA u AA) għandhom jiġu protetti b’mod li jimminimizza l-impatt mill-esponiment għall-ilma. Għal din ir-raġuni, il-pajpijiet tal-ilma u tal-ħamrija għandhom jiġu evitati. Is-CPS tal-element tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS se tiddeskrivi fid-dettall il-pjan u l-proċessi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti.

5.1.5.Prevenzjoni u protezzjoni min-nar

(198)Biex tiġi evitata l-espożizzjoni dannuża għall-fjammi jew għad-duħħan, il-faċilitajiet siguri tal-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-CITS (root CA, CPOC, TLM, EA u AA) għandhom jinbnew u jkunu mgħammra kif xieraq u għandhom jiġu implimentati proċeduri biex jindirizzaw it-theddid relatat mannar. Il-ħażna tal-midja għandha tkun protetta kontra n-nar f’kontenituri xierqa.

(199)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jipproteġu l-midja fiżika li jkollha l-backups tad-data kritika tas-sistema jew kwalunkwe informazzjoni sensittiva oħra minn perikli ambjentali u użu mhux awtorizzat ta’, aċċess għal jew żvelar ta’ din il-midja. Is-CPS tal-element tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS se tiddeskrivi fid-dettall il-pjan u l-proċessi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti.

5.1.6.L-immaniġġjar tal-midja

(200)Il-midja użata fl-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (root CA, CPOC, TLM, EA u AA) hi mmaniġġjata b’mod sigur biex tkun protetta minn ħsara, serq u aċċess mhux awtorizzat. Il-proċeduri ta’ mmaniġġjar tal-midja huma implimentati biex jipproteġu kontra l-obsolexxenza u d-deterjorazzjoni tal-midja fil-perjodu li għalih iridu jinżammu r-rekords.

(201)Id-data sensittiva għandha tkun protetta milli tiġi aċċessata meta l-oġġetti tal-ħażna jintużaw mill-ġdid (eż. fajls imħassra), li jistgħu jagħmlu d-data sensittiva aċċessibbli għal utenti mhux awtorizzati.

(202)Għandu jinżamm inventarju tal-assi kollha tal-informazzjoni u r-rekwiżiti stabbiliti għall-protezzjoni ta’ dawn l-assi li huma konsistenti mal-analiżi tar-riskju. Is-CPS tal-element tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS se tiddeskrivi fid-dettall il-pjan u l-proċessi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti.

5.1.7.Rimi tal-iskart

(203)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (root CA, CPOC, TLM, EA u AA) għandhom jimplimentaw proċeduri għar-rimi sigur u irriversibbli tal-iskart (karti, midja jew kwalunkwe skart ieħor) biex jipprevjenu l-użu mhux awtorizzat ta’, l-aċċess għal jew l-iżvelar ta’ skart li jkun fih informazzjoni kunfidenzjali/privata. Il-mezzi kollha użati għall-ħażna ta’ informazzjoni sensittiva, bħalma huma l-kjavi, id-data tal-attivazzjoni jew il-fajls, għandhom jinqerdu qabel ma jiġu rilaxxati għar-rimi. Is-CPS tal-element tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS se tiddeskrivi fid-dettall il-pjan u l-proċessi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti.

5.1.8.Backup mhux fuq il-post

5.1.8.1.Root CA, CPOC u TLM

(204)Il-backups sħaħ tal-komponenti tar-root CA, tasCPOC u tat-TLM, li huma biżżejjed biex jirkupraw minn ħsara fis-sistema, isiru offline wara t-tnedija tar-root CA, tas-CPOC u tat-TLM u wara kull ġenerazzjoni ġdida tal-par kjavi. Il-kopji tal-backup tal-informazzjoni essenzjali tan-negozju (par kjavi u CRL) u tas-softwer isiru b’mod regolari. Il-faċilitajiet tal-backup adegwati huma pprovduti biex jiżguraw li l-informazzjoni u s-softwer essenzjali tan-negozju kollha jkunu jistgħu jiġu rkuprati wara diżastru jew falliment tal-midja. L-arranġamenti tal-backup għal sistemi individwali jiġu ttestjati regolarment biex jiġi żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju. Mill-anqas kopja waħda sħiħa tal-backup hi maħżuna f’post barra mis-sit (irkupru minn diżastru). Il-kopja tal-backup tinħażen f’sit b’kontrolli fiżiċi u proċedurali proporzjonati għal dawk tas-sistema operattiva tal-PKI.

(205)Id-data tal-backup hi soġġetta għall-istess rekwiżiti tal-aċċess bħad-data operattiva. Id-data tal-backup għandha tkun kriptata u maħżuna mhux fuq il-post. Fil-każ ta’ telf sħiħ tad-data, l-informazzjoni meħtieġa għat-tħaddim mill-ġdid tar-root CA, tas-CPOC u tat-TLM għandha tiġi rkuprata kollha mid-data tal-backup.

(206)Il-materjal ewlieni privat tar-root CA, tas-CPOC u tat-TLM ma għandhiex issir backup tiegħu bl-użu ta’ mekkaniżmi tal-backup standard, iżda bl-użu tal-funzjoni tal-backup tal-modulu kriptografiku.

5.1.8.2.EA/AA

(207)Il-proċessi deskritti fit-taqsima 5.1.8.1 japplikaw għal din it-taqsima.

5.2.Kontrolli proċedurali

Din it-taqsima tiddeskrivi r-rekwiżiti għal rwoli, dmirijiet u identifikazzjoni tal-persunal.

5.2.1.Rwoli fdati

(208)L-impjegati, il-kuntratturi u l-konsulenti li huma assenjati għal rwoli fdati għandhom jiġu kkunsidrati bħala “persuni fdati”. Il-persuni li jkunu qed ifittxu li jsiru persuni fdati biex jiksbu pożizzjoni ta’ fiduċja għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tgħarbil ta’ din il-politika taċ-ċertifikati.

(209)Il-persuni fdati għandhom aċċess għal jew jikkontrollaw l-awtentikazzjoni jew l-operazzjonijiet kriptografiċi li jistgħu jaffettwaw b’mod materjali:

·il-validazzjoni tal-informazzjoni fl-applikazzjonijiet taċ-ċertifikat;

·l-aċċettazzjoni, ir-rifjut jew ipproċessar ieħor tal-applikazzjonijiet għal ċertifikati, talbiet għal revoka jew talbiet għal tiġdid;

·il-ħruġ jew ir-revoka ta’ ċertifikati, inkluż persunal li jkollu aċċess għal porzjonijiet ristretti tar-repożitorju tiegħu jew l-immaniġġjar ta’ informazzjoni jew talbiet tal-abbonati.

(210)Ir-rwoli fdati jinkludu, imma mhumiex limitati għal:

·servizz tal-klijenti;

·amministrazzjoni tas-sistema;

·inġinerija magħżula;

·eżekuttivi inkarigati mill-immaniġġjar tal-affidabbiltà infrastrutturali.

(211)Is-CA għandha tipprovdi deskrizzjonijiet ċari tar-rwoli fdati kollha fis-CPS tagħha.

5.2.2.Numru ta’ persuni meħtieġa għal kull kompitu

(212)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jistabbilixxu, iżommu u jinfurzaw il-proċeduri ta’ kontroll rigorużi biex tiġi żgurata is-separazzjoni tad-dmirijiet ibbażati fuq rwoli fdati u biex jiġi żgurat li persuni fdati multipli jkunu meħtieġa jwettqu kompiti sensittivi. L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (TLM, CPOC, root CA, EA u AA) għandhom jikkonformaw ma’ [4] u mar-rekwiżiti fil-paragrafi li ġejjin.

(213)Il-proċeduri tal-politika u ta’ kontroll huma fis-seħħ biex jiżguraw is-separazzjoni tad-dmirijiet ibbażati fuq ir-responsabbiltajiet tax-xogħol. Il-kompiti l-aktar sensittivi, bħall-aċċess għal u l-immaniġġjar tal-ħardwer kriptografiku tas-CA (HSM) u l-materjal ewlieni assoċjat tiegħu, għandhom jeħtieġu l-awtorizzazzjoni ta’ persuni fdati multipli.

(214)Dawn il-proċeduri ta’ kontroll intern għandhom ikunu ddisinjati biex jiżguraw li mill-anqas żewġ persuni fdati huma meħtieġa li jkollhom aċċess fiżiku jew loġiku għall-apparat. Ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għal ħardwer kriptografiku tas-CA għandhom jiġu infurzati strettament minn persuni fdati multipli matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, minn meta jasal u jiġi spezzjonat sal-qerda loġika u/jew fiżika finali. Ladarba l-modulu jiġi attivat bil-kjavi operattivi, jiġu invokati aktar kontrolli tal-aċċess biex jinżamm kontroll maqsum fuq l-aċċess kemm fiżiku kif ukoll loġiku għall-apparat.

5.2.3.Identifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ kull rwol

(215)Il-persuni kollha assenjati rwol, kif deskritt f’din is-CP, huma identifikati u awtentikati biex jiggarantixxu li r-rwol jippermettilhom iwettqu d-dmirijiet tal-PKI tagħhom.

(216)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jivverifikaw u jikkonfermaw l-identità u l-awtorizzazzjoni tal-persunal kollu li qed ifittex li jsir parti mill-persuni fdati qabel ma:

·jinħarġilhom l-apparat tal-aċċess tagħhom u jingħataw l-aċċess għall-faċilitajiet meħtieġa;

·jingħataw kredenzjali elettroniċi biex jaċċessaw u jwettqu funzjonijiet speċifiċi fuq is-sistemi tas-CA.

(217)Is-CPS tiddeskrivi l-mekkaniżmi użati biex jiġu identifikati u awtentikati l-individwi.

5.2.4.Rwoli li jeħtieġu separazzjoni tad-dmirijiet

(218)Ir-rwoli li jeħtieġu separazzjoni tad-dmirijiet jinkludu (imma mhumiex limitati għal):

·l-aċċettazzjoni, ir-rifjut u r-revoka ta’ talbiet, u pproċessar ieħor ta’ applikazzjonijiet għal ċertifikati tas-CA;

·il-ġenerazzjoni, il-ħruġ u l-qerda ta’ ċertifikat tas-CA.

(219)Is-segregazzjoni tad-dmirijiet tista’ tiġi infurzata bl-użu tat-tagħmir jew tal-proċeduri tal-PKI, jew tat-tnejn li huma. L-ebda individwu ma għandu jiġi assenjat aktar minn identità waħda sakemm ma jkunx approvat mir-root CA.

(220)Il-parti mir-root CA u mis-CA kkonċernata mill-immaniġġjar tal-ġenerazzjoni u tar-revoka taċ-ċertifikati għandha tkun indipendenti minn organizzazzjonijiet oħra għad-deċiżjonijiet tagħha relatati mal-istabbiliment, il-forniment, iż-żamma u s-sospensjoni ta’ servizzi b’konformità mal-politiki taċ-ċertifikati applikabbli. B’mod partikolari, l-uffiċjali għolja, il-persunal għoli u l-persunal tagħha fi rwoli fdati għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe pressjoni kummerċjali, finanzjarja u oħra li tista’ tinfluwenza b’mod negattiv il-fiduċja fis-servizzi li tipprovdi.

(221)L-EA u l-AA li jaqdu lill-istazzjonijiet mobbli tas-C-ITS għandhom ikunu entitajiet operattivi separati, b’infrastruttura tal-IT separata u b’timijiet tal-maniġment tal-IT separati. Skont il-GDPR, l-EA u l-AA ma għandhom jiskambjaw l-ebda data personali, ħlief għall-awtorizzazzjoni tat-talbiet għall-AT. Huma għandhom jittrasferixxu d-data relatata mal-approvazzjoni ta’ talbiet għall-AT biss bl-użu tal-protokoll ta’ validazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ [1] fuq interfaċċja sigura ddedikata. Jistgħu jintużaw protokolli oħra, diment li [1] jiġi implimentat.

(222)Il-fajls tar-reġistru maħżuna mill-EA u l-AA jistgħu jintużaw biss għall-finijiet tar-revoka tal-ECs li jaġixxu ħażin abbażi tal-ATs f’messaġġi malizzjużi CAM/DENM interċettati. Wara li messaġġ CAM/DENM ikun ġie identifikat bħala malizzjuż, l-AA għandha tfittex il-kjavi tal-verifika tal-AT fir-reġistri tal-ħruġ tagħha u tippreżenta talba għal revoka lill-EA li jkun fiha l-firma kriptata taħt il-kjavi privata tal-EC li tkun intużat matul il-ħruġ tal-AT. Il-fajls tar-reġistru kollha għandhom ikunu protetti b’mod adegwat kontra l-aċċess minn partijiet mhux awtorizzati u ma jistgħux jiġu kondiviżi ma’ entitajiet jew awtoritajiet oħra.

Nota: Fiż-żmien tal-abbozzar ta’ din il-verżjoni tas-CP, id-disinn tal-funzjoni li taġixxi ħażin mhuwiex definit. Hu ppjanat li potenzjalment tiġi ddisinjata l-funzjoni li taġixxi ħażin f’reviżjonijiet futuri tal-politika.

5.3.Kontrolli tal-persunal

5.3.1.Kwalifiki, esperjenza u rekwiżiti ta’ approvazzjoni

(223)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS jimpjegaw numru biżżejjed ta’ persunal bl-għarfien espert, l-esperjenza u l-kwalifiki meħtieġa għall-funzjonijiet tax-xogħol u għas-servizzi offruti. Il-persunal tal-PKI jissodisfa dawn ir-rekwiżiti permezz ta’ taħriġ u kredenzjali formali, esperjenza effettiva jew taħlita tat-tnejn. Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet fdati, kif speċifikati fis-CPS, huma ddokumentati fid-deskrizzjonijiet tal-impjiegi u identifikati b’mod ċar. Is-sottokuntratturi tal-persunal tal-PKI għandhom deskrizzjonijiet tal-impjiegi ddefiniti biex jiżguraw is-separazzjoni tad-dmirijiet u tal-privileġġi, u s-sensittività tal-pożizzjoni hi ddeterminata abbażi tad-dmirijiet u tal-livelli tal-aċċess, it-tgħarbil tal-kondotta, u t-taħriġ u l-għarfien tal-impjegati.

5.3.2.Proċeduri ta’ verifika tal-kondotta

(224)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom iwettqu verifiki tal-kondotta fuq il-persunal li qed ifittex li jsir parti mill-persuni fdati. Il-verifiki tal-kondotta għandhom jiġu ripetuti għall-persunal li jkollu pożizzjonijiet fdati mill-anqas kull ħames snin.

(225)Il-fatturi żvelati waqt verifika tal-kondotta li jistgħu jiġi kkunsidrati bħala raġuni biex jiġu rifjutati kandidati għal pożizzjonijiet ta’ fiduċja jew biex tittieħed azzjoni kontra persuna fdata eżistenti jinkludu (imma mhumiex limitati għal) dawn li ġejjin:

·rappreżentazzjonijiet foloz magħmula mill-kandidat jew mill-persuna fdata;

·referenzi professjonali sfavorevoli ħafna jew mhux affidabbli;

·ċerti kundanni kriminali;

·indikazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ responsabbiltà finanzjarja.

(226)Ir-rapporti li jkun fihom din l-informazzjoni għandhom jiġu evalwati mill-persunal tar-riżorsi umani, li għandhom jieħdu azzjoni raġonevoli fid-dawl tat-tip, il-kobor u l-frekwenza tal-imġiba li toħroġ fid-dieher waqt il-verifika tal-kondotta. Din l-azzjoni tista’ tinkludi miżuri sa u inkluż il-kanċellazzjoni ta’ offerti ta’ impjieg magħmula lil kandidati għal pożizzjonijiet ta’ fiduċja jew it-terminazzjoni tal-impjieg ta’ persuni fdati eżistenti. L-użu tal-informazzjoni li toħroġ fid-dieher waqt verifika tal-kondotta bħala bażi għal din l-azzjoni għandu jkun soġġett għal-liġi applikabbli.

(227)L-investigazzjoni tal-kondotta ta’ persuni li qed ifittxu li jsiru persuna fdata tinkludi iżda mhix limitata għal:

·konferma tal-impjieg preċedenti;

·verifika tar-referenzi professjonali li jkopru l-impjieg tagħhom fuq perjodu ta’ mill-anqas ħames snin;

·konferma tal-ogħla grad ta’ edukazzjoni jew dak l-aktar rilevanti miksub;

·tfittxija ta’ rekords kriminali.

5.3.3.Rekwiżiti ta’ taħriġ

(228)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jipprovdu lill-persunal tagħhom bit-taħriġ meħtieġ biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom relatati mal-operazzjonijiet tas-CA b’mod kompetenti u sodisfaċenti.

