Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 4237a862-5f2f-11ef-a8ba-01aa75ed71a1

Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2019/1743 Tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (riformulazzjoni) (BĊE/2019/31)

02019D0031 — MT — 15.08.2024 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI (UE) 2019/1743 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Ottubru 2019

dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (riformulazzjoni) (BĊE/2019/31)

(ĠU L 267 21.10.2019, p. 12)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI (UE) 2020/1264 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW  tat-8 ta’ Settembru 2020

  L 297

5

11.9.2020

 M2

DEĊIŻJONI (UE) 2021/874 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW  tas-26 ta’ Mejju 2021

  L 191

43

31.5.2021

►M3

DEĊIŻJONI (UE) 2022/310 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW  tas-17 ta’ Frar 2022

  L 46

140

25.2.2022

 M4

DEĊIŻJONI (UE) 2023/55 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW  tas-16 ta’ Diċembru 2022

  L 3

16

5.1.2023

►M5

DEĊIŻJONI (UE) 2023/817 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW  tal-5 ta’ April 2023

  L 102

56

17.4.2023

►M6

DEĊIŻJONI (UE) 2024/2016 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW  tas-16 ta’ Lulju 2024

  L 2016

1

26.7.2024




▼B

DEĊIŻJONI (UE) 2019/1743 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Ottubru 2019

dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (riformulazzjoni) (BĊE/2019/31)



Artikolu 1

Remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi

1.  
Holdings ta’ riżervi ta’ istituzzjonijiet soġġetti għall-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2003/9) ( 1 ) li jaqbeż ir-riżervi meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 ( 2 ) u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) (minn hawn’ il quddiem “riżervi eċċessivi”) għandhom jiġu remunerati b’żero fil-mija jew bir-rata ta’ faċilità ta’ depożitu, skont liema tkun l-inqas.
2.  
Parti mir-riżervi eċċessivi miżmuma minn istituzzjoni fuq il-kontijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni kif iddefiniti fl-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) sa multiplu tar-riżervi meħtieġa tal-istituzzjoni (minn hawn’ il quddiem il-“kwota”) għandha tkun eżentata mir-regola ta’ remunerazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1. Il-multiplikatur “m” użat biex jikkalkula l-gratifika u r-rata tal-imgħax applikabbli għall-holdings eżentati ta’ riżervi żejda għandu jkun speċifikat mill-Kunsill Governattiv u sussegwentement ippubblikat fuq il-websajt tal-BĊE. Kwalunkwe aġġustament għall-multiplikatur “m” u/jew għar-rata tal-imgħax applikabbli għall-holdings eżentati ta’ riżervi żejda għandu japplika mill-perjodu ta’ manutenzjoni wara li titħabbar id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-holdings eżentati ta’ riżervi eċċessivi għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-bilanċi medji ta’ tmiem il-jum tal-kalendarju fuq perijodu ta’ żamma fil-kontijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni, kif iddefinit fl-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (ECB/2003/9). Holdings f’faċilità ta’ depożitu tal-Eurosistema m’għandhomx jitqiesu bħala riżervi eċċessivi.
3.  
L-imgħax dovut jew miksub fuq investimenti eżenti u mhux eżentati ta’ riżervi eċċessivi għandu jitnaqqas bl-iddebitar tal-kontijiet ta’ riżerva tal-istituzzjoni rilevanti, jew skont il-każ, imħallsa, fit-tieni jum ta’ negozju tal-BĊN wara t-tmiem tal-perijodu ta’ żamma li fuqu l-imgħax kien ikkalkulat.
4.  
Fil-każ ta’ istituzzjonijiet li għandhom riżervi meħtieġa permezz ta’ intermedjarju skont l-Artikolu 10 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), l-allowance għandha tiġi kkalkulata kif stabbilit f’dan il-paragrafu. Il-multiplikatur “m” użat għall-kalkolu tal-allowance għandu jiġi applikat fuq ir-riżervi aggregati meħtieġa li għandhom jinżammu mill-istituzzjoni intermedjarja relevanti f’isimha u f’isem l-istituzzjonijiet kollha li għalihom iżżomm riżervi meħtieġa skont l-Artikolu 10 jew 11 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal parteċipazzjonijiet eżentati ta’ riżervi eċċessivi kif iddefinit fl-Artikoli 1 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9) tal-intermedjarju rilevanti.