(229)Il-programmi ta’ taħriġ għandhom jiġu riveduti perjodikament u t-taħriġ tagħhom għandu jindirizza kwistjonijiet li huma rilevanti għall-funzjonijiet imwettqa mill-persunal tagħhom.

(230)Il-programmi ta’ taħriġ għandhom jindirizzaw kwistjonijiet li huma rilevanti għall-ambjent partikolari tat-trainee, inkluż:

·il-prinċipji u l-mekkaniżmi tas-sigurtà tal-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS;

·il-verżjonijiet tal-ħardwer u tas-softwer użati;

·id-dmirijiet kollha li l-persuna hi mistennija twettaq, u l-proċessi u s-sekwenzi ta’ rapportar intern u estern;

·il-proċessi u l-flussi tax-xogħol tan-negozju tal-PKI;

·ir-rapportar u l-immaniġġjar tal-inċidenti u tal-kompromessi;

·il-proċeduri għall-irkupru minn diżastri u għall-kontinwità tan-negozju;

·għarfien biżżejjed tal-IT.

5.3.4.Frekwenza u rekwiżiti tat-taħriġ mill-ġdid

(231)Il-persuni assenjati għal rwoli fdati huma meħtieġa li jġeddu l-għarfien li jkunu kisbu mit-taħriġ fuq bażi kontinwa billi jużaw ambjent ta’ taħriġ. It-taħriġ għandu jiġi ripetut kull meta jkun meħtieġ u mill-anqas kull sentejn.

(232)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jipprovdu lill-persunal tagħhom b’taħriġ u aġġornamenti mill-ġdid sal-punt u bil-frekwenza meħtieġa biex jiżguraw li jżommu l-livell meħtieġ ta’ profiċjenza biex iwettqu r-responsabbiltajiet tax-xogħol tagħhom b’mod kompetenti u sodisfaċenti.

(233)L-individwi f’rwoli fdati għandhom ikunu konxji tal-bidliet fl-operazzjonijiet tal-PKI, kif applikabbli. Kwalunkwe bidla sinifikanti fl-operazzjonijiet għandha tkun akkumpanjata minn pjan ta’ taħriġ (għarfien) u t-twettiq ta’ dan il-pjan għandu jkun iddokumentat.

5.3.5.Frekwenza u sekwenza tar-rotazzjoni tax-xogħol

(234)L-ebda stipulazzjoni sakemm il-ħiliet tekniċi, l-esperjenza u d-drittijiet tal-aċċess huma żgurati. L-amministraturi tal-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jiżguraw li t-tibdil fil-persunal ma jaffettwawx is-sigurtà tas-sistema.

5.3.6.Sanzjonijiet għal azzjonijiet mhux awtorizzati

(235)Kull element tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandu jiżviluppa proċess dixxiplinarju formali biex jiġi żgurat li azzjonijiet mhux awtorizzati jiġu sanzjonati b’mod xieraq. F’każijiet gravi, l-assenjazzjonijiet tar-rwol u l-privileġġi korrispondenti għandhom jiġu rtirati.

5.3.7.Rekwiżiti tal-kuntrattur indipendenti

(236)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS jistgħu jippermettu kuntratturi jew konsulenti indipendenti li jsiru parti mill-persuni fdati biss sal-punt meħtieġ biex jakkomodaw relazzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni definiti b’mod ċar u bil-kundizzjoni li l-entità tafda lill-kuntratturi jew lill-konsulenti bl-istess mod bħallikieku kienu impjegati u li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-impjegati.

(237)Inkella, il-kuntratturi u l-konsulenti indipendenti għandu jkollhom aċċess għal faċilitajiet siguri tal-PKI tas-C-ITS biss jekk jiġu skortati u sorveljati direttament minn persuni fdati.

5.3.8.Dokumentazzjoni fornuta lill-persunal

(238)L-elementi tal-mudelli ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jipprovdu lill-persunal tagħhom taħriġ meħtieġ u aċċess għad-dokumentazzjoni li jeħtieġu biex iwettqu r-responsabbiltajiet tax-xogħol tagħhom b’mod kompetenti u sodisfaċenti.

5.4.Proċeduri ta’ reġistrazzjoni tal-awditjar

(239)Din it-taqsima tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tat-tipi ta’ avvenimenti li għandhom jiġu rreġistrati u l-immaniġġjar tar-reġistri tal-awditjar.

5.4.1.Tipi ta’ avvenimenti li għandhom jiġu rreġistrati u rrapportati minn kull CA

(240)Ir-rappreżentant tas-CA għandu jirrevedi regolarment ir-reġistri, l-avvenimenti u l-proċeduri tas-CA.

(241)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jirreġistraw it-tipi ta’ avvenimenti tal-awditjar li ġejjin (jekk applikabbli):

·l-aċċess fiżiku għall-faċilità – l-aċċess minn persuni fiżiċi għall-faċilitajiet se jiġi rreġistrat billi jinħażnu t-talbiet għall-aċċess permezz ta’ smartcards. Se jinħoloq avveniment kull darba li tinħoloq rekord;

·l-immaniġġjar tar-rwoli fdati – kwalunkwe tibdil fid-definizzjoni u fil-livell tal-aċċess tar-rwoli differenti se jiġi rreġistrat, inkluż il-modifika tal-attributi tar-rwoli. L-avveniment se jinħoloq kull darba li tinħoloq rekord;

·l-aċċess loġiku – l-avveniment se jiġi ġġenerat meta l-entità (eż. programm) ikollha aċċess għal żoni sensittivi (jiġifieri networks u servers);

·l-immaniġġjar tal-backup – l-avveniment jinħoloq kull darba li titlesta l-backup, b’suċċess jew mingħajr suċċess;

·l-immaniġġjar tar-reġistru – ir-reġistri jiġu maħżuna. Jinħoloq avveniment meta d-daqs tar-reġistru jaqbeż daqs speċifiku;

·id-data mill-proċess tal-awtentikazzjoni għall-abbonati u l-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS – se jiġu ġġenerati avvenimenti għal kull talba ta’ awtentikazzjoni minn abbonati u minn elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS;

·l-aċċettazzjoni u r-rifjut ta’ talbiet għal ċertifikati, inkluż il-ħolqien u t-tiġdid taċ-ċertifikati – se jiġi ġġenerat avveniment perjodikament b’lista ta’ talbiet għal ċertifikati aċċettati u rifjutati fis-sebat ijiem ta’ qabel;

·ir-reġistrazzjoni tal-manifattur – se jinħoloq avveniment meta jiġi rreġistrat il-manifattur;

·ir-reġistrazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS – se jinħoloq avveniment meta jiġi rreġistrat l-istazzjon tas-C-ITS;

·l-immaniġġjar tal-HSM – se jinħoloq avveniment meta jiġi rreġistrat ksur tas-sigurtà tal-HSM;

·l-immaniġġjar tal-IT u tan-network, kif jirrelataw mas-sistemi tal-PKI – se jinħoloq avveniment meta s-server tal-PKI jintefa jew jerġa’ jinxtegħel;

·l-immaniġġjar tas-sigurtà (tentattivi ta’ aċċess għas-sistema tal-PKI ta’ suċċess u li ma rnexxewx, azzjonijiet imwettqa fuq il-PKI u fuq is-sistema tas-sigurtà, tibdil fil-profil tas-sigurtà, ħsarat fis-sistema, ħsarat fil-ħardwer u anomaliji oħra, attivitajiet tal-firewall u tar-router; u dħul fil-faċilitajiet tal-PKI u ħruġ minnhom);

·id-data relatata malavvenimenti se tinħażen għal mill-anqas ħames snin sakemm ma japplikawx regoli nazzjonali addizzjonali.

(242)Skont ilGDPR, ir-reġistri tal-awditjar ma għandhomx jippermettu aċċess għal data relatata mal-privatezza li tikkonċerna vetturi privati tal-istazzjon tas-C-ITS.

(243)Fejn possibbli, ir-reġistri tal-awditjar tas-sigurtà għandhom jinġabru b’mod awtomatiku. Fejn dan ma jkunx possibbli, għandu jintuża ġurnal, f’forma stampata jew mekkaniżmu fiżiku ieħor. Ir-reġistri kollha tal-awditjar tas-sigurtà, kemm elettroniċi kif ukoll mhux elettroniċi, għandhom jinżammu u jkunu disponibbli matul l-awditjar tal-konformità.

(244)Kull avveniment relatat maċ-ċiklu tal-ħajja taċ-ċertifikat hu rreġistrat b’tali mod li jista’ jiġi attribwit lillpersuna li wettqitu. Id-data kollha relatata ma’ identità personali hi kriptata u protetta kontra aċċess mhux awtorizzat.

(245)Bħala minimu, kull rekord tal-awditjar jinkludi dan li ġej (irreġistrat b’mod awtomatiku jew manwalment għal kull avveniment li jista’ jiġi awditjat):

·it-tip ta’ avveniment (mil-lista ta’ hawn fuq);

·id-data u l-ħin fdati li fihom seħħ l-avveniment;

·ir-riżultat tal-avveniment – suċċess jew falliment fejn xieraq;

·l-identità tal-entità u/jew tal-operatur li kkawża l-avveniment jekk applikabbli;

·l-identità tal-entità li għaliha hu indirizzat l-avveniment.

5.4.2.Frekwenza tal-ipproċessar tar-reġistru

(246)Ir-reġistri tal-awditjar għandhom jiġu riveduti bi tweġiba għal twissijiet ibbażati fuq irregolaritajiet u inċidenti fis-sistemi tas-CA u barra minn hekk perjodikament kull sena.

(247)Lipproċessar tarreġistru tal-awditjar għandu jkun magħmul minn reviżjoni tar-reġistri tal-awditjar u d-dokumentazzjoni tar-raġuni għall-avvenimenti sinifikanti kollha f’sommarju tar-reġistru tal-awditjar. Irreviżjonijiet tar-reġistru tal-awditjar għandhom jinkludu verifika li r-reġistru ma jkunx ġie mbagħbas, spezzjoni tal-entrati kollha fir-reġistru u investigazzjoni ta’ kwalunkwe allert jew irregolarità fir-reġistri. Lazzjoni meħuda abbażi tar-reviżjonijiet tar-reġistru tal-awditjar għandha tiġi ddokumentata.

(248)Ir-reġistru tal-awditjar jiġi arkivjat mill-anqas kull ġimgħa. Lamministratur għandu jarkivjah manwalment jekk l-ispazju liberu tad-diska għar-reġistru tal-awditjar ikun taħt l-ammont mistenni ta’ data tar-reġistru tal-awditjar prodott dik il-ġimgħa.

5.4.3.Perjodu ta’ żamma għar-reġistru tal-awditjar

(249)Irrekords tar-reġistru relatati maċ-ċikli tal-ħajja taċ-ċertifikat jinżammu għal mill-anqas ħames snin wara li jiskadi ċ-ċertifikat korrispondenti.

5.4.4.Protezzjoni tar-reġistru tal-awditjar

(250)L-integrità u l-kunfidenzjalità tar-reġistru tal-awditjar huma ggarantiti minn mekkaniżmu ta’ kontroll tal-aċċess ibbażat fuq ir-rwol. Ir-reġistri tal-awditjar intern jistgħu jiġu aċċessati biss mill-amministraturi; ir-reġistri tal-awditjar relatati maċ-ċiklu tal-ħajja taċ-ċertifikat jistgħu jiġu aċċessati wkoll minn utenti bl-awtorizzazzjoni xierqa permezz ta’ paġna web bil-login tal-utent. Laċċess għandu jingħata b’utenti multipli (millanqas żewġ utenti) u tal-anqas b’awtentikazzjoni fuq żewġ livelli. Għandu jiġi żgurat teknikament li l-utenti ma jkunux jistgħu jaċċessaw il-fajls tar-reġistru tagħhom stess.

(251)Kull entrata fir-reġistru għandha tiġi ffirmata bl-użu ta’ materjal ewlieni mill-HSM.

(252)Ir-reġistri tal-avvenimenti li jkun fihom informazzjoni li tista’ twassal għal identifikazzjoni personali, bħal vettura privata, huma kriptati b’tali mod li persuni awtorizzati biss ikunu jistgħu jaqrawhom.

(253)Lavvenimenti huma rreġistrati b’tali mod li ma jistgħux jitħassru jew jinqerdu faċilment (ħlief għat-trasferiment fuq midja għal perjodu twil) fil-perjodu li għalih iridu jinżammu r-reġistri.

(254)Ir-reġistri tal-avvenimenti huma protetti b’tali mod li jibqgħu jinqraw għat-tul tal-perjodu tal-ħażna tagħhom.

5.4.5.Proċeduri ta’ backup għar-reġistru tal-awditjar

(255)Il-backup tar-reġistri u tas-sommarji tal-awditjar isir permezz ta’ mekkaniżmi tal-backup tal-intrapriża, taħt il-kontroll ta’ rwoli fdati awtorizzati, separati mill-ġenerazzjoni tas-sors tal-komponent tagħhom. Ilbackups tar-reġistru tal-awditjar huma protetti bl-istess livell ta’ fiduċja li japplika għar-reġistri oriġinali.

5.4.6.Sistema ta’ ġbir tal-awditjar (interna jew esterna)

(256)It-tagħmir tal-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandu jattiva l-proċessi tal-awditjar waqt l-istartjar tas-sistema u jiddiżattivahom biss meta tintefa s-sistema. Jekk il-proċessi tal-awditjar ma jkunux disponibbli, l-element tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandu jissospendi l-operat tiegħu.

(257)Flaħħar ta’ kull perjodu ta’ tħaddim u meta jsir ir-rikjavar taċ-ċertifikati, l-istatus kollettiv tat-tagħmir għandu jkun irrapportat lill-maniġer tal-operazzjonijiet u lill-korp li jirregola l-operazzjoni tal-element rispettiv tal-PKI.

5.4.7.Notifika lis-suġġett li jikkawża l-avveniment

(258)Meta l-avveniment jiġi rreġistrat mis-sistema tal-ġbir tal-awditjar, din tiggarantixxi li l-avveniment jiġi marbut ma’ rwol fdat.

5.4.8.Valutazzjoni tal-vulnerabbiltà

(259)Irrwol responsabbli mit-twettiq tal-awditjar u r-rwoli responsabbli mit-twettiq tal-operazzjoni tas-sistema tal-PKI fl-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS jispjegaw l-avvenimenti sinifikanti kollha f’sommarju tar-reġistru tal-awditjar. Dawn ir-reviżjonijiet jinvolvu l-verifika li r-reġistru ma ġiex imbagħbas u li m’hemm l-ebda diskontinwità jew telf ieħor ta’ data tal-awditjar, u mbagħad jiġu spezzjonati fil-qosor l-entrati kollha tar-reġistru, b’investigazzjoni aktar bir-reqqa ta’ kwalunkwe allerti jew irregolaritajiet fir-reġistri. L-azzjoni meħuda bħala riżultat ta’ dawn ir-reviżjonijiet hi ddokumentata.



(260)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom:

·jimplimentaw kontrolli organizzattivi u/jew tekniċi ta’ detezzjoni u prevenzjoni taħt il-kontroll tal-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS biex jipproteġu s-sistemi tal-PKI minn vajrusis u softwer malizzjuż;

·jiddokumentaw u jsegwu proċess ta’ korrezzjoni tal-vulnerabbiltà li jindirizza l-identifikazzjoni, ir-reviżjoni, ir-rispons u r-rimedjazzjoni tal-vulnerabbiltajiet;

·jagħmlu jew iwettqu skennjar tal-vulnerabbiltà:

·wara kwalunkwe tibdil fis-sistema jew fin-network iddeterminat mill-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS bħala sinifikanti għall-komponenti tal-PKI; kif ukoll

·minn tal-anqas darba fix-xahar, fuq indirizzi tal-IP pubbliċi u privati identifikati mis-CA, mis-CPOC bħala s-sistemi tal-PKI,

·jgħaddu minn test tal-penetrazzjoni fuq is-sistemi tal-PKI mill-anqas fuq bażi annwali u wara aġġornamenti jew modifiki tal-infrastruttura jew tal-applikazzjoni ddeterminati mill-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS bħala sinifikanti għall-komponent tal-PKI tas-CA;

·għal sistemi online, jirreġistraw l-prova li kull skennjar tal-vulnerabbiltà u test tal-penetrazzjoni twettaq minn persuna jew entità (jew grupp kollettiv tagħhom) bil-ħiliet, bl-għodod, bil-profiċjenza, bil-kodiċi ta’ etika u bl-indipendenza meħtieġa biex jipprovdu test affidabbli tal-vulnerabbiltà jew tal-penetrazzjoni;

·jintraċċaw u jirrimedjaw il-vulnerabbiltajiet b’konformità mal-politiki taċ-ċibersigurtà tal-intrapriża u l-metodoloġija tal-mitigazzjoni tar-riskju.

5.5.Arkivjar tar-rekords

5.5.1.Tipi ta’ rekords arkivjati

(261)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jarkivjaw ir-rekords dettaljati biżżejjed biex jistabbilixxu l-validità ta’ firma u tal-operazzjoni xierqa tal-PKI. Bħala minimu, ir-rekords tal-avvenimenti tal-PKI li ġejjin għandhom jiġu arkivjati (jekk applikabbli):

·ir-reġistru tal-aċċess fiżiku għall-faċilità tal-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (minimu ta’ sena);

·ir-reġistru tal-immaniġġjar tar-rwoli fdati għall-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (minimu ta’ 10 snin);

·ir-reġistru tal-aċċess għall-IT għall-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (minimu ta’ ħames snin);

·ir-reġistru tal-ħolqien, l-użu u l-qerda tal-kjavi tas-CA (minimu ta’ ħames snin) (mhux għat-TLM u s-CPOC);

·ir-reġistru tal-ħolqien, l-użu u l-qerda taċ-ċertifikat (minimu ta’ sentejn);

·ir-reġistru tat-talbiet tas-CPA (minimu ta’ sentejn);

·ir-reġistru tal-immaniġġjar tad-data tal-attivazzjoni għall-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (minimu ta’ ħames snin);

·ir-reġistru tal-IT u tan-network għall-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (minimu ta’ ħames snin);

·id-dokumentazzjoni tal-PKI għall-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (minimu ta’ ħames snin);

·ir-rapport tal-inċidenti tas-sigurtà u tal-awditjar għall-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (minimu ta’ 10 snin);

·it-tagħmir, is-softwer u l-konfigurazzjoni tas-sistema (minimu ta’ ħames snin).

(262)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom iżommu d-dokumentazzjoni li ġejja li għandha x’taqsam mat-talbiet għaċ-ċertifikati u l-verifika tagħhom, u ċ-ċertifikati kollha tat-TLM, tar-root CAs u tas-CA u s-CRL tagħhom, għal mill-anqas seba’ snin wara li kwalunkwe ċertifikat ibbażat fuq dik id-dokumentazzjoni ma jibqax validu:

·dokumentazzjoni tal-awditjar tal-PKI miżmuma mill-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS;

·dokumenti tas-CPS miżmuma mill-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS;

·kuntratt bejn is-CPA u entitajiet oħra miżmum mill-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS;

·ċertifikati (jew informazzjoni oħra ta’ revoka) miżmuma mis-CA u mit-TLM;

·rekords tat-talba għal ċertifikati fis-sistema tar-root CA (mhux applikabbli għat-TLM);

·data jew applikazzjonijiet oħra biżżejjed biex jivverifikaw il-kontenut tal-arkivju;

·ix-xogħol kollu relatat ma’ jew mill-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS u mill-awdituri tal-konformità.

(263)L-entità tas-CA għandha żżomm id-dokumentazzjoni kollha relatata mat-talbiet għaċ-ċertifikati u l-verifika tagħhom, u ċ-ċertifikati kollha u r-revoka tagħhom, għal mill-anqas seba’ snin wara li kwalunkwe ċertifikat ibbażat fuq dik id-dokumentazzjoni ma jibqax validu.

5.5.2.Perjodu ta’ żamma għall-arkivju

(264)Mingħajr preġudizzju għar-regolamenti li jeħtieġu perjodu itwal għall-arkivjar, l-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom iżommu r-rekords kollha għal mill-anqas ħames snin wara li ċ-ċertifikat korrispondenti jkun skada.

5.5.3.Protezzjoni tal-arkivju

(265)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jaħżnu l-arkivju tar-rekords f’faċilità tal-ħażna sikura, sigura u separata mit-tagħmir tas-CA, b’kontrolli tas-sigurtà fiżiċi u proċedurali ekwivalenti għal jew aħjar minn dawk tal-PKI.

(266)L-arkivju għandu jkun protett kontra wiri, modifika, tħassir jew tbagħbis ieħor mhux awtorizzat permezz tal-ħażna f’sistema affidabbli.

(267)Il-midja li żżomm id-data tal-arkivju u l-applikazzjonijiet meħtieġa biex jipproċessawha għandhom jinżammu biex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiġu aċċessati għall-perjodu stabbilit f’din is-CP.

5.5.4.Arkivju u ħażna tas-sistema

(268)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom b’mod inkrementali jagħmlu backup kuljum tal-arkivji tas-sistema ta’ din l-informazzjoni u jwettqu backups sħaħ kull ġimgħa. Il-kopji ta’ rekords tal-karti għandhom jinżammu f’faċilità sigura mhux fuq il-post.

5.5.5.Rekwiżiti għall-ittimbrar tal-ħin tar-rekords

(269)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS li jimmaniġġjaw bażi tad-data ta’ revoka għandhom jiżguraw li r-rekords ikun fihom informazzjoni dwar il-ħin u d-data meta jinħolqu r-rekords ta’ revoka. L-integrità ta’ din l-informazzjoni se tiġi implimentata b’soluzzjonijiet fuq bażi kriptografika.

5.5.6.Sistema ta’ ġbir tal-arkivju (interna jew esterna)

(270)Is-sistema ta’ ġbir tal-arkivju hi interna.

5.5.7.Proċeduri għall-ksib u l-verifika tal-informazzjoni tal-arkivju

(271)L-elementi kollha tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jippermettu biss persuni fdati awtorizzati biex jaċċessaw l-arkivju. Ir-root CAs u s-CAs għandhom jiddeskrivu l-proċeduri għall-ħolqien, il-verifika, l-ippakkjar, it-trażmissjoni u l-ħażna ta’ informazzjoni tal-arkivju fis-CPS.

(272)It-tagħmir tar-root CA u tas-CA għandu jivverifika l-integrità tal-informazzjoni qabel ma tiġi restawrata.

5.6.Bidla tal-kjavi għall-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS

(273)L-elementi li ġejjin tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom rekwiżiti speċifiċi għall-bidla tal-kjavi tagħhom: TLM, root CA u ċertifikati tal-EA/AA.

5.6.1.TLM

(274)It-TLM għandu jħassar il-kjavi privata tiegħu meta jiskadi ċ-ċertifikat korrispondenti. Għandu jiġġenera par kjavi ġdid u ċertifikat tat-TLM korrispondenti qabel ma tiġi diżattivata l-kjavi privata valida attwali. Għandu jieħu ħsieb li ċ-ċertifikat il-ġdid (tal-konnessjoni) jiddaħħal fl-ECTL fil-ħin biex jitqassam lill-istazzjonijiet kollha tas-C-ITS qabel ma jsir validu. Iċ-ċertifikat tal-konnessjoni u ċ-ċertifikat il-ġdid iffirmat minnu stess jiġu ttrasferiti lis-CPOC.

5.6.2.Root CA

(275)Ir-root CA għandha tiddiżattiva u tħassar il-kjavi privata attwali (inkluż il-kjavi tal-backup), biex ma toħroġx ċertifikati tal-EA/AA b’validità li testendi lil hinn mill-validità taċ-ċertifikat tar-root CA.

(276)Ir-root CA għandha tiġġenera par kjavi ġdid u ċertifikat korrispondenti tar-root CA u tal-konnessjoni qabel ma tiġi diżattivata l-kjavi privata attwali (inkluż il-kjavi tal-backup) u tibagħtu lit-TLM għall-inklużjoni fl-ECTL. Il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat il-ġdid tar-root CA għandu jibda mad-diżattivazzjoni ppjanata tal-kjavi privata attwali. Ir-root CA għandha tieħu ħsieb li ċ-ċertifikat il-ġdid jiddaħħal fl-ECTL fil-ħin biex jitqassam lill-istazzjonijiet kollha tas-C-ITS qabel ma jsir validu.

(277)Ir-root CA għandha tattiva l-kjavi privata l-ġdida meta ċ-ċertifikat korrispondenti tar-root CA jsir validu.

5.6.3.Ċertifikat tal-EA/AA

(278)L-EA/AA għandha tiddiżattiva l-kjavi privata attwali biex ma toħroġx ECs/ATs b’validità li testendi lil hinn mill-validità taċ-ċertifikat tal-EA/AA.

(279)L-EA/AA għandha tiġġenera par kjavi ġdid u titlob ċertifikat korrispondenti tal-EA/AA qabel ma tiġi diżattivata l-kjavi privata attwali. Il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat il-ġdid tal-EA/AA għandu jibda mad-diżattivazzjoni ppjanata tal-kjavi privata attwali. L-EA/AA għandha tieħu ħsieb li ċ-ċertifikat il-ġdid ikun jista’ jiġi ppubblikat fil-ħin biex jitqassam lill-istazzjonijiet kollha tas-C-ITS qabel ma jsir validu.

(280)L-EA/AA għandha tattiva l-kjavi privata l-ġdida meta ċ-ċertifikat korrispondenti tal-EA/AA jsir validu.

5.6.4.Awditur

Ebda dispożizzjoni.

5.7.Kompromess u rkupru minn diżastru

5.7.1.Immaniġġjar ta’ inċidenti u kompromessi

(281)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom jimmonitorjaw it-tagħmir tagħhom fuq bażi kontinwa, biex jidentifikaw attentati potenzjali ta’ hacking jew forom oħra ta’ kompromess. F’dan il-każ, dawn għandhom jinvestigaw biex jiddeterminaw in-natura u l-grad tal-ħsara.

(282)Jekk il-persunal responsabbli mill-immaniġġjar tar-root CA jew tat-TLM jidentifika attentat potenzjali ta’ hacking jew forma oħra ta’ kompromess, għandu jinvestiga biex jiddetermina n-natura u l-grad tal-ħsara. Fil-każ li l-kjavi privata tiġi kompromessa, iċ-ċertifikat tar-root CA għandu jiġi revokat. L-esperti tas-sigurtà tal-IT tas-CPA għandhom jivvalutaw l-ambitu tal-ħsara potenzjali biex jiddeterminaw jekk il-PKI għandhiex bżonn terġa’ tinbena, jekk humiex biss xi ċertifikati li għandhom jiġu revokati u/jew jekk il-PKI ġietx kompromessa. Barra minn hekk, is-CPA tiddetermina liema servizzi għandhom jinżammu (informazzjoni dwar l-istatus tar-revoka u taċ-ċertifikat) u kif, skont il-pjan tal-kontinwità tan-negozju tas-CPA.

(283)L-inċidenti, il-kompromess u l-kontinwità tan-negozju huma koperti fis-CPS, li tista’ tiddependi wkoll fuq riżorsi oħra tal-intrapriża u pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħha.

(284)Jekk il-persunal responsabbli mill-immaniġġjar tal-EA/AA/CPOC jidentifika attentat potenzjali ta’ hacking jew forma oħra ta’ kompromess, għandu jinvestiga biex jiddetermina n-natura u l-grad tal-ħsara. Il-persunal responsabbli mill-immaniġġjar tal-entità tas-CA jew tas-CPOC għandu jivvaluta l-ambitu tal-ħsara potenzjali biex jiddetermina jekk il-komponent tal-PKI għandux bżonn jerġa’ jinbena, jekk humiex biss xi ċertifikati li għandhom jiġu revokati u/jew jekk il-komponent tal-PKI ġiex kompromess. Barra minn hekk, l-entità tas-sub-CA tiddetermina liema servizzi għandhom jinżammu u kif, skont il-pjan tal-kontinwità tan-negozju tal-entità tas-sub-CA. Fil-każ li komponent tal-PKI jiġi kompromess, l-entità tas-CA għandha tavża lir-root CA u lit-TLM tagħha stess permezz tas-CPOC.

(285)L-inċidenti, il-kompromess u l-kontinwità tan-negozju huma koperti fis-CPS tar-root CA jew tat-TLM jew dokumenti rilevanti oħra fil-każ tas-CPOC, li jistgħu jiddependu wkoll fuq riżorsi oħra tal-intrapriża u pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħhom.

(286)Ir-root CA u s-CA għandhom javżaw, b’informazzjoni preċiża dwar il-konsegwenzi tal-inċident, lil kull rappreżentant tal-Istati Membri u lir-root CA li magħhom għandhom ftehim fil-kuntest tas-C-ITS, biex ikunu jistgħu jattivaw il-pjan tagħhom għall-immaniġġjar tal-inċidenti.

5.7.2.Korruzzjoni ta’ riżorsi tal-kompjuter, softwer u/jew data

(287)Jekk jinstab diżastru li jipprevjeni t-tħaddim xieraq ta’ element tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS, dak l-element għandu jissospendi l-operat tiegħu u jinvestiga jekk il-kjavi privata ġietx kompromessa (għajr għas-CPOC). Il-ħardwer difettuż għandu jinbidel malajr kemm jista’ jkun u għandhom japplikaw il-proċeduri deskritti fit-taqsimiet 5.7.3 u 5.7.4.

(288)Il-korruzzjoni ta’ riżorsi tal-kompjuter, softwer u/jew data għandha tiġi rrapportata lir-root CA fi żmien 24 siegħa għall-ogħla livelli ta’ riskju. L-avvenimenti l-oħra kollha għandhom jiġu inklużi fir-rapport perjodiku tar-root CA, tal-EAs u tal-AAs.

5.7.3.Proċeduri ta’ kompromess tal-kjavi privata tal-entità

(289)Jekk il-kjavi privata tar-root CA tkun kompromessa, mitlufa, meqruda jew suspettata li ġiet kompromessa, ir-root CA għandha:

·tissospendi l-operat tagħha;

·tibda l-pjan ta’ rkupru minn diżastri u migrazzjoni;

·tirrevoka ċ-ċertifikat tar-root CA tagħha;

·tinvestiga l-“kwistjoni ewlenija” li ġġenerat il-kompromess u tinnotifika lis-CPA, li mbagħad tirrevoka ċ-ċertifikat tar-root-CA permezz tat-TLM (ara t-taqsima 7);

·tavża lill-abbonati kollha li magħhom għandha ftehim.

(290)Jekk il-kjavi tal-EA/AA tkun kompromessa, mitlufa, meqruda jew suspettata li ġiet kompromessa, l-EA/AA għandha:

·tissospendi l-operat tagħha;

·tirrevoka ċ-ċertifikat tagħha stess;

·tinvestiga l-“kwistjoni ewlenija” u tinnotifika lir-root CA;

·tavża lill-abbonati li magħhom jeżisti ftehim.

(291)Jekk il-kjavi tal-EC jew tal-AT tal-istazzjon tas-C-ITS tkun kompromessa, mitlufa, meqruda jew suspettata li ġiet kompromessa, l-EA/AA li għaliha hu sottoskritt l-istazzjon tas-C-ITS għandha:

·tirrevoka l-EC tal-ITS afettwata;

·tinvestiga l-“kwistjoni ewlenija” u tinnotifika lir-root CA;

·tavża lill-abbonati li magħhom għandha ftehim.

(292)Fejn xi wieħed mill-algoritmi jew il-parametri assoċjati użati mir-root CA u/jew mis-CA jew mill-istazzjonijiet tas-C-ITS isir insuffiċjenti għall-użu maħsub li jifdal, is-CPA (b’rakkomandazzjoni minn esperti kriptografiċi) għandha tinforma lill-entità tar-root CA li magħha għandha ftehim u tibdel l-algoritmi użati. (Għad-dettalji, ara t-taqsima 6 u s-CPSs tar-root CA u tas-sub-CA).

5.7.4.Kapaċitajiet tal-kontinwità tan-negozju wara diżastru

(293)L-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS li joperaw faċilitajiet siguri għall-operazzjonijiet tas-CA għandhom jiżviluppaw, jittestjaw, iżommu u jimplimentaw pjan ta’ rkupru minn diżastri mfassal biex itaffi l-effetti ta’ kwalunkwe diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem. Dawn il-pjanijiet jindirizzaw ir-restawr tas-servizzi tas-sistemi tal-informazzjoni u l-funzjonijiet tan-negozju ewlenin.

(294)Wara inċident ta’ ċertu livell ta’ riskju, isCA kompromessa għandha tkun awditjata mill-ġdid minn awditur akkreditat tal-PKI (ara t-taqsima 8).

(295)Fejn is-CA kompromessa ma tkunx tista’ topera aktar (eż. wara inċident serju), għandu jitfassal pjan ta’ migrazzjoni għat-trasferiment tal-funzjonijiet tagħha għal root CA oħra. Mill-anqas ir-root CA tal-UE għandha tkun disponibbli biex tappoġġja l-pjan ta’ migrazzjoni. Is-CA kompromessa għandha twaqqaf il-funzjonijiet tagħha.

(296)Ir-root CAs għandhom jinkludu l-pjan ta’ rkupru minn diżastri u l-pjan ta’ migrazzjoni fis-CPS.

5.8.Tmiem u trasferiment

5.8.1.TLM

(297)It-TLM ma għandux itemm l-operat tiegħu, imma entità li timmaniġġja t-TLM tista’ tieħu f’idejha entità oħra.