▼M6

5.  
Fl-eventwalità ta’ interruzzjoni fit-tul tat-TARGET matul diversi jiem ta’ negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 187a tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) ( 3 ), il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw. Madanakollu, meta istituzzjonijiet li huma kontropartijiet eliġibbli f’operazzjonijiet ta’ politika monetarja tal-Eurosistema b’aċċess għall-faċilità ta’ depożitu tal-Eurosistema f’konformità tal-Linja Gwida huma soġġetti għal tali interruzzjoni tat-TARGET, holdings ta’ eċċess ta’ riżervi li jeċċedu kwalunkwe allowance applikabbli f’konformità mal-paragrafu 2 għandhom jiġu remunerati awtomatikament għall-perjodu tal-interruzzjoni tat-TARGET fir-rata tal-faċilità tad-depożitu meta r-rata tal-facilità tad-depożitu hija ogħla minn żero. Jekk l-aċċess ta’ kontroparti eliġibbli għall-faċilità ta’ depożitu huwa soġġett għal limitu, ir-remunerazzjoni msemmija fis-sentenza preċedenti għandha tapplika biss għal ammont ta’ eċċess ta riżervi ta’ dik il-kontroparti li ma teċċedix il-limitu.

▼M3

Artikolu 2

Remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti miżmumin għand il-BĊE

▼M5

1.  

Il-parteċipazzjonijiet fil-kontijiet li ġejjin miżmuma mal-BĊE għandhom jiġu rremunerati bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR) bit-tnaqqis ta’ 20 punt bażi:

(a) 

kontijiet miżmuma skont id-Deċiżjoni BĊE/2003/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 4 ), id-Deċiżjoni BĊE/2010/4 tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 5 ), id-Deċiżjoni BĊE/2010/17 tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 6 ), id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 7 ), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 ( 8 );

(b) 

kontijiet ta’ depożitu oħrajn għall-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà u għall-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja mhux koperti taħt il-punt (a).

Madankollu, meta jkun meħtieġ li d-depożiti jinżammu fil-kontijiet rilevanti qabel id-data meta jrid isir ħlas skont ir-regoli legali jew kuntrattwali applikabbli għall-faċilità kkonċernata, dawn id-depożiti għandhom jiġu remunerati matul dan il-perijodu bikri bir-rata ta’ żero fil-mija jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR), skont liema tkun l-ogħla.

2.  

Ir-rata speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għall-kont iddedikat miżmum mal-BĊE skont l-Artikolu 13(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 li tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 u għall-operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati ma’ self mogħti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) u użat għall-finijiet ta’ parteċipazzjonijiet prudenzjali ta’ flus kontanti fir-rigward ta’:

(a) 

NextGenerationEU (“NGEU”);

(b) 

l-istrument li jipprovdi appoġġ lill-Ukraina għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja+) ( 10 );

(c) 

kwalunkwe programm ta’ finanzjament ieħor tal-Unjoni Ewropea li l-BĊE u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jinkludu.

Madankollu, ammont aggregat ta’ depożiti miżmuma f’dak il-kont iddedikat li ma jaqbiżx EUR 20 biljun għandu jiġi rremunerat b’żero fil-mija jew bir-rata tal-euro fuq terminu qasir (€STR) nieqes 20 punt bażi, skont liema tkun l-ogħla.

▼B

Artikolu 3

Revoka

1.  
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/23 qiegħda tiġi mħassra.
2.  
Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mis-seba’ perjodu ta’ żamma ta’ riżerva tal-2019 li jibda fit-30 ta’ Ottubru 2019.




ANNESS I

Deċiżjoni revokata u l-emenda għaliha



Deċiżjoni BĊE/2014/23

ĠU L 168, 7.6.2014, p. 115.

Deċiżjoni (UE) 2015/509 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/9)

ĠU L 91, 2.4.2015, p. 1.




NNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni



Deċiżjoni BĊE/2014/23

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 1

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 6

Artikolu 4

Anness I

Anness II



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta’ riżervi minimi (BĊE/2003/9), (ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni ta’ riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 16-18).

( 3 ) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4..2015, p. 3).

( 4 ) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Novembru 2003 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self u tislif li l-Komunità Ewropea kkonkludiet skont il-faċilità ta’ assistenza finanzjarja ta’ tul medju (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 35)

( 5 ) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/4 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2010 dwar il-ġestjoni ta’ self bilaterali kollettiv għall-benefiċċju tar-Repubblika Ellenika u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 BĊE/2007/7 (ĠU L 119, 13.5.2010, p. 24).

( 6 ) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/17 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Ottubru 2010 dwar l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self lil u mill-Unjoni taħt il-mekkaniżmu Ewropew għall-istabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 275, 20.10.2010, p. 10).

( 7 ) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2010 li tikkonċerna l-ftuħ ta’ kontijiet għall-ipproċessar ta’ ħlasijiet b’rabta ma’ self mill-EFSF lil Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (ĠU L 10, 14.1.2011, p. 7).

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1)

( 9 ) C(2021)2502 final.

( 10 ) Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja+) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1).

Top