(298)Fil-każ li l-entità tal-immaniġġjar tinbidel:

·din għandha titlob l-approvazzjoni tas-CPA għal bidla fil-immaniġġjar tat-TLM mill-entità l-qadima għall-entità l-ġdida;

·is-CPA għandha tagħti prova tal-bidla fl-immaniġġjar tat-TLM;

·ir-reġistri kollha tal-awditjar u r-rekords arkivjati għandhom jiġu ttrasferiti mill-entità l-qadima tal-immaniġġjar għall-entità l-ġdida.

5.8.2.Root CA

(299)Ir-root CA ma għandhiex ittemm/tibda l-operat tagħha mingħajr ma tistabbilixxi pjan ta’ migrazzjoni (stabbilit fis-CPS rilevanti) li jiggarantixxi l-operat kontinwu għall-abbonati kollha.

(300)Fil-każ tat-tmiem tas-servizz tar-root CA, ir-root CA għandha:

·tinnotifika lis-CPA;

·tinnotifika lit-TLM biex ikun jista’ jħassar iċ-ċertifikat tar-root CA mill-ECTL;

·tirrevoka r-root CA korrispondenti billi toħroġ CRL li tinkludi lilha nnifisha;

·tavża lir-root CAs li magħhom għandha ftehim għat-tiġdid taċ-ċertifikati tal-EA/AA;

·teqred il-kjavi privata tar-root CA;

·tikkomunika l-aħħar informazzjoni dwar l-istatus tar-revoka (is-CRL iffirmata mir-root CA) lill-parti dipendenti, u tindika b’mod ċar li hi l-aħħar informazzjoni dwar ir-revoka;

·tarkivja r-reġistri kollha tal-awditjar u rekords oħra qabel it-tmiem tal-PKI;

·tittrasferixxi rekords arkivjati lil awtorità xierqa.

(301)It-TLM għandu jħassar iċ-ċertifikat korrispondenti tar-root CA mill-ECTL.

5.8.3.EA/AA

(302)Fil-każ tat-tmiem tas-servizz tal-EA/AA, l-entità tal-EA/AA tipprovdi avviż qabel it-tmiem. EA jew AA ma għandhiex ittemm/tibda l-operat tagħha mingħajr ma tistabbilixxi pjan ta’ migrazzjoni (stabbilit fis-CPS rilevanti) li jiggarantixxi l-operat kontinwu għall-abbonati kollha. L-EA/AA għandha:

·tinforma lir-root CA b’ittra rreġistrata;

·teqred il-kjavi privata tas-CA;

·tittrasferixxi l-bażi tad-data tagħha lill-entità maħtura mir-root CA;

·tieqaf toħroġ iċ-ċertifikati;

·matul it-trasferiment tal-bażi tad-data tagħha u sakemm il-bażi tad-data tkun kompletament operattiva f’entità ġdida, iżżomm il-kapaċità li tawtorizza talbiet mill-awtorità tal-privatezza responsabbli;

·fejn is-sub-CA tkun ġiet kompromessa, ir-root CA għandha tirrevoka s-sub-CA u toħroġ CRL ġdida b’lista ta’ sub-CAs revokati;

·tarkivja r-reġistri kollha tal-awditjar u rekords oħra qabel ittemm il-PKI;

·tittrasferixxi rekords arkivjati lil entità magħżula mir-root CA.

(303)Fil-każ tat-tmiem tas-servizzi tas-CAs, is-CA għandha tkun responsabbli biex iżżomm ir-rekords rilevanti kollha rigward il-ħtiġijiet tal-komponenti tas-CA u tal-PKI.

6.Kontrolli tas-sigurtà teknika

6.1.Ġenerazzjoni u installazzjoni tal-par kjavi

6.1.1.TLM, root CA, EA, AA

(304)Ilproċess tal-ġenerazzjoni tal-par kjavi għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

·kull parteċipant għandu jkun jista’ jiġġenera l-pari tal-kjavi tiegħu stess skont it-taqsimiet 6.1.4 u 6.1.5;

·il-proċess tad-derivazzjoni tal-kjavi simetriċi tal-kriptaġġ u tal-kjavi MAC għat-talbiet għal ċertifikati (ECIES) għandu jitwettaq f’konformità ma’ [1] u [5];

·ilproċess tal-ġenerazzjoni tal-kjavi għandu juża l-algoritmi u t-tulijiet tal-kjavi deskritti fit-taqsimiet 6.1.4.1 u 6.1.4.2;

·ilproċess tal-ġenerazzjoni tal-par kjavi għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti ta’ “ħażna sigura ta’ kjavi privati” (ara t-taqsima 6.1.5);

·ir-root CAs u l-abbonati tagħhom (sub-CAs) għandhom jiżguraw li l-integrità u l-awtentiċità tal-kjavi pubbliċi tagħhom u kwalunkwe parametru assoċjat jinżammu matul id-distribuzzjoni lil entitajiet irreġistrati fis-sub-CA.

6.1.2.EE — stazzjon mobbli tas-C-ITS

(305)Kull stazzjon mobbli tas-C-ITS għandu jiġġenera l-pari tal-kjavi tiegħu stess skont it-taqsimiet 6.1.4 u 6.1.5.

(306)Il-proċess tad-derivazzjoni tal-kjavi simetriċi tal-kriptaġġ u tal-kjavi MAC għat-talbiet għal ċertifikati (ECIES) għandu jitwettaq skont [1] u [5].

(307)ilproċessi tal-ġenerazzjoni tal-kjavi għandhom jużaw l-algoritmi u t-tulijiet tal-kjavi deskritti fit-taqsimiet 6.1.4.1 u 6.1.4.2;

(308)ilproċessi tal-ġenerazzjoni tal-par kjavi għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ “ħażna sigura ta’ kjavi privati” (ara t-taqsima 6.1.5);

6.1.3.EE — stazzjon fiss tas-C-ITS

(309)Kull stazzjon fiss tas-C-ITS għandu jiġġenera l-par kjavi tiegħu stess skont it-taqsimiet 6.1.4 u 6.1.5.

(310)ilproċessi tal-ġenerazzjoni tal-kjavi għandhom jużaw l-algoritmi u t-tulijiet tal-kjavi deskritti fit-taqsimiet 6.1.4.1 u 6.1.4.2;

(311)ilproċessi tal-ġenerazzjoni tal-par kjavi għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ “ħażna sigura ta’ kjavi privati” (ara t-taqsima 6.1.5);

6.1.4.Rekwiżiti kriptografiċi

(312)Il-parteċipanti kollha tal-PKI għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kriptografiċi stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin fir-rigward tal-algoritmu tal-firma, it-tul tal-kjavi, il-ġeneratur tan-numru każwali u ċ-ċertifikati tal-konnessjoni.

6.1.4.1.Algoritmu u tul tal-kjavi – algoritmi tal-firma

(313)Il-parteċipanti kollha tal-PKI (TLM, root CA, EA, AA u stazzjonijiet tas-C-ITS) għandhom ikunu jistgħu jiġġeneraw pari tal-kjavi u jużaw il-kjavi privata għall-iffirmar tal-operazzjonijiet b’algoritmi magħżula mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament skont it-Tabella 4.

(314)Il-parteċipanti kollha tal-PKI li għandhom jivverifikaw l-integrità tal-ECTL, iċ-ċertifikati u/jew il-messaġġi ffirmati skont ir-rwol tagħhom, kif iddefinit fit-taqsima 1.3.6, għandhom jappoġġjaw l-algoritmi korrispondenti mniżżla fit-Tabella 5 għall-verifika. B’mod partikolari, l-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw l-integrità tal-ECTL.

TLM

root CA

EA

AA

Stazzjon tas-C-ITS

ECDSA_nistP256_with_SHA 256

-

X

X

X

X

ECDSA_brainpoolP256r1_with_SHA 256

-

X

X

X

X

ECDSA_brainpoolP384r1_with_SHA 384

X

X

X

-

-

X tindika appoġġ obbligatorju

Tabella 4: Il-ġenerazzjoni tal-pari tal-kjavi u l-użu tal-kjavi privata għall-iffirmar tal-operazzjonijiet



TLM

root CA

EA

AA

Stazzjon tas-C-ITS

ECDSA_nistP256_with_SHA 256

X

X

X

X

X

ECDSA_brainpoolP256r1_with_SHA 256

X

X

X

X

X

ECDSA_brainpoolP384r1_with_SHA 384

X

X

X

X

X

X tindika appoġġ obbligatorju

Tabella 5: Ħarsa ġenerali lejn il-verifika

(315)Jekk is-CPA tiddeċiedi hekk abbażi ta’ dgħufijiet kriptografiċi li nstabu ġodda, l-istazzjonijiet kollha tas-C-ITS għandhom ikunu jistgħu jaqilbu għal wieħed miż-żewġ algoritmi (ECDSA_nistP256_with_SHA 256 jew ECDSA_brainpoolP256_with_SHA 256) kemm jista’ jkun malajr. L-algoritmu(i) attwali li huwa/huma użati għandhom jiġu ddeterminati fis-CPS tas-CA li toħroġ iċ-ċertifikat għall-kjavi pubblika korrispondenti, skont din is-CP.

6.1.4.2.Algoritmu u tul tal-kjavi – algoritmi ta’ kriptaġġ għar-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni

(316)Il-parteċipanti kollha tal-PKI (EA, AA u stazzjonijiet tas-C-ITS) għandhom ikunu jistgħu jużaw kjavi pubbliċi għall-kriptaġġ ta’ talbiet/risposti għar-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni b’algoritmi magħżula mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament skont it-Tabella 6. L-algoritmu(i) attwali li huwa/huma użati għandhom jiġu ddeterminati fis-CPS tas-CA li toħroġ iċ-ċertifikat għall-kjavi pubblika korrispondenti, skont din is-CP.

(317)L-algoritmi msemmija fit-Tabella 6 jindikaw it-tul tal-kjavi u t-tul tal-algoritmu tal-hash u għandhom jiġu implimentati skont [5].

TLM

root CA

EA

AA

Stazzjon tas-C-ITS

ECIES_nistP256_with_AES 128_CCM

-

-

X

X

X

ECIES_brainpoolP256r1_with_AES 128_CCM

-

-

X

X

X

X tindika appoġġ obbligatorju

Tabella 6: L-użu tal-kjavi pubbliċi għall-kriptaġġ ta’ talbiet/risposti għar-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni



(318)Il-parteċipanti kollha tal-PKI (EA, AA u stazzjonijiet tas-C-ITS) għandhom ikunu jistgħu jiġġeneraw pari tal-kjavi u jużaw il-kjavi privata għall-kriptaġġ ta’ talbiet/risposti għar-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni b’algoritmi magħżula mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament skont it-Tabella 7:

TLM

root CA

EA

AA

Stazzjon tas-C-ITS

ECIES_nistP256_with_AES 128_CCM

-

-

X

X

X

ECIES_brainpoolP256r1_with_AES 128_CCM

-

-

X

X

X

X tindika appoġġ obbligatorju

Tabella 7: Il-ġenerazzjoni tal-pari kjavi u l-użu tal-kjavi privata għad-dekriptaġġ ta’ talbiet/risposti għar-reġistrazzjoni u l-awtorizzazzjoni

6.1.4.3.Aġilità kriptografika

(319)Ir-rekwiżiti dwar it-tulijiet tal-kjavi u l-algoritmi għandhom jinbidlu maż-żmien biex jinżamm livell xieraq ta’ sigurtà. Is-CPA għandha timmonitorja l-ħtieġa għal dawn il-bidliet fid-dawl tal-vulnerabbiltajiet effettivi u l-aktar kriptografija avvanzata. Din se tabbozza, tapprova u tippubblika aġġornament ta’ din il-politika taċ-ċertifikati jekk tiddeċiedi li l-algoritmi kriptografiċi għandhom jiġu aġġornati. Fejn kwistjoni ġdida ta’ din is-CP tindika bidla fl-algoritmu u/jew fit-tul tal-kjavi, is-CPA għandha tadotta strateġija ta’ migrazzjoni, li tinkludi perjodi ta’ tranżizzjoni li matulhom l-algoritmi u t-tulijiet tal-kjavi l-qodma għandhom jiġu appoġġjati.

(320)Biex ikun jista’ jsir u jiġi ffaċilitat it-trasferiment għal algoritmi u/jew tulijiet tal-kjavi ġodda, hu rakkomandat li l-parteċipanti kollha tal-PKI jimplimentaw ħardwer u/jew softwer li hu kapaċi għal bidla fit-tulijiet tal-kjavi u fl-algoritmi.

(321)It-tibdil fiċ-ċertifikati root u fiċ-ċertifikati tat-TLM għandu jiġi appoġġjat u mwettaq bl-għajnuna ta’ ċertifikati tal-konnessjoni (ara t-taqsima 4.6) li jintużaw biex ikopru l-perjodu ta’ tranżizzjoni bejn iċ-ċertifikati root il-qodma u l-ġodda (“il-migrazzjoni tal-mudell ta’ fiduċja”).

6.1.5.Ħażna sigura ta’ kjavi privati

Din it-taqsima tiddeskrivi r-rekwiżiti għall-ħażna sigura u l-ġenerazzjoni ta’ pari tal-kjavi u numri każwali għas-CAs u għall-entitajiet aħħarija. Dawn ir-rekwiżiti huma ddefiniti għall-moduli kriptografiċi u deskritti fissubtaqsimiet li ġejjin.

6.1.5.1.Livell ta’ root CA, sub-CA u TLM

(322)Il-modulu kriptografiku għandu jintuża:

·għall-ġenerazzjoni, l-użu, l-amministrazzjoni u l-ħażna ta’ kjavi privati;

·għall-ġenerazzjoni u l-użu ta’ numri każwali (il-valutazzjoni tal-funzjoni tal-ġenerazzjoni tan-numri każwali għandha tkun parti mill-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà);

·għall-ħolqien ta’ backups tal-kjavi privati skont it-taqsima 6.1.6;

·għat-tħassir tal-kjavi privati.

Il-modulu kriptografiku għandu jiġi ċċertifikat b’wieħed mill-profili ta’ protezzjoni (PPs) li ġejjin, b’livell ta’ assigurazzjoni EAL-4 jew ogħla:

·PPs għall-HSMs:

·CEN EN 419 221-2: Profili ta’ protezzjoni għal moduli kriptografiċi TSP – Parti 2: Modulu kriptografiku għall-operazzjonijiet tal-iffirmar tas-CSP bil-backup;

·CEN EN 419 221-4: Profili ta’ protezzjoni għal moduli kriptografiċi TSP – Parti 4: Modulu kriptografiku għall-operazzjonijiet tal-iffirmar tas-CSP mingħajr il-backup;

·CEN EN 419 221-5: Profili ta’ protezzjoni għal moduli kriptografiċi TSP – Parti 5: Modulu kriptografiku għas-servizzi ta’ fiduċja;

·PPs għal smartcards:

·CEN EN 419 211-2: Profili tal-protezzjoni għal apparat sigur għall-ħolqien ta’ firem – Parti 2: Apparat b’ġeneratur tal-kodiċijiet;

·CEN EN 419 211-3: Profili tal-protezzjoni għal apparat sigur għall-ħolqien ta’ firem – Parti 3: Apparat b’importatur tal-kodiċijiet

L-aċċess manwali għallmodulu kriptografiku għandu jeħtieġ awtentikazzjoni b’żewġ fatturi mill-amministratur. Barra minn hekk, dan għandu jeħtieġ l-involviment ta’ żewġ persuni awtorizzati.

L-implimentazzjoni tal-modulu kriptografiku għandha tiżgura li l-kjavi ma jkunux aċċessibbli barra mill-modulu kriptografiku. Il-modulu kriptografiku għandu jinkludi mekkaniżmu ta’ kontroll tal-aċċess biex jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat ta’ kjavi privati.

6.1.5.2.Entità aħħarija

(323)Il-modulu kriptografiku għall-EEs għandu jintuża:

·għall-ġenerazzjoni, l-użu, l-amministrazzjoni u l-ħażna ta’ kjavi privati;

·għall-ġenerazzjoni u l-użu ta’ numri każwali (il-valutazzjoni tal-funzjoni tal-ġenerazzjoni tan-numri każwali għandha tkun parti mill-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà);

·għat-tħassir sigur ta’ kjavi privata.

(324)Il-modulu kriptografiku għandu jkun protett minn tneħħija, sostituzzjoni u modifika mhux awtorizzati. Il-PPs u d-dokumenti relatati kollha applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà tal-modulu kriptografiku għandhom jiġu evalwati, ivvalidati u ċċertifikati skont l-ISO 15408, billi jiġi applikat il-Ftehim dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Ċertifikati ta’ Evalwazzjoni tas-Sigurtà tat-Teknoloġija tal-Informatika tal-Grupp ta’ Uffiċjali Għoljin dwar is-Sigurtà tas-Sistemi tal-Informazzjoni (SOG-IS), jew skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont il-qafas Ewropew taċ-ċibersigurtà rilevanti.

(325)Minħabba l-importanza li jinżamm l-ogħla livell ta’ sigurtà possibbli, iċ-ċertifikati tas-sigurtà għall-modulu kriptografiku għandhom jinħarġu skont l-iskema taċ-ċertifikazzjoni ta’ kriterji komuni (ISO 15408) minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità rikonoxxut mill-kumitat ta’ tmexxija fil-qafas tal-Ftehim tas-SOG-IS, jew jinħarġu minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ta’ Stat Membru. Dan il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi mill-inqas kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ evalwazzjoni ta’ sigurtà kif previsti mill-Ftehim ta’ Rikonoxximent Reċiproku tas-SOG-IS.

Nota: ir-rabta bejn il-modulu kriptografiku u l-istazzjon tas-C-ITS0, għandha tkun protetta.

6.1.6.Backup tal-kjavi privati

(326)Il-ġenerazzjoni, il-ħażna u l-użu ta’ backups tal-kjavi privati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ mill-anqas il-livell ta’ sigurtà meħtieġ għall-kjavi oriġinali.

(327)Il-backups tal-kjavi privati għandhom isiru mir-root CAs, l-EAs u l-AAs.

(328)Il-backups tal-kjavi privati ma għandhomx isiru għall-ECs u l-ATs.

6.1.7.Qerda tal-kjavi privati

(329)Ir-root CAs, l-EAs, l-AAs, u l-istazzjonijiet mobbli u fissi tas-C-ITS għandhom jeqirdu l-kjavi privata tagħhom u kwalunkwe backups korrispondenti, jekk par kjavi ġdid u ċertifikat korrispondenti jkunu ġew iġġenerati u installati b’suċċess, u l-ħin tas-sovrapożizzjoni (jekk ikun hemm — għas-CA biss) ikun għadda. Il-kjavi privata għandha tinqered bl-użu tal-mekkaniżmu offrut mill-modulu kriptografiku użat għall-ħażna tal-kjavi jew kif deskritt fil-PP korrispondenti kif imsemmi fit-taqsima 6.1.5.2.

6.2.Data tal-attivazzjoni

(330)Id-data tal-attivazzjoni tirreferi għal fatturi ta’ awtentikazzjoni meħtieġa biex jitħaddmu l-moduli kriptografiċi biex jipprevjenu l-aċċess mhux awtorizzat. L-użu tad-data tal-attivazzjoni tal-apparat kriptografiku tas-CA għandu jeħtieġ azzjoni minn żewġ persuni awtorizzati.

6.3.Kontrolli tas-sigurtà tal-kompjuter

(331)Il-kontrolli tas-sigurtà tal-kompjuter tas-CAs għandhom ikunu ddisinjati skont il-livell għoli ta’ sigurtà billi josservaw bir-reqqa r-rekwiżiti ta’ ISO/IEC 27002.

6.4.Kontrolli tekniċi taċ-ċiklu tal-ħajja

(332)Ilkontrolli tekniċi tas-CA għandhom ikopru ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tas-CA. B’mod partikolari, dan jinkludi r-rekwiżiti tat-taqsima 6.1.4.3 (“Aġilità kriptografika”).

6.5.Kontrolli tas-sigurtà tan-network

(333)In-networks tas-CAs (root CA, EA u AA) għandhom jiġu msaħħa kontra l-attakki b’konformità mar-rekwiżiti u l-gwida tal-implimentazzjoni ta’ ISO/IEC 27001 u ISO/IEC 27002.

(334)Id-disponibbiltà tan-networks tas-CA għandha tkun iddisinjata fid-dawl tat-traffiku stmat.

7.Profili taċ-ċertifikat, CRL u CTL

7.1.Profil taċ-ċertifikat

(335)Il-profili taċ-ċertifikati ddefiniti f’[5] għandhom jintużaw għat-TLM, għaċ-ċertifikati root, għaċ-ċertifikati tal-EA, għaċ-ċertifikati tal-AA, għall-ATs u għall-ECs. L-EAs tal-gvern nazzjonali jistgħu jużaw profili oħra taċ-ċertifikati għall-ECs.

(336)Iċ-ċertifikati tar-root CA, tal-EA u tal-AA għandhom jindikaw il-permessi li għalihom dawn is-CAs (root CAs, EA u AA) jitħallew joħorġu ċertifikati.

(337)Abbażi ta’ [5]:

·kull root CA għandha tuża l-kjavi privata tal-iffirmar tagħha stess biex toħroġ is-CRLs;

·it-TLM għandu juża l-kjavi privata tal-iffirmar tiegħu stess biex joħroġ l-ECTL.

7.2.Validità taċ-ċertifikat

(338)Il-profili kollha taċ-ċertifikat tas-C-ITS għandhom jinkludu d-data tal-ħruġ u ta’ skadenza, li jirrappreżentaw iż-żmien tal-validità taċ-ċertifikat. F’kull livell tal-PKI, iċ-ċertifikati għandhom jiġu ġġenerati fi żmien xieraq qabel l-iskadenza.

(339)Iż-żmien tal-validità taċ-ċertifikati tas-CA u tal-EC għandu jinkludi żmien ta’ sovrapożizzjoni. Iċ-ċertifikati tat-TLM u tar-root CA għandhom jinħarġu u jitpoġġew fuq l-ECTL sa massimu ta’ tliet xhur u mill-anqas xahar qabel ma tibda l-validità tagħhom skont il-ħin tal-bidu fiċ-ċertifikat. Din il-fażi ta’ prellowdjar hi meħtieġa biex iċ-ċertifikati jitqassmu b’mod sikur lill-partijiet dipendenti korrispondenti kollha skont it-taqsima 2.2. Dan jiżgura li, mill-bidu taż-żmien ta’ sovrapożizzjoni, il-partijiet dipendenti kollha diġà jkunu jistgħu jivverifikaw il-messaġġi maħruġa b’ċertifikat ġdid.

(340)Fil-bidu taż-żmien ta’ sovrapożizzjoni, iċ-ċertifikati tas-CA, EC u AT suċċessivi għandhom jinħarġu (jekk applikabbli), jitqassmu lil u jiġu installati mill-partijiet dipendenti korrispondenti. Matul iż-żmien ta’ sovrapożizzjoni, iċ-ċertifikat attwali għandu jintuża biss għall-verifika.

(341)Billi l-perjodi ta’ validità elenkati fit-Tabella 8 ma għandhomx jaqbżu l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat superjuri, japplikaw ir-restrizzjonijiet li ġejjin:

·maximumvalidity(Root CA) = privatekeyusage(Root CA) + maximumvalidity(EA,AA);

·maximumvalidity(EA) = privatekeyusage(EA) + maximumvalidity(EC);

·maximumvalidity(AA) = privatekeyusage(AA) + preloadingperiod(AT).

(342)Il-validità taċ-ċertifikati tal-konnessjoni (Root u TLM) tibda bl-użu tal-kjavi privata korrispondenti u tispiċċa fil-ħin massimu tal-validità tar-root CA jew tat-TLM.

(343)It-Tabella 8 turi ż-żmien massimu tal-validità għaċ-ċertifikati tas-C-ITS tas-CA (għall-perjodi ta’ validità tal-AT, ara t-taqsima 7.2.1).

Entità

Il-perjodu massimu tal-użu tal-kjavi privata

Iż-żmien massimu tal-validità

Root CA

3 snin

8 snin

EA

sentejn (2)

5 snin

AA

4 snin

5 snin

EC

3 snin

3 snin

TLM

3 snin

4 snin

Tabella 8: Perjodi ta’ validità taċ-ċertifikati fil-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS

7.2.1.Ċertifikati psewdonimi

(344)F’dan il-kuntest, il-psewdonimi huma implimentati mill-ATs. Bħala konsegwenza, din it-taqsima tirreferi għal ATs aktar milli għal psewdonimi.

(345)Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din it-taqsima japplikaw biss għal ATs ta’ stazzjonijiet mobbli tas-C-ITS li jibagħtu messaġġi CAM u DENM, fejn ir-riskju tal-privatezza tal-post hu applikabbli. Lebda rekwiżiti speċifiċi fuq iċ-ċertifikati tal-AT ma japplikaw għal ATs għal stazzjonijiet fissi tas-C-ITS u għal stazzjonijiet mobbli tas-C-ITS użati għal funzjonijiet speċjali fejn il-privatezza tal-post mhijiex applikabbli (eż. vetturi mmarkati tal-emerġenza u tal-infurzar tal-liġi).

(346)Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

·“perjodu ta’ validità għall-ATs” – il-perjodu li fih l-AT ikun validu, jiġifieri l-perjodu bejn id-data tal-bidu tal-AT u d-data ta’ skadenza tiegħu;

·“perjodu ta’ prellowdjar għall-ATs” – il-prellowdjar hi l-possibbiltà għall-istazzjonijiet tas-C-ITS li jiksbu ATs qabel ma jibda l-perjodu ta’ validità. Il-perjodu ta’ prellowdjar hu l-perjodu ta’ żmien massimu permess mit-talba għall-ATs sal-aħħar tmiem tad-data tal-validità ta’ kwalunkwe AT mitlub;

·“perjodu ta’ użu għall-ATs” – il-perjodu li matulu l-AT jintuża b’mod effettiv biex jiġu ffirmati l-messaġġi CAM/DENM;

·“numru massimu ta’ ATs paralleli” – in-numru ta’ ATs li minnhom stazzjon tas-C-ITS jista’ jagħżel fi kwalunkwe ħin meta jiffirma messaġġ CAM/DENM, jiġifieri n-numru ta’ ATs differenti maħruġa lil stazzjon tas-C-ITS wieħed li huma validi fl-istess ħin.

(347)Għandhom japplikaw ir-rekiwiżiti li ġejjin:

·il-perjodu ta’ prellowdjar għall-ATs ma għandux jaqbeż it-tliet xhur;

·il-perjodu ta’ validità għall-ATs ma għandux jaqbeż il-ġimgħa;

·in-numru massimu ta’ ATs paralleli ma għandux jaqbeż il-100 għal kull stazzjon tas-C-ITS;

·il-perjodu tal-użu ta’ AT jiddependi fuq l-istrateġija tal-bidla tal-AT u l-ammont ta’ ħin li vettura tkun qed taħdem, iżda hu limitat min-numru massimu ta’ ATs paralleli u l-perjodu ta’ validità. B’mod aktar speċifiku, il-perjodu medju tal-użu għal stazzjon tas-C-ITS wieħed hu mill-anqas il-ħin operattiv tal-vettura matul perjodu ta’ validità wieħed diviż bl-għadd massimu ta’ ATs paralleli.

7.2.2.Biljetti ta’ awtorizzazzjoni għal stazzjonijiet fissi tas-C-ITS

(348)Japplikaw id-definizzjonijiet fit-taqsima 7.2.1 u r-rekwiżiti li ġejjin:

·il-perjodu ta’ prellowdjar għall-ATs ma għandux jaqbeż it-tliet xhur;

·in-numru massimu ta’ ATs paralleli ma għandux jaqbeż it-tnejn għal kull stazzjon tas-C-ITS.

7.3.Revoka taċ-ċertifikati

7.3.1.Revoka taċ-ċertifikati tas-CA, l-EA u l-AA

Iċ-ċertifikati tar-root CA, tal-EA u tal-AA għandhom ikunu revokabbli. Iċ-ċertifikati revokati tar-root CAs, tal-EAs u tal-AAs għandhom jiġu ppubblikati fuq CRL malajr kemm jista’ jkun u mingħajr dewmien żejjed. Din is-CRL għandha tkun iffirmata mir-root CA korrispondenti tagħha u tuża l-profil deskritt fit-taqsima 7.4. Għar-revoka taċ-ċertifikati tar-root CA, ir-root CA korrispondenti toħroġ CRL li tinkludi lilha stess. Barra minn hekk, f’każijiet ta’ kompromess tas-sigurtà, tapplika t-taqsima 5.7.3. Barra minn hekk, it-TLM għandu jneħħi r-root CAs revokati mil-lista ta’ fiduċja u joħroġ lista ġdida ta’ fiduċja. Iċ-ċertifikati skaduti għandhom jitneħħew mis-CRL korrispondenti u mil-lista ta’ fiduċja.

(349)Iċ-ċertifikati jiġu revokati meta:

·ir-root CAs għandhom raġuni biex jemmnu jew jissuspettaw bil-qawwa li l-kjavi privata korrispondenti ġiet kompromessa;

·ir-root CAs ikunu ġew innotifikati li l-kuntratt mal-abbonat ġie tterminat;

·l-informazzjoni (bħall-isem u l-assoċjazzjonijiet bejn is-CA u s-suġġett) fiċ-ċertifikat mhijiex korretta jew inbidlet;

·iseħħ inċident tas-sigurtà li jaffettwa lis-sid taċ-ċertifikat;

·l-awditjar (ara t-taqsima 8) iwassal għal riżultat negattiv.

(350)L-abbonat għandu minnufih jinnotifika lis-CA dwar kompromess magħruf jew suspettat tal-kjavi privata tagħhom. Għandu jkun assigurat li talbiet awtentikati biss jirriżultaw f’ċertifikati revokati.

7.3.2.Revoka tal-kredenzjali tar-reġistrazzjoni

(351)Ir-revoka tal-ECs tista’ tinbeda mill-abbonat tal-istazzjon tas-C-ITS (fluss 34) u għandha tkun implimentata minn lista sewda interna f’bażi tad-data ta’ revoka bi kronogramma, li hi ġġenerata u miżmuma minn kull EA. Il-lista sewda qatt ma tiġi ppubblikata u għandha tinżamm kunfidenzjali u tintuża biss mill-EA korrispondenti biex tivverifika l-validità tal-ECs korrispondenti fil-kuntest tat-talbiet għal ATs u ECs ġodda.

7.3.3.Revoka tal-biljetti ta’ awtorizzazzjoni

(352)Peress li l-ATs mhumiex revokati mis-CAs korrispondenti, dawn għandu jkollhom ħajja qasira u ma jistgħux jinħarġu wisq qabel ma jsiru validi. Ilvaluri tal-parametri taċ-ċiklu tal-ħajja permissibbli taċ-ċertifikat huma stabbiliti fit-taqsima 7.2.

7.4.Lista tar-revoka taċ-ċertifikati

(353)Il-format u l-kontenut tas-CRL maħruġa mir-root CAs għandhom ikunu kif stabbilit f’[1].

7.5.Lista ta’ fiduċja Ewropea taċ-ċertifikati

(354)Il-format u l-kontenut tal-ECTL maħruġa mit-TLM għandhom ikunu kif stabbilit f’[1].

8.Awditjar tal-konformità u valutazzjonijiet oħra

8.1.Suġġetti koperti mill-awditjar u l-bażi tal-awditjar

(355)L-awditjar tal-konformità għandu l-iskop li jivverifika li t-TLM, ir-root CAs, l-EAs u l-AAs joperaw skont din is-CP. It-TLM, ir-root CAs, l-EAs u l-AAs għandhom jagħżlu awditur akkreditat tal-PKI li jaġixxi b’mod indipendenti biex jawditja s-CPS tagħhom. L-awditjar għandu jkun ikkombinat ma’ valutazzjoni ta’ ISO/IEC 27001 u ISO/IEC 27002.

(356)L-awditjar tal-konformità jiġi ordnat minn root CA (fluss 13) għar-root CA nnifisha, u għal sub-CA mill-EA/AA subordinata tagħha.

(357)L-awditjar tal-konformità għat-TLM jiġi ordnat mis-CPA (fluss 38).

(358)Meta mitlub, l-awditur akkreditat tal-PKI għandu jwettaq l-awditjar tal-konformità f’wieħed mil-livelli li ġejjin:

(1)konformità tas-CPS tat-TLM, tar-root CA, tal-EA jew tal-AA ma’ din is-CP;

(2)konformità tal-prattiki maħsuba tat-TLM, tar-root CA, tal-EA jew tal-AA mas-CPS tagħhom qabel l-operat;

(3)konformità tal-prattiki u tal-attivitajiet operattivi tat-TLM, tar-root CA, tal-EA jew tal-AA mas-CPS tagħhom matul l-operat.

(359)L-awditjar għandu jkopri r-rekwiżiti kollha ta’ din is-CP li għandhom jiġu sodisfatti mit-TLM, mir-root CAs, mill-EAs u mill-AAs li se jiġu awditjati. Għandu jkopri wkoll l-operat tas-CA fil-PKI tas-C-ITS, inkluż il-proċessi kollha msemmija fis-CPS tagħha, il-bini u l-persuni responsabbli.

(360)L-awditur akkreditat tal-PKI għandu jipprovdi rapport dettaljat tal-awditjar lir-root CA (fluss 36), lill-EA, lill-AA jew lis-CPA (fluss 16 u 40), kif applikabbli.

8.2.Frekwenza tal-awditjar

(361)Ir-root CA, it-TLM, l-EA jew l-AA għandhom jordnaw l-awditjar tal-konformità tagħhom stess minn awditur akkreditat u indipendenti tal-PKI fil-każijiet li ġejjin:

·fl-ewwel twaqqif tagħha/tiegħu (konformità tal-livelli 1 u 2);

·ma’ kull bidla tas-CP. Is-CPA għandha tiddefinixxi l-kontenut tal-bidla tas-CP u l-iskeda tat-tnedija u tiddetermina l-ħtiġijiet għall-awditjar (inkluż il-livell ta’ konformità meħtieġ) kif xieraq;

·ma’ kull bidla tas-CPS tagħha/tiegħu (konformità tal-livelli 1, 2 u 3). Peress li l-entitajiet tal-immaniġġjar tar-root CAs, tat-TLM u tal-EAs/AAs jiddeċiedu liema bidliet fl-implimentazzjoni jsegwu l-aġġornament tas-CPS tagħhom, huma għandhom jordnaw l-awditjar tal-konformità qabel jimplimentaw dawk il-bidliet. F’każijiet ta’ bidliet żgħar biss fis-CPS (eż. ta’ natura editorjali), l-entità tal-immaniġġjar tista’ tibgħat talba debitament iġġustifikata lis-CPA għall-approvazzjoni tagħha biex taqbeż l-awditjar tal-konformità tal-livell 1, 2 jew 3;

·regolarment, u mill-anqas kull tliet snin matul l-operat tagħha/tiegħu (konformità tal-livell 3).

8.3.Identità/kwalifiki tal-awditur

(362)Is-CA li se tiġi awditjata għandha tagħżel kumpanija/organizzazzjoni akkreditata li taġixxi b’mod indipendenti (“korp tal-awditjar”) jew awdituri akkreditati tal-PKI biex jawditjawha skont din is-CP. Il-korp tal-awditjar għandu jkun akkreditat u ċċertifikat minn membru tal-Akkreditazzjoni Ewropea 1 .

8.4.Relazzjoni tal-awditur mal-entità awditjata

(363)L-awditur akkreditat tal-PKI għandu jkun indipendenti mill-entità awditjata.

8.5.Azzjoni meħuda bħala riżultat ta’ defiċjenza

(364)Meta r-rapport tal-awditjar isib li t-TLM mhux konformi, is-CPA għandha tordna lit-TLM biex jieħu azzjoni preventiva/korrettiva immedjata.

(365)Meta r-root CA b’rapport tal-awditjar mhux konformi tagħmel applikazzjoni ġdida, is-CPA għandha tirrifjuta l-applikazzjoni u tibgħat rifjut korrispondenti lir-root CA (fluss 4). F’dawn il-każijiet, ir-root CA għandha tiġi sospiża. Għandha tieħu azzjoni korrettiva, tordna mill-ġdid l-awditjar u tagħmel talba ġdida għall-approvazzjoni tas-CPA. Ir-root CA ma għandhiex titħalla toħroġ ċertifikati matul is-sospensjoni.

(366)F’każijiet ta’ awditjar regolari tarroot CA jew ta’ tibdil fis-CPS tar-root CA, u skont in-natura tan-nuqqas ta’ konformità deskritt fir-rapport tal-awditjar, is-CPA tista’ tiddeċiedi li tirrevoka r-root CA u tikkomunika din id-deċiżjoni lit-TLM (il-fluss 2), biex twassal għat-tħassir taċ-ċertifikat tar-root CA mill-ECTL u l-inklużjoni tar-root CA fis-CRL. Is-CPA għandha tibgħat rifjut korrispondenti lir-root CA (fluss 4). Ir-root CA għandha tieħu azzjoni korrettiva, tordna mill-ġdid l-awditjar sħiħ (livell 1 sa 3) u tagħmel talba ġdida għall-approvazzjoni tas-CPA. Alternattivament, is-CPA tista’ tiddeċiedi li ma tirrevokax ir-root CA, iżda li tagħtiha perjodu ta’ grazzja li fih ir-root CA għandha tieħu azzjoni korrettiva, tordna mill-ġdid l-awditjar u terġa’ tippreżenta r-rapport tal-awditjar lis-CPA. F’dan il-każ, l-operazzjoni tar-root CA għandha tiġi sospiża u ma titħalliex toħroġ ċertifikati u CRLs.

(367)Fil-każ tal-awditjar tal-EA/AA, ir-root CA għandha tiddeċiedi jekk taċċettax ir-rapport jew le. Skont ir-riżultat tal-awditjar, ir-root CA għandha tiddeċiedi jekk tirrevokax iċ-ċertifikat tal-EA/AA skont ir-regoli fis-CPS tar-root CA. Ir-root CA għandha dejjem tiżgura l-konformità tal-EA/AA ma’ din is-CP.

8.6.Komunikazzjoni tar-riżultati

(368)Ir-root CA u t-TLM għandhom jibagħtu r-rapport tal-awditjar lis-CPA (fluss 16). Ir-root CA u t-TLM għandhom jaħżnu r-rapporti tal-awditjar kollha li jkunu ordnaw. Is-CPA għandha tibgħat approvazzjoni jew rifjut korrispondenti (fluss 4) lir-root CA u lit-TLM.

(369)Ir-root CA għandha tibgħat ċertifikat tal-konformità lill-EA/AA korrispondenti.

9.Dispożizzjonijiet oħra

9.1.Tariffi

(370)Prinċipju wieħed tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS tal-UE implimentat hu li r-root CAs flimkien jiffinanzjaw b’mod sħiħ l-ispejjeż rikorrenti regolari tal-operat tas-CPA u l-elementi ċentrali (it-TLM u s-CPOC) relatati mal-attivitajiet stabbiliti f’din is-CP.

(371)Ir-root CAs (inkluż ir-root CA tal-UE) huma intitolati li jieħdu l-miżati mis-sub-CAs tagħhom.

(372)Matul il-perjodu kollu tal-operat tagħhom, kull parteċipant talmudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandu jkollu aċċess għal mill-anqas root CA, EA u AA waħda fuq bażi mhux diskriminatorja.

(373)Kull root CA hi intitolata li tgħaddi l-miżati li tħallas għas-CPA u għall-elementi ċentrali (it-TLM u s-CPOC) lill-parteċipanti rreġistrati tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS, inkluż l-istazzjonijiet tas-C-ITS irreġistrati u awtorizzati.

9.2.Responsabbiltà finanzjarja

(374)L-istabbiliment inizjali tar-root CA għandu jkopri perjodu ta’ mill-anqas tliet snin ta’ operazzjoni, biex din issir membru tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS tal-UE. Is-CPS ta’ operatur tar-root CA għandu jkun fiha wkoll dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-revoka jew l-għeluq tar-root CA.

(375)Kull root CA għandha turi l-vijabbiltà finanzjarja tal-entità legali li timplimentaha għal mill-anqas tliet snin. Dan il-pjan ta’ vijabbiltà finanzjarja hu parti mis-sett inizjali ta’ dokumenti għar-reġistrazzjoni u għandu jiġi aġġornat kull tliet snin u rrapportat lis-CPA.

(376)Kull sena, kull root CA għandha tirrapporta l-istruttura tal-imposti applikati għall-EAs/AAs u għall-istazzjonijiet irreġistrati u awtorizzati tas-C-ITS lill-maniġer tal-operazzjonijiet u lis-CPA biex turi s-sostenibbiltà finanzjarja tagħha.

(377)L-entitajiet finanzjarji u legali kollha responsabbli tar-root CA, tal-EA, tal-AA u tal-elementi ċentrali (is-CPOC u t-TLM) tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS għandhom ikopru d-dmirijiet operattivi tagħhom b’livelli ta’ assigurazzjoni adegwati biex jikkumpensaw għal erruri operattivi u rkupru finanzjarju tad-dmirijiet tagħhom jekk wieħed mill-elementi tekniċi jfalli.

9.3.Kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali

(378)Dawn li ġejjin għandhom jinżammu kunfidenzjali u privati:

·ir-rekords tal-applikazzjonijiet tar-root CA, tal-EA u tal-AA, kemm jekk approvati jew irrifjutati;

·ir-rapporti tal-awditjar tar-root CA, tal-EA, tal-AA u tat-TLM;

·il-pjanijiet ta’ rkupru minn diżastri tar-root CAs, tal-EAs, tal-AAs, tas-CPOCs u tat-TLM;

·il-kjavi privati tal-elementi tal-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS (l-istazzjonijiet tas-C-ITS, it-TLM, l-EA, l-AA, ir-root CAs);

·kwalunkwe informazzjoni oħra identifikata bħala kunfidenzjali mis-CPA, mir-root CAs, mill-EA, mill-AA, mit-TLM u mis-CPOC.

9.4.Pjan tal-privatezza

(379)Is-CPSs tar-root CAs u l-EAs/AAs għandhom jistabbilixxu l-pjan u r-rekwiżiti għat-trattament tal-informazzjoni personali u l-privatezza skont il-GDPR u oqfsa leġiżlattivi applikabbli oħra (eż. nazzjonali).

10.Referenzi

F’dan l-Anness qed jintużaw ir-referenzi li ġejjin:

[1]

ETSI TS 102 941 V1.2.1, Intelligent transport systems (ITS) – security, trust and privacy management.

[2]

ETSI TS 102 940 V1.3.1, Intelligent transport systems (ITS) – security, ITS communications security architecture and security management.

[3]

Certificate policy and certification practices framework (RFC 3647, 1999).

[4]

ETSI TS 102 042 V2.4.1 Policy requirements for certification authorities issuing public key certificates.

[5]

ETSI TS 103 097 V1.3.1, Intelligent transport systems (ITS) – security, security header and certificate formats.

[6]

Calder, A. (2006). Information security based on ISO 27001/ISO 1779: a management guide. Van Haren Publishing.

[7]

ISO, I., & Std, I. E. C. (2011). ISO 27005 (2011) – information technology, security techniques, information security risk management. ISO.

(1)    Il-membri tal-Korp Ewropew tal-Akkreditazzjoni huma elenkati fuq:    
http://www.european-accreditation.org/ea-members
Top

WERREJ

1.Politika tas-sigurtà tas-C-ITS2

1.1.Definizzjonijiet u akronimi2

1.2.Definizzjonijiet2

1.3.Strateġija għas-sigurtà tal-informazzjoni3

1.3.1.Sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni (ISMS)3

1.4.Klassifikazzjoni tal-informazzjoni4

1.5.Valutazzjoni tar-riskju6

1.5.1.Ġenerali6

1.5.2.Kriterji tar-riskju għas-sigurtà6

1.5.2.1.Identifikazzjoni tar-riskju6

1.5.2.2.Analiżi tar-riskju7

1.5.2.3.Evalwazzjoni tar-riskju8

1.6.Trattament tar-riskju8

1.6.1.Ġenerali8

1.6.2.Kontrolli għall-istazzjonijiet tas-C-ITS8

1.6.2.1.Kontrolli ġeneriċi8

1.6.2.2.Kontrolli għall-komunikazzjoni bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS8

1.6.2.3.Kontrolli għall-istazzjonijiet tas-C-ITS bħala entità aħħarija10

1.6.3.Kontrolli għall-parteċipanti fl-EU CCMS10

1.7.Konformità ma’ din il-politika ta’ sigurtà10

2.Referenzi11

ANNESS IV

1.Politika ta’ sigurtà tas-C-ITS

1.1.Definizzjonijiet u akronimi

EU CCMS

Sistema ta’ ġestjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà tas-C-ITS tal-Unjoni Ewropea

CAM

messaġġ ta’ sensibilizzazzjoni kooperattiva

CP

politika taċ-ċertifikat

DENM

messaġġ ta’ notifika ambjentali deċentralizzata

ISMS

sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni

IVIM

messaġġ ta’ informazzjoni mill-infrastruttura għall-vettura

SPATEM

messaġġ estiż dwar il-fażi u l-kronometraġġ tas-sinjal

SREM

messaġġ estiż dwar talba għal sinjal

SSEM

messaġġ estiż dwar l-istatus tat-talba għal sinjal

1.2.Definizzjonijiet

disponibbiltà

li jkun aċċessibbli u utilizzabbli meta jintalab minn entità awtorizzata (ISO 27000) [2]

Infrastruttura tas-C-ITS

sistema ta’ faċilitajiet, tagħmir u applikazzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim ta’ organizzazzjoni li tipprovdi servizzi tas-C-ITS relatati ma’ stazzjonijiet tas-C-ITS fissi.

Partijiet ikkonċernati tas-C-ITS

individwu, grupp jew organizzazzjoni bi rwol u responsabbiltà fin-network tas-C-ITS

informazzjoni kunfidenzjali

informazzjoni li ma għandhiex issir disponibbli jew tiġi żvelata lil individwi, entitajiet jew proċessi mhux awtorizzati (ISO 27000) [2]

sigurtà tal-informazzjoni

preservazzjoni tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni (ISO 27000) [2]

inċident relatat mas-sigurtà tal-informazzjoni

avveniment jew sensiela ta’ avvenimenti mhux mixtieqa jew mhux mistennija, relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni, li jkollhom probabbiltà sinifikanti li jikkompromettu operazzjonijiet kummerċjali u li jheddu s-sigurtà tal-informazzjoni

integrità

proprjetà ta’ preċiżjoni u kompletezza (ISO 27000) [2]

mappa dinamika lokali (LDM)

repożitorju aġġornat ta’ data relatata ma’ kundizzjonijiet tas-sewqan lokali ta’ stazzjon tas-C-ITS ġewwa vettura; dan jinkludi informazzjoni riċevuta minn sensuri abbord u minn messaġġi CAM u DENM (ETSI TR 102 893) [5]

kontroll tal-protokoll

L-assi tal-kontroll tal-protokoll jagħżlu protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ xieraq għal talba għal messaġġ ħiereġ, u jibagħtu l-messaġġ lis-saffi aktar baxxi tal-istakkament tal-protokoll b’format li jkun jista’ jiġi pproċessat minn dawk is-saffi. Il-messaġġi deħlin jiġu kkonvertiti għal format li jkun jista’ jiġi ttrattat fi ħdan l-istazzjon tas-C-ITS u jiġu trażmessi lill-assi funzjonali rilevanti għal ipproċessar ulterjuri (ETSI TR 102 893) [5]

1.3.Strateġija għas-sigurtà tal-informazzjoni

1.3.1.Sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni (ISMS)

(1)Kull operatur ta’ stazzjon tas-C-ITS għandu jopera ISMS b’konformità ma’ ISO/IEC 27001 u mar-restrizzjonijiet u r-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti f’din it-taqsima.

(2)Kull operatur ta’ stazzjon tas-C-ITS għandu jiddetermina l-kwistjonijiet esterni u interni li huma rilevanti għas-C-ITS, inkluż:

·COM(2016) 766 final [10];

·il-GDPR [6].

(3)Kull operatur ta’ stazzjon tas-C-ITS għandu jiddetermina l-partijiet li huma rilevanti għall-ISMS u r-rekwiżiti tagħhom, inkluż il-partijiet ikkonċernati kollha tas-C-ITS.

(4)L-ambitu tal-ISMS għandu jinkludi l-istazzjonijiet tas-C-ITS imħaddma kollha u kull sistema oħra ta’ pproċessar talinformazzjoni li tipproċessa d-data tas-C-ITS fl-għamla ta’ messaġġi tas-C-ITS li jikkonformaw mal-istandards li ġejjin:

·CAM [7]

·DENM [8]

·IVIM [9]

·SPATEM [9]

·MAPEM [9]

·SSEM [9]

·SREM [9]

(5)Kull operatur tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandu jiżgura li l-politika ta’ sigurtà tal-informazzjoni tiegħu tkun konsistenti ma’ din il-politika.

(6)Kull operatur tal-istazzjonjiet tas-C-ITS għandu jiżgura li lobjettivi tiegħu ta’ sigurtà tal-informazzjoni jinkludu u jkunu konsistenti malobjettivi ta’ sigurtà u r-rekwiżiti ta’ livell għoli f’din il-politika.

(7)L-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jikklassifikaw l-informazzjoni msemmija fit-taqsima 1.4.

(8)L-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom japplikaw proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni, kif stipulat fit-taqsima 1.5, f’intervalli ppjanati, jew meta jiġu proposti jew iseħħu bidliet sinifikanti.

(9)L-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS u/jew il-manifatturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jiddeterminaw rekwiżiti għall-mitigazzjoni tar-riskji għas-sigurtà identifikati fil-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni, b’konformità mat-taqsima 1.6.

(10)Il-manifatturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom ifasslu, jiżviluppaw u jivvalutaw l-istazzjonijiet tas-C-ITS u sistemi oħra ta’ pproċessar tal-informazzjoni sabiex jiżguraw li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli.

(11)L-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom iħaddmu l-istazzjonijiet tas-C-ITS u s-sistemi l-oħra kollha ta’ pproċessar tal-informazzjoni li jimplimentaw kontrolli xierqa għat-trattament tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni, b’konformità mat-taqsima 1.6.

1.4.Klassifikazzjoni tal-informazzjoni

Din it-taqsima tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-klassifikazzjoni tal-informazzjoni. Dan ma jipprevjeni lill-ebda parti kkonċernata tas-C-ITS milli tapplika rekwiżiti aktar stretti.

(12)L-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jikklassifikaw l-informazzjoni trattata, fejn kategorija ta’ sigurtà tista’ tiġi rrappreżentata bħala:

Informazzjoni dwar il-Kategorija ta’ Sigurtà = {(kunfidenzjalità, impatt), (integrità, impatt), (disponibbiltà, impatt)};

(13)Il-partijiet ikkonċernati tas-C-ITS għandhom jikklassifikaw l-informazzjoni trattata, fejn sistema tal-kategoriji ta’ sigurtà tista’ tiġi rrappreżentata bħala:

Sistema ta’ informazzjoni dwar il-Kategorija ta’ Sigurtà = {(kunfidenzjalità, impatt), (integrità, impatt), (disponibbiltà, impatt)};

(14)Il-valuri aċċettabbli għall-impatt potenzjali huma baxx, moderat u għoli, kif jingħata fil-qosor fit-Tabella 1.

Tabella 1 Definizzjonijiet tal-impatt potenzjali għal kull objettiv ta’ sigurtà tal-kunfidenzjalità, tal-integrità u tad-disponibbiltà

Impatt potenzjali

Objettiv ta’ sigurtà

BAXX

MODERAT

GĦOLI

Il-kunfidenzjalità

Il-preservazzjoni tar-restrizzjonijiet awtorizzati dwar l-aċċess għall-informazzjoni kif ukoll l-iżvelar tal-informazzjoni, inkluż mezzi għall-protezzjoni tal-privatezza personali u l-informazzjoni proprjetarja

L-iżvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni jista’ jkun mistenni li jkollu effett negattiv limitat fuq operazzjonijiet organizzazzjonali, fuq assi organizzazzjonali jew fuq individwi.

L-iżvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni jista’ jkun mistenni li jkollu effett negattiv serju fuq operazzjonijiet organizzazzjonali, fuq assi organizzazzjonali jew fuq individwi.

L-iżvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni jista’ jkun mistenni li jkollu effett negattiv sever jew katastrofiku fuq operazzjonijiet organizzazzjonali, fuq assi organizzazzjonali jew fuq individwi.

L-integrità

Is-salvagwardja kontra l-modifika jew il-qerda mhux xierqa ta’ informazzjoni; din tinkludi l-iżgurar tannonripudju u tal-awtentiċità tal-informazzjoni

Il-modifika jew il-qerda mhux awtorizzati ta’ informazzjoni jistgħu jkunu mistennija li jkollhom effett negattiv limitat fuq operazzjonijiet organizzazzjonali, fuq assi organizzazzjonali jew fuq individwi.

Il-modifika jew il-qerda mhux awtorizzati ta’ informazzjoni jistgħu jkunu mistennija li jkollhom effett negattiv serju fuq operazzjonijiet organizzazzjonali, fuq assi organizzazzjonali jew fuq individwi.

Il-modifika jew il-qerda mhux awtorizzati ta’ informazzjoni jistgħu jkunu mistennija li jkollhom effett negattiv sever jew katastrofiku fuq operazzjonijiet organizzazzjonali, fuq assi organizzazzjonali jew fuq individwi.

Id-disponibbiltà

L-iżgurar ta’ aċċess għall-informazzjoni u ta’ użu tal-informazzjoni f’waqthom u affidabbli

L-interruzzjoni fl-aċċess għall-informazzjoni jew fl-użu tagħha jew ta’ sistema ta’ informazzjoni jista’ jkun mistenni li jkollha effett negattiv limitat fuq operazzjonijiet organizzazzjonali, fuq assi organizzazzjonali jew fuq individwi.

L-interruzzjoni fl-aċċess għall-informazzjoni jew fl-użu tagħha jew ta’ sistema ta’ informazzjoni jista’ jkun mistenni li jkollha effett negattiv serju fuq operazzjonijiet organizzazzjonali, fuq assi organizzazzjonali jew fuq individwi.

L-interruzzjoni fl-aċċess għall-informazzjoni jew fl-użu tagħha jew ta’ sistema ta’ informazzjoni jista’ jkun mistenni li jkollha effett negattiv sever jew katastrofiku fuq operazzjonijiet organizzazzjonali, fuq assi organizzazzjonali jew fuq individwi.

(15)It-tipi ta’ impatt ta’ klassifikazzjoni tal-informazzjoni li ġejjin għandhom jitqiesu f’termini tal-grad ta’ ħsara jew tal-ispejjeż għas-servizz tas-C-ITS u l-partijiet ikkonċernati tas-C-ITS ikkawżati minn inċident relatat mas-sigurtà tal-informazzjoni:

·sikurezza fit-toroq — fejn l-impatt iqiegħed lill-utenti tat-triq f’riskju imminenti ta’ korriment;

·sikurezza — fejn l-impatt iqiegħed lil xi wieħed mill-partijiet ikkonċernati f’riskju imminenti ta’ korriment;

·impatti operazzjonali — fejn l-impatt ikun sostanzjalment negattiv għall-effiċjenza tat-traffiku fit-toroq, jew impatt soċjetali ieħor bħall-impronta ambjentali u l-kriminalità organizzata;

·legali — fejn l-impatt jirriżulta f’azzjoni ta’ konformità legali u/jew regolatorja sinifikanti fil-konfront ta’ parti kkonċernata waħda jew aktar tas-C-ITS;

·finanzjarju — fejn l-impatt jirriżulta fi spejjeż monetarji diretti jew indiretti għal parti kkonċernata waħda jew aktar tas-C-ITS;

·privatezza – il-GDPR li jkollu impatt kemm legali kif ukoll finanzjarju;

·reputazzjoni — fejn l-impatt jirriżulta fi ħsara għar-reputazzjoni għal parti kkonċernata waħda jew aktar tas-C-ITS u/jew għan-network tas-C-ITS, eż. kopertura avversa mill-istampa u/jew pressjoni politika kbira fuq skala nazzjonali jew internazzjonali.

(16)Il-partijiet ikkonċernati tas-C-ITS għandhom jirrispettaw il-valuri minimi tal-impatt li ġejjin għall-informazzjoni trattata:

Tabella 2: Impatti

Informazzjoni li toriġina minn
stazzjonijiet tas-C-ITS fissi

Informazzjoni li toriġina minn
stazzjonijiet tas-C-ITS mobbli

Il-kunfidenzjalità

CAM: baxx

DENM: baxx

IVIM: baxx

MAPEM: baxx

SPATEM: baxx

SSEM: baxx

CAM: baxx

DENM: baxx

SREM: baxx

data personali inkluża f’xi wieħed mit-tliet messaġġi: moderat

L-integrità

CAM: moderat

DENM: moderat

IVIM: moderat

MAPEM: moderat

SPATEM: moderat

SSEM: moderat

CAM: moderat

DENM: moderat

SREM: moderat

Id-disponibbiltà

CAM: baxx

DENM: baxx

IVIM: baxx

MAPEM: baxx

SPATEM: baxx

SSEM: moderat

CAM: baxx

DENM: baxx

SREM: moderat

1.5.Valutazzjoni tar-riskju

1.5.1.Ġenerali

(17)Il-valutazzjoni tar-riskju għandha titwettaq perjodikament b’konformità ma’ ISO/IEC 27005. Għandha tinkludi d-dokumentazzjoni xierqa:

·tal-ambitu tal-valutazzjoni tar-riskju, jiġifieri s-sistema li tkun qed tiġi vvalutata u l-limiti u l-iskop tas-sistema, kif ukoll l-informazzjoni li tiġi trattata;

·tal-kriterji tar-riskju għas-sigurtà;

·tal-valutazzjoni tar-riskju, inkluż l-identifikazzjoni, l-analiżi u l-evalwazzjoni.

1.5.2.Kriterji tar-riskju għas-sigurtà

(18)Il-kriterji għall-evalwazzjoni tar-riskju għandhom jiġu ddeterminati filwaqt li jitqiesu l-aspetti li ġejjin:

·il-valur strateġiku tas-servizz tas-C-ITS u n-network tas-C-ITS għall-partijiet ikkonċernati kollha tas-C-ITS;

·il-valur strateġiku tas-servizz tas-C-ITS u n-network tas-C-ITS għall-operatur tal-istazzjonijiet tas-C-ITS tas-servizz;

·il-konsegwenzi għar-reputazzjoni tan-network tas-C-ITS;

·ir-rekwiżiti legali u regolatorji u l-obbligi kuntrattwali.

(19)Il-kriterji tal-impatt tar-riskju għandhom jiġu ddeterminati fid-dawl tat-tipi ta’ impatt tal-klassifikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fit-taqsima 1.4.

(20)Il-kriterji tal-aċċettazzjoni tar-riskju għandhom jinkludu l-identifikazzjoni tal-livelli ta’ riskju li mhumiex aċċettabbli għas-servizz tas-C-ITS u għall-partijiet ikkonċernati tas-C-ITS, skont it-tip ta’ impatt.

1.5.2.1.Identifikazzjoni tar-riskju

(21)Ir-riskji għandhom jiġu identifikati b’konformità ma’ ISO/IEC 27005. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

·l-assi prinċipali li jridu jiġu protetti huma l-messaġġi tas-C-ITS, kif imsemmi fit-taqsima 1.3.1;

·jenħtieġ li jiġu identifikati l-assi ta’ sostenn, inklużi:

·l-informazzjoni li tintuża għall-messaġġi tas-C-ITS (eż. mappa dinamika lokali, ħin, kontroll tal-protokoll, eċċ.);

·l-istazzjonijiet tas-C-ITS u s-softwer tagħhom, id-data ta’ konfigurazzjoni u l-kanali ta’ komunikazzjoni assoċjati;

·l-assi ta’ kontroll ċentrali tas-C-ITS;

·kull entità fi ħdan l-EU CCMS;

·għandhom jiġu identifikati kemm it-theddid għal dawk l-assi kif ukoll is-sorsi tagħhom;

·għandhom jiġu identifikati kemm il-kontrolli eżistenti kif ukoll dawk ippjanati;

·il-vulnerabbiltajiet li jistgħu jiġu sfruttati minn theddid biex issir ħsara lill-assi jew lill-partijiet ikkonċernati tas-C-ITS għandhom jiġu identifikati u deskritti bħala xenarji ta’ inċident;

·il-konsegwenzi possibbli ta’ inċidenti relatati mas-sigurtà li jikkonċernaw l-assi għandhom jiġu identifikati abbażi tal-klassifikazzjoni tal-informazzjoni.

1.5.2.2.Analiżi tar-riskju

(22)Għall-analiżi tar-riskju japplikaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

·l-impatt tal-inċidenti identifikati relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni li jikkonċernaw is-servizz tas-C-ITS u l-partijiet ikkonċernati tas-C-ITS għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-informazzjoni u l-kategorija tas-sigurtà tas-sistema tal-informazzjoni, bl-użu ta’ mill-inqas it-tliet livelli stipulati fit-taqsima 1.4;

·il-livelli ta’ impatt għandhom jiġu identifikati:

·għall-għadd totali ta’ networks/servizzi tas-C-ITS eżistenti; u

·għal entità individwali tal-partijiet ikkonċernati/organizzattiva tas-C-ITS;

·l-ogħla livell għandu jitqies bħala l-impatt totali;

·il-probabbiltà tax-xenarji ta’ inċident identifikati għandha tiġi vvalutata bl-użu ta’ mill-inqas it-tliet livelli li ġejjin:

·mhux probabbli (il-valur 1) – ix-xenarju ta’ inċident aktarx li ma jseħħx/hu diffiċli li jseħħ jew il-motivazzjoni għal attakkant hi baxxa ħafna;

·possibbli (il-valur 2) – ix-xenarju ta’ inċident jista’ jseħħ / possibbilment iseħħ jew il-motivazzjoni għal attakkant hi raġonevoli;

·probabbli (il-valur 3) – ix-xenarju ta’ inċident aktarx li jseħħ / hu faċli li jseħħ u l-motivazzjoni għal attakkant hi għolja;

·il-livelli ta’ riskju għandhom jiġu ddeterminati għax-xenarji ta’ inċident identifikati kollha abbażi tal-prodott tal-impatt u l-probabbiltà, li jirriżultaw f’mill-inqas il-livelli ta’ riskju li ġejjin: baxx (il-valuri 1,2), moderat (il-valuri 3,4) u għoli (il-valuri 6,9), definiti kif ġej:

Tabella 3: Livelli ta’ riskju

Livelli ta’ riskju bħala prodott tal-impatt u l-probabbiltà

Probabbiltà

mhux probabbli (1)

possibbli (2)

probabbli (3)

Impatt

baxx (1)

baxx (1)

baxx (2)

moderat (3)

moderat (2)

baxx (2)

moderat (4)

għoli (6)

għoli (3)

moderat (3)

għoli (6)

għoli (9)

1.5.2.3.Evalwazzjoni tar-riskju

(23)Il-livelli ta’ riskju għandhom jitqabblu mal-kriterji ta’ evalwazzjoni tar-riskju u mal-kriterji ta’ aċċettazzjoni tar-riskju biex jiġi ddeterminat liema riskji għandhom jiġu trattati. Riskji għas-servizz tas-C-ITS u għan-network tas-C-ITS li huma mill-inqas ta’ livell moderat jew għoli għandhom jiġu trattati, b’konformità mat-taqsima 1.6.

1.6.Trattament tar-riskju

1.6.1.Ġenerali

(24)Ir-riskji għandhom jiġu trattati b’wieħed minn dawn il-modi:

·il-modifika tar-riskju billi jintużaw il-kontrolli identifikati fit-taqsima 1.6.2 jew 1.6.3, biex ir-riskju residwu jkun jista’ jiġi vvalutat mill-ġdid bħala wieħed aċċettabbli;

·iż-żamma tar-riskju (fejn il-livell ta’ riskju jissodisfa l-kriterji ta’ aċċettazzjoni tar-riskju);

·l-evitar tar-riskju.

(25)Il-kondiviżjoni jew it-trasferiment tar-riskju mhux permess għar-riskji għan-network tas-C-ITS.

(26)It-trattament tar-riskju għandu jiġi dokumentat, inkluż:

·id-dikjarazzjoni ta’ applikabbiltà b’konformità ma’ ISO 27001, li tistipula l-kontrolli neċessarji u tiddetermina:

·il-probabbiltà residwa tal-okkorrenza;

·is-severità residwa tal-impatt;

·il-livelli ta’ riskju residwu;

·ir-raġunijiet għaż-żamma jew l-evitar tar-riskju.

1.6.2.Kontrolli għall-istazzjonijiet tas-C-ITS

1.6.2.1.Kontrolli ġeneriċi

(27)L-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jimplimentaw kontromiżuri xierqa biex jimmodifikaw ir-riskju, b’konformità mat-taqsima 1.6.1. Dawk il-kontromiżuri għandhom jimplimentaw kontrolli ġeneriċi, kif iddefinit f’ISO/IEC 27001 u f’ISO/IEC 27002.

1.6.2.2.Kontrolli għall-komunikazzjoni bejn stazzjonijiet tas-C-ITS

(28)Il-kontrolli obbligatorji minimi li ġejjin għandhom jiġu implimentati fuq in-naħa tal-ispeditur:

Tabella 4: Kontrolli fuq in-naħa tal-ispeditur

Informazzjoni li toriġina minn
stazzjonijiet tas-C-ITS fissi

Informazzjoni li toriġina minn
stazzjonijiet tas-C-ITS mobbli

Il-kunfidenzjalità

-

Id-data personali kollha inkluża fil-messaġġi għandha tiġi garantita permezz ta’ proċedura ta’ bidla AT xierqa, biex jiġi żgurat livell ta’ sigurtà adegwat għar-riskju talidentifikazzjoni mill-ġdid tas-sewwieqa bbażat fuq id-data mxandra tagħhom. Għalhekk, l-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jibdlu l-ATs kif xieraq meta jibagħtu l-messaġġi u ma għandhomx jużaw l-istess ATs wara bidla, għajr f’każijiet ta’ mġiba mhux medja 1 tas-sewwieq.

L-integrità

Il-messaġġi kollha għandhom jiġu ffirmati b’konformità ma’ TS 103 097 [14].

Il-messaġġi kollha għandhom jiġu ffirmati b’konformità ma’ TS 103 097 [14].

Id-disponibbiltà

-

-

(29)Il-kontrolli obbligatorji minimi li ġejjin għandhom jiġu implimentati fuq in-naħa tar-riċevitur:

Tabella 5: Kontrolli fuq in-naħa tar-riċevitur

Informazzjoni li toriġina minn
stazzjonijiet tas-C-ITS fissi

Informazzjoni li toriġina minn
stazzjonijiet tas-C-ITS mobbli

Il-kunfidenzjalità

Id-data personali riċevuta għandha tinżamm għal żmien kemm jista’ jkun qasir għal finijiet kummerċjali, b’żamma massima ta’ ħames minuti għall-elementi ta’ data mhux ipproċessati u identifikabbli.

CAM jew SRM riċevuti ma għandhomx jiġu trażmessi/jixxandru.

DENM riċevut jista’ jiġi trażmess/jixxandar biss fi ħdan żona ġeografika limitata.

L-integrità

L-integrità tal-messaġġi kollha użati mill-applikazzjonijiet ITS għandha tiġi vvalidata b’konformità ma’ TS 103 097 [14].

L-integrità tal-messaġġi kollha użati mill-applikazzjonijiet ITS għandha tiġi vvalidata b’konformità ma’ TS 103 097 [14].

Id-disponibbiltà

-

SRM riċevut għandu jiġi pproċessat u għandu jipproduċi xandira SSM lill-oriġinatur tal-SRM.

(30)Biex jiġu appoġġati r-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-kunfidenzjalità, tal-integrità u tad-disponibbiltà stipulati fit-tabelli aktar ’il fuq, l-istazzjonijiet tas-C-ITS kollha (l-istazzjonijiet tas-C-ITS mobbli (inkluż l-istazzjonijiet tas-C-ITS f’vetturi) u l-istazzjonijiet tas-C-ITS fissi) għandhom jiġu vvalutati u ċċertifikati bl-użu ta’ kriterji ta’ valutazzjoni tas-sigurtà, kif speċifikat fil-“kriterji komuni” / ISO 15408 2 . Minħabba l-karatteristiċi differenti tat-tipi differenti ta’ stazzjonijiet tas-C-ITS u r-rekwiżiti differenti għall-privatezza tal-pożizzjoni, jistgħu jiġu ddefiniti profili ta’ protezzjoni differenti.

(31)Il-profili ta’ protezzjoni kollha u d-dokumenti relatati applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ sigurtà tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jiġu evalwati, ivvalidati u ċċertifikati b’konformità ma’ ISO 15408, bl-applikazzjoni tal-Ftehim dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ ċertifikati ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informatika tal-Grupp ta’ Uffiċjali Għoljin dwar is-Sigurtà tas-Sistemi tal-Informazzjoni (SOG-IS) 3 . Fl-iżvilupp ta’ dawn il-profili ta’ protezzjoni, l-ambitu taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà tal-istazzjon tas-C-ITS jista’ jiġi definit mill-manifattur, soġġett għal valutazzjoni u l-approvazzjoni tas-CPA u ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità SOG-IS jew tal-anqas ekwivalenti, kif deskritt fil-paragrafu li jmiss.

(32)Minħabba l-importanza li jinżamm l-ogħla livell ta’ sigurtà possibbli, iċ-ċertifikati tas-sigurtà għall-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jinħarġu skont l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-kriterji komuni (ISO 15408) minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità rikonoxxut mill-kumitat tal-ġestjoni fil-qafas tal-ftehim tas-SOG-IS, jew jinħarġu minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat minn awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà ta’ Stat Membru. Dan il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jipprovdi tal-inqas kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ evalwazzjoni tas-sigurtà kif previst mill-Ftehim ta’ Rikonoxximent Reċiproku tas-SOG-IS.

1.6.2.3.Kontrolli għall-istazzjonijiet tas-C-ITS bħala entità aħħarija

(33)L-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jikkonformaw mal-politika taċ-ċertifikat [1] skont ir-rwol tagħhom bħala entità aħħarija tal-EU CCMS.

1.6.3.Kontrolli għall-parteċipanti tal-EU CCMS

(34)Il-parteċipanti tal-EU CCMS għandhom jikkonformaw mal-politika taċ-ċertifikat [1] skont ir-rwol tagħhom fl-EU CCMS.

1.7.Konformità ma’ din il-politika ta’ sigurtà

(35)L-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jitolbu perjodikament u jiksbu ċertifikazzjoni għall-konformità ma’ din il-politika, skont il-linji gwida għal awditu ISO 27001 fi [12].

(36)Il-korp tal-awditjar għandu jkun akkreditat u ċċertifikat minn membru tal-Akkreditazzjoni Ewropea. Dan għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ [11].

(37)Biex jiksbu ċ-ċertifikazzjoni, l-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jiġġeneraw u jżommu d-dokumenti li jindirizzaw ir-rekwiżiti dwar l-informazzjoni dokumentata fi [3], il-klawżola 7.5. B’mod partikolari, l-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jiġġeneraw u jżommu d-dokumenti relatati mal-ISMS li ġejjin:

·l-ambitu tal-ISMS (it-taqsima 1.3.1 u [3], il-klawżola 4.3);

·il-politika ta’ sigurtà tal-informazzjoni u l-objettivi (it-taqsima 1.3.1 u [3], il-klawżoli 5.2 u 6.2);

·id-dettalji tal-metodoloġija ta’ valutazzjoni tar-riskju u tat-trattament tar-riskju (it-taqsima 1.5 u [3], il-klawżola 6.1.2);

·ir-rapport ta’ valutazzjoni tar-riskju (it-taqsima 1.5 u [3], il-klawżola 8.2);

·dikjarazzjoni tal-applikabbiltà (it-taqsima 1.6 u [3], il-klawżola 6.1.3d);

·pjan ta’ trattament tar-riskju (it-taqsima 1.6 u [3], il-klawżoli 6.1.3e u 8.3);

·id-dokumenti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ kontrolli magħżula (it-taqsima 1.6 u [3], l-Anness A).

(38)Barra minn hekk, l-operaturi tal-istazzjonijiet tas-C-ITS għandhom jiġġeneraw u jżommu r-reġistri li ġejjin bħala evidenza tar-riżultati miksuba:

·ir-reġistri tat-taħriġ, tal-ħiliet, tal-esperjenza u tal-kwalifiki ([3], il-klawżola 7.2);

·ir-riżultati tal-monitoraġġ u tal-kejl ([3], il-klawżola 9.1);

·il-programm tal-awditjar intern ([3], il-klawżola 9.2);

·ir-riżultati tal-awditi interni ([3], il-klawżola 9.2);

·ir-riżultati tal-analiżi tal-ġestjoni ([3], il-klawżola 9.3);

·ir-riżultati tal-azzjoni korrettiva ([3], il-klawżola 10.1).

2.Referenzi

F’dan l-Anness jintużaw ir-referenzi li ġejjin:

[1]

L-Anness III ta’ dan ir-Regolament

[2]

ISO/IEC 27000 (2016): Teknoloġija tal-informazzjoni – tekniki ta’ sigurtà – sistemi ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni – ħarsa ġenerali u vokabularju

[3]

ISO/IEC 27001 (2015): Teknoloġija tal-informazzjoni – tekniki ta’ sigurtà – sistemi ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni – rekwiżiti

[4]

ISO/IEC 27005 (2011): Teknoloġija tal-informazzjoni – tekniki ta’ sigurtà – ġestjoni tar-riskju tas-sigurtà tal-informazzjoni

[5]

ETSI TR 102 893 V1.2.1, Sistemi ta’ trasport intelliġenti (ITS) – sigurtà; analiżi tat-theddid, tal-vulnerabbiltà u tar-riskju (TVRA)

[6]

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)

[7]

ETSI EN 302 637-2 V1.4.0, Sistemi ta’ trasport intelliġenti (ITS) – Komunikazzjoni veikolari; Sett bażiku ta’ applikazzjonijiet; Parti 2: Speċifikazzjoni ta’ servizz bażiku ta’ sensibilizzazzjoni kooperattiva

[8]

ETSI EN 302 637-3 V1.3.0, Sistemi ta’ trasport intelliġenti (ITS) – Komunikazzjoni veikolari; Sett bażiku ta’ applikazzjonijiet; Parti 3: Speċifikazzjonijiet ta’ servizz bażiku ta’ notifika ambjentali deċentralizzata

[9]

ETSI TS 103 301 V1.2.1: Sistemi ta’ trasport intelliġenti (ITS) – Komunikazzjoni veikolari; Sett bażiku ta’ applikazzjonijiet; Protokolli tas-saff tal-faċilitajiet u rekwiżiti ta’ komunikazzjoni għas-servizzi ta’ infrastruttura

[10]

Strateġija Ewropea dwar is-sistemi tat-trasport intelliġenti u kooperattivi – l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (COM(2016) 766, it-30 ta’ Novembru 2016)

[11]

ISO/IEC 27006:2015 Teknoloġija tal-informazzjoni — Tekniki ta’ sigurtà — Rekwiżiti għal korpi li jipprovdu awditjar u ċertifikazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni

[12]

ISO/IEC 27007:2011 Teknoloġija tal-informazzjoni — Tekniki ta’ sigurtà — Linji gwida għall-awditjar tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni

[13]

ETSI EN 302 665 V1.1.1 Sistemi ta’ trasport intelliġenti (ITS); Arkitettura tal-komunikazzjoni

[14]

ETSI TS 103 097 V1.3.1. Sistemi ta’ trasport intelliġenti (ITS) sigurtà; intestatura tas-sigurtà u formati taċ-ċertifikati

(1)    Id-definizzjoni ta’ mġiba medja fis-sewqan għandha tkun ibbażata fuq analiżi statistika rilevanti tal-imġiba fis-sewqan fl-Unjoni Ewropea, eż. ibbażata fuq data miċ-Ċentru Ajruspazjali Ġermaniż (DLR).
(2)    Il-portal tal-“kriterji komuni”: http://www.commoncriteriaportal.org/cc/
(3)    Pereżempju, fis-settur tat-trasport bit-triq, is-SOG-IS diġà kien involut fiċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ta’ takografi intelliġenti. Bħalissa, il-Ftehim SOG-IS hu l-unika skema fl-Ewropa li tista’ tappoġġa l-armonizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ta’ prodotti elettroniċi. F’dan l-istadju, is-SOG-IS jappoġġa l-proċess ta’ “kriterji komuni” biss, u b’hekk l-istazzjonijiet tas-C-ITS iridu jiġu vvalutati u ċċertifikati b’konformità mal-“kriterji komuni”; ara https://www.sogis.org/
Top

ANNESS V

PARTI A

PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Modulu A

Il-kontroll intern tal-produzzjoni

1.Il-kontroll intern tal-produzzjoni hu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-manifattur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-istazzjonijiet tas-C-ITS ikkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament applikabbli għalihom.

2.Id-dokumentazzjoni teknika

Il-manifattur għandu jistabbilixxi dokumentazzjoni teknika li tippermetti valutazzjoni tal-konformità tal-istazzjon CITS mar-rekwiżiti rilevanti u li tinkludi analiżi adegwata u valutazzjoni tar-riskju/i. Id-dokumentazzjoni għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott. Kif applikabbli, din għandu jkun fiha mill-inqas:

deskrizzjoni ġenerali tal-istazzjon tas-C-ITS;

disinn kunċettwali u tpinġijiet tal-manifattura, u skemi talkomponenti, subassemblaġġi, ċirkwiti, eċċ.;

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem dawk id-disinji u l-iskemi u l-operazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS;

lista tal-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet oħra tekniċi rilevanti li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew standards internazzjonali, applikati għalkollox jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati. Meta l-istandards armonizzati jiġu applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika liema partijiet ikunu ġew applikati;

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinji, l-eżamijiet, eċċ.; kif ukoll

ir-rapporti tat-testijiet.

3.Il-manifattura

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess tal-manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jassiguraw li l-istazzjonijiet tas-C-ITS ikunu konformi mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti tal-istrumenti leġiżlattivi li japplikaw għalihom.

4.It-tikketta tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità

4.1.Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka tal-konformità li jeżiġi dan ir-Regolament għal kull stazzjon tas-C-ITS individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

4.2.Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal mudell ta’ prodott u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, għal perjodu ta’ għaxar (10) snin minn meta jitqiegħed fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-istazzjon tas-C-ITS li għalih tkun saret.

Meta tintalab, għandha tingħata kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti.

5.Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-manifattur, kif stabbilit fil-punt 4, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu, diment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.


PARTI B

ID-DIKJARAZZJONI KE TAL-KONFORMITÀ

1.Nru (identifikazzjoni unika tal-istazzjon tas-C-ITS): …

2.L-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu: …

3.Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareg fir-responsabbiltà unika tal-manifattur (jew tal-installatur): …

4.L-oġġett tad-dikjarazzjoni (identifikazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS li tippermetti t-traċċabbiltà; tista’ tinkludi ritratt, meta meħtieġ): …

5.L-oġġett ta’ din id-dikjarazzjoni hu konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni: …

6.Referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti użati jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li tiġi ddikjarata konformità magħhom: …

8.Informazzjoni addizzjonali: …

Iffirmata għal u f’isem: ………………………….

(post u data tal-ħruġ)

(isem, funzjoni) (firma)


PARTI C

L-ISTAZZJONIJIET TAS-C-ITS ĊENTRALI: PROĊEDURI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Modulu A

Il-kontroll intern tal-produzzjoni

1.Il-kontroll intern tal-produzzjoni hu l-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità li permezz tagħha l-operatur jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punti 2, 3, u 4, u jiżgura u jiddikjara fuq ir-responsabbiltà unika tiegħu li l-istazzjonijiet tas-C-ITS ċentrali kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament applikabbli għalihom.

2.Id-dokumentazzjoni teknika

L-operatur għandu jistabbilixxi dokumentazzjoni teknika li tippermetti valutazzjoni tal-konformità tal-istazzjon CITS ċentrali mar-rekwiżiti rilevanti u li tinkludi analiżi adegwata u valutazzjoni tar-riskju/i. Id-dokumentazzjoni għandha tispeċifika r-rekwiżiti applikabbli u tkopri, sa fejn ikun relevanti għall-valutazzjoni, id-disinn, il-manifattura u t-tħaddim tal-prodott. Kif applikabbli, din għandu jkun fiha mill-inqas:

deskrizzjoni ġenerali tal-istazzjon tas-C-ITS ċentrali;

disinn kunċettwali u tpinġijiet tal-manifattura, u skemi talkomponenti, subassemblaġġi, ċirkwiti, eċċ.;

deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex wieħed jifhem dawk id-disinji u l-iskemi u l-operazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS ċentrali;

lista tal-istandards armonizzati u/jew speċifikazzjonijiet oħra tekniċi rilevanti li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew standards internazzjonali, applikati għalkollox jew parzjalment, u deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament fejn dawk l-istandards armonizzati ma jkunux ġew applikati. Meta l-istandards armonizzati jiġu applikati parzjalment, id-dokumentazzjoni teknika għandha tispeċifika liema partijiet ikunu ġew applikati;

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinji, l-eżamijiet, eċċ.; kif ukoll

ir-rapporti tat-testijiet.

4.Id-dikjarazzjoni tal-konformità

L-operatur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal mudell ta’ prodott u jżommha flimkien mad-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali sakemm l-istazzjon tas-C-ITS ċentrali jkun għadu jopera. Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-istazzjon tas-C-ITS ċentrali li għalih tkun saret.

Meta tintalab, għandha tingħata kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti.

5.Ir-rappreżentant awtorizzat

L-obbligi tal-operatur, kif stabbilit fil-punt 4, jistgħu jiġu ssodisfati mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, f’ismu u fir-responsabbiltà tiegħu, diment li dawn ikunu speċifikati fil-mandat.

PARTI D

L-ISTAZZJONIJIET TAS-C-ITS ĊENTRALI: ID-DIKJARAZZJONI KE TAL-KONFORMITÀ

1.Nru (identifikazzjoni unika tal-istazzjon tas-C-ITS): …

2.L-isem u l-indirizz tal-operatur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu: …

3.Din id-dikjarazzjoni ta’ konformità hi maħruġa taħt ir-responsabbiltà unika tal-operatur: …

4.L-oġġett tad-dikjarazzjoni (identifikazzjoni tal-istazzjon tas-C-ITS ċentrali li tippermetti t-traċċabbiltà; …

5.L-oġġett ta’ din id-dikjarazzjoni hu konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni: …

6.Referenzi għall-istandards armonizzati rilevanti użati jew referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra li tiġi ddikjarata konformità magħhom: …

8.Informazzjoni addizzjonali: …

Iffirmata għal u f’isem: ………………………….

(post u data tal-ħruġ)

(isem, funzjoni) (firma)

Top